<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑638/16 PPU</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0638</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:173">EU:C:2017:173</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>ihucjeSENTENZA TAS-<DATE ISO="20170307">7.3.2017</DATE> – KAWŻA C-638/16 PPU</P><P>X U X</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Awla Manja)</P><P><DATE ISO="20170307">7 ta’ Marzu 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P>[Test rettifikat permezz ta’ digriet tal‑<DATE ISO="20170324">24 ta’ Marzu 2017</DATE>]</P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 810/2009</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 25(1)(a)</KEYWORD><KEYWORD>Viża b’validità territorjali limitata</KEYWORD><KEYWORD>Ħruġ ta’ viża għal raġunijiet umanitarji jew sabiex jiġu onorati obbligi internazzjonali</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>obbligi internazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali</KEYWORD><KEYWORD>Konvenzjoni ta’ Genève</KEYWORD><KEYWORD>Ħruġ ta’ viża fil-każ ta’ riskju kkonfermat ta’ ksur tal-Artikoli 4 u/jew 18 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali</KEYWORD><KEYWORD>Assenza ta’ obbligu</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑638/16 PPU,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Conseil du Contentieux des Étrangers (kunsill għal ażil u proċeduri ta’ immigrazzjoni, il-Belġju), permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20161208">8 ta’ Diċembru 2016</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑<DATE ISO="20161212">12 ta’ Diċembru 2016</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">X u X</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">État belge,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),</P><P>komposta minn K. Lenaerts, President, A. Tizzano, Viċi President, L. Bay Larsen, T. von Danwitz, J. L. da Cruz Vilaça u M. Berger (Relatur), Presidenti ta’ Awla, A. Borg Barthet, A. Arabadjiev, C. Toader, M. Safjan, E. Jarašiūnas, C. G. Fernlund, C. Vajda, S. Rodin u F. Biltgen, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Mengozzi,</P><P>Reġistratur: V. Giacobbo-Peyronnel, amministratur</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat‑<DATE ISO="20170130">30 ta’ Jannar 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal X u X, minn T. Wibault u P. Robert, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Belġjan, minn C. Pochet u M. Jacobs, bħala aġenti, assistiti minn C. L’hoir u M. Van Regemorter kif ukoll minn F. Van Dijck, esperti, u minn E. Derriks u F. Motulsky, avukati,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Daniż, minn N. Lyshøj u C. Thorning, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn T. Henze, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Estonjan, minn N. Grünberg, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Franċiż, minn E. Armoet, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ungeriż, minn M. Fehér, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Malti, minn A. Buhagiar, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn M. de Ree, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Awstrijak, minn J. Schmoll, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn M. Kamejsza u M. Pawlicka kif ukoll minn B. Majczyna, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Sloven, minn V. Klemenc u T. Mihelič Žitko, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>[kif rettifikat permezz ta’ digriet tal‑<DATE ISO="20170324">24 ta’ Marzu 2017</DATE>] għall-Gvern Slovakk, minn M. Kianička, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Finlandiż, minn J. Heliskoski, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn C. Cattabriga kif ukoll minn G. Wils, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas‑<DATE ISO="20170207">7 ta’ Frar 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 25(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat‑<DATE ISO="20090713">13 ta’ Lulju 2009</DATE>, li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="243" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 243, p. 1</REF.DOC.OJ>, u rettifika <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="154" PAGE.FIRST="10" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 154, p. 10</REF.DOC.OJ>), kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 610/2013, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas‑<DATE ISO="20130626">26 ta’ Ġunju 2013</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="182" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 182, p. 1</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>kodiċi dwar il-viżi<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), kif ukoll tal-Artikoli 4 u 18 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn, minn naħa, X u X u, min-naħa l-oħra, l-État belge dwar ir-rifjut ta’ ħruġ ta’ viżi b’validità territorjali limitata.