|
5.5.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 148/4 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9793 — Permira/Sneakers Maker)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 148/04)
1.
Fit-23 ta’ April 2020 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Permira Holdings Limited (“Permira”, Channel Islands), |
|
— |
Sneakers Maker SpA (“Sneakers Maker”, l-Italja). |
Permira se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Sneakers Maker.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Permira: hija negozju ta’ ekwità privata impenjata fil-provvista ta’ servizzi ta’ ġestjoni tal-investiment lil għadd ta’ fondi ta’ investiment. Permira tikkontrolla għadd ta’ kumpaniji tal-portafoll attivi f’varjetà ta’ setturi, fosthom dawk taż-żraben u l-ilbiesi bħalma huma Dr Martens u Reformation. |
|
— |
Sneakers Maker: hija kumpanija azzjonarja li hi proprjetarja tal-kapital tal-ishma kollu ta’ Golden Goose S.p.A., manifattur u fornitur ta’ żraben u lbiesi ta’ lussu. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9793 — Permira/Sneakers Maker
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz tal-posta:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).