|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2822 |
18.11.2024 |
REGOLAMENT (UE) 2024/2822 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-23 ta’ Ottubru 2024
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 dwar id-disinji Komunitarji u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2246/2002
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 118, l-ewwel paragrafu, tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 (3) ħoloq sistema ta’ protezzjoni tad-disinji speċifika għall Komunità Ewropea li minn dak iż-żmien ’l hawn ipprevediet għall-protezzjoni tad-disinji fil-livell tal-Unjoni b’mod parallel mal-protezzjoni tad-disinji disponibbli fil-livell nazzjonali fl-Istati Membri f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom dwar il-protezzjoni tad-disinji, armonizzati skont id-Direttiva 98/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). |
|
(2) |
F’konformità mal-Komunikazzjoni tagħha tad-19 ta’ Mejju 2015 bit-titlu “Regolamentazzjoni aħjar għal riżultati aħjar –Aġenda tal-UE” u l-impenn tagħha li tirrieżamina l-politiki tal-Unjoni b’mod regolari, il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni estensiva tas-sistemi għall-protezzjoni tad-disinji fl-Unjoni, li tinvolvi valutazzjoni ekonomika u legali komprensiva, appoġġata minn serje ta’ studji. |
|
(3) |
Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-10 ta’ Novembru 2020 dwar il-politika dwar il-proprjetà intellettwali u r-reviżjoni tas-sistema tad-disinji industrijali fl-Unjoni, il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni tippreżenta proposti għar-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 u tad-Direttiva 98/71/KE. Ir-reviżjoni ntalbet biex jiġu modernizzati s-sistemi ta’ protezzjoni relatati mad-disinji industrijali fl-Unjoni u li l-protezzjoni tad-disinji ssir aktar attraenti għad-disinjaturi u n-negozji individwali, speċjalment għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs). |
|
(4) |
Minn meta ġiet stabbilita s-sistema tad-disinji Komunitarji, l-esperjenza wriet li d-disinjaturi u l-impriżi individwali mill-Unjoni u minn pajjiżi terzi aċċettaw is-sistema u hija saret komplement jew alternattiva ta’ suċċess u vijabbli għall-protezzjoni tad-disinji fil-livell nazzjonali tal-Istati Membri. |
|
(5) |
Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Novembru 2021 dwar pjan ta’ azzjoni għall-proprjetà intellettwali b’sostenn għall-irkupru u r-reżiljenza tal-UE (5), il-Parlament Ewropew indika li s-sistema attwali tal-UE għall-protezzjoni tad-disinji ġiet stabbilita 20 sena ilu u jenħtieġ li tiġi riveduta, filwaqt li enfasizza l-ħtieġa li tiġi aġġornata sabiex tiġi żgurata ċertezza legali akbar, u b’hekk tenna s-sejħa tal-Kunsill biex jiġu ppreżentati proposti għar-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 u tad-Direttiva 98/71/KE. |
|
(6) |
Madankollu, is-sistemi nazzjonali għall-protezzjoni tad-disinji jibqgħu meħtieġa għal dawk id-disinjaturi u l-intrapriżi individwali li ma jkunux jixtiequ l-protezzjoni tad-disinji tagħhom fil-livell tal-Unjoni, jew li ma jkunux jistgħu jiksbu protezzjoni fl-Unjoni kollha, minkejja li ma jiffaċċaw l-ebda ostaklu biex jiksbu protezzjoni nazzjonali. Jenħtieġ li tkun il-fakultà ta’ kull persuna li tkun qed tfittex il-protezzjoni ta’ disinn li tiddeċiedi liema tip ta’ protezzjoni tixtieq tikseb, kemm jekk tkun dritt ta’ disinn nazzjonali fi Stat Membru wieħed jew aktar, disinn tal-UE biss, jew it-tnejn. |
|
(7) |
Filwaqt li l-evalwazzjoni tagħha tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-disinji kkonfermat li din għadha fil-biċċa l-kbira adattata għall-iskop tagħha, il-Kummissjoni ħabbret fil-komunikazzjoni tagħha tal-25 ta’ Novembru 2020 bit-titlu “Nagħmlu l-aħjar użu mill-potenzjal innovattiv tal-UE. Pjan ta’ azzjoni għall-proprjetà intellettwali b’appoġġ għall-irkupru u r-reżiljenza tal-UE” li, wara r-riforma b’suċċess tal-leġiżlazzjoni dwar it-trademarks tal-UE, tirrevedi l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-disinji bil-ħsieb li tissimplifika s-sistema u tagħmilha aktar aċċessibbli u effiċjenti, u bil-ħsieb li taġġorna l-qafas regolatorju fid-dawl tal-iżviluppi fir-rigward ta’ teknoloġiji ġodda fis-suq. |
|
(8) |
B’mod parallel mat-titjib tas-sistema tad-disinji tal-UE u mal-emendi għaliha, il-liġijiet u l-prattiki nazzjonali dwar id-disinji jenħtieġ li jiġu armonizzati aktar u jsiru konformi mas-sistema tad-disinji tal-UE sal-livell li huwa xieraq sabiex jinħolqu kemm jista’ jkun kundizzjonijiet ugwali għar-reġistrazzjoni u għall-protezzjoni tad-disinji fl-Unjoni kollha. Dan jenħtieġ li jiġi kkomplementat minn aktar sforzi tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (l-“Uffiċċju”), l-uffiċċji ċentrali tal-proprjetà industrijali tal-Istati Membri u l-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intellettwali biex jippromwovu l-konverġenza tal-prattiki u tal-għodod fil-qasam tad-disinji fl-ambitu tal-qafas ta’ kooperazzjoni stabbilit fir-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). |
|
(9) |
Huwa meħtieġ li t-termini użati fir-Regolament (KE) Nru 6/2002 jiġu adattati għall-emendi introdotti fit-Trattati fundaturi mit-Trattat ta’ Lisbona. Dan jinvolvi s-sostituzzjoni ta’ “disinn Komunitarju” b’“disinn tal-Unjoni Ewropea” (“disinn tal-UE”). Barra minn hekk, it-termini użati fir-Regolament (KE) Nru 6/2002 jeħtieġ li jiġu allinjati ma’ dawk tar-Regolament (UE) 2017/1001. Dan jinvolvi b’mod partikolari s-sostituzzjoni tal-isem “Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinji)” b’“Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea”. |
|
(10) |
B’mod komplementari għall-amministrazzjoni tas-sistema tad-disinn tal-UE, huwa essenzjali li l-Uffiċċju jippromwovi b’mod adegwat dik is-sistema bil-ħsieb li jqajjem kuxjenza u jtejjeb il-fehim tal-possibbiltà, il-valur u l-benefiċċji tal-kisba u l-użu tal-protezzjoni tad-disinn fil-livell tal-Unjoni. |
|
(11) |
Sa mill-istabbiliment tas-sistema tad-disinn Komunitarju, il-prominenza dejjem tikber tat-teknoloġija tal-informazzjoni involviet il-wasla ta’ disinji ġodda li ma humiex inkorporati fi prodotti fiżiċi. Dan jitlob twessigħ tad-definizzjoni ta’ prodotti eliġibbli għall-protezzjoni tad-disinji biex tkopri b’mod ċar dawk inkorporati f’oġġett fiżiku, jew li jidhru fi grafika, jew li jidhru mill-arranġament spazjali ta’ oġġetti maħsuba biex jiffurmaw ambjent intern jew estern. F’dan il-kuntest, jenħtieġ li jiġi rikonoxxut ukoll li l-animazzjoni, bħall-moviment jew it-tranżizzjoni tal-karatteristiċi ta’ prodott jistgħu jikkontribwixxu għad-dehra tad-disinji, b’mod partikolari disinji li mhumiex inkorporati f’oġġett fiżiku. |
|
(12) |
Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, huwa xieraq li jiġi ċċarat li l-protezzjoni tingħata lid-detentur tad-dritt, permezz tar-reġistrazzjoni ta’ disinn tal-UE, għal dawk il-karatteristiċi tad-disinn ta’ prodott, kompletament jew parzjalment, li jintwerew b’mod viżibbli f’applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ tali disinn u li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku permezz ta’ pubblikazzjoni. |
|
(13) |
Minbarra li jintwerew b’mod viżibbli f’applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ disinn tal-UE, il-karatteristiċi tad-disinn ta’ prodott ma għandhomx għalfejn ikunu viżibbli fi kwalunkwe ħin partikolari jew fi kwalunkwe sitwazzjoni partikolari ta’ użu sabiex jibbenefikaw mill-protezzjoni tad-disinn. Eċċezzjoni għal dan il-prinċipju tapplika għall-protezzjoni tad-disinn tal-partijiet komponenti ta’ prodott kumpless li jeħtieġ li jibqgħu viżibbli matul l-użu normali ta’ dak il-prodott. |
