SENTENZA TAL‑QORTI TAL‑ĠUSTIZZJA (It‑Tieni Awla)
19 ta’ Settembru 2024 ( *1 )
“Appell – Għajnuna mill-Istat Skema ta’ għajnuna implimentata mir-Renju Unit tal-Gran Britannja u l-Irlanda ta’ Fuq favur ċerti gruppi multinazzjonali – Tassazzjoni tal-profitti finanzjarji mhux kummerċjali tal-kumpanniji barranin kkontrollati (CFC) – Eżenzjonijiet – Funzjonijiet tal-persuni sinjifikattivi – Iddevjar artifiċjali tal-profitti – Tnaqqis tal-bażi tat-taxxa – Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna bħala inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tal-għajnuna mħallsa – Qafas ta’ riferiment – Dritt nazzjonali applikabbli – Tassazzjoni msejħa ‘normali’”
Fil-Kawżi magħquda C‑555/22 P, C‑556/22 P u C‑564/22 P,
li għandhom bħala suġġett tliet appelli skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, imressqa rispettivament fis‑16 ta’ Awwissu, 17 ta’ Awwissu u fil‑25 ta’ Awwissu 2022,
Ir-Renju Unit tal-Gran Britannja u l-Irlanda ta’ Fuq, irrappreżentati inizjalment minn L. Baxter, sussegwentement minn L. Baxter u S. Fuller, sussegwentement minn R. Fadoju u S. Fuller u, fl-aħħar, minn S. Fuller, bħala aġenti, assistiti minn P. Baker, KC, u T. Johnston, barrister,
appellant u rikorrent fl-ewwel istanza (C‑555/22 P)
intervenjent fl-ewwel istanza (C‑556/22 P u C‑564/22 P),
ITV plc, stabbilita f’Londra (ir-Renju Unit), irrappreżentata minn K. Beal, KC, u J. Lesar, solicitor,
appellanti (C‑556/22 P)
rikorrenti fl-ewwel istanza (C‑556/22 P u C‑564/22 P),
vs
LSEGH (Luxembourg) Ltd, stabbilita f’Londra,
London Stock Exchange Group Holdings (Italy) Ltd, stabbilita f’Londra,
irrappreżentati minn O. W. Brouwer, A. Pliego Selie, advocaten, u A. von Bonin, Rechtsanwalt,
appellanti (C‑564/22 P)
intervenjenti fl-ewwel istanza (C‑556/22 P u C‑564/22 P),
il-parti l-oħra fil-kawża li hija:
Il-Kummissjoni Ewropea, irrappreżentata minn M. Farley, L. Flynn, u B. Stromsky, bħala aġenti,
konvenuta fl-ewwel istanza (C‑555/22 P, C‑556/22 P u C‑564/22 P),
IL‑QORTI TAL‑ĠUSTIZZJA (It‑Tieni Awla),
komposta minn A. Prechal, Presidenta tal-Awla, F. Biltgen, N. Wahl (Relatur), D. Gratsias u M. L. Arastey Sahún, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: L. Medina,
Reġistratur: R. Stefanova-Kamisheva, Amministratriċi,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal‑10 ta’ Jannar 2024,
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukata Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal‑11 ta’ April 2024,
tagħti l-preżenti
Sentenza
|
1 |
Permezz tal-appelli rispettivi tagħhom, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (C‑555/22 P), ITV plc (C‑556/22 P) kif ukoll LSEGH (Luxembourg) Ltd u London Stock Exchange Group Holdings (Italy) Ltd (iktar ’il quddiem, flimkien, “LSEGH”) (C‑564/22 P) jitolbu l-annullament tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat‑8 ta’ Ġunju 2022, Ir-Renju Unit u ITV vs Il-Kummissjoni (T‑363/19 u T‑456/19, iktar ’il quddiem is-“sentenza appellata”, EU:T:2022:349), li permezz tagħha din tal-aħħar ċaħdet ir-rikorsi tar-Renju Unit u ta’ ITV, sostnuti minn LSEGH, intiżi għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1352 tat‑2 ta’ April 2019 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.44896 implimentata mir-Renju Unit dwar l-Eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi ta’ CFC (ĠU 2019, L 216, p. 1, iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kontenzjuża”). |
Id‑dritt tar‑Renju Unit
|
2 |
Fir-Renju Unit, ir-regoli fiskali li jikkonċernaw il-kumpanniji barranin ikkontrollati (CFC) huma stabbiliti fil-Parti 9 A tat-Taxation (International and Other Provisions) Act 2010 (Il-Liġi tal‑2010 dwar it-Tassazzjoni (Dispożizzjonijiet Internazzjonali u Dispożizzjonijiet Oħra), iktar ’il quddiem it-“TIOPA”). |
|
3 |
Id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Parti 9 A tat-TIOPA huma s-segwenti: “[…] Kapitolu Nru 1 Ħarsa ġenerali 371AA Ħarsa ġenerali [tal-] Parti [9 A tat-TIOPA]
[…]
Kapitolu Nru 2 L-imposta ta’ CFC 371BA Introduzzjoni għall-imposta ta’ CFC
[…] 371BB Il-punt ta’ kontroll tal-imposta ta’ CFC
Stadju 1 Skont il-Kapitolu 3, il-punt ta’ kontroll jiddefinixxi jekk (u, jekk iva, liema fosthom) il-Kapitoli 4 sa 8 japplikaw għas-sena finanzjarja. Jekk l-ebda wieħed minn dawn il-kapitoli ma japplika, l-ebda wieħed mill-profitti totali stmati taċ-CFC ma għandu jgħaddi mill-punt ta’ kontroll tal-imposta ta’ CFC u l-istadju 2 ma għandux jiġi segwit. Stadju 2 Jiddetermina sa liema punt il-profitti totali stmati taċ-CFC jaqgħu taħt wieħed mill-kapitoli li japplikaw għas-sena finanzjarja […]
[…] 371BCApplikazzjoni tal-imposta ta’ CFC […] (3) […] ‘ir-rata xierqa’ […] tfisser[:] […]
[…] Kapitolu Nru 3 Il-punt ta’ kontroll ta’ imposta ta’ CFC: li jiġi ddeterminat jekk (u, jekk iva, liema fosthom) il-Kapitoli 4 sa 8 japplikaw […] 371CB Il-Kapitolu 5 huwa applikabbli?
[…]
[…] Kapitolu Nru 4 Il-punt ta’ kontroll ta’ imposta ta’ CFC: li l-profitti jistgħu jkunu attribwiti għal attivitajiet fir-Renju Unit 371DA Introduzzjoni għall-Kapitolu Nru 4
[…] 371DB L-istadji (1) Dawn huma t-[tmien] stadji msemmija fl-Artikolu 371DA(1). L-istadji għandhom jiġu segwiti skont il-prinċipji esposti fir-rapport tal-OECD (sa fejn dan huwa rilevanti). Stadju 1 Jiġu identifikati l-assi li ċ-CFC għandha jew kellha, u r-riskji li ċ-CFC iġarrab jew ġarrbet, u li minnhom jirriżultaw l-ammonti inklużi fil-profitti totali stmati taċ-CFC. L-assi u r-riskji [hekk] identifikati huma imsejħa ‘l-assi u r-riskji rilevanti’ Stadju 2 […] Stadju 3 Jiġi identifikat l-FHS żgurati mill-grupp li taħtu taqa’ ċ-CFC li huma rilevanti għal[:]
Għal dan l-għan, assuma li l-grupp li taqa’ taħtu ċ-CFC huwa kumpannija unika. Stadju 4 Jiġi ddeterminat sa fejn l-FHS identifikati fl-istadju 3 huma FHS tar-RU u sa fejn dawn huma FHS barra mir-RU. Jekk l-ebda mill-FHS ma hija FHS tar-RU, fi kwalunkwe punt, l-ebda profitt għalhekk ma jaqa taħt dan il-kapitolu u ma hemmx lok li jiġu segwiti l-istadji l-oħra. Stadju 5 Jiġi assunt li l-FHS tar-RU stabbiliti fl-istadju 4 jiġu żgurati minn stabbiliment permanenti li ċ-CFC għandha fir-Renju Unit u, konsegwentement, jiġi ddeterminat sa liema punt l-assi u r-riskji inklużi fl-assi u r-riskji rilevanti jiġu attribwiti lill-istabbiliment permanenti. […] […] Stadju 7 Jiġu ddeterminati mill-ġdid il-profitti totali stmati taċ-CFC fuq il-bażi li ċ-CFC[:]
sa fejn dawn jiġu attribwiti lill-istabbilment permanenti imsemmi fl-istadju 5. Il-‘profitti provviżorji tal-Kapitolu Nru 4’ huma l-profitti kollha stmati taċ-CFC sa fejn dawn huma esklużi mid-determinazzjoni il-ġdid tal-profitti. Stadju 8 Jiġu esklużi mill-profitti proviżorji tal-Kapitolu Nru 4 l-ammonti li għandhom jiġu esklużi skont l-Artikoli 371DD, 371DE jew 371DF. Il-profitti li jifdal (jekk ikun hemm) jaqgħu taħt dan il-kapitolu. […] Kapitolu Nru 5 Il-punt ta’ kontroll tal-imposta ta’ CFC: profitti finanzjarji mhux kummerċjali 371EA Ir-regola bażika
371EB Attivitajiet fir-Renju Unit
371EC Investiment ta’ kapital mir-Renju Unit
[…] Kapitolu Nru 9 Eżenzjonijiet għal profitti li jirriżultaw minn self kwalifikanti 371IA Ir-regola bażika
[…] 371IG X’inhu ‘self kwalifikanti’?
(a) fejn id-debitur finali huwa kumpannija eliġibbli […] […] […] (8) F’dan il-kapitolu, ‘kumpanija eliġibbli’ tfisser kumpannija li[:] (a) hija marbuta maċ-CFC, u
371IH Esklużjonijiet mid-definizzjoni ta’ ‘self kwalifikanti’ […]
[…]” |
|
4 |
Il-Parti 2 tat-TIOPA hija ddedikata għall-ħelsien mit-taxxa doppja, kif jirriżulta mit-titolu tagħha. |
Il‑fatti li wasslu għall‑kawża
|
5 |
Għall-bżonnijiet ta’ din il-proċedura, il-fatti li wasslu għall-kawża, esposti fil-punti 1 sa 28 tas-sentenza appellata, jistgħu jiġu ppreżentati kif ġej. |
Fuq il‑grupp ITV
|
6 |
ITV, residenti għal finijiet ta’ taxxa fir-Renju Unit, hija l-kumpannija holding f’ras il-grupp bl-istess isem, attiv fil-ħolqien, fil-produzzjoni u fid-distribuzzjoni ta’ kontenuti awdjoviżivi permezz ta’ diversi pjattaformi fid-dinja, li jinkludi b’mod partikolari xi CFC. |
|
7 |
Matul diversi snin finanzjarji, sa minn tal-inqas sas-sena finanzjarja 2016, il-profitti imputati lil ITV iġġenerati mill-interessi fuq uħud mis-self mogħti minn xi CFC ikkontrollati minn din il-kumpannija kienu s-suġġett ta’ talba għal eżenzjoni abbażi tal-Kapitolu Nru 9 tal-Parti 9 A tat-TIOPA (iktar ’il quddiem il-“Kapitolu Nru 9”). |
Fuq ir‑regoli fiskali nazzjonali kif ippreżentati mill‑Qorti Ġenerali
|
8 |
Il-Qorti Ġenerali ġabret fil-qosor ir-regoli fiskali nazzjonali kif ġej:
[…]
|
|
9 |
F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali ppreċiżat li, fl-aħħar sentenza tal-punt 8 tas-sentenza appellata li, “[a]bbażi tal-Artikolu 371IG [tal-Kapitolu 9], is-self kwalifikanti huwa, essenzjalment, self intragrupp mogħti mis-CFC lil membri oħra tal-grupp multinazzjonali mhux residenti fir-Renju Unit”. Din id-definizzjoni għandha tinqara fid-dawl tal-punt 145 ta’ din is-sentenza, li fih il-Qorti Ġenerali ppreċiżat li, skont l-Artikolu 371IH [tal-Kapitolu 9], huma esklużi mid-definizzjoni ta’ self kwalifikanti b’mod partikolari s-self mogħti lil kumpannija stabbilita fir-Renju Unit jew lil stabbiliment permanenti f’dan l-Istat ta’ kumpannija mhux residenti. |
|
10 |
Barra minn hekk, fil-punt 9 tal-istess sentenza, hija indikat li l-Kapitolu Nru 9 jipprevedi t-tliet tipi ta’ eżenzjonijiet li ġejjin (iktar ’il quddiem l-“eżenzjonijiet inkwistjoni”):
|
Fuq id‑deċiżjoni kontenzjuża
|
11 |
Fid-deċiżjoni kontenzjuża, adottata fit-tmiem tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali, skont l-Artikolu 108(2) TFUE, il-Kumissjoni Ewropea kkunsidrat li l-iskema li tirriżulta mill-eżenzjonijiet inkwistjoni (iktar ’il quddiem l-“iskema ikkontestata”) tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, sa fejn hija applikata għal profitti finanzjarji mhux kummerċjali li jirriżultaw minn self kwalifikanti, li kien jaqa’ taħt l-Artikolu 371EB tal-Kapitolu Nru 5 tal-Parti 9 A tat-TIOPA (iktar ’il quddiem il-“Kapitolu Nru 5”). B’mod partikolari, hija kkunsidrat li l-eżenzjonijiet inkwistjoni jikkostitwixxu skema ta’ għajnuna, fis-sens tal-Artikolu 1(d) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat‑13 ta’ Lulju 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 [TFUE] (ĠU 2015, L 248, p. 9), li din l-iskema hija inkompatibbli mas-suq intern u li ġiet illegalment implimentata mir-Renju Unit, bi ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE (Artikolu 1 tad-deċiżjoni kontenzjuża). |
|
12 |
Madankollu, il-Kummissjoni qieset li l-iskema kkontestata ma kinitx tikkostitwixxi għajnuna meta kienet tapplika għal profitti finanzjarji mhux kummerċjali li jirriżultaw minn self kwalifikanti li kien jissodisfa l-kriterju li jirriżulta mill-Artikolu 371EC tal-Kapitolu Nru 5, ibbażat fuq il-kapital marbut mar-Renju Unit (iktar ’il quddiem il- “kriterju tal-kapital marbut mar-Renju Unit”), u li ma kienx jissodisfa l-kriterju li jirriżulta mill-Artikolu 371EB ta’ dan il-kapitolu, ibbażat fuq il-fatt li l-FHS rilevanti kienu jkunu żgurati fir-Renju Unit (iktar ’il quddiem il-“kriterju tal-FHS fir-Renju Unit”). |
