|
29.6.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 205/16 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/887
tas-26 ta’ Ġunju 2020
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/66 fir-rigward tal-kontrolli ta’ wara l-importazzjoni tal-pjanti għat-tħawwil
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 22(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/66 (2) jistabbilixxi regoli dwar arranġamenti prattiċi uniformi għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali fuq pjanti, fuq prodotti mill-pjanti u fuq oġġetti oħra. Dawn ir-regoli jinkludu kontrolli fil-bini tal-operaturi professjonali fil-postijiet tal-produzzjoni tal-pjanti għat-tħawwil. |
|
(2) |
Pjanti reqdin għat-tħawwil għajr iż-żrieragħ jistgħu jkunu ta’ periklu u ta’ riskju uniformi għas-saħħa tal-pjanti, peress li meta jiġu ċċekkjati fil-Postijiet ta’ Kontroll fuq il-Fruntiera, jew f’punti ta’ kontroll, jista’ ma jkunx possibbli li tiġi identifikata l-preżenza jew is-sintomi ta’ pesti. Minkejja dan, malli jsiru l-kontrolli, dawk il-pjanti għat-tħawwil jiġu rrilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera fit-territorju tal-Unjoni akkumpanjati b’passaport tal-pjanti għal dan l-użu. |
|
(3) |
Għaldaqstant, u sabiex ikun hemm rispons għal dawk ir-riskji, jixraq li wara l-importazzjoni jitwettqu kontrolli fiżiċi fil-bini tal-operaturi tal-inqas matul l-ewwel staġun ta’ tkabbir, sabiex tiġi identifikata b’livell għola ta’ ċertezza l-preżenza ta’ pest ta’ kwarantina fl-Unjoni, ta’ pest ta’ kwarantina f’żona protetta jew ta’ pest soġġett għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jwettqu dawn il-kontrolli bl-aktar mod effiċjenti u proporzjonat, jenħtieġ li jiddeterminaw il-frekwenzi ta’ dawn il-kontrolli, kif ukoll liema jkunu l-pjanti għat-tħawwil soġġetti għal dawn il-kontrolli, abbażi ta’ pjan ta’ kontroll li għandu jiġi stabbilit f’konformità ma’ ċerti kriterji. |
|
(4) |
Sabiex dawn il-kontrolli jkunu aktar effiċjenti u mmirati lejn l-ogħla riskji għas-saħħa tal-pjanti, jixraq li jissejsu fuq l-esperjenzi tal-każijiet ftal-pesti rilevanti fir-rigward tal-pajjiżi terzi tal-oriġini rilevanti, il-preżenza ta’ pesti ta’ prijorità f’dawk il-pajjiżi u l-informazzjoni disponibbli fis-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali (IMSOC). L-Istati Membri jistgħu jiġbru tariffi għal dawn il-kontrolli, kif stabbilit fl-Artikolu 80 tar-Regolament (UE) 2017/625. |
|
(5) |
Meta dawn il-kontrolli juru li nstab pest ta’ kwarantina jew pest soġġett għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jirreġistraw ir-riżultati tal-kontrolli fl-IMSOC permezz taċ-CHED (dokument sanitarju komuni tad-dħul) iffinalizzat korrispondenti, kif imsemmi fl-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) 2017/625, kull meta jkun possibbli li jintraċċaw lura l-pjanta infestata għall-kunsinna importata. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/66 huwa sostitwit kif ġej:
“Artikolu 1
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu kontrolli uffiċjali minn tal-inqas darba fis-sena fil-binjiet u, fejn applikabbli, f’postijiet oħra li jintużaw minn operaturi professjonisti awtorizzati biex joħorġu passaporti tal-pjanti f’konformità mal-Artikolu 84(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031.
2. Dawk il-kontrolli għandhom jinkludu l-ispezzjonijiet u, fil-każ ta’ suspett ta’ riskji għas-saħħa tal-pjanti, it-teħid ta’ kampjuni u l-ittestjar imsemmija fl-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031.
3. Dawk il-kontrolli għandhom jitwettqu fl-iktar żmien xieraq fir-rigward tal-possibbiltà li tiġi skoperta l-preżenza ta’ pesti rilevanti jew ta’ sinjali jew ta’ sintomi tagħhom.
4. Barra mill-kontrolli msemmija fil-paragrafi 1 sa 3, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu kontrolli fiżiċi fuq il-pjanti għat-tħawwil għajr iż-żrieragħ, inkluż it-tuberi, il-basal u r-riżomi, li ddaħħlu fl-Unjoni reqdin. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu dawn il-kontrolli tul l-ewwel staġun ta’ tkabbir wara l-importazzjoni fuq uħud minn dawk il-pjanti identifikati abbażi tal-pjan ta’ kontroll imsemmi fil-paragrafu 5.
5. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw il-frekwenzi tal-kontrolli msemmija fil-paragrafu 4, abbażi tal-pjan ta’ kontroll, li għandu jiġi stabbilit f’konformità ma’ tal-anqas il-kriterji kollha li ġejjin:
|
(a) |
l-istorja u l-livell ta’ pesti ta’ kwarantina fl-Unjoni interċettati u mgħarrfa lill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 11(c) tar-Regolament (UE) 2016/2031, li nstabu fil-pjanti importati, fil-prodotti mill-pjanti u fl-oġġetti l-oħra; |
|
(b) |
l-okkorrenza ta’ pest ta’ prijorità, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2016/2031, fil-pajjiż terz ta’ oriġini rilevanti, f’konformità mal-informazzjoni teknika u xjentifika disponibbli; |
|
(c) |
l-informazzjoni li tkun disponibbli permezz tas-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali (IMSOC) jew permezz ta’ kwalunkwe twissija uffiċjali oħra; |
|
(d) |
il-bijoloġija tal-ospitant u tal-pesti, u kundizzjonijiet rilevanti oħra għall-kxif effiċjenti ta’ pest ta’ kwarantina jew pest soġġett għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031. |
6. Meta dawk il-kontrolli msemmija fil-paragrafu 4 juru l-preżenza ta’ pest ta’ kwarantina jew pest soġġett għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirreġistraw ir-riżultati tal-kontrolli fl-IMSOC permezz tad-Dokument Sanitarju Komuni tad-Dħul (CHED) kif imsemmi fl-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) 2017/625, kull meta jkun possibbli li jintraċċaw lura l-pjanta infestata għall-kunsinna importata.”
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ġunju 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/66 tas-16 ta’ Jannar 2019 rigward regoli dwar arranġamenti prattiċi uniformi għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali fuq pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra sabiex tiġi vverifikata l-konformità mar-regoli tal-Unjoni dwar miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti applikabbli għal dik il-merkanzija (ĠU L 15, 17.1.2019, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4).