|
(14) |
Fid-dawl tal-użu dejjem jikber tat-teknoloġiji tal-istampar 3D f’oqsma differenti tal-industrija, inkluż bl-għajnuna tal-intelliġenza artifiċjali, kif ukoll l-isfidi li jirriżultaw għad-detenturi tad-drittijiet tad-disinn biex jipprevjenu b’mod effettiv l-ikkupjar illeġittimu tad-disinji protetti tagħhom, huwa xieraq li jiġi previst li l-ħolqien, it-tniżżil, l-ikkupjar u d-disponibbiltà ta’ kwalunkwe mezz jew software li jirreġistra d-disinn għall-fini tar-riproduzzjoni ta’ prodott li jikser id-disinn protett, jikkostitwixxi użu tad-disinn li jenħtieġ li jkun soġġett għall-awtorizzazzjoni tad-detentur tad-dritt. |
|
(15) |
Sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tad-disinn u tiġi miġġielda l-falsifikazzjoni b’mod effettiv, u f’konformità mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni fl-ambitu tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), b’mod partikolari l-Artikolu V tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT 1947) dwar il-libertà ta’ tranżitu, u, fir-rigward ta’ mediċini ġeneriċi, id-Dikjarazzjoni ta’ Doha dwar il-Ftehim TRIPS u s-Saħħa Pubblika, adottata mill-Konferenza Ministerjali tad-WTO fl-14 ta’ Novembru 2001, jenħtieġ li d-detentur ta’ disinn irreġistrat tal-UE jkun intitolat li jipprevjeni lil partijiet terzi milli jġibu prodotti, matul il-kummerċ, minn pajjiżi terzi lejn l-Unjoni, mingħajr ma jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera hemmhekk, meta, mingħajr l-awtorizzazzjoni tad-detentur tad-dritt, tali prodotti jinkorporaw disinn li jkun identiku jew essenzjalment identiku għad-disinn irreġistrat tal-UE jew meta jiġi applikat disinn għal dawk il-prodotti li jkun identiku jew essenzjalment identiku għad-disinn irreġistrat tal-UE. |
|
(16) |
Għal dak il-għan, jenħtieġ li jkun permissibbli għad-detenturi ta’ disinji rreġistrati tal-UE li jipprevjenu d-dħul ta’ prodotti ta’ kontravenzjoni u t-tqegħid ta’ tali prodotti fis-sitwazzjonijiet doganali kollha, anke meta tali prodotti ma jkunux maħsuba biex jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni. Fit-twettiq tal-kontrolli doganali, l-awtoritajiet tad-dwana jenħtieġ li jagħmlu użu mis-setgħat u l-proċeduri stipulati fir-Regolament (UE) Nru 608/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), inkluż fuq it-talba tad-detenturi tad-dritt. B’mod partikolari, l-awtoritajiet tad-dwana jenħtieġ li jwettqu l-kontrolli rilevanti abbażi ta’ kriterji ta’ analiżi tar-riskju. |
|
(17) |
Bil-għan li jittieħed kont simultanjament kemm tal-ħtieġa li jiġi żgurat l-infurzar effettiv ta’ drittijiet marbutin mad-disinji kif ukoll tal-ħtieġa li jiġu evitati l-ostakli għaċ-ċirkolazzjoni libera tal-kummerċ ta’ prodotti leġittimi, jenħtieġ li d-dritt tad-detentur tad-disinn irreġistrat tal-UE jiskadi meta, matul proċedimenti mibdija f’qorti għad-disinji tal-Unjoni Ewropea (“qorti għad-disinji tal-UE”) li tkun kompetenti biex tieħu deċiżjoni sostantiva rigward jekk ikunx hemm ksur tad-disinn tal-UE, id-dikjarant jew id-detentur tal-prodotti jkun jista’ jagħti prova li d-detentur tad-disinn irreġistrat tal-UE ma jkunx intitolat li jipprojbixxi t-tqegħid tal-prodotti fis-suq fil-pajjiż destinatarju finali. |
|
(18) |
Id-drittijiet esklużivi mogħtija minn disinn irreġistrat tal-UE jenħtieġ li jkunu soġġetti għal sett xieraq ta’ limitazzjonijiet. Minbarra l-atti mwettqa privatament u għal skopijiet mhux kummerċjali u dawk imwettqa għal skopijiet sperimentali, jenħtieġ li l-użu permissibbli jinkludi atti ta’ riproduzzjoni għall-fini li jsiru kwotazzjonijiet jew atti ta’ tagħlim, użu referenzjali fil-kuntest ta’ reklamar komparattiv, u l-użu għall-finijiet ta’ kumment, ta’ kritika jew ta’ parodija, dment li dawk l-atti jkunu kompatibbli ma’ prattiki ta’ kummerċ ġust u ma jippreġudikawx bla bżonn l-isfruttament normali tad-disinn. L-użu ta’ disinn irreġistrat tal-UE li jsir minn partijiet terzi għall-fini ta’ espressjoni artistika jenħtieġ li jitqies bħala ġust sakemm ikun f’konformità ma’ prattika onesta fi kwistjonijiet industrijali u kummerċjali. Barra minn hekk, ir-regoli dwar id-disinji tal-UE jenħtieġ li jiġu applikati b’mod li jiżgura r-rispett sħiħ għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, b’mod partikolari l-libertà ta’ espressjoni. |
|
(19) |
Id-Direttiva (UE) 2024/2823 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) tarmonizza l-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-użu tad-disinji protetti bil-għan li tiġi permessa t-tiswija ta’ prodott kumpless sabiex tiġi rrestawrata d-dehra oriġinali tiegħu, meta d-disinn jiġi applikat jew inkorporat fi prodott li jikkostitwixxi parti komponenti ta’ prodott kumpless li fuq id-dehra tiegħu jiddependi d-disinn protett tal-parti komponenti. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-klawżola tranżizzjonali attwali ta’ tiswija li tinsab fir-Regolament (KE) Nru 6/2002 issir dispożizzjoni permanenti. Peress li l-effett maħsub ta’ dik il-klawżola ta’ tiswija huwa li d-drittijiet tad-disinji tal-UE rreġistrati u mhux reġistrati jsiru mhux infurzabbli meta d-disinn tal-parti komponenti ta’ prodott kumpless jintuża għall-fini tat-tiswija ta’ prodott kumpless sabiex tiġi restawrata d-dehra oriġinali tiegħu, jenħtieġ li l-klawżola ta’ tiswija tkun waħda mid-difiżi għall-ksur tad-dritt ta’ disinn tal-UE skont ir-Regolament (KE) Nru 6/2002. Barra minn hekk, għall-fini ta’ koerenza mal-klawżola ta’ tiswija fid-Direttiva (UE) 2024/2823, u sabiex jiġi żgurat li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-protezzjoni tad-disinji jkun ristrett biss biex jipprevjeni lid-detenturi tad-drittijiet tad-disinji milli fil-fatt jingħataw monopolju tal-prodott, huwa meħtieġ li l-applikazzjoni tal-klawżola ta’ tiswija stipulata fir-Regolament (KE) Nru 6/2002 tiġi limitata b’mod espliċitu għal partijiet komponenti ta’ prodott kumpless li fuq id-dehra tiegħu jiddependi d-disinn protett. Barra minn hekk, sabiex jiġi żgurat li l-konsumaturi ma jiġux imqarrqa u jkunu jistgħu jieħdu deċiżjoni infurmata bejn prodotti li jikkompetu li jistgħu jintużaw għat-tiswija, jenħtieġ li previst b’mod espliċitu li l-klawżola ta’ tiswija ma tistax tiġi invokata minn manifattur jew minn bejjiegħ ta’ parti komponenti li jkun naqas milli jinforma kif xieraq lill-konsumaturi dwar l-oriġini kummerċjali, u l-identità tal-manifattur, tal-prodott li għandu jintuża għall-fini ta’ tiswija tal-prodott kumpless. Jenħtieġ li dik l-informazzjoni dettaljata tiġi pprovduta permezz ta’ indikazzjoni ċara u viżibbli fuq il-prodott jew, fejn dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ tiegħu jew f’dokument li jakkumpanja l-prodott, u jenħtieġ li tinkludi mill-inqas it-trademark li taħtha jiġi kkummerċjalizzat il-prodott, u l-isem tal-manifattur. |
|
(20) |
Bil-ħsieb li tiġi ppreservata l-effettività tal-liberalizzazzjoni tas-suq ta’ wara l-bejgħ tal-ispare parts imfittxija minn dan ir-Regolament u f’konformità mal-ġurisprudenza (9) tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, sabiex ikun jista’ jibbenefika mill-eżenzjoni tal-“klawżola ta’ tiswija” mill-protezzjoni tad-disinn, il-manifattur jew il-bejjiegħ ta’ parti komponenti ta’ prodott kumpless għandu d-dmir ta’ diliġenza biex jiżgura, permezz ta’ mezzi xierqa, b’mod partikolari mezzi kuntrattwali, li l-utenti downstream ma jkollhomx l-intenzjoni li jużaw il-partijiet komponenti inkwistjoni għal skopijiet oħra għajr dak tat-tiswija sabiex jirrestawraw id-dehra oriġinali tal-prodott kumpless. Madankollu, jenħtieġ li dan ma jirrikjedix li l-manifattur jew il-bejjiegħ ta’ parti komponenti ta’ prodott kumpless jiggarantixxi, b’mod oġġettiv u fiċ-ċirkostanzi kollha, li l-partijiet li jagħmlu jew ibigħu, fl-aħħar mill-aħħar, effettivament jintużaw mill-utenti finali għall-iskop uniku ta’ tiswija sabiex tiġi restawrata d-dehra oriġinali ta’ dak il-prodott kumpless. |