|
13 |
Sabiex tasal għad-deċiżjonijiet esposti fil-punti 11 u 12 ta’ din is-sentenza, il-Kummissjoni analizzat ir-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfatti sabiex l-eżenzjonijiet inkwistjoni jkunu jistgħu jiġu kklassifikati bħala għajnuna mill-Istat, fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. |
|
14 |
Wara li kkonstatat li l-eżenzjonijiet inkwistjoni kienu jikkostitwixxu miżuri imputabbli lir-Renju Unit u ffinanzjati permezz ta’ riżorsi ta’ dan l-Istat, li setgħu jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri u li dawn kienu joħolqu distorsjoni jew jheddu li joħolqu distorsjoni tal-kompetizzjoni, il-Kummissjoni ffokat fuq l-eżistenza ta’ vantaġġ selettiv. |
|
15 |
Il-Kummissjoni irrilevat ukoll li l-eżenzjonijiet inkwistjoni jagħtu vantaġġ ekonomiku peress li jippermettu lil kumpanija stabbilita fir-Renju Unit u li tikkontrolla CFC, li alternattivament kienet tkun is-suġġett ta’ imposta ta’ CFC skont il-Kapitolu Nru 5, titlob, skont il-Kapitolu Nru 9, li din l-imposta tiġi applikata biss għal 25 % tal-profitti finanzjarji mhux kummerċjali ta’ din iċ-CFC, sa fejn dawn huma profitti li jirriżultaw minn self kwalifikanti, b’tali mod li 75 % ta’ dawn il-profitti huma eżentati mill-imsemmija imposta. Taħt ċertu kundizzjonijiet, l-istess imposta tista’ tiġi applikata għal perċentwali iktar imnaqqas, fatt li jwassal għal eżenzjoni li tista’ tkopri sa 100 % tal-profitti kkonċernati taċ-CFC. |
|
16 |
Fir-rigward tan-natura selettiva tal-eżenzjonijiet inkwistjoni, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-qafas ta’ riferiment kien ikkostitwit mir-regoli applikabbli għaċ-CFC, stabbiliti fil-Parti 9A tat-TIOPA, u li dawn l-eżenzjonijiet kienu jikkostitwixxu deroga minn dan il-qafas. |
|
17 |
F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni sostniet li s-sitwazzjoni ta’ entità taxxabbli li tikkontrolla CFC li tiġġenera profitti mhux kummerċjali li jirriżultaw minn self kwalifikanti hija komparabbli mas-sitwazzjoni ta’ entità taxxabbli li tikkontrolla CFC li tiġġenera profitti finanzjarji mhux kummerċjali oħra, b’mod partikolari fil-kuntest ta’ self mogħti minn din iċ-CFC lil dawn il-kumpanniji relatati residenti fir-Renju Unit, msejħa “self upstream”, u ta’ self mogħti mill-imsemmija CFC lil terzi, indikat bħala “self fittizju”. |
|
18 |
Il-Kummissjoni tfakkar li miżura derogatorja fil-qafas ta’ riferiment tista’ madankollu tiġi ġġustifikata minn natura jew l-istruttura ġenerali ta’ dan il-qafas u li huwa l-Istat Membru kkonċernat li għandu jagħti prova ta’ tali ġustifikazzjoni. Ir-Renju Unit kien sostna, minn naħa, li l-eżenzjonijiet inkwistjoni kienu intiżi li jiggarantixxu li s-sistema tkun ġestibbli u amministrabbli. Min-naħa l-oħra, huma jiżguraw l-eżerċizzju tal-libertà ta’ stabbiliment fi ħdan l-Unjoni Ewropea. |
|
19 |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ammettiet li, sa fejn l-iskema kkontestata kienet tkopri sitwazzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Kapitolu Nru 5 skont il-kriterju tal-kapital marbut mar-Renju Unit, din l-iskema setgħet tiġi kkunsidrata bħala intiża sabiex tiżgura l-prattiċità amministrattiva tar-regoli applikabbli għaċ-CFC. |
|
20 |
Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni eskludiet li din l-iskema, sa fejn kienet applikabbli għal sitwazzjonijiet li jissodisfaw il-kriterju tal-FHS fir-Renju Unit, tista’ tkun iġġustifikata mill-ħtieġa li jkun hemm regoli kontra l-evażjoni li jkunu amministrabbli u ġestibbli jew minn dik li jiġu osservati l-libertajiet stabbiliti fit-Trattati. |
|
21 |
Barra minn hekk, hija ppreċiżat li, wara l-emendi li saru għar-regoli applikabbli għaċ-CFC, fil-kuntest tat-traspożizzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/1164 tat‑12 ta’ Lulju 2016 li tistabbilixxi regoli kontra l-prattiki ta’ evitar tat-taxxa li jaffettwaw direttament il-funzjonament tas-suq intern (ĠU 2016, L 193, p. 1), mill‑1 ta’ Jannar 2019, u li jipprovdu li ma kienx iktar possibbli li titressaq talba sabiex jinkisbu l-eżenzjonijiet inkwistjoni fir-rigward tal-profitti li jissodisfaw il-kriterju tal-FHS fir-Renju Unit, l-iskema kkontestata kienet saret konformi mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. |
|
22 |
Fir-rigward tal-kompatibbiltà tal-iskema kkontestata mas-suq intern, il-Kummissjoni esponiet, essenzjalment, li l-għajnuna mogħtija taħt din l-iskema ma tiffaċilitax l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi jew ta’ ċerti żoni ekonomiċi, bir-riżultat li ma taqax taħt l-Artikolu 107(3)(c) TFUE. |
|
23 |
Fl-aħħar nett, fl-assenza ta’ ksur tal-prinċipji fundamentali tad-dritt tal-Unjoni, il-Kummissjoni ordnat l-irkupru tal-għajnuna mogħtija fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-iskema kkontestata mingħand il-benefiċjarji tagħha. |
Ir-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali u s-sentenza appellata
|
24 |
Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit‑12 ta’ Ġunju 2019, r-Renju Unit ippreżenta r-rikors fil-Kawża T‑363/19, intiż għall-annullament tad-deċiżjoni kontenzjuża. |
|
25 |
Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fil‑4 ta’ Lulju 2019, ITV ippreżentat ir-rikors fil-Kawża T‑456/19, intiż għall-annullament ta’ din id-deċiżjoni. |
|
26 |
Permezz ta’ deċiżjoni tad‑29 ta’ Jannar 2020, ir-Renju Unit ġie ammess bħala intervenjent fil-Kawża T‑456/19 insostenn tat-talbiet ta’ ITV. |
|
27 |
Permezz tad-digriet tal‑24 ta’ Novembru 2020, ITV vs Il-Kummissjoni (T‑456/19, EU:T:2020:640), il-Qorti Ġenerali laqgħet it-talba tal-LSEGH li jiġu ammessi bħala intervenjenti fil-Kawża T‑456/19, insostenn tat-talbiet ta’ ITV. |
|
28 |
Permezz ta’ deċiżjoni tal‑21 ta’ Lulju 2021, il-Kawżi T‑363/19 u T‑456/19 ġew magħquda għall-finijiet tal-fażi orali tal-proċedura. |
|
29 |
Permezz tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali, wara li għaqdet il-Kawżi T‑363/19 u T‑456/19 għall-finijiet tagħha, ċaħdet ir-rikorsi. |
|
30 |
F’dan il-kuntest, il-Qorti Ġenerali b’mod partikolari eżaminat il-kundizzjoni relatata mal-eżistenza ta’ vantaġġ selettiv, billi applikat l-analiżi fi tliet stadji, mitluba skont is-sentenza tal‑21 ta’ Diċembru 2016, Il-Kummissjoni vs World Duty Free Group et. (C‑20/15 P u C‑21/15 P, EU:C:2016:981, punti 57 u 58), imsemmija fil-punti 61 tas-sentenza appellata, li jikkonsistu, l-ewwel nett, li jiġi identifikat il-qafas ta’ riferiment, sussegwentement, li jiġi vverifikat jekk l-iskema kkontestata kinitx tidderoga minn dan il-qafas, fid-dawl tal-għan segwiet minn dan tal-aħħar, u fl-aħħar nett, li jiġi stabbilit jekk l-Istat Membru kienx wera li d-distinzjoni introdotta minn din l-iskema hijiex ġġustifikata, peress li hija tirriżulta min-natura jew mill-istruttura tal-qafas li fih kienet taqa’ din l-iskema. Wara, fil-punti 63 sa 203 tas-sentenza appellata, dawn it-tliet stadji, il-Qorti Ġenerali kkonfermat il-konstatazzjonijiet li jinsabu fid-deċiżjoni kontenzjuża fir-rigward ta’ din il-kundizzjoni. |
|
31 |
B’mod partikolari, fil-kuntest tal-ewwel stadju msemmi fil-punt preċedenti ta’ din is-sentenza, il-Qorti Ġenerali ċaħdet il-motivi li permezz tagħhom ir-Renju Unit u ITV sostnew li l-Kummissjoni kienet wettqet żball ta’ evalwazzjoni meta kkonkludiet li l-qafas ta’ riferiment kien ikkostitwit mhux mis-sistema ġenerali tat-taxxa fuq il-kumpanniji fir-Renju Unit (iktar ’il quddiem l-“SĠTK”), iżda biss mir-regoli applikabbli għaċ-CFC. |
|
32 |
F’dan ir-rigward, fl-ewwel lok, minn naħa, il-Qorti Ġenerali esponiet li l-SĠTK kienet ibbażata fuq il-prinċipju ta’ territorjalità, li fuq il-bażi tiegħu huma biss il-profitti ġġenerati fir-Renju Unit li jiġu ntaxxati. Min-naħa l-oħra, hija rrilevat li r-regoli applikabbli għaċ-CFC kienu intiżi sabiex il-profitti ġġenerati minn CFC li, skont dan il-prinċipju, normalment ma jiġux intaxxati fir-Renju Unit, ikunu madankollu intaxxati, meta dawn kienu kkunsidrati bħala li ġew iddevjati b’mod artifiċjali lil hinn mir-Renju Unit. Minn dan il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li r-regoli applikabbli għaċ-CFC kienu separabbli mill-SĠTK (punti 77, 78 u 80 sa 83 tas-sentenza appellata). |
|
33 |
Fit-tieni lok, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li r-regoli applikabbli għaċ-CFC kienu jifformaw korp komplet ta’ regoli, distint mill-SĠTK, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-bażi taxxabbli, il-persuni suġġetti għat-taxxa, il-fatt taxxabbli u r-rata tat-taxxa. Hija enfasizzat ukoll li dawn ir-regoli kienu jipprevedu mekkaniżmu sabiex tiġi evitata t-taxxa doppja, li ma hijiex rilevanti fil-kuntest tal-kalkolu tat-taxxa abbażi tal-SĠTK (punti 85 sa 90 tas-sentenza appellata). |
|
34 |
Fil-kuntest tat-tieni stadju msemmi fil-punt 30 ta’ din is-sentenza, fl-ewwel lok, il-Qorti Ġenerali ċaħdet l-argumenti tar-Renju Unit u ta’ ITV li jgħidu li l-awtoritajiet fiskali tar-Renju Unit ma jistgħu jagħtu ebda vantaġġ bl-applikazzjoni tal-Kapitolu Nru 9, peress li d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-kapitolu ma jistgħux jiġu kkunsidrati separatament minn dawk tal-Kapitolu Nru 3 tal-Parti 9 A tat-TIOPA (iktar ’il quddiem il-“Kapitolu Nru 3) u dawk tal-Kapitolu Nru 5. |
|
35 |
Minħabba f’hekk, il-Qorti Ġenerali qieset, essenzjalment, li r-regoli stabbiliti fil-Parti 9A tat-TIOPA kienu jistabbilixxu kriterji għall-identifikazzjoni ta’ sitwazzjonijiet fejn kien hemm iddevjar artifiċjali ta’ profitti, bħal, b’mod partikolari, dawk koperti mill-Kapitolu 5. Għalhekk, skont il-Qorti Ġenerali, fejn wieħed mill-kriterji stabbiliti minn dawn ir-regoli ġie ssodisfatt, il-profitti ġġenerati miċ-CFC inkwistjoni huma ntaxxati fir-Renju Unit permezz tal-imposta taċ-CFC. Minn dan hija kkonkludiet li l-fatt li jiġu previsti, fil-Kapitolu Nru 9, eżenzjonijiet minn din l-imposta għal profitti li kieku kienu jkunu s-suġġett tagħha, skont il-kriterji msemmija iktar ’il fuq, kien jikkostitwixxi vantaġġ (punti 96 u 100 sa 108 tas-sentenza appellata). |
|
36 |
Fit-tieni lok, il-Qorti Ġenerali eżaminat l-argumenti tar-Renju Unit u ta’ ITV, sostnuti minn LSEGH, li jgħidu li l-Kummissjoni kienet qieset b’mod żbaljat li l-għan tar-regoli applikabbli għaċ-CFC kien limitat għat-tassazzjoni tal-profitti ddevjati b’mod artifiċjali, filwaqt li dawn ir-regoli huma intiżi li jipproteġu l-bażi tat-taxxa fuq il-kumpanniji fir-Renju Unit. |
|
37 |