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt internazzjonali</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl‑<DATE ISO="19501104">4 ta’ Novembru 1950</DATE> (iktar il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>KEDB<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Obbligu ta’ rispett tad-drittijiet tal-bniedem<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Il-Partijiet Għolja Kontraenti għandhom jassiguraw lil kull min jaqa taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom id-drittijiet u l-libertajiet kif msemmija fis-Sezzjoni I ta’ din il-[k]onvenzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-KEDB, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Il-projbizzjoni tat-tortura<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, li jinsab fis-sezzjoni I tagħha, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Ħadd ma għandu jkun assoġġettat għal tortura jew għal trattament jew piena jew inumana jew degradanti.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 33 tal-Konvenzjoni dwar l-Istatus tar-Rifuġjati, iffirmata f’Genève fit‑<DATE ISO="19510728">28 ta’ Lulju 1951</DATE> [<HT TYPE="ITALIC">Ġabra tat-Trattati tan-Nazzjonijiet Uniti</HT>, Vol. 189, p. 150, Nru 2545 (1954)], kif issupplimentata bil-protokoll dwar l-istatus tar-refuġjati, konkluż fi New York fil‑<DATE ISO="19670131">31 ta’ Jannar 1967</DATE>, li min-naħa tiegħu daħal fis-seħħ fl‑<DATE ISO="19671004">4 ta’ Ottubru 1967</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Konvenzjoni ta’ Genève<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>), intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Projbizzjoni ta’ tkeċċija u ta’ refoulment<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>L-ebda Stat Kontraenti ma għandu jkeċċi jew jissuġġetta għal refoulment, bi kwalunkwe mod, rifuġjat fuq il-fruntieri ta’ territorji fejn ħajtu jew il-libertà tiegħu jkunu mhedda minħabba r-razza tiegħu, ir-reliġjon tiegħu, iċ-ċittadinanza tiegħu, is-sħubija tiegħu fi grupp soċjali, jew minħabba l-fehmiet politiċi tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Karta</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4 tal-Karta, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Il-projbizzjoni tat-tortura jew tal-pieni jew trattamenti inumani jew degradanti<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA>“Ħadd m’għandu jkun assoġġettat għal tortura jew għal pieni jew trattamenti inumani jew degradanti.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 18 tal-Karta, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Id-dritt għall-asil<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Id-dritt għall-asil għandu jkun garantit b’rispett għar-regoli tal-[Konvenzjoni ta’ Genève] u skond it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 51 tal-Karta, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Kamp ta’ applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Id-dispożizzjonijiet [tal-Karta] huma intiżi għall-istituzzjonijiet, għall-korpi u għall-aġenziji ta’ l-Unjoni fir-rispett tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà u għall-Istati Membri wkoll biss meta jkunu qed jimplimentaw il-liġi ta’ l-Unjoni. […]<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kodiċi dwar il-viżi</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont il-premessa 29 tal-kodiċi dwar il-viżi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-[KEDB] u mill-[Karta].<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ dan il-kodiċi, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Għan u kamp ta’ applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, jistabbilixxi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-proċeduri u l-kondizzjonijiet għall-ħruġ ta’ viżi għal tranżitu mit-territorju tal-Istati Membri jew soġġorni previsti fihom, li ma jeċċedux id‑90 jum fi kwalunkwe perjodu ta’ 180 jum.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2 tal-imsemmi kodiċi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>viża<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="2019" ID="QE0021"/> tfisser awtorizzazzjoni maħruġa minn Stat Membru bl-għan ta’:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>tranżitu mit-territorju tal-Istati Membri jew soġġorn previst fihom ta’ tul ta’ mhux aktar minn 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta’ 180 jum;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>tranżitu miż-żoni ta’ tranżitu internazzjonali tal-ajruporti tal-Istati Membri;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 25 tal-kodiċi dwar il-viżi, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>Ħruġ ta’ viża b’validità territorjali limitata<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="025.