|
(21) |
Sabiex tiġi ffaċilitata l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti b’disinn protett, b’mod partikolari mill-SMEs u minn disinjaturi individwali, u biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar ir-reġimi tar-reġistrazzjoni tad-disinn eżistenti kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll f’dak nazzjonali, jenħtieġ li jkun disponibbli avviż aċċettat b’mod komuni li jikkonsisti mis-simbolu
|
|
(22) |
Minħabba l-għadd insinifikanti ta’ applikazzjonijiet għal disinji tal-UE rreġistrati ppreżentati fl-uffiċċji ċentrali tal-proprjetà industrijali tal-Istati Membri u fl-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intellettwali, u sabiex is-sistema għall-applikazzjonijiet għad-disinji tal-UE rreġistrati tiġi allinjata mas-sistema stipulata fir-Regolament (UE) 2017/1001, jenħtieġ li jkun possibbli li tiġi ppreżentata applikazzjoni għal disinn irreġistrat tal-UE fl-Uffiċċju biss. Sabiex jiġi ffaċilitat l-għoti ta’ informazzjoni u gwida amministrattiva lill-applikanti dwar il-proċedura għar-reġistrazzjoni tad-disinji tal-UE, huwa xieraq li l-Uffiċċju u l-uffiċċji ċentrali tal-proprjetà industrijali tal-Istati Membri u l-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intellettwali jikkooperaw ma’ xulxin għal dak l-għan skont il-qafas ta’ kooperazzjoni stabbilit fir-Regolament (UE) 2017/1001. |
|
(23) |
Kemm l-avvanz teknoloġiku kif ukoll l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tas-sistema attwali tal-UE għar-reġistrazzjoni tad-disinji wrew il-ħtieġa ta’ titjib ta’ ċerti aspetti ta’ proċedura. Konsegwentement, jenħtieġ li jittieħdu ċerti miżuri biex jaġġornaw, jissimplifikaw u jħaffu l-proċeduri, meta xieraq, u biex jissaħħu ċ-ċertezza legali u l-prevedibbiltà, meta neċessarju. |
|
(24) |
Għal dan il-għan, huwa ta’ importanza ewlenija li jiġu pprovduti l-mezzi xierqa li jippermettu rappreżentazzjoni ċara u preċiża għad-disinji kollha, li tkun adattabbli għall-avvanzi tekniċi fir-rigward tal-viżwalizzazzjoni tad-disinji u għall-ħtiġijiet tal-industrija tal-Unjoni. Sabiex jiġi żgurat li l-istess rappreżentazzjoni grafika tkun tista’ tintuża għall-applikazzjonijiet tad-disinn fi Stat Membru wieħed jew aktar u għall-applikazzjonijiet għad-disinji rreġistrati tal-UE, l-Uffiċċju, l-uffiċċji ċentrali tal-proprjetà industrijali tal-Istati Membri u l-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intellettwali jenħtieġ li jintalbu jikkooperaw ma’ xulxin biex jistabbilixxu standards komuni għar-rekwiżiti formali li għandha tissodisfa r-rappreżentazzjoni. |
|
(25) |
Għal effiċjenza akbar, huwa xieraq ukoll li tiġi ffaċilitata l-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet multipli għal disinji rreġistrati tal-UE billi l-applikanti jkunu jistgħu jikkombinaw disinji f’applikazzjoni waħda mingħajr ma jkunu soġġetti għall-kundizzjoni li l-prodotti li fihom id-disinji jkunu maħsuba li jiġu inkorporati jew li fuqhom ikunu maħsuba li jiġu applikati jkunu lkoll jappartjenu għall-istess klassi tal-Klassifikazzjoni Internazzjonali għad-Disinji Industrijali (“Klassifikazzjoni ta’ Locarno”) stabbilita mill-Ftehim ta’ Locarno (1968). Madankollu, jenħtieġ li jiġi previst limitu massimu biex jiġi evitat abbuż potenzjali ta’ okkorrenzi ta’ preżentazzjoni multipli. |
|
(26) |
Minħabba raġunijiet ta’ effiċjenza u ta’ simplifikazzjoni tal-proċedimenti, il-mezzi tan-notifika u tal-komunikazzjoni jenħtieġ li jkunu elettroniċi biss. Madankollu, huwa importanti li l-Uffiċċju jipprovdi gwida u assistenza teknika xierqa, kemm online kif ukoll offline, sabiex jiġi ffaċilitat l-użu ta’ mezzi elettroniċi u jiġi evitat id-distakk diġitali. |
|
(27) |
Minħabba l-importanza essenzjali tal-ammonti tad-drittijiet li għandhom jitħallsu lill-Uffiċċju biex titħaddem is-sistema tal-UE għall-protezzjoni tad-disinji u r-relazzjoni komplementari tagħha fir-rigward tas-sistemi tad-disinji nazzjonali, u sabiex l-approċċ leġiżlattiv previst fir-Regolament (KE) Nru 6/2002 jiġi allinjat mar-Regolament (UE) 2017/1001, huwa xieraq li dawk l-ammonti tad-drittijiet jiġu stabbiliti direttament fir-Regolament (KE) Nru 6/2002 f’anness. Jenħtieġ li l-ammonti tad-drittijiet jiġu stabbiliti f’livell li jiżgura kemm li d-dħul li jipproduċu jkun fil-prinċipju suffiċjenti biex il-baġit tal-Uffiċċju jkun ibbilanċjat kif ukoll li d-disinn tal-UE u s-sistemi nazzjonali tad-disinn jeżistu flimkien u jikkomplementaw lil xulxin, filwaqt li jitqies fost l-oħrajn id-daqs tas-suq kopert mid-disinn tal-UE u l-ħtiġijiet tal-SMEs. |
|
(28) |
Ir-Regolament (KE) Nru 6/2002 jagħti setgħat lill-Kummissjoni li tadotta regoli li jimplimentaw dak ir-Regolament. B’konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, jeħtieġ li s-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 6/2002 jiġu allinjati mal-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (it-“TFUE”). |
|
(29) |
Sabiex jiġu żgurati eżaminazzjoni u reġistrazzjoni effettivi, effiċjenti u rapidi tal-applikazzjonijiet għal disinn tal-UE mill-Uffiċċju billi jintużaw proċeduri li huma trasparenti, dettaljati, ġusti u ekwi, is-setgħa li jiġu adottati atti delegati f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 6/2002 billi tispeċifika d-dettalji dwar il-proċedura għall-emendar ta’ applikazzjoni. |
|
(30) |
Sabiex jiġi żgurat li disinn irreġistrat tal-UE jkun jista’ jiġi ddikjarat invalidu b’mod effettiv u effiċjenti permezz ta’ proċedura trasparenti, dettaljata, ġusta u ekwa, is-setgħa li jiġu adottati atti delegati f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 6/2002 billi tispeċifika l-proċedimenti biex disinn irreġistrat tal-UE jiġi ddikjarat invalidu. |
|
(31) |
Sabiex ikun jista’ jsir rieżami effettiv, effiċjenti u komplet tad-deċiżjonijiet tal-Uffiċċju mill-Bord tal-Appell permezz ta’ proċedura trasparenti, dettaljata, ġusta u ekwa, is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 6/2002 billi tispeċifika d-dettalji tal-proċedimenti ta’ appell meta l-proċedimenti relatati mad-disinji tal-UE jkunu jirrikjedu derogi mid-dispożizzjonijiet stipulati fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 73 tar-Regolament (UE) 2017/1001. |
|
(32) |
Sabiex tiġi żgurata operazzjoni bla xkiel, effettiva u effiċjenti tas-sistema tad-disinji tal-UE, is-setgħa li jiġu adottati atti delegati f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 6/2002 billi tispeċifika r-rekwiżiti rigward id-dettalji dwar il-proċedimenti orali u l-arranġamenti dettaljati ta’ kumpilazzjoni ta’ xhieda, l-arranġamenti dettaljati għan-notifika, il-mezzi ta’ komunikazzjoni u l-formoli li għandhom jintużaw mill-partijiet fil-proċedimenti, ir-regoli li jirregolaw il-kalkolu u t-tul tat-termini ta’ żmien, il-proċedimenti għar-revoka ta’ deċiżjoni jew għall-kanċellazzjoni ta’ dħul fir-Reġistru tad-disinji tal-UE, l-arranġamenti dettaljati għat-tkomplija tal-proċedimenti, u d-dettalji dwar ir-rappreżentazzjoni quddiem l-Uffiċċju. |
|
(33) |
Sabiex tiġi żgurata organizzazzjoni effettiva u effiċjenti tal-Bordijiet tal-Appell, is-setgħa li jiġu adottati atti delegati f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 6/2002 billi tispeċifika d-dettalji dwar l-organizzazzjoni tal-Bordijiet tal-Appell meta l-proċedimenti relatati mad-disinji tal-UE jkunu jirrikjedu deroga mill-atti delegati adottati skont l-Artikolu 168 tar-Regolament (UE) 2017/1001. |
|
(34) |
Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (10). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati. |
|
(35) |
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 6/2002, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika d-dettalji dwar l-applikazzjonijiet, ir-rikjesti, iċ-ċertifikati, it-talbiet, ir-regolamenti, in-notifiki u kwalunkwe dokument ieħor fl-ambitu tar-rekwiżiti proċedurali rilevanti stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 6/2002, kif ukoll biex tistabbilixxi r-rati massimi għall-kostijiet essenzjali għall-proċedimenti u dawk effettivament imġarrba, id-dettalji dwar il-pubblikazzjonijiet f’Il-Bullettin tad-Disinji tal-Unjoni Ewropea u f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Uffiċċju, l-arranġamenti dettaljati għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Uffiċċju u l-awtoritajiet nazzjonali, l-arranġamenti dettaljati dwar it-traduzzjonijiet ta’ dokumenti ta’ sostenn fi proċedimenti bil-miktub, u t-tipi eżatti ta’ deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu minn membru uniku tad-Diviżjoni tal-Invalidità. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11). |
|
(36) |
Minħabba l-armonizzazzjoni avvanzata tal-liġi dwar id-drittijiet tal-awtur fl-Unjoni, huwa xieraq li jiġi aġġustat il-prinċipju tal-akkumulazzjoni ta’ protezzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 6/2002 u skont il-liġi dwar id-drittijiet tal-awtur billi d-disinji protetti mid-drittijiet tad-disinn tal-UE jitħallew jiġu protetti bħala xogħlijiet tad-drittijiet tal-awtur, dment li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tad-dritt dwar id-drittijiet tal-awtur. |
|
(37) |
Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 6/2002 jenħtieġ li jiġi emendat kif meħtieġ, u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2246/2002 (12) jenħtieġ li jitħassar. |
|
(38) |
Jenħtieġ li r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2245/2002 (13) jiġi emendat mill-Kummissjoni sabiex jiġi allinjat mal-emendi introdotti minn dan ir-Regolament għar-Regolament (KE) Nru 6/2002 rigward it-termini li għandhom jintużaw wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona u t-termini li jintużaw fir-Regolament (UE) 2017/1001, ir-referenza għar-regoli li jikkonċernaw id-drittijiet pagabbli lill-Uffiċċju, it-tul tat-termini ta’ żmien u r-rappreżentanza quddiem l-Uffiċċju, kif ukoll l-inklużjoni ta’ għadd ta’ regoli li inizjalment jinsabu fir-Regolament (KE) Nru 2245/2002 fir-Regolament (KE) Nru 6/2002. Jenħtieġ li r-revoka tas-setgħa li serviet bħala l-bażi għall-adozzjoni u r-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 2245/2002 tkun mingħajr preġudizzju għaż-żamma fis-seħħ ta’ dak ir-Regolament sakemm jitħassar. |
|
(39) |
Minħabba li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu, minħabba n-natura awtonoma tas-sistema tad-disinji tal-UE li hija indipendenti mis-sistemi nazzjonali, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi. |
|
(40) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14), |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 6/2002 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 tat-12 ta’ Diċembru 2001 dwar id-disinji tal-Unjoni Ewropea” ; |
|
(2) |
fl-Artikolu 1, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Disinn li jikkonforma mal-kundizzjonijiet li jinsabu f’dan ir-Regolament huwa minn issa ’l quddiem imsejjaħ ‘disinn tal-Unjoni Ewropea’ (‘disinn tal-UE’).” |
|
(3) |
fl-Artikoli kollha, it-terminu “disinn Komunitarju” huwa sostitwit b’“disinn tal-UE” u ssir kwalunkwe bidla grammatikali meħtieġa; |
|
(4) |
fl-Artikoli kollha, it-terminu “qorti tad-disinji Komunitarji” huwa sostitwit b’“qorti tad-disinji tal-UE” u ssir kwalunkwe bidla grammatikali meħtieġa; |
|
(5) |
fl-Artikolu 1(3), l-Artikolu 7(1), l-Artikolu 11(1), l-Artikolu 22(1), l-Artikolu 27(1), l-Artikolu 96(1), l-Artikolu 98(1) u (5), l-Artikolu 106a(1) u (2), l-Artikolu 106d(1) u (2), u l-Artikolu 110a(1), il-kelma “Komunità” hija sostitwita b"“Unjoni” u ssir kwalunkwe bidla grammatikali meħtieġa; |
|
(6) |
fl-Artikolu 25(1), il-punt (a), l-Artikolu 47(1) u l-Artikolu 106e(1), ir-referenza għall- “Artikolu 3(a)” hija sostitwita b’referenza għall-“Artikolu 3, il-punt (1)” u ssir kwalunkwe bidla grammatikali meħtieġa; |
|
(7) |
l-Artikolu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 2 Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (‘l-Uffiċċju’), stabbilit bir-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1), għandu jwettaq il-kompiti fdati lilu b’dan ir-Regolament. (*1) Ir-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 154, 16.6.2017, p. 1).”;" |
|
(8) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 2a Kapaċità ta’ aġir Sabiex jiġi implimentat dan ir-Regolament, kumpaniji jew azjendi u entitajiet ġuridiċi oħrajn għandhom jitqiesu bħala persuni ġuridiċi jekk, skont it-termini tal-liġi li tirregolahom, huma jkollhom il-kapaċità li jassumu drittijiet u obbligazzjonijiet ta’ kull xorta f’isimhom stess, li jidħlu f’kuntratti jew jagħmlu atti legali oħrajn u li jfittxu jew li jiġu mfittxija bil-qorti.” |
|
(9) |
l-Artikolu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 3 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
|
(10) |
fl-Artikolu 4, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Disinn għandu jiġi protett b’disinn tal-UE, jekk ikun ġdid u jkollu karattru individwali.” |
|
(11) |
fl-Artikolu 7(2), il-kliem tal-bidu huma sostitwiti b’dan li ġej: “2. Żvelar ma għandux jitqies għall-fini tal-applikazzjoni tal-Artikoli 5 u 6 jekk id-disinn żvelat, li jkun identiku għad-disinn li għalih tintalab protezzjoni taħt disinn irreġistrat tal-UE jew ma jkunx differenti fl-impressjoni ġenerali tiegħu miegħu, ikun sar disponibbli għall-pubbliku:” |
|
(12) |
l-Artikolu 12 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 12 Bidu u perjodu ta’ żmien tal-protezzjoni tad-disinn irreġistrat tal-UE 1. Il-protezzjoni ta’ disinn irreġistrat tal-UE għandha tinħoloq mar-reġistrazzjoni mill-Uffiċċju. 2. Disinn irreġistrat tal-UE għandu jiġi rreġistrat għal perjodu ta’ ħames snin ikkalkulat mid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni. Id-detentur tad-dritt jista’ jġedded ir-reġistrazzjoni, f’konformità mal-Artikolu 50d, għal perjodu wieħed jew aktar ta’ ħames snin kull wieħed, għal perjodu totali ta’ 25 sena ta’ protezzjoni mid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni.” |
|
(13) |
l-Artikolu 13 jitħassar; |
|
(14) |
L-Artikoli 15 u 16 huma sostitwiti b’dan li ġej: “Artikolu 15 Talbiet relatati mal-intitolament għal disinn tal-UE 1. Jekk disinn mhux irreġistrat tal-UE jiġi żvelat jew jintalab minn persuna li ma tkunx intitolata għalih skont l-Artikolu 14 jew jekk tkun ġiet ippreżentata applikazzjoni għal disinn irreġistrat tal-UE jew dan ikun irreġistrat f’isem tali persuna, il-persuna intitolata għalih skont dak l-Artikolu tista’, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju ieħor li tista’ tieħu dik il-persuna, titlob quddiem il-qorti jew l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat ir-rikonoxximent bħala d-detentur leġittimu tad-disinn tal-UE. 2. Meta persuna tkun intitolata għal disinn tal-UE fuq bażi konġunta, din il-persuna tista’, f’konformità mal-paragrafu 1, titlob ir-rikonoxximent bħala detentur konġunt. 3. Il-proċedimenti skont il-paragrafi 1 jew 2 għandhom jiġu preskritti għal tliet snin wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ disinn rreġistrat tal-UE jew id-data tal-iżvelar ta’ disinn mhux irreġistrat tal-UE. Din id-dispożizzjoni ma għandhiex tapplika jekk il-persuna li ma tkunx intitolata għad-disinn tal-UE kienet qiegħda taġixxi b’mala fide fiż-żmien meta saret applikazzjoni għal tali disinn jew meta dan ġie żvelat jew akkwistat. 4. Il-persuna intitolata għal disinn tal-UE skont l-Artikolu 14 tista’ tippreżenta talba lill-Uffiċċju, skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, għal bidla fis-sjieda, flimkien ma’ deċiżjoni finali tal-qorti jew tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat dwar l-intitolament tad-disinn tal-UE. 5. Fil-każ ta’ disinn irreġistrat tal-UE, dan li ġej għandu jiddaħħal fir-Reġistru tad-disinji tal-UE msemmi fl-Artikolu 72 (‘ir-Reġistru’):