F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali qieset li l-protezzjoni tal-bażi taxxabbli tat-taxxa fuq il-kumpanniji tar-Renju Unit kienet għan wiesa’, li fi ħdanu kien integrat l-għan iktar speċifiku li kien li jiġu ntaxxati profitti ddevjati b’mod artifiċjali lil hinn mir-Renju Unit. Hija enfasizzat li, għalkemm diversi miżuri kienu ġew adottati sabiex jipproteġu din il-bażi taxxabbli, mill-proċess kien jirriżulta li l-għan speċifiku tal-qafas ta’ riferiment rilevanti, ikkostitwit mir-regoli applikabbli għaċ-CFC, kien li jikkontribwixxi għal din il-protezzjoni permezz tal-intaxxar tal-profitti taċ-CFC iddevjati b’mod artifiċjali lil hinn mir-Renju Unit (punti 109 u 114 sa 120 tas-sentenza appellata). |
|
38 |
Fit-tielet lok, il-Qorti Ġenerali analizzat l-argumenti tar-Renju Unit u ta’ ITV, sostnuti minn LSEGH, li skonthom, essenzjalment, l-iskema kkontestata ma kinitx, a priori, selettiva, minħabba li r-regoli applikabbli għaċ-CFC huma intiżi li jimponu obbligu fiskali biss fil-każijiet li jippreżentaw riskju għoli ta’ abbuż jew ta’ ddevjar artifiċjali ta’ profitti tar-Renju Unit. |
|
39 |
Għal dan l-għan, il-Qorti Ġenerali rrilevat b’mod partikolari li l-eżenzjonijiet inkwistjoni kienu japplikaw għal profitti finanzjarji mhux kummerċjali taċ-CFC, li jirriżultaw minn self mogħti minnhom, li fir-rigward tagħhom kien ġie ssodisfatt il-kriterju tal-FHS fir-Renju Unit jew il-kriterju tal-kapital marbut mar-Renju Unit (punt 131 tas-sentenza appellata). |
|
40 |
Wara l-eżami tagħha tas-selettività a priori, il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li l-eżenzjonijiet inkwistjoni, sa fejn kienu applikabbli biss għall-profitti finanzjarji mhux kummerċjali taċ-CFC li jirriżultaw minn self kwalifikanti, bl-esklużjoni ta’ self mogħti lil kumpanniji relatati mar-Renju Unit u dak mogħti lil kumpaniji terzi, kienu jwasslu għal trattament iddifferenzjat ta’ sitwazzjonijiet paragunabbli, b’tali mod li l-Kummissjoni ma kinitx wettqet żball ta’ evalwazzjoni meta hija kienet ikkonkludiet li kien jeżisti vantaġġ f’dan il-każ u li dan kien a priori selettiv (punti 167 sa 182 tas-sentenza appellata). |
|
41 |
Fil-kuntest tat-tielet stadju msemmi fil-punt 30 ta’ din is-sentenza, il-Qorti Ġenerali ċaħdet l-argumenti tar-Renju Unit u ta’ ITV li jgħidu li l-eżenzjonijiet inkwistjoni kienu ġġustifikati minn raġunijiet relatati, minn naħa, mal-prattiċità amministrattiva u, min-naħa l-oħra, mal-osservanza tal-libertà ta’ stabbiliment. |
|
42 |
Fil-fatt, fir-rigward ta’ din il-libertà, il-Qorti Ġenerali tfakkar li, fil-punti 72 u 73 tas-sentenza tat‑12 ta’ Settembru 2006, Cadbury Schweppes u Cadbury Schweppes Overseas (C‑196/04, EU:C:2006:544), il-Qorti tal-Ġustizzja qatgħet u ddeċidiet li, sa fejn il-leġiżlazzjoni dwar iċ-CFC fis-seħħ f’dak iż-żmien kienet tillimita l-applikazzjoni tat-taxxa għall-profitti ta’ CFC għal arranġamenti purament artifiċjali, din kienet kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tat-trattati li jiggarantixxu l-libertà ta’ stabbiliment. Minn dan hija ddeduċiet li, peress li l-imposta ta’ CFC tirrigwarda profitti li, skont il-kriterju tal-FHS fir-Renju Unit, kellhom jiġu kkunsidrati bħala li ġew iddevjati b’mod artifiċjali, din l-imposta ma kinitx tinvolvi ostakolu għal-libertà ta’ stabbiliment u, konsegwentement, li l-eżenzjonijiet inkwistjoni ma setgħux jiġu ġġustifikati min-neċessità li tiġi żgurata l-osservanza ta’ din il-libertà (punti 200 u 201 tas-sentenza appellata). |
|
43 |
Fid-dawl ta’ dawn l-elementi kollha, il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li l-Kummissjoni ma wettqitx żball ta’ evalwazzjoni meta qieset li l-eżenzjonijiet inkwistjoni kienu jagħtu vantaġġ selettiv lill-benefiċjarji tagħhom. |
Il‑proċedura quddiem il‑Qorti tal‑Ġustizzja u t‑talbiet tal‑partijiet fl‑appelli
|
44 |
Permezz ta’ atti ppreżentati fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja rispettivament fis‑16 ta’ Awwissu, fis‑17 ta’ Awwissu u fil‑25 ta’ Awwissu 2022, ir-Renju Unit, ITV u LSEGH ippreżentaw dawn l-appelli, irreġistrati rispettivament bin-numri C‑555/22 P, C‑556/22 P u C‑564/22 P. |
|
45 |
Permezz ta’ deċiżjoni tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas‑6 ta’ Ottubru 2022, il-Kawżi C‑555/22 P, C‑556/22 P u C‑564/22 P ġew magħquda għall-finijiet tal-fażijiet bil-miktub u orali tal-proċedura kif ukoll għall-finijiet tas-sentenza. |
|
46 |
Ir-Renju Unit jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja:
|
|
47 |
ITV titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja:
|
|
48 |
LSEGH jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja:
|
|
49 |
Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja:
|
Fuq l‑appelli
|
50 |
Insostenn tal-appell tiegħu, ir-Renju Unit invoka ħames aggravji, ibbażati, l-ewwel wieħed, fuq żball ta’ liġi, żnaturament u klassifikazzjoni żbaljata tal-fatti fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-qafas ta’ riferiment, it-tieni, żball ta’ liġi, żnaturament u klassifikazzjoni żbaljata tal-fatti fir-rigward tal-eżistenza ta’ vantaġġ, it-tielet, żball ta’ liġi, żnaturament u klassifikazzjoni żbaljata tal-fatti kif ukoll ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni fir-rigward tas-selettività, ir-raba’, żball ta’ liġi, żnaturament tal-fatti u ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni fir-rigward tal-prattiċità amministrattiva u, il-ħames, żball ta’ liġi fir-rigward tal-libertà ta’ stabbiliment. |
|
51 |
Min-naħa tagħha, ITV tqajjem erba’ aggravji, ibbażati, l-ewwel wieħed, fuq żball marbut mad-determinazzjoni tal-qafas ta’ riferiment, it-tieni wieħed, fuq żball marbut mad-determinazzjoni ta’ vantaġġ selettiv, it-tielet wieħed, fuq żball marbut mat-trattament tal-ġustifikazzjoni tal-eżenzjonijiet inkwistjoni u, ir-raba’ wieħed, fuq żball marbut mal-applikazzjoni tas-sentenza tat‑12 ta’ Settembru 2006, Cadbury Schweppes u Cadbury Schweppes Overseas (C‑196/04, EU:C:2006:544). |
|
52 |
Fir-rigward tal-LSEGH, huma għamlu użu minn ħames aggravji, ibbażati, l-ewwel wieħed, fuq żball ta’ liġi fid-determinazzjoni tal-qafas ta’ riferiment, it-tieni wieħed, fuq żball ta’ liġi f’dak li jikkonċerna l-identifikazzjoni tal-għan ta’ dan il-qafas, it-tielet wieħed, fuq żball ta’ liġi fir-rigward tal-eżistenza ta’ diskriminazzjoni bejn operaturi ekonomiċi, ir-raba wieħed, fuq ksur tal-Artikoli 263 u 296 TFUE minħabba l-assenza ta’ risposta għal ċerti motivi kif ukoll is-sostituzzjoni mill-Qorti Ġenerali tal-motivazzjoni tagħha stess għal dik tal-Kummissjoni fid-deċiżjoni kontenzjuża, u l-ħames wieħed, fuq żball ta’ liġi fir-rigward tal-ġustifikazzjoni tal-eżenzjonijiet inkwistjoni. |
|
53 |
Kif irrilevat, essenzjalment, l-Avukata Ġenerali fil-punti 41 sa 45 tal-konklużjonijiet tagħha, minn naħa, minkejja li l-appellanti ma jqajmux kollha l-istess numru ta’ aggravji u li, fi ħdanhom, kull appellant seta’ ta piż ftit jew wisq sinjifikattiv lil ċerti argumenti jew invoka argumenti speċifiċi, il-kontestazzjonijiet tagħhom jirrigwardaw, fundamentalment, erba’ kwistjonijiet, jiġifieri, l-ewwel nett, id-determinazzjoni tal-qafas ta’ riferiment, it-tieni nett, l-eżistenza ta’ vantaġġ selettiv, it-tielet nett, il-ġustifikazzjoni tal-iskema kkontestata min-neċessità li tiġi permessa l-prattiċità amministrattiva tar-regoli applikabbli għaċ-CFC u, ir-raba’ nett, il-ġustifikazzjoni ta’ din l-iskema min-neċessità li tiġi osservata l-libertà ta’ stabbiliment. |
|
54 |
Min-naħa l-oħra, l-essenzjal tal-appelli jirrigwarda l-kontestazzjoni tad-determinazzjoni tal-qafas ta’ riferiment, filwaqt li jiġi ppreċiżat li l-argumenti tal-appellanti dwar in-neċessità li jinqraw b’mod konġunt il-Kapitoli Nri 5 u 9, sa fejn jirriflettu l-approċċ ibbażat fuq ir-riskju segwit mir-Renju Unit, huma rilevanti wkoll għall-finijiet tal-evalwazzjoni ta’ din il-kontestazzjoni, anki meta dawn ġew ifformulati, jew żviluppati f’iktar dettall, fil-kuntest tal-kontestazzjoni tal-eżistenza ta’ vantaġġ selettiv jew ta’ dik li tikkonċerna l-ġustifikazzjoni tal-eżenzjonijiet inkwistjoni min-neċessità li tiġi osservata l-libertà ta’ stabbiliment. |
Fuq il‑kontestazzjoni tad‑determinazzjoni tal‑qafas ta’ riferiment
Fuq l-ammissibiltà
|
55 |
Il-Kummissjoni ssostni li l-evalwazzjoni tad-dritt nazzjonali tikkostitwixxi kwistjoni ta’ fatt, li taqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tal-Qorti Ġenerali, ħlief fil-każ fejn l-interpretazzjoni ta’ dan id-dritt tkun ibbażata fuq żnaturament tal-provi. Hija tammetti li, skont it-tagħlim li jirriżulta, b’mod partikolari, mis-sentenza tat‑8 ta’ Novembru 2022, Fiat Chrysler Finance Europe vs Il‑Kummissjoni (C‑885/19 P u C‑898/19 P, EU:C:2022:859), id-determinazzjoni korretta tal-qafas ta’ riferiment, l-ewwel stadju tal-analiżi dwar is-selettività ta’ miżura fiskali nazzjonali, hija kwistjoni ta’ liġi, iżda ssostni li, f’din is-sentenza, l-iżball ikkonstatat mill-Qorti tal-Ġustizzja kien jirrigwarda mhux l-interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali, iżda l-punt dwar jekk il-Qorti Ġenerali kinitx ħadet inkunsiderazzjoni l-elementi xierqa waqt id-determinazzjoni ta’ dan il-qafas. |
|
56 |
B’kuntrast, fil-kawżi ineżami, l-appellanti ma jallegawx li l-Qorti Ġenerali bbażat ruħha fuq elementi żbaljati meta evalwat jekk il-Kummissjoni kinitx iddefinixxiet b’mod korrett il-qafas ta’ riferiment. Huma sempliċement jikkontestaw l-interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali adottata mill-Qorti Ġenerali, filwaqt li, sabiex l-argument tagħhom jitqies li huwa ammissibbli, huma jkollhom juru li dan id-dritt ġie żnaturat, fis-sens li kien is-suġġett ta’ interpretazzjoni manifestament kuntrarja għall-kontenut tad-dispożizzjonijiet rilevanti jew li twassal sabiex dawn jingħataw portata li huma b’mod ċar ma kellhomx. |
|
57 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tiddeċiedi fuq appell minn deċiżjoni mogħtija mill-Qorti Ġenerali hija ddefinita mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 256(1) TFUE. Dan jindika li l-appell għandu jkun limitat għal punti ta’ dritt u għandu jsir “skond il-kondizzjonijiet u fil-limiti previsti fl-Istatut [tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea]”. F’lista enumerattiva tar-raġunijiet li jistgħu jiġu invokati f’dan il-kuntest, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58 ta’ dan l-istatut jippreċiża li l-appell jista’ jkun ibbażat fuq ksur tad-dritt tal-Unjoni min-naħa tal-Qorti Ġenerali |
|
58 |
Ċertament, bħala prinċipju, fir-rigward tal-eżami, fil-kuntest ta’ appell, tal-evalwazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali fir-rigward tad-dritt nazzjonali, li, fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat, jikkostitwixxu evalwazzjonijiet ta’ fatti, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni biss sabiex tivverifika jekk kienx hemm żnaturament ta’ dan id-dritt. Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja ma tistax tiġi mċaħħda mill-possibbiltà li tistħarreġ jekk tali evalwazzjonijiet jikkostitwixxux huma stess ksur tad-dritt tal-Unjoni mill-Qorti Ġenerali (sentenza tal‑5 ta’ Diċembru 2023, Il-Lussemburgu et. vs Il-Kummissjoni, C‑451/21 P u C‑454/21 P, EU:C:2023:948, punt 77 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