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Viża b’validità territorjali limitata għandha tinħareġ eċċezzjonalment, fil-każijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>meta l-Istat Membru kkonċernat iqis li huwa meħtieġ, għal raġunijiet umanitarji, għal raġunijiet ta’ interess nazzjonali jew minħabba obbligi internazzjonali:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>i)</NO.P><TXT>b’deroga mill-prinċipju li għandhom ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet ta’ dħul stabbiliti [fir-Regolament (KE) Nru 562/2006, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal‑<DATE ISO="20060315">15 ta’ Marzu 2006</DATE>, li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jamministraw il-moviment tal-persuni minn fruntiera għall-oħra (Kodiċi dwar il-Fruntieri ta’ Schengen) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="105" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 105, p. 1</REF.DOC.OJ>)],</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ii)</NO.P><TXT>biex tinħareġ viża minkejja l-oġġezjoni mill-Istat Membru kkonsultat skont l-Artikolu 22 għall-ħruġ ta’ viża uniformi; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>iii)</NO.P><TXT>biex tinħareġ visa għal raġunijiet ta’ urġenza […];</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>jew</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>meta għal raġunijiet meqjusa ġustifikati mill-konsulat, tinħareġ viża ġdida għal soġġorn matul l-istess perjodu ta’ 180 jum lil applikant li, tul dan il-perjodu ta’ 180 jum, diġà jkun uża viża uniformi jew viża b’validità territorjali limitata li ppermettiet soġġorn ta’ 90 jum.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="025.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Viża b’validità territorjali limitata għandha tkun valida għat-territorju tal-Istat Membru li joħroġha. Eċċezzjonalment hi tista’ tkun valida għat-territorju ta’ aktar minn Stat Membru wieħed, suġġett għall-kunsens ta’ kull Stat Membru.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><?PAGE NO="5"?><PARAG IDENTIFIER="025.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Meta tkun inħarġet viża b’validità territorjali limitata fil-każijiet deskritti fil-paragrafu 1(a), l-awtoritajiet ċentrali tal-Istat Membru li joħroġha għandu jiċċirkola l-informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet ċentrali tal-Istati Membri l-oħrajn mingħajr dewmien […].</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="025.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Id-data […] għandha tiddaħħal [fis-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża] meta tkun ittieħdet deċiżjoni dwar il-ħruġ ta’ tali viża.<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 32(1)(b) tal-kodiċi dwar il-viżi, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>Ċaħda ta’ viża<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 25(1), viża għandha tinċaħad:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>jekk ikun hemm dubji raġonevoli dwar […] l-intenzjoni [tal-applikant] li jitlaq mit-territorju tal-Istati Membri qabel l-iskadenza tal-viża li għaliha qiegħda ssir applikazzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (UE) 2016/399</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/399, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad‑<DATE ISO="20160309">9 ta’ Marzu 2016</DATE>, dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="077" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 77, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>Drittijiet Fundamentali<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>Meta jiġi applikat dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jaġixxu b’rispett sħiħ tal-liġi relevanti tal-Unjoni, inklużi l-[Karta], il-liġi internazzjonali rilevanti, inkluża l-[Konvenzjoni ta’ Genève], l-obbligi marbutin mal-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali, b’mod partikolari l-prinċipju ta’ non-refoulement, u d-drittijiet fundamentali. Skont il-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Unjoni, id-deċiżjonijiet taħt dan ir-Regolament għandhom jittieħdu fuq bażi individwali.<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>Kondizzjonijiet ta’ dħul għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Fil-każ ta’ permanenza fit-territorju tal-Istati Membri ta’ mhux aktar minn 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta’ 180 jum […], il-kondizzjonijiet tad-dħul għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi għandhom ikunu kif ġej:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>ikollhom dokument validu tal-ivvjaġġar […]</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>huma fil-pussess ta’ viża valida, jekk rikjesta […]</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>jiġġustifikaw l-għan u l-kondizzjonijiet tas-soġġorn li jkunu bi ħsiebhom jagħmlu u jkollhom mezzi biżżejjed ta’ sussistenza […]</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>ma jkunux persuni li għalihom ikun inħareġ allert […] sabiex jiġi miċħud id-dħul</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>mhumiex meqjusa bħala theddida għall-politika pubblika [ordni pubbliku], is-sigurtà interna, is-saħħa pubblika jew ir-relazzjonijiet internazzjonali ta’ xi Stat Membru […]</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="006.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA><P>B’deroga mill-paragrfu 1:</P><P>[…]</P><?PAGE NO="6"?