Artikolu 16 Effetti ta’ deċiżjoni finali dwar l-intitolament għal disinn irreġistrat tal-UE 1. Meta jkun hemm bidla sħiħa fis-sjieda ta’ disinn irreġistrat tal-UE b’riżultat tal-proċedimenti skont l-Artikolu 15(1), il-liċenzji u d-drittijiet l-oħra għandhom jiskadu mad-dħul fir-Reġistru tad-detentur il-ġdid tad-disinn irreġistrat tal-UE. 2. Jekk, qabel ma tkun ġiet irreġistrata l-istituzzjoni tal-proċedimenti skont l-Artikolu 15(1), id-detentur jew il-liċenzjatarju tad-disinn irreġistrat tal-UE jkun sfrutta d-disinn fl-Unjoni jew ikun għamel tħejjijiet serji u effettivi biex jagħmel dan, dak id-detentur jew liċenzjatarju jista’ jkompli b’tali sfruttament dment li jitlob, fi żmien tliet xhur mid-data tad-dħul fir-Reġistru tad-detentur il-ġdid, liċenzja mhux esklużiva mid-detentur il-ġdid li ismu ddaħħal fir-Reġistru. Il-liċenzja għandha tingħata għal perjodu raġonevoli ta’ żmien u b’termini raġonevoli. 3. Il-paragrafu 2 ma għandux japplika jekk id-detentur ta’ disinn rreġistrat tal-UE jew il-liċenzjatarju kien qiegħed jaġixxi b’rieda ta’ ingann fiż-żmien meta beda jisfrutta d-disinn jew jagħmel it-tħejjijiet għal dan.” |
|
(15) |
l-Artikolu 18 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 18 Dritt tad-disinjatur li jiġi ċitat Id-disinjatur għandu jkollu d-dritt, bl-istess mod bħall-applikant għal disinn irreġistrat tal-UE jew id-detentur tiegħu, li jiġi ċitat bħala tali quddiem l-Uffiċċju u fir-Reġistru. Jekk id-disinn ikun ir-riżultat tax-xogħol ta’ tim, iċ-ċitazzjoni tat-tim tista’ tieħu l-post tad-disinjaturi individwali. Dak id-dritt għandu jinkludi d-dritt li tiddaħħal bidla fl-isem tad-disinjatur jew tat-tim fir-Reġistru.” |
|
(16) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej wara l-intestatura tat-Taqsima 4: “Artikolu 18a Oġġett ta’ protezzjoni Għandha tingħata protezzjoni għal dawk il-karatteristiċi tad-dehra ta’ disinn irreġistrat tal-UE li jintwerew b’mod viżibbli fl-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni.” |
|
(17) |
L-Artikoli 19 u 20 huma sostitwiti b’dan li ġej: “Artikolu 19 Drittijiet mogħtija bid-disinn tal-UE 1. Disinn irreġistrat tal-UE għandu jikkonferixxi fuq id-detentur tiegħu d-dritt esklużiv li jużah u jipprevjeni kwalunkwe parti terza li ma jkollhiex il-kunsens tad-detentur milli tużah. 2. Dawn li ġejjin, b’mod partikolari, jistgħu jiġu pprojbiti taħt il-paragrafu 1:
3. Id-detentur ta’ disinn irreġistrat tal-UE għandu jkun intitolat li jipprevjeni lill-partijiet terzi kollha milli waqt il-kummerċ idaħħlu fl-Unjoni prodotti minn pajjiżi terzi li ma jkunux rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni, meta d-disinn ikun inkorporat b’mod identiku f’dawk il-prodotti jew applikat fihom, jew ma tkunx tista’ ssir distinzjoni bejn id-disinn fl-aspetti essenzjali tiegħu u tali prodotti, u ma tkunx ingħatat awtorizzazzjoni tad-detentur tad-dritt. Id-dritt imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu jiskadi, jekk, matul il-proċedimenti biex jiġi ddeterminat jekk kienx hemm ksur għad-disinn tal-UE, mibdija f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 608/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2), tingħata evidenza mid-dikjarant jew id-detentur tal-prodotti li d-detentur tad-disinn irreġistrat tal-UE ma huwiex intitolat li jipprojbixxi l-introduzzjoni tal-prodotti fis-suq fil-pajjiż tad-destinazzjoni finali. 4. Id-detentur ta’ disinn tal-UE mhux irreġistrat għandu jkun intitolat li jipprevjeni l-atti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 biss jekk l-użu kkontestat jirriżulta mill-ikkupjar tad-disinn protett. L-użu kkontestat imsemmi fl-ewwel subparagrafu ma għandux jitqies li jirriżulta mill-ikkupjar tad-disinn mhux irreġistrat tal-UE jekk jirriżulta minn xogħol indipendenti ta’ kreazzjoni minn disinjatur li jista’ jiġi raġonevolment maħsub li ma kienx familjari mad-disinn magħmul disponibbli għall-pubbliku mid-detentur. 5. Il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu għandu japplika wkoll għal disinn irreġistrat tal-UE soġġett għad-differiment tal-pubblikazzjoni sakemm l-entrati rilevanti fir-Reġistru u l-fajl ma jkunux ġew magħmula disponibbli għall-pubbliku f’konformità mal-Artikolu 50(4). Artikolu 20 Limitazzjoni tad-drittijiet mogħtija minn disinn tal-UE 1. Id-drittijiet mogħtija minn disinn tal-UE ma għandhomx jiġu eżerċitati rigward:
2. Il-paragrafu 1, il-punti (c), (d) u (e), għandhom japplikaw biss meta l-atti jkunu kompatibbli ma’ prattiki ta’ kummerċ ġust u ma jkunux ta’ ħsara bla bżonn għall-isfruttament normali tad-disinn, u fil-każ imsemmi fil-punt (c), meta ssir referenza għas-sors tal-prodott li fih jiġi inkorporat id-disinn jew li miegħu jiġi applikat id-disinn. (*2) Ir-Regolament (UE) Nru 608/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar l-infurzar doganali tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003, (ĠU L 181, 29.6.2013, p. 15).”;" |
|
(18) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 20a Klawżola ta’ tiswija 1. Ma għandhiex tingħata protezzjoni lil disinn tal-UE li jikkostitwixxi parti komponenti ta’ prodott kumpless li fuq id-dehra tiegħu jiddependi d-disinn tal-parti komponenti, u li jintuża skont it-tifsira tal-Artikolu 19(1) għall-iskop uniku tat-tiswija ta’ dak il-prodott kumpless sabiex tiġi restawrata d-dehra oriġinali tiegħu. 2. Il-paragrafu 1 ma għandux jiġi invokat mill-manifattur jew mill-bejjiegħ ta’ parti komponenti ta’ prodott kumpless li ma infurmax kif xieraq lill-konsumaturi, permezz ta’ indikazzjoni ċara u viżibbli fuq il-prodott jew f’forma xierqa oħra, dwar l-oriġini kummerċjali, u l-identità tal-manifattur, tal-prodott li għandu jintuża għall-iskop tat-tiswija tal-prodott kumpless, sabiex ikunu jistgħu jagħmlu għażla infurmata bejn prodotti li jikkompetu li jistgħu jintużaw għat-tiswija. 3. Il-manifattur jew il-bejjiegħ ta’ parti komponenti ta’ prodott kumpless ma għandux ikun meħtieġ jiggarantixxi li l-partijiet komponenti li jagħmlu jew ibigħu fl-aħħar jintużaw mill-utenti finali għall-iskop uniku ta’ tiswija sabiex tiġi restawrata d-dehra oriġinali tal-prodott kumpless.” |
|
(19) |
l-Artikolu 21 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 21 Eżawriment tad-drittijiet Id-drittijiet mogħtija minn disinn tal-UE ma għandhomx jestendu għall-atti relatati ma’ prodott li fih huwa inkorporat disinn inkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ protezzjoni tad-disinn tal-UE jew li jiġi applikat miegħu, meta l-prodott ikun tqiegħed fis-suq fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) mid-detentur tad-disinn tal-UE jew bil-kunsens tad-detentur.” |
|
(20) |
fl-Artikolu 24, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Disinn tal-UE jista’ jiġi ddikjarat invalidu anke wara li d-disinn tal-UE jkun skada jew ikun ġie ċedut, jekk l-applikant juri interess leġittimu fil-kisba ta’ deċiżjoni fuq il-merti.” |
|
(21) |
l-Artikolu 25 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 25 Raġunijiet għall-invalidità 1. Disinn tal-UE jista’ jiġi ddikjarat invalidu fil-każijiet li ġejjin biss:
2. Ir-raġunijiet għall-invalidità previsti fil-paragrafu 1, il-punti (a) u (b), jistgħu jiġu invokati minn dawn li ġejjin:
3. Ir-raġuni għall-invalidità prevista fil-paragrafu 1, il-punt (c), ta’ dan l-Artikolu, tista’ tiġi invokata biss mill-persuna intitolata għad-disinn tal-UE skont l-Artikolu 14. 4. Ir-raġunijiet għall-invalidità previsti fil-paragrafu 1, il-punti (d), (e) u (f), jistgħu jiġu invokati biss minn dawn li ġejjin:
5. Ir-raġuni għall-invalidità prevista fil-paragrafu 1, il-punt (g), tista’ tiġi invokata biss mill-persuna jew l-entità kkonċernata mill-użu mhux xieraq. 6. B’deroga mill-paragrafi 4 u 5, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li r-raġunijiet previsti fil-paragrafu 1, il-punti (d) u (g), jistgħu jiġu invokati wkoll mill-awtorità xierqa tal-Istat Membru inkwistjoni fuq inizjattiva tagħha stess. 7. Disinn irreġistrat tal-UE ma għandux jiġi ddikjarat invalidu meta l-applikant għal wieħed mid-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-punti (d) sa (f), jew id-detentur tagħhom, ikun ta kunsens espliċitu għar-reġistrazzjoni tad-disinn tal-UE qabel ma jippreżenta l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità jew il-kontrotalba. 8. Meta l-applikant għal wieħed mid-drittijiet msemmija fil-paragrafu 1, il-punti (d), (e) u (f), jew detentur tagħhom, ikun applika qabel għal dikjarazzjoni li disinn tal-UE huwa invalidu jew ikun għamel kontrotalba fi proċedimenti ta’ ksur, huwa ma għandux jippreżenta applikazzjoni ġdida għal dikjarazzjoni ta’ invalidità jew iressaq kontrotalba ġdida abbażi ta’ kwalunkwe wieħed mid-drittijiet l-oħra msemmija f’dawk il-punti, li seta’ jiġi invokat b’appoġġ tal-ewwel applikazzjoni jew kontrotalba.” |
|
(22) |
fl-Artikolu 26, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Disinn tal-UE li jiġi ddikjarat invalidu għandu jitqies li ma kellux l-effetti speċifikati f’dan ir-Regolament mill-bidu nett.” |
|
(23) |
it-Taqsima li ġejja tiddaħħal wara l-Artikolu 26:
Artikolu 26a Simbolu tar-reġistrazzjoni Id-detentur ta’ disinn irreġistrat tal-UE jista’ jinforma lill-pubbliku li d-disinn huwa rreġistrat billi juri fuq il-prodott li fih huwa inkorporat id-disinn jew li miegħu tiġi applikata l-ittra D magħluqa b’ċirku |
|
(24) |
l-Artikolu 28 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 28 Trasferiment tad-disinn irreġistrat tal-UE 1. Assenjazzjoni ta’ disinn irreġistrat tal-UE għandha ssir bil-miktub u għandha tiġi ffirmata mill-partijiet fil-kuntratt, ħlief meta din tkun ir-riżultat ta’ sentenza. Assenjazzjoni ta’ disinn irreġistrat tal-UE li ma jikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti fl-ewwel subparagrafu għandha tkun nulla. 2. Fuq talba ta’ waħda mill-partijiet, it-trasferiment ta’ disinn irreġistrat tal-UE għandu jiddaħħal fir-Reġistru u għandu jiġi ppubblikat. 3. Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trasferiment fir-Reġistru għandu jkun fiha informazzjoni li tidentifika d-disinn irreġistrat tal-UE, id-detentur il-ġdid u, meta applikabbli, ir-rappreżentant tad-detentur il-ġdid. Għandu jkun fiha wkoll dokumenti li jistabbilixxu kif xieraq it-trasferiment f’konformità mal-paragrafu 1. 4. Meta l-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ trasferiment, kif stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jew fl-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 28a, ma jiġux issodisfati, l-Uffiċċju għandu jinnotifika lill-applikant bin-nuqqasijiet. Jekk in-nuqqasijiet ma jiġux irrimedjati fit-terminu ta’ żmien speċifikat mill-Uffiċċju, huwa għandu jiċħad l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trasferiment. 5. Applikazzjoni waħda għar-reġistrazzjoni ta’ trasferiment tista’ tiġi ppreżentata għal żewġ disinji rreġistrati tal-UE jew aktar, dment li d-detentur irreġistrat u s-suċċessur tat-titolu jkunu l-istess għal dawk id-disinji rreġistrati kollha tal-UE. 6. Sakemm it-trasferiment ikun għadu ma tniżżilx fir-Reġistru, is-suċċessur tat-titolu ma jistax jinvoka d-drittijiet li jirriżultaw mir-reġistrazzjoni tad-disinn irreġistrat tal-UE. 7. Meta jkun hemm termini ta’ żmien li għandhom jiġu osservati fil-proċeduri mal-Uffiċċju, is-suċċessur tat-titolu jista’ jagħmel l-istqarrijiet korrispondenti lill-Uffiċċju ladarba l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trasferiment tkun waslet l-Uffiċċju. 8. Id-dokumenti kollha li jirrikjedu notifika lid-detentur tad-disinn irreġistrat tal-UE f’konformità mal-Artikolu 66 għandhom jiġu indirizzati lill-persuna rreġistrata bħala detentur fir-Reġistru.” |
|
(25) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 28a Għoti ta’ setgħat ta’ implimentazzjoni rigward it-trasferiment Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw:
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 109(2).” |
|
(26) |
L-Artikoli 31 u 32 huma sostitwiti b’dan li ġej: “Artikolu 31 Proċedimenti ta’ insolvenza 1. L-uniċi proċedimenti ta’ insolvenza li fihom disinn tal-UE jista’ jkun involut huma dawk miftuħa fl-Istat Membru tat-territorju li fih id-debitur ikollu ċ-ċentru tal-interessi ewlenin tiegħu. 2. Għall-impriżi tal-assigurazzjoni kif definiti fl-Artikolu 13, il-punt (1), tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3) u għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu kif definiti fl-Artikolu 4(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*4), iċ-ċentru tal-interessi ewlenin imsemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun l-Istat Membru fejn l-impriża jew l-istituzzjoni tkun ġiet awtorizzata. 3. Fil-każ ta’ sjieda konġunta ta’ disinn tal-UE, għandu japplika l-paragrafu 1 rigward is-sehem tad-detentur konġunt. 4. Meta disinn tal-UE jkun involut fi proċedimenti ta’ insolvenza, id-dħul għal dan il-għan għandu, fuq talba tal-awtorità nazzjonali kompetenti, isir fir-Reġistru u jiġi ppubblikat. Artikolu 32 Ħruġ ta’ liċenzji 1. Disinn tal-UE jista’ jingħata liċenzja għall-Unjoni kollha jew għal parti minnha. Il-liċenzja tista’ tkun esklużiva jew mhux esklużiva. 2. Id-detentur jista’ jinvoka d-drittijiet mogħtija mid-disinn tal-UE kontra liċenzjatarju li jikser kwalunkwe dispożizzjoni fil-kuntratt ta’ liċenzjar fir-rigward ta’:
3. Jekk ma jkunx iddikjarat mod ieħor fil-kuntratt ta’ liċenzjar, il-liċenzjatarju jista’ jressaq proċedimenti għall-ksur ta’ disinn tal-UE biss jekk id-detentur tiegħu jagħti l-kunsens tiegħu għal dan. Madankollu, id-detentur ta’ liċenzja esklużiva jista’ jġib dawn il-proċedimenti jekk id-detentur tad-disinn tal-UE, wara notifika formali, ma jiftaħx proċedimenti ta’ ksur fi żmien xieraq. 4. Il-liċenzjatarju għandu jkun intitolat li jintervjeni fi proċedimenti ta’ ksur imressqa mid-detentur tad-disinn tal-UE, sabiex jikseb kumpens għad-danni li jkun sofra. (*3) Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1)." (*4) Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).”;" |
|
(27) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 32a Proċedura għad-dħul tal-liċenzji u drittijiet oħra fir-Reġistru 1. L-Artikolu 28(3), ir-regoli adottati skont l-Artikolu 28a, u l-Artikolu 28(5) għandhom japplikaw mutatis mutandis għar-reġistrazzjoni ta’ dritt in rem jew it-trasferiment ta’ dritt in rem kif imsemmi fl-Artikolu 29, l-imposta marbuta mal-qbid tat-twettiq biex jitħallas id-dejn kif imsemmi fl-Artikolu 30, l-involviment fi proċedimenti ta’ insolvenza kif imsemmi fl-Artikolu 31, kif ukoll ir-reġistrazzjoni ta’ liċenzja jew it-trasferiment ta’ liċenzja kif imsemmi fl-Artikolu 32. Madankollu, ir-rekwiżit li jikkonċerna dokumenti li debitament jistabbilixxu t-trasferiment stabbilit fl-Artikolu 28(3) ma għandux japplika meta t-talba ssir mid-detentur tad-disinn tal-UE. 2. L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tad-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1, ma għandhiex titqies li ġiet ippreżentata sakemm jitħallas id-dritt meħtieġ. 3. L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ liċenzja tista’ tinkludi talba biex tiġi rreġistrata tali liċenzja fir-Reġistru bħala waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:
Meta ssir talba biex il-liċenzja tiġi rreġistrata bħala liċenzja msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punti (c), (d), jew (e), l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni għandha tindika l-firxa speċifika ta’ prodotti, il-parti tal-Unjoni jew il-perjodu li għalihom qed tingħata l-liċenzja. 4. Meta l-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni tal-liċenzji u ta’ drittijiet oħrajn stabbiliti f’dan ir-Regolament ma jiġux issodisfati, l-Uffiċċju għandu jinnotifika lill-applikant dwar in-nuqqas. Jekk in-nuqqas ma jiġix irrimedjat fit-terminu ta’ żmien speċifikat mill-Uffiċċju, huwa għandu jirrifjuta l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni.” |
|
(28) |
l-Artikolu 33 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 33 Effetti fil-konfront ta’ partijiet terzi 1. L-atti ġuridiċi msemmija fl-Artikoli 28, 29 u 32 li jirrigwardaw disinn tal-UE għandu jkollhom effett fil-konfront ta’ partijiet terzi fl-Istati Membri kollha biss wara li dawn jitniżżlu fir-Reġistru. Madankollu, tali att, qabel ma hekk jiddaħħal, għandu jkollu effett fil-konfront ta’ partijiet terzi li jkunu kisbu d-drittijiet għad-disinn irreġistrat tal-UE wara d-data ta’ dak l-att imma li kienu jafu bl-att fid-data li fiha nkisbu d-drittijiet. 2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal persuna li tikseb id-disinn irreġistrat tal-UE jew dritt li jirrigwarda d-disinn irreġistrat tal-UE permezz tat-trasferiment tal-impriża kollha jew b’kull mezz ieħor universali tas-suċċessjoni. 3. L-effetti fil-konfront ta’ partijiet terzi tal-atti ġuridiċi msemmija fl-Artikolu 30 għandhom jiġu rregolati mil-liġi tal-Istat Membru stabbilita f’konformità mal-Artikolu 27. 4. L-effetti ta’ falliment jew proċedimenti simili fil-konfront ta’ partijiet terzi għandhom ikunu rregolati mil-liġi tal-Istat Membru li fih tali proċedimenti jitressqu għall-ewwel darba skont it-tifsira tal-liġi nazzjonali jew tal-konvenzjonijiet applikabbli f’dan il-qasam.” |
|
(29) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 33a Proċedura għall-kanċellazzjoni jew għall-modifika tar-reġistrazzjonijiet ta’ liċenzji u ta’ drittijiet oħra 1. Reġistrazzjoni li ssir skont l-Artikolu 32a(1) għandha tiġi kkanċellata jew immodifikata bl-applikazzjoni ta’ waħda mill-persuni kkonċernati. 2. L-applikazzjoni għall-kanċellazzjoni jew għall-modifika tar-reġistrazzjoni għandu jkun fiha n-numru ta’ reġistrazzjoni tad-disinn irreġistrat tal-UE, jew fil-każ ta’ reġistrazzjoni multipla, in-numru ta’ kull disinn, u d-dettalji tad-dritt li għalih tintalab ir-reġistrazzjoni li tiġi kkanċellata jew immodifikata. 3. L-applikazzjoni għall-kanċellazzjoni jew għall-modifika tar-reġistrazzjoni għandha tiġi akkumpanjata minn dokumenti li juru li d-dritt irreġistrat ma għadux jeżisti jew li l-liċenzjatarju jew id-detentur ta’ dritt ieħor jagħti l-kunsens biex ir-reġistrazzjoni tiġi kkanċellata jew immodifikata. 4. Meta r-rekwiżiti għall-kanċellazzjoni jew modifikazzjoni tar-reġistrazzjoni ma jiġux issodisfati, l-Uffiċċju għandu javża lill-applikant dwar in-nuqqasijiet. Jekk in-nuqqasijiet ma jiġux irrimedjati fit-terminu ta’ żmien speċifikat mill-Uffiċċju, huwa għandu jirrifjuta l-applikazzjoni għall-kanċellazzjoni jew il-modifika tar-reġistrazzjoni.” |
|
(30) |
l-Artikolu 34 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 34 L-applikazzjoni għal disinn irreġistrat tal-UE bħala oġġett tal-proprjetà L-Artikoli 27 sa 33a għandhom japplikaw għal applikazzjonijiet għal disinji rreġistrati tal-UE. Meta l-effett ta’ waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet tkun bil-kundizzjoni tad-dħul fir-Reġistru, din il-formalità għandha titwettaq mad-dħul tad-disinn irreġistrat tal-UE fir-Reġistru.” |
|
(31) |
l-Artikolu 35 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 35 Preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet 1. Applikazzjoni għal disinn irreġistrat tal-UE għandha tiġi ppreżentata fl-Uffiċċju. 2. L-Uffiċċju għandu joħroġ għall-applikant, mingħajr dewmien, irċevuta li għandha tinkludi tal-inqas in-numru tal-fajl, rappreżentazzjoni, deskrizzjoni jew identifikazzjoni oħra tad-disinn, in-natura u l-għadd tad-dokumenti u d-data ta’ meta ġew irċevuti. Fil-każ ta’ applikazzjoni multipla, l-irċevuta maħruġa mill-Uffiċċju għandha tispeċifika l-ewwel disinn u l-għadd ta’ disinji ppreżentati.” |
|
(32) |
l-Artikolu 36 huwa emendat kif ġej:
|
|
(33) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 36a Għoti ta’ setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-applikazzjoni Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw id-dettalji li għandhom ikunu inklużi fl-applikazzjoni għal disinn irreġistrat tal-UE. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 109(2).” |
|
(34) |
l-Artikolu 37 huwa emendat kif ġej:
|
|
(35) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 37a Għoti ta’ setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward ta’ applikazzjonijiet multipli Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw id-dettalji li għandhom jiġu inklużi fl-applikazzjoni multipla. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 109(2).” |
|
(36) |
L-Artikoli 38 u 39 huma sostitwiti b’dan li ġej: “Artikolu 38 Data tal-preżentazzjoni Id-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal disinn irreġistrat tal-UE għandha tkun id-data li fiha d-dokumenti li jkun fihom l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 36(1) jiġu ppreżentati mal-Uffiċċju mill-applikant, soġġett għall-ħlas ta’ drittijiet tal-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 36(4) u l-Artikolu 37(2) fi żmien xahar mill-preżentazzjoni ta’ dawk id-dokumenti. Artikolu 39 Ekwivalenza bejn preżentazzjoni fl-Unjoni u preżentazzjoni nazzjonali Applikazzjoni għal disinn irreġistrat tal-UE li jkun ingħata data tal-preżentazzjoni għandha tkun ekwivalenti fl-Istati Membri għal preżentazzjoni regolari nazzjonali, inkluż, meta xieraq, il-prijorità mitluba għall-applikazzjoni għal disinn tal-UE.” |
|
(37) |
L-Artikoli 40, 41 u 42 huma sostitwiti b’dan li ġej: “Artikolu 40 Klassifikazzjoni u indikazzjonijiet tal-prodott 1. Il-prodotti li fihom disinn tal-UE jkun maħsub li jiġi inkorporat jew li fuqhom ikun maħsub li jiġi applikat għandhom jiġu kklassifikati f’konformità mal-Klassifikazzjoni ta’ Locarno, kif emendata u fis-seħħ fid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni. 2. L-indikazzjoni tal-prodott, kif imsemmija fl-Artikolu 36(2), għandha tidentifika b’mod ċar u preċiż in-natura tal-prodotti u għandha tippermetti li kull prodott jiġi kklassifikat fi klassi u subklassi waħda biss tal-Klassifikazzjoni ta’ Locarno, jekk possibbli permezz tal-bażi tad-data armonizzata tal-indikazzjonijiet tal-prodott magħmula disponibbli mill-Uffiċċju. L-indikazzjoni tal-prodott għandha tkun konformi mar-rappreżentazzjoni tad-disinn. 3. Il-prodotti għandhom jitqassmu fi gruppi skont il-klassijiet tal-Klassifikazzjoni ta’ Locarno, fejn kull grupp ikun preċedut minn numru tal-klassi li għaliha jappartjeni dak il-grupp ta’ prodotti u ppreżentat fl-ordni tal-klassijiet u s-subklassijiet taħt dik il-klassifikazzjoni. 