|
59 |
Issa, il-kwistjoni ta’ jekk il-Qorti Ġenerali ddelimitatx b’mod xieraq il-qafas ta’ riferiment rilevanti u, b’estensjoni, interpretatx b’mod korrett id-dispożizzjonijiet li jikkostitwixxuh, tirrigwarda punt ta’ dritt li jista’ jkun is-suġġett tal-istħarriġ tal-Qorti tal-Ġustizzja fl-istadju tal-appell. Fil-fatt, l-argumenti intiżi li jikkontestaw l-għażla tal-qafas ta’ riferiment jew it-tifsira tiegħu fl-ewwel stadju tal-analiżi tal-eżistenza ta’ vantaġġ selettiv huma ammissibbli peress li din l-analiżi tirriżulta minn klassifikazzjoni ġuridika tad-dritt nazzjonali abbażi ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni (sentenza tal‑5 ta’ Diċembru 2023, Il-Lussemburgu et. vs Il-Kummissjoni, C‑451/21 P u C‑454/21 P, EU:C:2023:948, punt 78 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
|
60 |
Jekk jiġi aċċettat li l-Qorti tal-Ġustizzja ma hijiex f’pożizzjoni li tiddetermina jekk huwiex mingħajr ma wettqet żball ta’ liġi li l-Qorti Ġenerali adottat id-delimitazzjoni tal-qafas ta’ riferiment rilevanti, l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tiegħu bħala parametri deċiżivi għall-finijiet tal-eżami tal-eżistenza ta’ vantaġġ selettiv ikun ifisser li tiġi aċċettata l-possibbiltà li l-Qorti Ġenerali tkun wettqet, jekk ikun il-każ, ksur ta’ dispożizzjoni tad-dritt primarju tal-Unjoni, jiġifieri l-Artikolu 107(1) TFUE, mingħajr ma dan il-ksur ikun jista’ jiġi ssanzjonat fil-kuntest tal-appell, u dan imur kontra t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 256(1) TFUE, kif ġie enfasizzat fil-punt 57 ta’ din is-sentenza (sentenza tal‑5 ta’ Diċembru 2023, Il-Lussemburgu et. vs Il-Kummissjoni, C‑451/21 P u C‑454/21 P, EU:C:2023:948, punt 79). |
|
61 |
Għalhekk hemm lok li jiġi kkunsidrat li l-appellanti jistgħu jitolbu lill-Qorti tal-Ġustizzja tistħarreġ jekk il-Qorti Ġenerali, għall-finijiet tal-analiżi dwar l-eżistenza ta’ vantaġġ selettiv fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, ġustament ikkonfermatx il-limitazzjoni mill-Kummissjoni tal-qafas ta’ riferiment biss għar-regoli applikabbli għaċ-CFC. |
Fuq il-mertu
– L-argumenti tal-partijiet
|
62 |
L-appellanti jsostnu, essenzjalment, li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi, li żnatura d-dritt nazzjonali jew li wassal għal klassifikazzjoni ġuridika żbaljata tal-istess dritt nazzjonali fil-waqt li kkunsidrat, kif għamlet il-Kummissjoni fid-deċiżjoni kontenzjuża, li l-qafas ta’ riferiment li fir-rigward tiegħu kien xieraq li jiġi ddeterminat jekk l-eżenzjonijiet inkwistjoni jagħtux lok għal vantaġġ selettiv, ma kienx ikkostitwit mill-SĠTK, iżda mir-regoli applikabbli għaċ-CFC, stabbiliti fil-Parti 9 A tat-TIOPA. |
|
63 |
F’dan ir-rigward, fl-ewwel lok, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali ppreżumiet b’mod żbaljat li kien “normali” li kumpannija li taqa’ taħt l-SĠTK tiġi ntaxxata fuq il-profitti ġġenerati minn CFC li jirriżultaw minn attivitajiet jew minn assi fir-Renju Unit. Fil-fehma tagħhom, minn naħa, din is-sistema hija essenzjalment, iżda mhux purament, territorjali, fis-sens li, bi ftit eżenzjonijiet, li jirrigwardaw b’mod partikolari d-dividendi li ġejjin minn sussidjarji barranin, huma taxxabbli l-profitti ġġenerati fuq livell dinji mill-persuni taxxabbli stabbiliti fir-Renju Unit. Min-naħa l-oħra, l-istess sistema hija bbażata mhux fuq il-prinċipju ta’ tassazzjoni ta’ grupp, iżda fuq dak ta’ tassazzjoni distinta ta’ kumpaniji, abbażi biss tal-profitti proprji tagħhom. Approċċ li permezz tiegħu r-regoli applikabbli għaċ-CFC jiġu kklassifikati bħala sistema ta’ tassazzjoni “normali” ma jqiegħedx neċessarjament dawn ir-regoli fil-kuntest rilevanti, bħala eċċezzjoni strettament limitata għall-prinċipju ġenerali tat-tassazzjoni, fil-biċċa l-kbira, territorjali. |
|
64 |
Iktar preċiżament, ITV tesponi, b’mod partikolari, li huwa minħabba n-natura eċċezzjonali tat-taxxa extraterritorjali li l-eżenzjonijiet inkwistjoni ġew ifformulati b’mod wiesa’ ħafna. Fil-fatt, dawn huma intiżi sabiex jirrendu konformi man-natura essenzjalment territorjali tal-SĠTK it-tassazzjoni tad-dħul iġġenerat miċ-CFC barra mir-Renju Unit. Il-leġiżlatur tar-Renju Unit attribwixxa lill-imposta ta’ CFC żona potenzjalment estiża, iżda ppreveda wkoll eżenzjonijiet li jservu bħala “lakuni” sabiex jippermettu li ma jiġux suġġetti għal din l-imposta l-profitti taċ-CFC li, fir-realtà, ma jippreġudikawx il-bażi taxxabbli fir-Renju Unit jew ma jikkostitwixxux profitti ddevjati b’mod totalment artifiċjali. |
|
65 |
LSEGH jfakkru, fir-rigward tagħhom, li d-determinazzjoni tal-qafas ta’ riferiment għandha ssir wara eżami oġġettiv tal-kontenut, tal-interazzjoni u tal-effetti konkreti tar-regoli applikabbli skont id-dritt nazzjonali ta’ dan l-Istat Membru kkonċernat. Għalhekk, fil-fehma ta’ LSEGH, ir-regoli applikabbli għaċ-CFC li jikkonċernaw il-profitti finanzjarji mhux kummerċjali għandhom jiġu interpretati b’mod konġunt mar-regoli dwar id-dividendi rċevuti mill-kumpanniji stabbiliti fir-Renju Unit mis-sussidjarji barranin tagħhom. |
|
66 |
Fit-tieni lok, l-appellanti jsostnu li, kuntrarjament għal dak li ddeċidiet il-Qorti Ġenerali, ir-regoli applikabbli għaċ-CFC ma humiex separabbli mill-SĠTK, iżda jikkostitwixxu, skont il-formulazzjoni użata mir-Renju Unit u minn ITV, eċċezzjoni għall-prinċipju ta’ territorjalità li tikkaratterizza fil-biċċa l-kbira l-SĠTK jew, skont il-formulazzjoni użata minn LSEGH, miżura korrettiva, inseparabbli minn din tal-aħħar, li hija intiża sabiex tipproteġi l-bażi tat-taxxa fuq il-kumpanniji fir-Renju Unit mill-abbużi li jinvolvu CFC. |
|
67 |
Sabiex isostnu l-kontestazzjoni tagħhom tan-natura separabbli tar-regoli applikabbli għaċ-CFC irrikonoxxuta mill-Qorti Ġenerali, qabel kollox, ir-Renju Unit u, għalkemm inqas fid-dettall, ITV jikkontestaw il-konstatazzjonijiet li jinsabu fis-sentenza appellata dwar il-bażi taxxabbli, tal-persuna suġġetta għat-taxxa, tal-fatt taxxabbli u tar-rata tat-taxxa. |
|
68 |
Sussegwentement, ir-Renju Unit u ITV isostnu li l-eżistenza ta’ regoli li jippermettu li tiġi evitata t-taxxa doppja internazzjonali ma hijiex partikolarità speċifika għar-regoli applikabbli għaċ-CFC, kif ikkunsidrat il-Qorti Ġenerali, iżda hija karatteristika ċentrali tal-SĠTK, kif jirriżulta mill-Parti 2 tat-TIOPA. |
|
69 |
Fl-aħħar nett, ir-Renju Unit jippreċiża li, għalkemm il-Parti 9 A tat-TIOPA tinkludi dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw il-kalkolu tal-imposta ta’ CFC, dawn ir-regoli huma, essenzjalment, identiċi għal dawk tal-SĠTK f’diversi aspetti. |
|
70 |
Fit-tielet lok, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet b’mod żbaljat li l-Kapitolu Nru 9 jipprevedi eżenzjonijiet tal-imposta taċ-CFC a favur tal-profitti finanzjarji mhux kummerċjali taċ-CFC li jkunu alternattivament taxxabbli skont il-Kapitolu Nru 5. Il-Qorti Ġenerali ssopravalutat ir-rwol tal-kriterju tal-FHS tar-Renju Unit meta ddeċidiet li kwalunkwe profitt finanzjarji mhux kummerċjali ta’ CFC li jissodisfa dan il-kriterju għandu awtomatikament jiġi kklassifikat bħala ddevjat b’mod artifiċjali mir-Renju Unit u li, konsegwentement, huwa suġġett għall-imposta ta’ CFC skont il-Kapitolu Nru 5. Ċertu tipi ta’ arranġamenti, jiġifieri s-self eliġibbli, ma jippreżentawx riskju għoli ta’ ddevjar b’mod artifiċjali tal-profitti, indipendentement mill-presenza ta’ FHS fir-Renju Unit. Tipi oħra ta’ arranġamenti, jiġifieri dawk li ma jirrigwardawx self eliġibbli, jinvolvu tali riskju, għal darba oħra irrispettivament mill-preżenza ta’ FHS fir-Renju Unit. |
|
71 |
F’dan ir-rigward, l-appellanti jenfasizzaw li l-Kapitoli Nri 5 u 9 ma jistabbilixxux, rispettivament, regoli u eċċezzjonijiet għal dawn ir-regoli, fis-sens li t-tieni wieħed minn dawn il-kapitoli jwassal għal tnaqqis mit-taxxa altrimenti dovuta skont l-ewwel wieħed. Dawn iż-żewġ kapitoli jikkomplementaw lil xulxin u jifformaw ġabra uniformi u koerenti ta’ regoli dwar it-tassazzjoni tal-profitti finanzjarji mhux kummerċjali taċ-CFC. B’hekk, meħuda flimkien, dawn il-kapitoli jiddefinixxu l-kamp ta’ applikazzjoni tal-imposta ta’ CFC, billi jieħdu inkunsiderazzjoni l-evalwazzjoni tar-riskju li jirriżulta, għall-bażi tat-taxxa fir-Renju Unit, mill-oriġini u l-użu tal-kapital li minnu huma ġġenerati l-profitti finanzjarji mhux kummerċjali. |
|
72 |
F’dan il-kuntest, l-appellanti jinvokaw b’mod partikolari l-Artikolu 371CB(1) u (8) tal-Kapitolu Nru 3. ITV u LSEGH jirreferu bl-istess mod għall-Artikolu 371BB tal-Kapitolu Nru 2 tal-Parti 9 A tat-TIOPA (iktar ’il quddiem il-“Kapitolu Nru 2”). |
|
73 |
B’mod partikolari, skont ir-Renju Unit u ITV, il-fatt li l-Artikolu 371EA(2) tal-Kapitolu Nru 5 jirreferi għal dan l-Artikolu 371CB(8) jimplika li, meta CFC tiġġenera profitti finanzjarji mhux kummerċjali, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni, fl-ewwel lok, il-Kapitolu Nru 9, u huwa biss profitt finanzjarju mhux kummerċjali li ma huwiex kopert minn dan il-kapitolu li għandu, fit-tieni lok, jiġi eżaminat taħt il-Kapitolu Nru 5. |
|
74 |
Ir-Renju Unit u, essenzjalment, ITV kif ukoll LSEGH iżidu li l-Artikolu 371IA tal-Kapitolu Nru 9, invokat mill-Kummissjoni, ma jikkontestax il-fatt li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni qabel kollox dan il-kapitolu tal-aħħar. |
|
75 |
B’mod simili, l-appellanti jqajmu argumenti li permezz tagħhom, essenzjalment, huma jikkritikaw lill-Qorti Ġenerali li ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li r-regoli applikabbli għaċ-CFC, fl-intier tagħhom u fid-dawl tal-għan tagħhom, kienu ġew iddisinjati skont approċċ ibbażat fuq l-evalwazzjoni tar-riskji li l-profitti taċ-CFC joħolqu għall-intaxxar tal-kumpanniji fir-Renju Unit. |
|
76 |
Ir-Renju Unit isostni li r-regoli applikabbli għaċ-CFC għandhom bħala għan li jipprekludu kemm it-tnaqqis tal-bażi taxxabbli, li jirriżulta mill-fatt li l-kumpanniji stabbiliti fir-Renju Unit li jagħmlu parti minn grupp jistgħu jnaqqsu mill-profitti tagħhom l-interessi li huma jħallsu lil kumpanniji tal-istess grupp mhux stabbiliti f’dan l-Istat, kif ukoll it-trasferiment ta’ profitti barra mill-imsemmi Stat fil-forma ta’ ddevjar artifiċjali. |
|
77 |
ITV u, essenzjalment, LSEGH isostnu li d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu Nru 9 jinkludu l-evalwazzjoni tagħhom stess tar-riskju assoċjat mas-self kwalifikanti, li ma jiddependix mill-kriterju tal-FHS fir-Renju Unit stabbilit fil-Kapitolu Nru 5. |
|
78 |