><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>Ċittadin(i) ta’ pajjiż terz li ma jissodisfawx xi kondizzjoni waħda jew aktar imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu awtorizzati minn xi Stat Membru biex jidħlu fit-territorju tiegħu għal raġunijiet umanitarji, għal raġunijiet ta’ interess nazzjonali jew minħabba obbligi internazzjonali. […]<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2013/32/UE</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2013/32/UE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas‑<DATE ISO="20130626">26 ta’ Ġunju 2013</DATE>, dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="180" PAGE.FIRST="60" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 180, p. 60</REF.DOC.OJ>):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva għandha tapplika għall-applikazzjonijiet kollha għall-protezzjoni internazzjonali magħmula fit-territorju, inklużi dawk magħmula fil-fruntiera fl-ilmijiet territorjali jew fiż-żoni ta’ tranżitu, tal-Istati Membri, u għall-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal talbiet għall-asil diplomatiku jew territorjali preżentati lir-rappreżentanzi ta’ Stati Membri.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (UE) Nru 604/2013</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 604/2013, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas‑<DATE ISO="20130626">26 ta’ Ġunju 2013</DATE>, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="180" PAGE.FIRST="31" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 180, p. 31</REF.DOC.OJ>), intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>Suġġett<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida […].<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 604/2013:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>L-Istati Membri għandhom jeżaminaw applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida li japplika fit-territorju ta’ xi wieħed minnhom, inkluż fil-konfini jew fiż-żoni ta’ transitu. […]<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali – koppja miżżewġa – kif ukoll it-tlett itfal tagħhom minuri ta’ età żgħira huma ta’ nazzjonalità Sirjana u jgħixu f’Aleppo (is‑Sirja). Fit‑<DATE ISO="20161012">12 ta’ Ottubru 2016</DATE>, huma ppreżentaw, abbażi tal-Artikolu 25(1)(a) tal-kodiċi dwar il-viżi, applikazzjonijiet għal viżi b’validità territorjali limitata fl-ambaxxata tal-Belġju f’Bejrut (il-Libanu), qabel irritornaw is-Sirja l-għada.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Insostenn ta’ dawn l-applikazzjonijiet, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali spjegaw li l-viżi mitluba kellhom l-għan li jippermettulhom jitilqu mill-belt assedjata ta’ Aleppo sabiex jippreżentaw applikazzjoni għall-ażil fil-Belġju. Wieħed mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali ddikjara, b’mod partikolari, li kien ittieħed minn grupp terrorista, wara msawwat u ttorturat, qabel fl-aħħar inħeles wara l-ħlas ta’ riskatt. Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali insistew b’mod partikolari fuq is-sitwazzjoni ta’ sigurtà prekarja fis-Sirja b’mod ġenerali u f’Aleppo b’mod partikolari, kif ukoll fuq il-fatt li, peress li huma jħaddnu<?PAGE NO="7"?> r-reliġjon Kristjana Ortodossa, kien hemm ir-riskju li jiġu ppersegwitati minħabba t-twemmin reliġjuż tagħhom. Huma żiedu li kien impossibbli għalihom li jirreġistraw ruħhom bħala refuġjati fil-pajjiżi ġirien, fid-dawl, b’mod partikolari, tal-għeluq tal-fruntiera bejn il-Libanu u s-Sirja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjonijiet tat‑<DATE ISO="20161018">18 ta’ Ottubru 2016</DATE>, li ġew mgħarrfa lir-rikorrenti fil-kawża prinċipali fil‑<DATE ISO="20161025">25 ta’ Ottubru 2016</DATE>, l-Uffiċċju għall-Barranin (il-Belġju) ċaħad l-imsemmija applikazzjonijiet. L-Uffiċċju għall-Barranin spjega, b’mod partikolari, li huma kien bi ħsiebhom jissoġġornaw għal iktar minn 90 jum fil-Belġju, li l-Artikolu 3 tal-KEDB ma kienx jimponi fuq l-Istati parti għal din il-konvenzjoni l-obbligu li jaċċettaw fit-territorji rispettivi tagħhom <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>il-persuni li qegħdin jgħixu f’sitwazzjoni katastrofika<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> u li l-uffiċċji diplomatiċi Belġjani ma kinux fost l-awtoritajiet li magħhom barrani jista’ jagħmel applikazzjoni għall-ażil. Skont l-Uffiċċju għall-Barranin, il-fatt li jiġi awtorizzat li lir-rikorrenti fil-kawża prinċipali tinħarġilhom viża għal dħul sabiex ikunu jistgħu jippreżentaw applikazzjoni għall-ażil fil-Belġju jkun ifisser li dawn jitħallew jagħmlu tali applikazzjoni f’uffiċċju diplomatiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju, li quddiemha r-rikorrenti fil-kawża prinċipali qegħdin jikkontestaw dawn id-deċiżjonijiet, tispeċifika li huma talbu, skont il-proċedura nazzjonali msejħa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>ta’ urġenza estrema<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-imsemmija deċiżjonijiet. Issa, peress li l-ammissibbiltà ta’ tali talba hija inċerta fid-dawl tad-dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli, din il-qorti ddeċidiet li tadixxi lill-Cour constitutionnelle (qorti kostituzzjonali, il-Belġju) sabiex tagħti deċiżjoni fuq din il-kwistjoni. Fl-istennija tat-tweġiba li għandha tingħata mill-imsemmija qorti kostituzzjonali, il-qorti tar-rinviju qed tkompli l-eżami tal-kawża prinċipali skont il-proċedura ta’ urġenza estrema.