|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/2635 |
11.5.2026 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.12398 – LONE STAR FUNDS / DOMO CHEMICALS ENGINEERING PLASTICS DIVISION)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2026/2635)
1.
Fit-28 ta’ April 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Lone Star Funds (“Lone Star”, l-Istati Uniti tal-Amerika), ikkontrollata mis-Sur John Grayken (l-Irlanda), |
|
— |
Domo Chemics’ Engineering Plastics Division (id-Diviżjoni tal-Inġinerija tal-Plastik ta’ Domo Chemicals, il-Belġju), ikkontrollata minn Domo Chemicals Holdings NV (il-Belġju). |
Lone Star se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Domo Chemicals’ Engineering Plastics Division. kollha kemm hija.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ assi.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Lone Star hija ditta ta’ ekwità privata b’uffiċini fl-Amerika ta’ Fuq, fil-Punent tal-Ewropa u l-Asja li tirrakkomanda fondi li jinvestu globalment fi proprjetà immobbli, f’ekwità, fi kreditu u f’assi finanzjarji oħra. Lone Star tinsab fil-proċess li takkwista RadiciGroup (“Radici”, l-Italja), manifattur ta’ sustanzi kimiċi ta’ speċjalità u polimeri ta’ prestazzjoni għolja, |
|
— |
Domo Chemicals Engineering Plastics Division hija primarjament attiva fil-manifattura tal-plastik tal-inġinerija PA 6 u PA 6.6 (granuli/pellets tal-poliammid) użati f’firxa wiesgħa ta’ applikazzjonijiet industrijali. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12398 — LONE STAR FUNDS / DOMO CHEMICALS ENGINEERING PLASTICS DIVISION
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/2635/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)