ITV iżżid, essenzjalment, li dawn id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu Nru 9 huma neċessarji sabiex jiġi żgurat li r-regoli applikabbli għaċ-CFC jippermettu li jiġu imposti biss l-arranġamenti purament artifiċjali, b’osservanza tat-tagħlim li jirriżulta mis-sentenza tat‑12 ta’ Settembru 2006, Cadbury Schweppes u Cadbury Schweppes Overseas (C‑196/04, EU:C:2006:544). |
|
79 |
Il-Kummissjoni ssostni, fl-ewwel lok, li l-SĠTK hija intiża sabiex tintaxxa lill-kumpanniji stabbiliti fir-Renju Unit, kif ukoll lill-kumpanniji mhux residenti li għandhom stabbiliment permanenti f’dan l-Istat, fuq il-profitti tagħhom li jirriżultaw minn assi jew minn attivitajiet li jinsabu fl-imsemmi Stat. Minħabba n-natura fil-parti l-kbira territorjali ta’ din is-sistema, il-profitti ġġenerati barra mit-territorju tar-Renju Unit ma humiex fil-prinċipju suġġetti għat-taxxa fuq il-kumpanniji. Peress li l-kumpaniji tar-Renju Unit jistgħu għalhekk ikunu mħeġġa joħolqu CFC fi Stati b’tassazzjoni preferenzjali u jiddevjaw b’mod artifiċjali lejn dawn l-Istati l-profitti ġġenerati minn assi jew attivitajiet fir-Renju Unit, dan l-Istat adotta regoli speċifiċi biex jevita li l-bażi tat-taxxa fuq il-kumpanniji tiġi mnaqqsa permezz taċ-CFC. Ir-regoli applikabbli għal dawn tal-aħħar jippermettu li tiġi ddeterminata, abbażi ta’ kriterji magħżula mir-Renju Unit, l-eżistenza ta’ tali devjazzjoni, li tirriżulta mill-fatt li l-profitti ġġenerati minn CFC joriġinaw minn assi jew minn attivitajiet fir-Renju Unit, kif dan l-Istat ikkonferma matul il-proċedura amministrattiva. L-impożizzjoni tal-imposta ta’ CFC fuq dawn il-profitti tippermetti li jitneħħa l-vantaġġ fiskali li jirriżulta minn dan l-iddevjar. |
|
80 |
F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tenfasizza li l-Qorti Ġenerali ma kkunsidratx li huwa “normali” li jiġu ntaxxati l-profitti kollha taċ-CFC, iżda rrilevat li l-profitti ta’ dawn tal-aħħar huma s-suġġett ta’ imposta ta’ CFC, minkejja l-fatt li dawn ġew iġġenerati minn kumpanniji li ma humiex stabbiliti fir-Renju Unit, meta dawn jirriżultaw minn iddevjar artifiċjali. Ir-regoli applikabbli għaċ-CFC jagħmluha possibbli wkoll li profitti li jirriżultaw minn assi jew attivitajiet li jinsabu f’dan l-Istat jiġu inklużi fil-bażi tat-taxxa tar-Renju Unit, li altrimenti kienu jaqgħu ’l barra minnha. Minn dan il-Kummissjoni tiddeduċi li l-imposta ta’ CFC tapplika biss f’ċirkustanzi eċċezzjonali, jiġifieri dawk li fihom jeżisti riskju suffiċjentement kbir ta’ devjazzjoni artifiċjali. Dan huwa l-każ tal-profitti li jissodisfaw il-kriterji tal-Kapitolu Nru 5. |
|
81 |
Fit-tieni lok, il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali ġustament ikkunsidrat li r-regoli applikabbli għaċ-CFC, minn naħa, kienu separabbli mill-SĠTK, minħabba li jsegwu loġika distinta minn dik ta’ din tal-aħħar, u, min-naħa l-oħra, kienu jikkomplementaw, jew kienu l-korollarju tal-SĠTK, li tagħha huma jikkostitwixxu mhux eċċezzjoni, iżda estensjoni. |
|
82 |
F’dan ir-rigward, qabel kollox, il-Kummissjoni ssostni li n-natura separabbli tar-regoli applikabbli għaċ-CFC tirriżulta mhux biss mid-dispożizzjonijiet tagħhom dwar il-bażi taxxabbli, għall-persuna taxxabbli, għall-fatt taxxabbli u għar-rata tat-taxxa, iżda wkoll mill-fatt li dawn ir-regoli jippermettu li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-problemi eventwali ta’ taxxa doppja, li ma humiex rilevanti fil-kuntest tal-SĠTK. |
|
83 |
Sussegwentement, il-Kummissjoni tenfasizza li din in-natura separabbli ma hijiex ikkontestata bil-preżenza, fi ħdan ir-regoli applikabbli għaċ-CFC, ta’ riferimenti għal dispożizzjonijiet tal-SĠTK. Fil-fatt, ma jkunx realistiku li wieħed jistenna li dawn ir-regoli jkunu totalment awtonomi. |
|
84 |
Fl-aħħar nett, l-imsemmija natura separabbli lanqas ma hija invalidata mill-allegata eżistenza ta’ rabta bejn ir-regoli applikabbli għaċ-CFC u r-regoli li skonthom, minn naħa, ma humiex intaxxati d-dividendi mħallsa miċ-CFC lill-kumpanniji omm stabbiliti fir-Renju Unit u, min-naħa l-oħra, dawn tal-aħħar jistgħu jnaqqsu ċerti interessi. |
|
85 |
Fit-tielet lok, il-Kummissjoni ssostni li l-Kapitoli Nri 5 u 9 ma għandhomx jinqraw flimkien. Fil-fehma tagħha, il-Kapitolu Nru 5 jistabbilixxi regoli ġenerali, b’mod partikolari l-kriterji tal-FHS fir-Renju Unit u tal-kapital marbut mar-Renju Unit, li jippermettu li jiġu identifikati s-sitwazzjonijiet li fihom l-awtoritajiet ta’ dan l-Istat, fl-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali tagħhom, jikkunsidraw li jeżisti riskju suffiċjentement sinjifikattiv li l-profitti finanzjarji mhux kummerċjali ġġenerati minn CFC jikkostitwixxu profitti ddevjati b’mod artifiċjali lil hinn mir-Renju Unit u għandhom għalhekk ikunu s-suġġett ta’ imposta ta’ CFC. Il-Kapitolu Nru 9, min-naħa tiegħu, jintroduċi, permezz tal-eżenzjonijiet inkwistjoni, deroga totali jew parzjali minn din l-imposta, għall-profitti finanzjarji mhux kummerċjali li ċ-CFC jiġġeneraw billi jagħtu ċerti tipi ta’ self, minkejja l-fatt li dawn il-profitti normalment jaqgħu taħt il-Kapitolu Nru 5. |
|
86 |
F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tibbaża ruħha fuq l-Artikolu 371IA(1) tal-Kapitolu Nru 9, li juri li l-profitti koperti mill-eżenzjonijiet inkwistjoni kienu normalment ikunu suġġetti għal imposta ta’ CFC skont il-Kapitolu Nru 5 u jikkostitwixxu parti mill-profitti li jaqgħu taħt dan l-aħħar kapitolu. It-tieni u t-tielet paragrafu ta’ dan l-artikolu jikkorroboraw din it-teżi. Min-naħa l-oħra, l-ebda dispożizzjoni tal-Parti 9 A tat-TIOPA ma tagħti appoġġ lill-affermazzjoni tar-Renju Unit li tgħid li l-profitti finanzjarji mhux kummerċjali għandhom fuq kollox jiġu eżaminati skont il-kriterji tal-Kapitolu Nru 9. B’mod partikolari, l-Artikolu 371CB(8) tal-Kapitolu Nru 3 ma jasalx biex jappoġġja din l-affermazzjoni. Fi kwalunkwe każ, l-interpretazzjoni li l-Kapitolu Nru 5 għandu jiġi applikat qabel il-Kapitolu Nru 9 tibqa’ fil-limiti tal-evalwazzjoni raġonevoli tad-dispożizzjonijiet rilevanti. L-appellanti b’hekk ma wrewx li l-Qorti Ġenerali żnaturat il-leġiżlazzjoni nazzjonali. |
|
87 |
Fir-rigward tal-applikazzjoni tal-imposta taċ-CFC biss għall-profitti finanzjarji li jippreżentaw riskju suffiċjentement kbir ta’ ddevjar artifiċjali, il-Kummissjoni ssostni li l-leġiżlatur tar-Renju Unit iddisinja r-regoli applikabbli għaċ-CFC abbażi tal-premessa fundamentali li dawn ikopru l-profitti li jirriżultaw mill-assi u mir-riskji li huma ġestiti u kkontrollati fir-Renju Unit. Għalhekk, dawn ir-regoli għandhom kamp ta’ applikazzjoni wiesa’ u jistgħu jirrigwardaw sitwazzjonijiet li fihom huwa probabbli li ċ-CFC inħolqot għal raġunijiet kummerċjali reali u li r-riskju ta’ ddevjar artifiċjali tal-profitti tar-Renju Unit huwa baxx. Madankollu, sabiex jittieħdu inkunsiderazzjoni dawn is-sitwazzjonijiet, l-awtoritajiet tar-Renju Unit inkludew, minn naħa, fil-Kapitolu Nru 3, kriterji sabiex jiddeterminaw jekk il-profitti magħmula miċ-CFC għandhomx jiġu eżaminati fid-dawl tal-kapitoli segwenti u, min-naħa l-oħra, l-eżenzjonijiet elenkati fil-premessa 19 tad-deċiżjoni kontenzjuża. |
|
88 |
Minn dan jirriżulta li, jekk il-profitti finanzjarji mhux kummerċjali ta’ CFC ma humiex eżentati minn dan l-eżami u ma jaqgħux taħt dawn l-eżenzjonijiet, filwaqt li jissodisfaw wieħed mill-kriterji stabbiliti fil-Kapitolu Nru 5, dawn il-profitti għandhom, permezz tas-sistema ddisinjata mir-Renju Unit stess, jiġu meqjusa bħala li jippreżentaw riskju ta’ ddevjar artifiċjali suffiċjentement għoli sabiex tiskatta l-impożizzjoni ta’ imposta ta’ CFC. Dan il-kapitolu jippermetti wkoll li jiġu ntaxxati biss il-profitti li jkunu ġew iddevjati, mingħajr ma jkun meħtieġ aġġustament ieħor skont il-Kapitolu Nru 9 sabiex jiġi evitat li jiġu ntaxxati l-profitti li ma kinux jiġu ddevjati. |
|
89 |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tammetti li l-bażi taxxabbli fir-Renju Unit tista’ wkoll titnaqqas b’mod differenti minn devjazzjoni artifiċjali, b’mod partikolari permezz tat-tnaqqis tal-interessi, iżda ssostni li l-ġlieda kontra r-riskji l-oħra ta’ tnaqqis ta’ din il-bażi ma taqax taħt l-għan tar-regoli applikabbli għaċ-CFC u li miżuri speċifiċi jistgħu, jew ġew, adottati għal dan l-għan. |
– Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja
|
90 |
Għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, l-interventi tal-Istati Membri fl-oqsma li ma kinux is-suġġett ta’ armonizzazzjoni fid-dritt tal-Unjoni ma humiex esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE dwar il-kontroll tal-għajnuna mill-Istat. L-Istati Membri għandhom għalhekk jastjenu milli jadottaw kull miżura fiskali li tista’ tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern (sentenza tat‑8 ta’ Novembru 2022, Fiat Chrysler Finance Europe vs Il-Kummissjoni, C‑885/19 P u C‑898/19 P, EU:C:2022:859, punt 65 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
|
91 |
F’dan ir-rigward, minn ġurisprudenza stabbilita sew tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-klassifikazzjoni ta’ miżura nazzjonali bħala “għajnuna mill-Istat”, fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, tirrikjedi li l-kundizzjonijiet segwenti kollha jkunu ssodisfatti. L-ewwel nett, għandu jkun hemm intervent tal-Istat jew permezz tar-riżorsi tal-Istat. It-tieni nett, dan l-intervent għandu jkun ta’ natura li jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. It-tielet nett, dan l-intervent għandu jagħti vantaġġ selettiv lill-benefiċjarju tiegħu. Ir-raba’ nett, huwa għandu jikkostitwixxi distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni (sentenza tat‑8 ta’ Novembru 2022, Fiat Chrysler Finance Europe vs Il-Kummissjoni, C‑885/19 P u C‑898/19 P, EU:C:2022:859, punt 66 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
|
92 |
Fir-rigward tal-kundizzjoni marbuta man-natura selettiva tal-vantaġġ, din il-kundizzjoni teħtieġ li jiġi ddeterminat jekk, fil-kuntest ta’ sistema legali partikolari, il-miżura nazzjonali inkwistjoni hijiex ta’ natura li tiffavorixxi lil “ċerti impriżi jew ċerti produtturi” meta mqabbla ma’ oħrajn li jinsabu, fid-dawl tal-għan imfittex minn din is-sistema, f’sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli u li għalhekk iġarrbu trattament iddifferenzjat li essenzjalment ikun jista’ jiġi kklassifikat bħala diskriminatorju (sentenza tat‑8 ta’ Novembru 2022, Fiat Chrysler Finance Europe vs Il-Kummissjoni, C‑885/19 P u C‑898/19 P, EU:C:2022:859, punt 67 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
|