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Quddiem il-qorti tar-rinviju, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali jargumentaw, essenzjalment, li l-Artikolu 18 tal-Karta jipprevedi obbligu pożittiv għall-Istati Membri li jiggarantixxu d-dritt għall-ażil u li l-għoti ta’ protezzjoni internazzjonali huwa l-uniku mod li jiġi evitat ir-riskju ta’ ksur tal-Artikolu 3 tal-KEDB u tal-Artikolu 4 tal-Karta. F’dan il-każ, peress li l-awtoritajiet Belġjani stess qiesu li s-sitwazzjoni tagħhom kienet ta’ natura umanitarja eċċezzjonali, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali jargumentaw li, fid-dawl tal-obbligi internazzjonali tar-Renju tal‑Belġju, il-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 25(1)(a) tal-kodiċi dwar il-viżi kienu ssodisfatti u minn dan huma jikkonkludu li huma kellhom, għal raġunijiet umanitarji, jingħataw il-viżi mitluba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Min-naħa tiegħu, l-État belge jqis li ma huwiex obbligat, la abbażi tal-Artikolu 3 tal-KEDB u lanqas abbażi tal-Artikolu 33 tal-Konvenzjoni ta’ Genève, li jaċċetta fit-territorju tiegħu ċittadin ta’ pajjiż terz, sa fejn l-uniku obbligu impost fuqu f’dan ir-rigward huwa obbligu ta’ non-refoulement.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tesponi li, bħalma jirriżulta mill-Artikolu 1 tal-KEDB, kif interpretat mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali jistgħu jużaw l-Artikolu 3 tal-KEDB biss jekk ikunu jinsabu taħt il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>ġurisdizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> Belġjana. Issa, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk l-implementazzjoni tal-politika tal-viżi tistax titqies bħala l-eżerċizzju ta’ tali ġurisdizzjoni. Barra minn hekk, dik il-qorti tistaqsi jekk dritt għal dħul jistax jirriżulta, bħala korollarju tal-obbligu li jittieħdu miżuri preventivi u tal-prinċipju ta’ non-refoulement, mill-Artikolu 3 tal-KEDB kif ukoll, <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT>, mill-Artikolu 33 tal-Konvenzjoni ta’ Genève.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju tirrileva li l-applikazzjoni tal-Artikolu 4 tal-Karta ma jiddependix, kuntrarjament għall-Artikolu 3 tal-KEDB, mill-eżerċizzju ta’ ġurisdizzjoni, iżda mill-implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni. Issa, la mit-Trattati u lanqas mill-Karta ma jirriżulta li l-imsemmija applikazzjoni hija limitata territorjalment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-Artikolu 25 tal-kodiċi dwar il-viżi, il-qorti tar-rinviju tosserva li dan jipprevedi, b’mod partikolari, li viża tinħareġ meta Stat Membru <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>iqis<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> li dan huwa meħtieġ sabiex jonora obbligi internazzjonali. Dik il-qorti tistaqsi madankollu fuq il-portata tal-marġni ta’ diskrezzjoni f’idejn l-Istati Membri f’dan il-kuntest u tqis li, fid-dawl tan-natura vinkolanti tal-obbligi internazzjonali u ta’ dawk li jirriżultaw mill-Karta, kull marġni jista’ jiġi eskluż f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Conseil du Contentieux des Étrangers (kunsill għal ażil u proċeduri ta’ immigrazzjoni, il-Belġju) iddeċieda li jissospendi l-proċeduri u li jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>1)</NO.P><TXT>L-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>obbligi internazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="2019" ID="QE0040"/>, imsemmija fl-Artikolu 25(1)(a) tal-kodiċi dwar il-viżi, jirrigwardaw id-drittijiet kollha ggarantiti mill-Karta, fosthom, b’mod partikolari, dawk iggarantiti mill-Artikoli 4 u 18, u dawn ikopru wkoll l-obbligi li jorbtu lill-Istati Membri, fir-rigward tal-KEDB, u tal-Artikolu 33 tal-Konvenzjoni ta’ Genève?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>A.</NO.P><TXT>B’teħid inkunsiderazzjoni tar-risposta mogħtija għad-domanda Nru 1, l‑Artikolu 25(1)(a) tal-kodiċi dwar il-viżi, għandu jiġi interpretat fis-sens li, bla ħsara għall-marġni ta’ diskrezzjoni li huwa għandu fir-rigward taċ-ċirkustanzi tal-kawża, l-Istat Membru li quddiemu tiġi ppreżentata applikazzjoni għal viża b’validità territorjali limitata, huwa obbligat joħroġ il-viża li għaliha saret applikazzjoni, meta jkun hemm riskju ta’ ksur tal-Artikolu 4 u/jew tal-Artikolu 18 tal-Karta, jew ta’ obbligu internazzjonali ieħor tiegħu?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>B.</NO.P><TXT>L-eżistenza ta’ rabtiet bejn l-applikant u l-Istat Membru li quddiemu tiġi ppreżentata l-applikazzjoni għal viża (per eżempju, rabtiet familjari, familji ospitanti, garanti u sponsors, eċċ.) taffettwa r-risposta għal din id-domanda?