Official Journal L 238 , 06/09/2001 P. 0036 - 0037
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE Nru 84/2001 tad-19 ta' Ġunju 2001 li temenda l-Anness XXI (Statistika) li jinsab mal-Ftehim ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT ŻEE Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'l quddiemimsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolaril-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness XXI li jinsab mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE Nru 57/2001 tat-18 ta' Mejju 2001 [1]. (2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2601/2000 tas-17 ta' Novembru li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 fir-rigward tal-ħin f'waqtu biex jiddaħħli prezzijiet tax-xerrej fl-Indiċi Armonizzat tal-Prezzijiet tal-Konsumatur [2] għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. (3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2602/2000 tas-17 ta' Novembru 2000 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 fir-rigward ta' l-istandards minimi għat-trattament ta' tnaqqis fil-prezzijiet fl-Indiċi Armonizzat tal-Prezzijiet tal-Konsumatur [3] għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. (4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 [4] by se nemělo vztahovat na Lichtenštejnsko, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-punti li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-punt 19j (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/622/KE, Euratom) ta' l-Anness XXI li jinsab mal-Ftehim: "19k. 32000 R 2601: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2601/2000 tas-17 ta' Novembru 2000 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 fir-rigward tal-ħin f'waqtu biex jiddaħħlu prezzijiet tax-xerrejfl-Indiċi Armonizzat tal-Prezzijiet tal-Konsumatur (ĠU L 300, tad-29.11.2000, p. 14). 19l. 32000 R 2602: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2602/2000 tas-17 ta' Novembru 2000 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 fir-rigward ta' l-istandards minimi għat-trattament ta' tnaqqis fil-prezzijiet fl-Indiċi Armonizzat tal-Prezzijiet tal-Konsumatur (ĠU L 300, tad-29.11.2000, p. 16)." Artikolu 2 It-testi tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nri 2601/2000 u 2602/2000 fil-lingwi ta' l-Islanda u tan-Norveġja, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-20 ta' Ġunju 2001, kemm-il darba n-notifikazzjonijiet kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu intgħamlu lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [5]. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fit-Taqsima ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE ta', l-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmula fi Brussel, fid-19 ta' Ġunju 2001. Għall-Kumitat Konġunt ŻEE Il-President P. Westerlund [1] ĠU L 165, tal-21.6.2001, p. 63. [2] ĠU L 300, tad-29.11.2000, p. 14. [3] ĠU L 300, tad-29.11.2000, p. 16. [4] ĠU L 257, tad-27.10.1995, p. 1. [5] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali ma huma indikati. --------------------------------------------------