93 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, sabiex miżura fiskali nazzjonali tiġi kklassifikata bħala “selettiva”, il-Kummissjoni għandha tidentifika, fl-ewwel lok, il-qafas ta’ riferiment, jiġifieri s-sistema fiskali “normali” applikabbli fl-Istat Membru kkonċernat, u għandha turi, fit-tieni lok, li l-miżura fiskali inkwistjoni tidderoga minn dan il-qafas ta’ riferiment, sa fejn tintroduċi differenzjazzjonijiet bejn operaturi li, fid-dawl tal-għan imfittex minn din is-sistema ta’ referenza, ikunu jinsabu f’sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli. Il-kunċett ta’ “għajnuna mill-Istat” madankollu ma jirrigwardax il-miżuri li jintroduċu differenzjazzjoni bejn impriżi li, fid-dawl tal-għan imfittex mis-sistema legali inkwistjoni, jinsabu f’sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli u li huma, għaldaqstant, a priori selettivi, meta l-Istat Membru kkonċernat jirnexxielu juri, fit-tielet lok, li din id-differenzjazzjoni hija ġġustifikata, fis-sens li tirriżulta min-natura jew mill-istruttura tas-sistema li minnha jagħmlu parti dawn il-miżuri (sentenza tat‑8 ta’ Novembru 2022, Fiat Chrysler Finance Europe vs Il-Kummissjoni, C‑885/19 P u C‑898/19 P, EU:C:2022:859, punt 68 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
|
94 |
F’dan il-kuntest, għandu jitfakkar li d-determinazzjoni tal-qafas ta’ riferiment għandha importanza ikbar fil-każ ta’ miżuri fiskali, peress li l-eżistenza ta’ vantaġġ ekonomiku, fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, tista’ tiġi stabbilita biss meta mqabbla ma’ tassazzjoni msejħa “normali”. B’hekk, id-determinazzjoni tal-impriżi kollha li jinsabu f’sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli tiddependi mid-definizzjoni minn qabel tas-sistema legali li fid-dawl tal-għan tagħha għandha, jekk ikun il-każ, tiġi eżaminata n-natura komparabbli tas-sitwazzjoni fattwali u legali rispettiva tal-impriżi ffavoriti mill-miżura inkwistjoni u ta’ dawk li ma humiex (sentenza tat‑8 ta’ Novembru 2022, Fiat Chrysler Finance Europe vs Il-Kummissjoni, C‑885/19 P u C‑898/19 P, EU:C:2022:859, punt 69 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
|
95 |
Id-determinazzjoni tal-qafas ta’ riferiment, li għandha ssir wara dibattitu kontradittorju mal-Istat Membru kkonċernat, għandha tirriżulta minn eżami oġġettiv tal-kontenut, tal-interazzjoni u mill-effetti konkreti tar-regoli applikabbli skont id-dritt nazzjonali ta’ dan l-Istat. F’dan ir-rigward, is-selettività ta’ miżura fiskali ma tistax tiġi evalwata fid-dawl ta’ qafas ta’ riferiment kkostitwit minn xi dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat li nħarġu artifiċjalment minn qafas leġiżlattiv iktar wiesa’. Konsegwentement, meta l-miżura fiskali inkwistjoni tkun inseparabbli mis-sistema ġenerali ta’ tassazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat, għandu jsir riferiment għal din is-sistema. Min-naħa l-oħra, meta jidher li tali miżura tista’ tiġi sseparata b’mod ċar minn din is-sistema ġenerali, ma jistax jiġi eskluż li l-qafas ta’ riferiment li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni jkun iktar limitat minn l-imsemmija sistema ġenerali, jew saħansitra li jidentifika ruħu mal-miżura stess, meta din tkun tippreżenta ruħha bħala regola li għandha loġika ġuridika awtonoma u li huwa impossibbli li jiġi identifikat grupp normattiv koerenti barra minn din il-miżura. (sentenza tas‑6 ta’ Ottubru 2021, World Duty Free Group u Spanja vs Il-Kummissjoni, C‑51/19 P u C‑64/19 P, EU:C:2021:793, punti 62 u 63 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
|
96 |
Għandu jitfakkar ukoll li, f’oqsma li ma humiex oqsma li fihom id-dritt fiskali tal-Unjoni huwa s-suġġett ta’ armonizzazzjoni, huwa l-Istat Membru kkonċernat li għandu jiddetermina, permezz tal-eżerċizzju tal-kompetenzi tiegħu fil-qasam tat-tassazzjoni diretta u b’osservanza tal-awtonomija fiskali tiegħu, il-karatteristiċi li jikkostitwixxu t-taxxa, li jiddefinixxu, bħala prinċipju, il-qafas ta’ riferiment jew is-sistema fiskali “normali”, li abbażi tagħha għandha tiġi analizzata l-kundizzjoni dwar in-natura selettiva Dan japplika, b’mod partikolari, għad-determinazzjoni tal-bażi tat-taxxa, tal-fatt taxxabbli tagħha u tal-eventwali eżenzjonijiet marbuta magħha (sentenza tal‑5 ta’ Diċembru 2023, Il-Lussemburgu et. vs Il-Kummissjoni, C‑451/21 P u C‑454/21 P, EU:C:2023:948, punt 112 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
|
97 |
Minn dan isegwi li, fid-determinazzjoni tal-qafas ta’ riferiment għall-applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE għal miżuri fiskali, il-Kummissjoni hija bħala prinċipju obbligata taċċetta l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt nazzjonali mogħtija mill-Istat Membru kkonċernat fil-kuntest tad-dibattitu kontradittorju msemmi fil-punt 95 ta’ din is-sentenza, sakemm din l-interpretazzjoni tkun kompatibbli mal-formulazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet (sentenza tal‑5 ta’ Diċembru 2023, Il-Lussemburgu et. vs Il-Kummissjoni, C‑451/21 P u C‑454/21 P, EU:C:2023:948, punt 120). |
|
98 |
Il-Kummissjoni tista’ titbiegħed mill-imsemmija interpretazzjoni biss jekk tkun f’pożizzjoni li tistabbilixxi li interpretazzjoni oħra tipprevali fil-ġurisprudenza jew fil-prassi amministrattiva ta’ dan l-Istat Membru, billi tibbaża ruħha f’dan ir-rigward fuq elementi affidabbli u konkordanti, suġġetti għal dan id-dibattitu kontradittorju (sentenza tal‑5 ta’ Diċembru 2023, Il-Lussemburgu et. vs Il-Kummissjoni, C‑451/21 P u C‑454/21 P, EU:C:2023:948, punt 121). |
|
99 |
Konformement mal-Artikolu 4(3) TUE, l-imsemmi Stat Membru huwa marbut bi dmir ta’ kooperazzjoni leali matul il-proċedura kollha relatata mal-eżami ta’ miżura skont id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat. Dan id-dmir jimplika, b’mod partikolari, li l-istess Stat Membru jipprovdi in bona fide lill-Kummissjoni kull informazzjoni rilevanti mitluba minn din tal-aħħar dwar l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali rilevanti sabiex jiġi ddeterminat il-qafas ta’ riferiment, li jirriżulta mill-ġurisprudenza jew mill-prassi amministrattiva nazzjonali (sentenza tal‑5 ta’ Diċembru 2023, Il-Lussemburgu et. vs Il-Kummissjoni, C‑451/21 P u C‑454/21 P, EU:C:2023:948, punt 122). |
|
100 |
Huwa fid-dawl ta’ dawn il-prinċipji li għandu jiġi vverifikat jekk l-appellanti wrewx li l-Qorti Ġenerali, b’mod żbaljat, ikkonfermat li, kif ikkunsidrat il-Kummissjoni fid-deċiżjoni kontenzjuża, il-qafas ta’ riferiment f’dan il-każ kien limitat għar-regoli applikabbli għaċ-CFC. |
|
101 |
Għal dan l-għan, għandu jitfakkar li, fil-punt 80 tas-sentenza appellata, f’dak li jirrigwarda l-loġika li fuqha huma msejsa r-regoli applikabbli għaċ-CFC, il-Qorti Ġenerali rrilevat li l-SĠTK hija bbażata fuq il-prinċipju ta’ territorjalità, “li abbażi tiegħu jiġu intaxxati biss il-profitti magħmula fir-Renju Unit, jiġifieri l-profitti magħmula minn kumpanniji stabbiliti hemmhekk jew il-profitti magħmula minn kumpanniji barranin iġġenerati mill-attivitajiet tagħhom imwettqa fir-Renju Unit permezz ta’ stabbiliment permanenti f’dan l-Istat”. |
|
102 |
Fil-punt 81 ta’ dik is-sentenza, il-Qorti Ġenerali enfassizzat li, abbażi tar-regoli applikabbli għaċ-CFC, “ċerti profitti magħmula mis-CFC li, skont il-prinċipju ta’ territorjalità, ma jiġux normalment intaxxati fir-Renju Unit jistgħu madankollu jiġu ntaxxati meta dawn jitqiesu bħala li ġew iddevjati b’mod artifiċjali lil hinn mir-Renju Unit”. Hija kkonkludiet, fil-punt 82 tal-imsemmija sentenza, li r-regoli applikabbli għaċ-CFC huma msejsa “fuq loġika differenti minn dik ta[l-SĠTK]”, billi ppreċiżat li “[d]in il-loġika [kienet], ċertament, komplementari jew […] korollarja għa[ll-SĠTK] msejsa fuq il-prinċipju ta’ territorjalità, madankollu [li] din [kienet] separabbli minnha”. |
|
103 |
Fil-punt 83 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali żiedet, l-ewwel nett, li r-regoli applikabbli għaċ-CFC “ma [kinux] jikkostitwixxu eċċezzjoni għa[ll-SĠTK], sa fejn dawn [setgħu] pjuttost jitqiesu bħala estensjoni tagħha”, sussegwentement, li dawn ir-regoli “[kienu] intiżi li jintaxxaw profitti li [kienu] ġew iddevjati b’mod artifiċjali lil hinn mir-Renju Unit u li, minħabba dan il-fatt, [kienu] żiedu b’mod artifiċjali l-profitti tas-CFC, li, sussegwentement, [kienet] tiddistribwixxi dividendi li ma [kinux] taxxabbli fir-Renju Unit”, u, fl-aħħar nett, li “l-loġika ta[l-imsemmija] regoli […] [kienet] marbuta mal-iddevjar tal-profitti lejn is-CFC, b’tali mod li, fil-prattika, dawn ikunu magħmula barra mir-Renju Unit”. Hija kkonkludiet li din il-loġika kienet “għalhekk […] separata minn dik li fuqha hija msejsa [l-SĠTK], li [kienet] msejsa fuq il-profitti magħmula fir-Renju Unit”. |
|
104 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li element ikklassifikat bħala “korollarju”, li “jikkomplementa” jew ta’ “estensjoni” ta’ element prinċipali diffiċilment jista’ jitqies li huwa separabbli b’mod ċar minn dan l-aħħar element jew li jsegwi loġika ġuridika awtonoma fis-sens tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 95 ta’ din is-sentenza. |
|
105 |
Fil-fatt, minħabba r-rabta mill-qrib li, normalment, teżisti bejn dawn iż-żewġ elementi, il-fatt li ssir separazzjoni bejn dawn iż-żewġ elementi iwassal, bħala prinċipju, sabiex ċerti dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat joħorġu artifiċjalment mill-qafas leġiżlattiv iktar wiesa’ li jagħmlu parti minnu, bi ksur tal-prinċipji mfakkra fil-punt 95 ta’ din is-sentenza. |
|
106 |
F’dan il-każ, huwa stabbilit li s-SĠTK hija fil-parti l-kbira territorjali, fis-sens li, bi ftit eċċezzjonijiet, hija tipprevedi li tintaxxa l-profitti dinjija tal-kumpanniji li huma stabbiliti fir-Renju Unit jew il-profitti ġġenerati minn kumpanniji barranin li jirriżultaw mill-attivitajiet li huma jeżerċitaw fir-Renju Unit permezz ta’ stabbiliment permanenti f’dan l-Istat. Għalhekk, fin-nuqqas li tiġi kkomplementata minn regoli oħra, l-SĠTK ma tippermettix li jiġu ntaxxati l-profitti ġġenerati miċ-CFC tal-kumpanniji tar-Renju Unit, u dan, minkejja l-fatt, enfasizzat mill-Qorti Ġenerali, li dawn tal-aħħar jirċievu miċ-CFC tagħhom dividendi, li ma humiex taxxabbli fir-Renju Unit, skont dispożizzjonijiet li jaqgħu taħt l-SĠTK. |
|
107 |
Skont l-appellanti, essenzjalment, ir-regoli applikabbli għaċ-CFC huma eċċezzjoni għall-prinċipju ta’ territorjalità li jikkaratterizza b’mod wiesa’ l-SĠTK u huma intiżi li jikkomplementawha, bl-għan li jiġu ntaxxati, permezz tal-imposta ta’ CFC li għaliha huma suġġetti l-kumpaniji tar-Renju Unit li jikkontrollaw iċ-CFC, il-profitti ta’ dawn tal-aħħar bl-istess mod kif kienu jsiru kieku ġew iġġenerati minn dawn il-kumpanniji tar-Renju Unit, meta jkun hemm riskju suffiċjentement kbir li dawn il-profitti jirriżultaw minn arranġamenti li jwasslu għal devjazzjoni artifiċjali tal-profitti jew għat-tnaqqis tal-bażi taxxabbli tat-taxxa fuq il-kumpanniji fir-Renju Unit. Min-naħa l-oħra, l-eżenzjonijiet inkwistjoni jippermettu li, fl-assenza ta’ riskju suffiċjentement kbir, il-profitti kkonċernati ma jkunu suġġetti għal ebda imposta ta’ CFC, bl-istess mod li ma jkunux ġew intaxxati skont l-SĠTK, jew inkella li din l-imposta tapplika biss għal parti minn dawn il-profitti, skont stima b’rata fissa tal-effetti ta’ dawn l-arranġamenti fuq il-bażi taxxabbli. |