<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/></TXT></NP></ITEM></LIST></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq il-proċedura b’urġenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju talbet sabiex din it-talba għal deċiżjoni preliminari tiġi suġġetta għall-proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari prevista fl-Artikolu 107 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Insostenn ta’ din it-talba, il-qorti tar-rinviju invokat, b’mod partikolari, is-sitwazzjoni drammatika tal-kunflitt armat fis-Sirja, l-età żgħira tat-tfal tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali, il-profil partikolarment vulnerabbli ta’ dawn tal-aħħar, marbut mal-appartenenza tagħhom fil-komunità Kristjana Ortodossa u, fi kwalunkwe każ, il-fatt li hija ġiet adita fil-kuntest ta’ proċedura ta’ sospensjoni ta’ urġenza estrema.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju speċifikat, f’dan ir-rigward, li dan ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari kellu l-effett li jissospendi l-proċedura li hija kienet adita biha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat, fl-ewwel lok, li dan ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari, li jirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 25(1)(a) tal-kodiċi dwar il-viżi, iqajjem kwistjonijiet dwar l-oqsma koperti mit-Titolu V, dwar l-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, tat-tielet parti tat-Trattat FUE. Għaldaqstant dan jista’ jiġi suġġett għall-proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari, konformement mal-Artikolu 107(1) tar-Regoli tal-Proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ma huwiex ikkontestat li, għall-inqas fid-data tal-eżami tat-talba intiża li tissuġġetta dan ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari għall-proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari, kien hemm riskju reali li r-rikorrenti fil-kawża prinċipali jkunu suġġetti għal trattamenti inumani jew degradanti, fatt li għandu jitqies li huwa element ta’ urġenza li jiġġustifika l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> tar-Regoli tal-Proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ġie espost iktar ’il fuq, il-Ħames Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fil‑<DATE ISO="20161215">15 ta’ Diċembru 2016</DATE>, fuq proposta tal-Imħallef Relatur, wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li tilqa’ t-talba tal-qorti tar-rinviju sabiex dan ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari jkun suġġett għall-proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari. Barra minn hekk, hija ddeċidiet li tibgħat il-kawża quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja bil-għan li tiġi assenjata lill-Awla Manja.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tagħti risposta għad-domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju hija kkontestata, b’mod partikolari, mill-Gvern Belġjan għar-raġuni li l-Artikolu 25(1) tal-kodiċi dwar il-viżi, li tiegħu qed tintalab l-interpretazzjoni, ma huwiex applikabbli għall-applikazzjonijiet inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Madankollu, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta mingħajr dubju li l-imsemmija applikazzjonijiet tressqu, għal raġunijiet umanitarji, abbażi tal-Artikolu 25 tal-kodiċi dwar il-viżi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kwistjoni jekk dan il-kodiċi huwiex applikabbli għal talbiet, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, intiżi li jippermettu lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi jippreżentaw applikazzjonijiet għall-ażil fit-territorju ta’ Stat Membru, din hija marbuta strettament mar-risposti li għandhom jingħataw għal din id-domanda għal deċiżjoni preliminari. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni sabiex tagħti risposta għal din id-domanda (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150910">10 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Wojciechowski</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑408/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:591">EU:C:2015:591</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq id-domandi preliminari</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 25(1)(a) tal-kodiċi dwar il-viżi għandux jiġi interpretat fis-sens li l-obbligi internazzjonali li huwa jkopri jinkludux ir-rispett, minn Stat Membru, tad-drittijiet kollha ggarantiti mill-Karta, b’mod partikolari fl-Artikoli 4 u 18 tagħha, kif ukoll mill-KEDB u mill-Artikolu 33 tal-Konvenzjoni ta’ Genève. Permezz tat-tieni domanda tagħha, hija tistaqsi, fid-dawl tar-risposta għall-ewwel domanda tagħha, essenzjalment, jekk l-Artikolu 25(1)(a) tal-kodiċi dwar il-viżi għandux jiġi interpretat fis-sens li l-Istat Membru adit b’applikazzjoni għal viża b’validità territorjali limitata għandux l-obbligu li joħroġ il-visa mitluba meta hemm riskju ta’ ksur tal-Artikoli 4 u/jew 18 tal-Karta jew ta’ obbligu internazzjonali li dan l-Istat Membru huwa obbligat jonora. Jekk ikun il-każ, hija tixtieq tkun taf jekk l-eżistenza ta’ rabtiet bejn l-applikant u l-Istat Membru adit bl-applikazzjoni għal viża għandhiex xi effetti f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar fl-ewwel lok li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-fatt li l-qorti tar-rinviju fformulat domanda billi għamlet riferiment biss għal