|
108 |
Jekk din l-interpretazzjoni tar-regoli applikabbli għaċ-CFC u tar-rabta tagħhom mall-SĠTK tiġi aċċettata, dawn ir-regoli jkollhom jiġu kkunsidrati bħala li jsegwu l-istess loġika bħal din tal-aħħar. Fil-fatt, skont l-imsemmija interpretazzjoni, minn naħa, huma jintroduċu eċċezzjoni għall-prinċipju ta’ territorjalità li jikkaratterizza fil-parti l-kbira l-SĠTK, sabiex jiġi evitat li l-profitti li, fl-assenza ta’ devjazzjoni jew tat-tnaqqis tal-bażi taxxabbli, kienu jiġu ntaxxati skont din is-sistema, ma jaqgħux taħt l-awtoritajiet fiskali tar-Renju Unit. Min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-eżenzjonijiet inkwistjoni, huma jagħmlu parti minn natura l-biċċa l-kbira territorjali tal-SĠTK, fis-sens li l-imposta ta’ CFC ma hijiex, jew ma hijiex b’mod sħiħ, applikata meta r-riskju ta’ devjazzjoni artifiċjali tal-profitti jew tat-tnaqqis tal-bażi taxxabbli tat-taxxa fuq il-kumpanniji fir-Renju Unit ma hijiex suffiċjentement kbira. Fi kliem ieħor, skont l-interpretazzjoni tal-appellanti, l-SĠTK u r-regoli applikabbli għaċ-CFC huma inseparabbli fis-sens tal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 95 ta’ din is-sentenza. |
|
109 |
Għaldaqstant, għandu jiġi stabbilit liema hija l-interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali li għandha tipprevali bejn dik li fuqha hija bbażata d-deċiżjoni kontenzjuża, ikkonfermata mill-Qorti Ġenerali fis-sentenza appellata, u dik difiża mill-Istat Membru kkonċernat. |
|
110 |
F’dan il-kuntest, għandu jiġi rrilevat li jirriżulta mill-prinċipji stabbiliti mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punti 97 sa 99 ta’ din is-sentenza li, sakemm il-Kummissjoni ma kellhiex għad-dispożizzjoni tagħha, fir-rigward ta’ skema ta’ għajnuna, ġurisprudenza jew prassi amministrattiva tal-Istat Membru kkonċernat li tiġġustifika l-interpretazzjoni tagħha tad-dritt nazzjonali, meta dan l-Istat Membru kkonferma dan lill-Kummissjoni, waqt il-proċedura amministrattiva, li ma teżistix tali ġurisprudenza jew prassi, din l-interpretazzjoni tista’ tipprevali fuq dik difiża mill-imsemmi Stat Membru biss jekk il-Kummissjoni tkun f’pożizzjoni li turi li din l-aħħar interpretazzjoni hija inkompatibbli mal-formulazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti. |
|
111 |
Fir-rigward tad-dibattitu bejn il-Kummissjoni u r-Renju Unit dwar l-interpretazzjoni t-tajba tar-regoli applikabbli għaċ-CFC, b’mod partikolari għal dak li jikkonċerna l-interazzjoni bejn il-Kapitolu Nru 5 u l-Kapitolu Nru 9, minn dak li ntqal fil-punt 110 ta’ din is-sentenza jirriżulta li għandha tiġi eżaminata l-kwistjoni dwar jekk l-interpretazzjoni difiża mir-Renju Unit, li huwa l-awtur ta’ dawn ir-regoli, hijiex kompatibbli mal-kliem tad-dispożizzjonijiet rilevanti tagħhom. |
|
112 |
Għandu jiġi rrilevat li, kif jirriżulta mill-premessa 72 tad-deċiżjoni kontenzjuża, ir-Renju Unit kien sostna li l-Kapitoli Nri 5 u 9 kienu jirriflettu approċċ ibbażat fuq ir-riskji u l-effett ta’ arranġamenti differenti fuq il-bażi taxxabbli fir-Renju Unit. Bl-istess mod, quddiem il-Qorti Ġenerali, ir-Renju Unit ikkritika b’mod ċar lill-Kummissjoni li ma qratx dawn il-kapitoli b’mod konġunt, fatt li jippermetti li jiġu identifikati l-arranġamenti li jippreżentaw riskju suffiċjentement għoli ta’ abbuż jew ta’ devjazzjoni artifiċjali. |
|
113 |
F’dan ir-rigward, l-ewwel nett, l-Artikolu 371BB tal-Kapitolu Nru 2, wara li indika, fl-ewwel paragrafu tiegħu, l-istadji li għandhom jiġu segwiti sabiex jiġi ddeterminat, konformement mal-Kapitolu Nru 3, jekk u, fl-affermattiv, liema fost il-Kapitoli Nri 4 sa 8 tal-Parti 9 A tat-TOPA japplikaw għall-profitti ta’ CFC (stadju 1), kif ukoll sa liema punt dawn il-profitti jaqgħu taħt wieħed minn dawn il-kapitoli (stadju 2), jindika, fit-tieni paragrafu tiegħu, li l-ewwel paragrafu tiegħu huwa applikabbli “suġġett” b’mod partikolari għall-Kapitolu Nru 9. |
|
114 |
Xejn f’dawn il-paragrafi, moqrija flimkien, ma jipprekludi l-interpretazzjoni tar-regoli applikabbli għaċ-CFC sostnuta mir-Renju Unit, li l-Kapitoli Nri 5 u 9 jikkomplementaw lil xulxin u jiddefinixxu, flimkien, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-imposta ta’ CFC, fid-dawl tal-evalwazzjoni tar-riskju li profitti finanzjarji mhux kummerċjali jirriżultaw minn arranġamenti li jagħtu lok għal devjazzjoni artifiċjali tal-profitti jew għat-tnaqqis tal-bażi taxxabbli tat-taxxa fuq il-kumpanniji fir-Renju Unit. Minħabba f’hekk, meta profitti jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Kapitolu Nru 9, ma hemmx lok li dawn jiġu eżaminati fid-dawl tal-kapitoli l-oħra tal-Parti 9 A tat-TIOPA. Għalhekk, meta l-Kapitolu Nru 9 huwa applikabbli, ma huwiex neċessarju li jiġi vverifikat jekk il-profitti kkonċernati jissodisfawx wieħed mill-kriterji tal-Kapitolu Nru 5, peress li, kemm jekk dan huwa l-każ jew le, dawn il-profitti jistgħu, fuq talba, jiġu eżentati skont ir-regoli li jirriżultaw mill-Kapitolu Nru 9. |
|
115 |
It-tieni nett, l-Artikolu 371CB tal-Kapitolu Nru 3, li jiddeskrivi il-mod li bih ikun xieraq li jiġi vverifikat jekk il-Kapitolu Nru 5 huwa applikabbli, jippreċiża, fit-tmien paragrafu tiegħu, li, “[f]il-każ ta’ kumpannija taxxabbli li tintroduċi talba skont il-Kapitolu Nru 9, ir-riferimenti, f’dan l-artikolu u fil-Kapitolu Nru 5, għal profitti finanzjarji mhux kummerċjali ta’ CFC jirreferu għal dawn il-profitti filwaqt li jeskludu wkoll il-profitti li jirriżultaw minn self kwalifikanti (kif inhuma ddefiniti fil-Kaptiolu Nru 9)”. |
|
116 |
Kif ġie kkonfermat waqt is-seduta, il-preżenza tal-avverbju “wkoll” fi ħdan l-Artikolu 371CB(8) tal-Kapitolu Nru 3 hija dovuta għall-fatt li l-paragrafi 2 sa 7 ta’ dan l-artikolu jistabbilixxu regoli li jippermettu li ċerti profitti oħra jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmi artikolu u tal-Kapitolu Nru 5. |
|
117 |
Għaldaqstant, xejn fl-Artikolu 371CB tal-Kapitolu Nru 3 ma jipprekludi l-interpretazzjoni difiża mir-Renju Unit, li tgħid li, essenzjalment, l-ewwel u t-tmien paragrafu tiegħu jfissru li l-Kapitolu Nru 9 jista’ japplika mingħajr ma jittieħed inkunsiderazzjoni l-Kapitolu Nru 5. |
|
118 |
It-tielet nett, l-Artikolu 371EA(1) tal-Kapitolu Nru 5 jipprevedi li, għall-finijiet tal-istadju 2 tal-Artikolu 371BB(1) tal-Kapitolu Nru 2, il-profitti ta’ CFC skont il-Kapitolu Nru 5 huma l-profitti finanzjarji mhux kummerċjali tagħha sa fejn dawn jissodisfaw il-kriterji ta’ dan il-kapitolu. It-tieni paragrafu ta’ dan l-Artikolu 371EA jippreċiża li “[i]r-riferimenti […] għall-profitti finanzjarji mhux kummerċjali għandhom jinqraw konformement mal-Artikolu 371CB(2) u, sa fejn huwa applikabbli, mal-Artikolu 371CB(8)”. |
|
119 |
Peress li jirreferi għall-Artikolu 371CB(8) tal-Kapitolu Nru 3, dan l-Artikolu 371EA, li, skont it-titolu tiegħu stess, huwa r-“regola bażika” tal-Kapitolu Nru 5, iddedikat għall-profitti finanzjarji mhux kummerċjali taċ-CFC, jista’ jinqara bħala li jissuġġetta l-applikazzjoni tal-kriterji stabbiliti f’dan il-kapitolu għall-fatt li l-profitti finanzjarji mhux kummerċjali li għandhom jiġu eżaminati ma jaqgħux taħt il-Kapitolu Nru 9, b’tali mod li l-formulazzjoni tal-imsemmi artikolu hija kompatibbli mal-interpretazzjoni difiża mir-Renju Unit. |
|
120 |
Ir-raba’ nett, l-Artikolu 371IA tal-Kapitolu Nru 9 jipprevedi, fl-punt (a) tal-ewwel paragrafu tiegħu, li dan il-kapitolu japplika jekk, “minbarra dan il-kapitolu, il-Kapitolu Nru 5 […] japplika” għal profitti ta’ CFC. It-tieni paragrafu ta’ dan l-artikolu iżid li “[k]umpannija taxxabbli […] tista’ tippreżenta talba […] sabiex jiġi applikat l-istadju 2 tal-Artikolu 371BB(1) (il-punt ta’ kontroll tal-imposta taċ-CFC), […] bla ħsara għal dan il-kapitolu”. It-tielet paragrafu tal-imsemmi artikolu jippreċiża li, jekk din il-kumpannija tippreżenta talba, “il-profitti li jirriżultaw minn self kwalifikanti jgħaddu mill-punt ta’ kontroll tal-imposta taċ-CFC sal-punt li (u biss sa fejn) ma jkunux eżentati skont dan il-kapitolu”. |
|
121 |
Skont il-Kummissjoni, dan l-artikolu juri li l-profitti finanzjarji mhux kummerċjali msemmija fil-Kapitolu Nru 9 huma dawk li, fl-assenza tal-eżenzjoni prevista f’dan il-kapitolu, ikunu s-suġġett ta’ imposta ta’ CFC konformement mal-Kapitolu Nru 5. |
|
122 |
Huwa ċar li din l-interpretazzjoni timplika li l-Kapitolu Nru 9 jipprevedi eżenzjoni tat-taxxa dovuta, jekk applikabbli, skont il-Kapitolu Nru 5, li, skont l-Artikolu 371IA(3) tal-Kapitolu Nru 9, jista’ jwassal għal intaxxar tal-profitti finanzjarji mhux kummerċjali li ma humiex, jew ma humiex b’mod sħiħ, koperti mill-Kapitolu Nru 9. Issa, l-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet inkwistjoni tal-profitti finanzjarji mhux kummerċjali li jistgħu jissodisfaw, minn barra l-kundizzjonijiet previsti fil-Kapitolu Nru 9, wieħed mill-kriterji tal-Kapitolu Nru 5 ma tmurx kontra l-interpretazzjoni sostnuta mir-Renju Unit, miġbura fil-qosor fil-punt 114 ta’ din is-sentenza. Fil-fatt, meta u sa fejn il-profitti finanzjarji mhux kummerċjali ta’ CFC jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Kapitolu Nru 9, dawn jistgħu jiġu eżentati, kompletament jew parzjalment, mill-imposta ta’ CFC, anki jekk jissodisfaw wieħed mill-kriterji tal-Kapitolu Nru 5, u dan minħabba li, skont l-evalwazzjoni magħmula mil-leġiżlatur tar-Renju Unit, il-fatt li dawn il-kundizzjonijiet ikunu ssodisfatti jippermetti li tiġi eskluża l-eżistenza ta’ riskju suffiċjentement għoli li dawn il-profitti jirriżultaw minn arranġamenti li jagħtu lok għal devjazzjoni artifiċjali tal-profitti jew għat-tnaqqis tal-bażi taxxabbli tat-taxxa fuq il-kumpanniji fir-Renju Unit. |
|
123 |
Għaldaqstant, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 371IA tal-Kapitolu Nru 9 invokati mill-Kummissjoni lanqas ma jippermettu li jiġi kkunsidrat li l-interpretazzjoni tar-regoli applikabbli għaċ-CFC invokata mir-Renju Unit ma hijiex kompatibbli mal-formulazzjoni ta’ dawn ir-regoli. |
|
124 |
Barra minn hekk, ITV issostni, essenzjalment, li l-interpretazzjoni tar-regoli applikabbli għaċ-CFC għandha tieħu inkunsiderazzjoni t-tagħlim tas-sentenza tat‑12 ta’ Settembru 2006, Cadbury Schweppes u Cadbury Schweppes Overseas (C‑196/04, EU:C:2006:544). |
|
125 |
Jirriżulta mid-dispożittiv ta’ din is-sentenza li l-Artikoli 49 u 54 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-inklużjoni, fil-bażi taxxabbli ta’ kumpannija residenti stabbilita fi Stat Membru, tal-profitti miksuba minn CFC fi Stat Membru ieħor meta dawn il-profitti huma suġġetti fih għal livell ta’ ntaxxar iktar baxx minn dak applikabbli fl-ewwel Stat, sakemm tali inklużjoni ma tikkonċernax ħlief l-arranġamenti purament artifiċjali intiżi sabiex jevadu t-taxxa nazzjonali normalment dovuta. Konsegwentement, l-applikazzjoni ta’ tali miżura ta’ ntaxxar għandha tiġi eliminata meta jiġi ppruvat, fuq il-bażi ta’ elementi oġġettivi u verifikabbli minn terzi, li, minkejja l-eżistenza ta’ motivazzjonijiet ta’ natura fiskali, l-imsemmija CFC hija realment installata fl-Istat Membru ospitanti u teżerċita fih attivitajiet ekonomiċi effettivi. |
|
126 |
L-interpretazzjoni tar-regoli applikabbli għaċ-CFC stabbiliti fil-Parti 9 A tat-TIOPA invokata mill-appellanti tirrifletti dawn il-prinċipji, peress li, permezz tal-Kapitoli Nri 5 u 9, din il-parti hija intiża li tintaxxa l-profitti li jirriżultaw minn prattiki abbużivi, bħall-arranġamenti purament artifiċjali, billi tagħti lill-persuni taxxabbli l-possibbiltà li jressqu talba sabiex jevitaw jew inaqqsu din it-tassazzjoni meta jkunu ssodisfatti ċerti kundizzjonijiet li, fil-fehma tal-leġiżlatur nazzjonali, jeqirdu jew inaqqsu r-riskju tal-eżistenza ta’ tali arranġamenti. |
|
127 |
Minn dan isegwi li, kif irrilevat, essenzjalment, l-Avukata Ġenerali fil-punti 87 sa 90 tal-konklużjonijiet tagħha, ir-regoli applikabbli għaċ-CFC, meħuda fl-intier tagħhom, u b’mod partikolari, fir-rigward tal-profitti finanzjarji mhux kummerċjali, kif stabbiliti fil-Kapitoli Nri 5 u 9, jikkompletaw l-SĠTK, billi jsegwu l-istess loġika, il-biċċa l-kbira bbażata fuq il-prinċipju ta’ territorjalità. Fil-fatt, l-imposta ta’ CFC ma hijiex applikata, jew hija applikata b’mod parzjali għall-profitti finanzjarji mhux kummerċjali taċ-CFC, bħal dawk li ġejjin mis-self kwalifikanti, li ma għandhomx rabta territorjali suffiċjenti mar-Renju Unit u li għalhekk ma jikkostitwixxux profitti ddevjati b’mod artifiċjali jew tnaqqis tal-bażi taxxabbli tat-taxxa fuq il-kumpanniji tar-Renju Unit. |
|
128 |
Din il-konklużjoni ma hijiex ikkontestata mill-analiżi li tidher fil-punti 85 sa 90 tas-sentenza appellata. Il-Qorti Ġenerali, sabiex tikkunsidra li r-regoli applikabbli għaċ-CFC kienu jikkostitwixxu corpus komplet, distint mill-SĠTK, enfasizzat, qabelxejn, id-differenzi li kienu jeżistu bejn l-SĠTK u dawn ir-regoli fir-rigward tal-bażi taxxabbli, il-persuna suġġetta għat-taxxa, il-fatt taxxabbli kif ukoll ir-rata tat-taxxa, sussegwentement, il-preżenza fil-Parti 9 A tat-TIOPA ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-imposta ta’ CFC u, fl-aħħar nett, l-eżistenza, f’din il-parti, ta’ mekkaniżmu intiż sabiex tiġi evitata t-taxxa doppja. |
|
129 |
L-ewwel nett, fir-rigward tal-bażi taxxabbli, kif jenfasizza r-Renju Unit, il-Qorti Ġenerali tfittex b’mod żbaljat li tiddistingwi bejn il-profitti ġġenerati f’dan l-Istat u l-profitti li ġew iddevjati b’mod artifiċjali lil hinn mir-Renju Unit, sabiex tikkunsidrahom bħala li jikkostitwixxu żewġ bażijiet tat-taxxa differenti. Fil-fatt, fiż-żewġ każijiet, il-bażi ta’ stima tikkorrispondi għall-profitti ġġenerati. |
|
130 |
It-tieni nett, fir-rigward tal-persuni suġġetti għat-taxxa, għandu jiġi rrilevat li l-persuni suġġetti għall-imposta ta’ CFC huma l-kumpanniji omm stabbiliti fir-Renju Unit, jiġifieri kumpanniji li huma wkoll suġġetti għat-taxxa fuq il-kumpanniji fir-Renju Unit. Huwa minnu li dan jirrigwarda subtaqsima ta’ kumpanniji stabbiliti fir-Renju Unit, peress li dawn il-kumpanniji kollha mhux neċessarjament jikkontrollaw CFC li l-profitti tagħhom jagħtu lok għal imposta ta’ CFC. Madankollu jibqa’ il-fatt li, fi ħdan din is-subtaqsima, l-istess kumpaniji huma suġġetti kemm għat-taxxa fuq il-kumpaniji kif ukoll għall-imposta ta’ CFC. Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali żbaljat meta qieset li kienet teżisti distinzjoni rilevanti bejn il-persuni taxxabbli suġġetti għall-imposta ta’ CFC u l-persuni taxxabbli suġġetti għat-taxxa li tirriżulta mill-SĠTK. |
|
131 |
It-tielet nett, fir-rigward tal-fatt taxxabbli, il-Qorti Ġenerali qieset li imposta ta’ CFC hija applikata ladarba c-CFC tiġġenera profitti barra mir-Renju Unit li jirriżultaw minn arranġamenti jew devjazzjoni purament artifiċjali tar-riżorsi jew tal-profitti li kellhom ikunu intaxxati fir-Renju Unit. Minn dan jirriżulta li l-fatt taxxabbli ta’ din l-imposta ma jikkorispondix għal ġenerazzjoni ta’ profitti fir-Renju Unit taxxabli skont l-SĠTK. B’dan il-mod, il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat il-kunċett ta’ fatt taxxabbli, peress li, fiż-żewġ każijiet, l-avveniment li jiġġustifika l-issuġġettar ta’ persuna għat-taxxa huwa l-ġenerazzjoni ta’ profitti minnha. |
|
132 |
Ir-raba’ nett, fir-rigward tar-rata tat-taxxa tal-imposta ta’ CFC, din hija l-istess bħal dik għat-taxxa prevista mill-SĠTK, kif ammettiet il-Qorti Ġenerali. Ċertament, din tal-aħħar żiedet li, fir-rigward tal-imposta ta’ CFC, jeżisti mekkaniżmu ta’ kalkolu speċifiku li jista’ jimplika li ssir il-medja ta’ diversi rati tat-taxxa applikabbli għall-profitti tal-kumpannija taxxabbli fir-Renju Unit. Madankollu, kif sostna r-Renju Unit, mingħajr ma ġie kontradett mill-Kummissjoni, il-possibbiltà li r-rata tat-taxxa tikkorrispondi għal medja ta’ diversi rati teżisti kemm għall-imposta ta’ CFC kif ukoll għat-taxxa fuq il-kumpaniji stabbiliti fir-Renju Unit. Fil-fatt, l-Artikolu 8(5) tal-Corporation Tax Act 2009 (il-Liġi dwar it-Tassazzjoni tal-Kumpanniji tal‑2009) jipprevedi mekkaniżmu ekwivalenti għal dak li jirriżulta mill-Artikolu 371BC tal-Kapitolu Nru 2, imsemmi mill-Qorti Ġenerali fil-punt 88 tas-sentenza appellata. |
|
133 |
Il-ħames nett, għalkemm huwa stabbilit li l-Parti 9 A tat-TIOPA tinkludi dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-kalkolu tal-imposta ta’ CFC, dawn ir-regoli huma, essenzjalment, identiċi għal dawk tal-SĠTK f’diversi aspetti, kif isostni r-Renju Unit u kif tammetti l-Kummissjoni. |
|
134 |
Is-sitt nett, fir-rigward tat-taxxa doppja, ir-Renju Unit u ITV isostnu ġustament li l-Parti 2 tat-TIOPA hija ddedikata għal din il-problema, b’tali mod li l-Qorti Ġenerali żbaljat meta ddeċidiet li l-eżistenza ta’ mekkaniżmu intiż sabiex tiġi evitata t-taxxa doppja kienet karatteristika speċifika tar-regoli applikabbli għaċ-CFC. |
|
135 |
Minn dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha jirriżulta li r-regoli applikabbli għaċ-CFC jifformaw parti integrali mill-SĠTK, li huma jikkomplementaw, billi jsegwu l-istess loġika bħal din tal-aħħar, li skontha l-profitti li għandhom rabta territorjali suffiċjenti mar-Renju Unit huma suġġetti għat-taxxa. Għaldaqstant, kif isostnu l-appellanti permezz tal-ewwel kontestazzjoni tagħhom imsemmija fil-punt 53 ta’ din is-sentenza, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonfermat li, kif kienet qieset il-Kummissjoni fid-deċiżjoni kontenzjuża, il-qafas ta’ riferiment għall-finijiet tal-eżami tas-selettività tal-eżenzjonijiet inkwistjoni fid-dawl tal-Artikolu 107(1) TFUE kien ikkostitwit biss mir-regoli applikabbli għaċ-CFC, stabbiliti fil-Parti 9 A tat-TIOPA. |
Konklużjoni dwar l‑appelli
|
136 |
Mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, id-determinazzjoni tal-qafas ta’ riferiment jikkostitwixxi l-punt tat-tluq tal-eżami komparattiv li għandu jitwettaq fil-kuntest tal-evalwazzjoni tan-natura selettiva, żball imwettaq f’din id-determinazzjoni neċessarjament jivvizzja l-analiżi kollha tal-kundizzjoni dwar in-natura selettiva (sentenza tat‑8 ta’ Novembru 2022, Fiat Chrysler Finance Europe vs Il‑Kummissjoni, C‑885/19 P u C‑898/19 P, EU:C:2022:859, punt 71 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
|
137 |
Konsegwentement, l-iżball ta’ liġi kkonstatat fil-punt 135 ta’ din is-sentenza huwa biżżejjed sabiex tiġi annullata s-sentenza appellata fl-intier tagħha, mingħajr ma huwa neċessarju li jiġu eżaminati l-kontestazzjonijiet l-oħra msemmija fil-punt 53 ta’ din is-sentenza. |
Fuq ir‑rikorsi quddiem il‑Qorti Ġenerali
|
138 |
Konformement mat-tieni sentenza tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, fil-każ li tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali, taqta’ l-kawża b’mod definittiv hija stess meta din tkun fi stat li tiġi deċiża. |
|
139 |
Dan huwa l-każ f’din il-kawża, peress li l-motivi tar-rikors intiżi għall-annullament tad-deċiżjoni kontenzjuża kienu is-suġġett ta’ dibattitu kontradittorju quddiem il-Qorti Ġenerali u l-eżami tagħhom ma jeħtieġu li tiġi adottata ebda miżura addizzjonali ta’ organizzazzjoni tal-proċedura jew ta’ istruttorja tal-proċess |
|
140 |
F’dan ir-rigward, huwa biżżejjed li jiġi rrilevat li, għar-raġunijiet stabbiliti fil-punti 90 sa 135 ta’ din is-sentenza, id-deċiżjoni kontenzjuża għandha tiġi annullata sa fejn il-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta kkonstatat l-eżistenza ta’ vantaġġ selettiv fid-dawl ta’ qafas ta’ riferiment limitat għar-regoli applikabbli għaċ-CFC inklużi fil-Parti 9 A tat-TIOPA, filwaqt li dawn ir-regoli ma humiex separabbli mill-SĠTK. |
|
141 |
Kif jirriżulta mill-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 136 ta’ din is-sentenza, tali żball fid-determinazzjoni tar-regoli effettivament applikabbli skont id-dritt nazzjonali rilevanti u, għaldaqstant, fl-identifikazzjoni tat-taxxa msejħa “normali” li fir-rigward tagħha kellhom jiġu evalwati l-eżenzjonijiet inkwistjoni, ivvizzja neċessarjament ir-raġunament kollu marbut mal-eżistenza ta’ vantaġġ selettiv. |
Fuq l‑ispejjeż
|
142 |
Skont l-Artikolu 184(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta l-appell ikun fondat u l-Qorti tal-Ġustizzja taqta’ l-kawża definittivament hija stess, hija għandha tiddeċiedi dwar l-ispejjeż. |
|
143 |
Skont l-Artikolu 138(1) u l-Artikolu 140(1) ta’ dawn ir-regoli, li saru applikabbli għall-proċedura ta’ appell skont l-Artikolu 184(1) tal-imsemmija regoli, minn naħa, il-partijiet li jitilfu il-kawża għandhom jiġu kkundannati għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu, u, min-naħa l-oħra, li l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet li intervjenew fil-kawża għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |
|
144 |
F’dan il-każ, fir-rigward tal-appelli ppreżentati fil-Kawżi C‑555/22 P, C‑556/22 P u C‑564/22 P, peress li kull wieħed mir-Renju Unit, ITV u LSEGH rebħu il-kawża, hemm lok, skont it-talbiet tagħhom, li l-Kummissjoni tiġi kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-appellanti fl-appell. |
|
145 |
Barra minn hekk, peress li r-rikorsi quddiem il-Qorti Ġenerali ntlaqgħu, il-Kummissjoni hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mir-Renju Unit fil-Kawża T‑363/19 kif ukoll dawk sostnuti minn ITV u minn LSEGH fil-Kawża T‑456/19. |
|
146 |
Ir-Renju Unit għandu jbati l-ispejjeż tiegħu fil-Kawża T‑456/19. |
|
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
|
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.