ċerti dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni ma jipprekludix lill-Qorti tal-Ġustizzja milli tipprovdi lil din il-qorti l-elementi kollha ta’ interpretazzjoni li jistgħu jkunu utli għad-deċiżjoni tal-kawża li hja adita biha, irrispettivament minn jekk hija għamlitx jew le riferiment għalihom fit-test tad-domandi tagħha. F’dan ir-rigward, hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tislet, mill-kumpless tal-elementi pprovduti mill-qorti nazzjonali, u b’mod partikolari mill-motivazzjoni tad‑deċiżjoni tar-rinviju, il-punti ta’ dritt tal-Unjoni li jeħtieġu interpretazzjoni fid-dawl tas-suġġett tal-kawża (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150212">12 ta’ Frar 2015</DATE>, <NAME.CASE>Oil Trading Poland</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑349/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:84">EU:C:2015:84</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi rrilevat li l-kodiċi dwar il-viżi ġie adottat abbażi tal-punt 2(a) u (b)(ii) tal-Artikolu 62 tat-Trattat KE, li jipprevedi li l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jistabbilixxi miżuri dwar il-viżi għas-soġġorni ta’ massimu ta’ tliet xhur, b’mod partikolari l-proċeduri u l-kundizzjonijiet għall-ħruġ tal-viżi mill-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 tiegħu, il-kodiċi dwar il-viżi għandu l-għan li jistabbilixxi l-proċeduri u l-kundizzjonijiet għall-ħruġ ta’ viżi għal tranżiti mit-territorju tal-Istati Membri jew soġġorni previsti fihom, li ma jkunux ta’ iktar minn 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta’ 180 jum. Il-punt 2(a) u (b) tal-Artikolu 2 ta’ dan il-kodiċi jiddefinixxi l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>viża<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>, għall-finijiet tal-imsemmi kodiċi, bħala<?PAGE NO="10"?> <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>awtorizzazzjoni maħruġa minn Stat Membru<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> bl-għan, rispettivament, ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>tranżitu mit-territorju tal-Istati Membri jew soġġorn previst fihom ta’ tul ta’ mhux aktar minn 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta’ 180 jum<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>tranżitu miż-żoni ta’ tranżitu internazzjonali tal-ajruporti tal-Istati Membri<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Issa, bħalma jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju u mill-elementi fil-fajl sottomess lill-Qorti tal-Ġustizzja, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali ppreżentaw, fl-ambaxxata tal-Belġju fil-Libanu, applikazzjonijiet għal viżi għal raġunijiet umanitarji, ibbażati fuq l-Artikolu 25 tal-kodiċi dwar il-viżi, bl-intenzjoni li jitolbu l-ażil fil-Belġju malli jaslu f’dan l-Istat Membru u, sussegwentement sabiex jinħarġilhom permess ta’ soġġorn li l-perijodu ta’ validità tiegħu ma huwiex limitat għal 90 jum.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 1 tal-kodiċi dwar il-viżi, tali applikazzjonijiet, anki jekk ġew ippreżentati formalment abbażi tal-Artikolu 25 ta’ dan il-kodiċi, ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmi kodiċi, b’mod partikolari tal-Artikolu 25(1)(a) tiegħu, li l-interpretazzjoni tiegħu hija mitluba mill-qorti tar-rinviju f’relazzjoni mal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>obbligi internazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> previst f’din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Barra minn hekk, peress li, bħalma osservaw il-Gvern Belġjan u l-Kummissjoni Ewropea fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom, sal-lum, il-leġiżlatur tal-Unjoni għadu ma adotta l-ebda att abbażi tal-Artikolu 79(2)(a) TFUE f’dak li jirrigwarda l-kundizzjonijiet għall-ħruġ, mill-Istati Membri, ta’ viżi jew ta’ permessi ta’ soġġorn għal żmien twil lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi għal raġunijiet umanitarji, l-applikazzjonijiet inkwistjoni fil-kawża prinċipali jaqgħu taħt id-dritt nazzjonali biss.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Peress li s-sitwazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma hijiex, għaldaqstant, irregolata mid-dritt tal-Unjoni, id-dispożizzjonijiet tal-Karta, b’mod partikolari dawk tal-Artikoli 4 u 18 tagħha, imsemmija fid-domandi tal-qorti tar-rinviju, ma humiex applikabbli għaliha (ara f’dan is-sens, b’mod partikolari, is-sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130226">26 ta’ Frar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Åkerberg Fransson</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑617/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:105">EU:C:2013:105</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140327">27 ta’ Marzu 2014</DATE>, <NAME.CASE>Torralbo Marcos</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑265/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:187">EU:C:2014:187</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Il-konklużjoni preċedenti ma hijiex imminata mill-fatt li l-Artikolu 32(1)(b) tal-kodiċi dwar il-viżi jistabbilixxi bħala raġuni għaċ-ċaħda ta’ viża, u mhux minħabba nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ dan il-kodiċi, l-eżistenza ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>dubji raġonevoli dwar […] l-intenzjoni [tal-applikant] li jitlaq mit-territorju tal-Istati Membri qabel l-iskadenza tal-viża li għaliha qiegħda ssir applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fil-fatt, is-sitwazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma hijiex ikkaratterizzata mill-eżistenza ta’ tali dubji, iżda minn applikazzjoni li għandha għan differenti minn dik ta’ viża għal żmien qasir.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Għandu jiżdied li konklużjoni kuntrarja tkun tfisser, minkejja li l-kodiċi dwar il-viżi kien maħsub għall-finijiet tal-ħruġ ta’ viżi għal soġġorni fit-territorju tal-Istati Membri li ma jeċċedux 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta’ 180 jum, li ċittadini ta’ pajjiżi terzi jkunu awtorizzati jippreżentaw, billi jibbażaw ruħhom fuq dan il-kodiċi, applikazzjonijiet għal viża bil-għan li jiksbu l-benefiċċju ta’ protezzjoni internazzjonali fl-Istat Membru tal-għażla tagħhom, sitwazzjoni li timmina l-istruttura ġenerali tas-sistema stabbilita mir-Regolament Nru 604/2013.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat ukoll li tali konklużjoni kuntrarja tkun timplika li l-Istati Membri huma obbligati, abbażi tal-kodiċi dwar il-viżi, li jippermettu, fir-realtà, li ċittadini ta’ pajjiżi terzi jippreżentaw applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali f’rappreżentanzi ta’ Stati Membri li jinsabu fit-territorju ta’ pajjiż terz. Issa, minkejja li l-kodiċi dwar il-viżi ma għandux l-għan li jarmonizza l-leġiżlazzjonijiet tal-Istati Membri dwar il-protezzjoni internazzjonali, għandu jiġi kkonstatat li l-atti tal-Unjoni adottati abbażi tal-Artikolu 78 TFUE li jirregolaw il-proċeduri applikabbli għall-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali ma jipprevedux tali obbligu u, kuntrarjament, jeskludu mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom l-applikazzjonijiet ippreżentati f’ambaxxati tal-Istati Membri. Għaldaqstant, mill-Artikolu 3(1) u (2) tad-Direttiva 2013/32 jirriżulta li din id-direttiva hija applikabbli għal applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali ppreżentati fit-territorju tal-Istati Membri, inklużi mal-fruntiera, fl-ibħra territorjali jew f’żona ta’ tranżitu, iżda mhux għall-applikazzjonijiet għal ażil<?PAGE NO="11"?> diplomatiku jew territorjali ppreżentati f’rappreżentanzi tal-Istati Membri. Bl-istess mod, mill-Artikolu 1 u mill-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 604/2013 jirriżulta li dan ir-regolament jimponi fuq l-Istati Membri biss l-obbligu li jeżaminaw l-applikazzjonijiet kollha għal protezzjoni internazzjonali ppreżentati fit-territorju ta’ Stat Membru, inkluż fil-fruntiera jew f’żona ta’ tranżitu, u li l-proċeduri previsti mill-imsemmi regolament japplikaw biss għal tali applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-awtoritajiet Belġjani b’mod żbaljat ikklassifikaw l-applikazzjonijiet inkwistjoni fil-kawża prinċipali bħala applikazzjonijiet għal viżi għal perijodu qasir.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għad-domandi magħmula għandha tkun li l-Artikolu 1 tal-kodiċi dwar il-viżi għandu jiġi interpretat fis-sens li applikazzjoni għal viża b’validità territorjali limitata ppreżentata minn ċittadin ta’ pajjiż terz għal raġunijiet umanitarji, abbażi tal-Artikolu 25 ta’ dan il-kodiċi, quddiem rappreżentanza tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni, li tinsab fit-territorju ta’ pajjiż terz, bl-intenzjoni li jippreżenta, mal-wasla tiegħu f’ dan l-Istat Membru, applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali u, sussegwentement, li jissoġġorna fl-imsemmi Stat Membru għal iktar minn 90 jum f’perijodu ta’ 180 jum, ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmi kodiċi, iżda, fl-istat attwali tad-dritt tal-Unjoni, taħt id-dritt nazzjonali biss.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat‑<DATE ISO="20090713">13 ta’ Lulju 2009</DATE>, li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi), kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 610/2013, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas‑<DATE ISO="20130626">26 ta’ Ġunju 2013</DATE>, għandu jiġi interpretat fis-sens li applikazzjoni għal viża b’validità territorjali limitata ppreżentata minn ċittadin ta’ pajjiż terz għal raġunijiet umanitarji, abbażi tal-Artikolu 25 ta’ dan il-kodiċi, quddiem rappreżentanza tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni, li tinsab fit-territorju ta’ pajjiż terz, bl-intenzjoni li jippreżenta, mal-wasla tiegħu f’ dan l-Istat Membru, applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali u, sussegwentement, li jissoġġorna fl-imsemmi Stat Membru għal iktar minn 90 jum f’perijodu ta’ 180 jum, ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmi kodiċi, iżda, fl-istat attwali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, taħt id-dritt nazzjonali biss.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>