4. Meta l-applikant juża indikazzjonijiet tal-prodott li ma jkunux inklużi fil-bażi tad-data msemmija fil-paragrafu 2, jew li ma jkunux konformi mar-rappreżentazzjoni tad-disinn, l-Uffiċċju jista’ jipproponi indikazzjonijiet tal-prodott minn dik il-bażi tad-data. Fejn l-applikant ma jweġibx fit-terminu ta’ żmien speċifikat mill-Uffiċċju, l-Uffiċċju jista’ jipproċedi bl-eżami abbażi tal-indikazzjonijiet proposti tal-prodott. Artikolu 41 Dritt ta’ prijorità 1. Persuna li tkun ippreżentat applikazzjoni kif xieraq għad-dritt ta’ disinn jew għal mudell ta’ utilità fi jew għal kwalunkwe Stat parti għall-Konvenzjoni ta’ Pariġi, jew tal-Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, jew is-suċċessuri tagħha tat-titolu, għandha tgawdi, bil-għan li tippreżenta applikazzjoni għal disinn irreġistrat tal-UE rigward l-istess disinn jew mudell ta’ utilità, dritt ta’ prijorità għal perjodu ta’ sitt xhur mid-data tal-preżentazzjoni tal-ewwel applikazzjoni. 2. Kull preżentazzjoni li, skont il-liġi nazzjonali tal-Istat fejn tkun saret jew skont ftehimiet bilaterali jew multilaterali, tkun biżżejjed biex tiġi stabbilita d-data li fiha tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni, ikun xi jkun l-eżitu tal-applikazzjoni, għandha tiġi rikonoxxuta bħala li tagħti lok għal dritt ta’ prijorità. 3. Applikazzjoni sussegwenti għal disinn li kienet is-suġġett ta’ applikazzjoni inizjali preċedenti, u li tiġi ppreżentata fl-istess Stat jew fir-rigward tiegħu, għandha titqies bħala l-ewwel applikazzjoni bil-għan li tiġi stabbilita l-prijorità, dment li, fid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni sussegwenti, l-applikazzjoni preċedenti tkun ġiet irtirata, abbandunata jew irrifjutata mingħajr ma tiġi miftuħa għal spezzjoni pubblika u mingħajr ma tħalli l-ebda dritt mhux issodisfat, u ma tkunx serviet bħala bażi għal talba ta’ dritt ta’ prijorità. L-applikazzjoni preċedenti ma għandhiex isservi wara bħala bażi għal talba ta’ dritt ta’ prijorità. 4. Jekk l-ewwel preżentazzjoni tkun saret fi Stat li ma huwiex parti għall-Konvenzjoni ta’ Pariġi jew għall-Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, il-paragrafi 1 sa 3 għandhom japplikaw biss sakemm dak l-Istat, skont sejbiet ippubblikati, jagħti, abbażi tal-ewwel preżentazzjoni li tkun saret fl-Uffiċċju u soġġett għal kundizzjonijiet ekwivalenti għal dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament, dritt ta’ prijorità li jkollu effett ekwivalenti. Id-Direttur Eżekuttiv għandu, meta meħtieġ, jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra tinvestiga jekk dak l-Istat jagħtix tali trattament reċiproku. Jekk il-Kummissjoni tiddetermina li għandu jingħata trattament reċiproku, hija għandha tippubblika komunikazzjoni għal dak l-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. 5. Id-dritt ta’ prijorità msemmi fil-paragrafu 4 għandu japplika mid-data tal-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-komunikazzjoni li tiddetermina li jingħata trattament reċiproku, sakemm f’din il-komunikazzjoni ma tiġix indikata data preċedenti li fiha jsir applikabbli. Dan ma għandux jibqa’ japplika mid-data tal-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ta’ komunikazzjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara li mhux qed jingħata aktar trattament reċiproku, sakemm il-komunikazzjoni ma tistipulax data preċedenti li fiha jsir applikabbli. 6. Il-komunikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 4 u 5 għandhom jiġu ppubblikati wkoll fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Uffiċċju. Artikolu 42 Talba ta’ prijorità 1. Applikant għal disinn irreġistrat tal-UE li jkun jixtieq jieħu vantaġġ mill-prijorità ta’ applikazzjoni preċedenti għandu jippreżenta dikjarazzjoni ta’ prijorità jew flimkien mal-applikazzjoni jew fi żmien xahrejn mid-data tal-preżentazzjoni. Tali dikjarazzjoni ta’ prijorità għandha tinkludi d-data u l-pajjiż tal-applikazzjoni preċedenti. In-numru tal-fajl tal-applikazzjoni preċedenti u d-dokumentazzjoni li tappoġġa t-talba ta’ prijorità għandhom jiġu ppreżentati fi żmien tliet xhur mid-data tal-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ prijorità. 2. Id-Direttur Eżekuttiv jista’ jiddetermina li d-dokumentazzjoni li għandha tingħata mill-applikant b’appoġġ għat-talba ta’ prijorità tista’ tikkonsisti f’inqas minn x’inhu meħtieġ skont l-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 42a, soġġett għall-konformità mal-prinċipju tat-trattament ugwali tal-applikanti u dment li l-informazzjoni meħtieġa tkun disponibbli għall-Uffiċċju minn sorsi oħra.” |
|
(38) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 42a Għoti ta’ setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward tat-talba ta’ prijorità Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw it-tip ta’ dokumentazzjoni li għandha tiġi ppreżentata sabiex issir it-talba ta’ prijorità ta’ applikazzjoni preċedenti f’konformità mal-Artikolu 42(1). Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 109(2).” |
|
(39) |
l-Artikolu 43 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 43 Effett ta’ dritt tal-prijorità Id-dritt ta’ prijorità għandu jkollu l-effett li d-data ta’ prijorità għandha tgħodd bħala d-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal disinn irreġistrat tal-UE għall-finijiet tal-Artikoli 5, 6, 7 u 22, l-Artikolu 25(1), il-punti (d), (e) u (f), u l-Artikolu 50(1).” |
|
(40) |
l-Artikolu 44 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 44 Prijorità ta’ wirja 1. Jekk applikant għal disinn irreġistrat tal-UE jkun żvela prodotti li d-disinn ikun inkorporat fihom jew applikat fuqhom, f’wirja uffiċjali jew f’wirja internazzjonali rikonoxxuta uffiċjalment skont it-termini tal-Konvenzjoni dwar il-Wirjiet Internazzjonali tal-1928 kif ġiet riveduta l-aħħar fit-30 ta’ Novembru 1972, l-applikant jista’ jitlob dritt ta’ prijorità minn dik id-data jekk l-applikazzjoni tiġi ppreżentata f’perjodu taż-żmien ta’ sitt xhur mid-data tal-ewwel żvelar ta’ tali prodotti. 2. Applikant li jkun jixtieq jitlob prijorità skont il-paragrafu 1 għandu jippreżenta dikjarazzjoni ta’ prijorità jew flimkien mal-applikazzjoni jew fi żmien xahrejn mid-data tal-preżentazzjoni. L-applikant għandu, fi żmien tliet xhur mid-dikjarazzjoni ta’ prijorità, jippreżenta evidenza li l-prodotti li fihom huwa inkorporat id-disinn, jew li fuqhom huwa applikat, ikunu ġew żvelati skont it-tifsira tal-paragrafu 1. 3. Prijorità ta’ wirja mogħtija fi Stat Membru jew f’pajjiż terz ma għandhiex testendi l-perjodu ta’ prijorità stabbilit fl-Artikolu 41.” |
|
(41) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 44a Għoti ta’ setgħat ta’ implimentazzjoni Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw it-tip u d-dettalji tal-evidenza li għandha tiġi ppreżentata għal talba ta’ prijorità ta’ wirja f’konformità mal-Artikolu 44(2). Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 109(2).” |
|
(42) |
l-intestatura tat-Titolu V hija sostitwita b’dan li ġej: “TITOLU V PROĊEDURA TA’ REĠISTRAZZJONI, TIĠDID U TIBDIL” ; |
|
(43) |
l-Artikolu 45 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 45 Eżami rigward il-ħtiġiet formali għall-preżentazzjoni 1. L-Uffiċċju għandu jeżamina jekk l-applikazzjoni għal disinn irreġistrat tal-UE tikkonformax mar-rekwiżiti għall-għoti ta’ data tal-preżentazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 38. 2. L-Uffiċċju għandu jeżamina jekk:
3. Meta l-applikazzjoni għal disinn irreġistrat tal-UE ma tissodisfax ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1 jew 2, l-Uffiċċju għandu jitlob lill-applikant jirrimedja n-nuqqasijiet jew l-inadempjenza fi żmien xahrejn minn meta tasal in-notifika ta’ dik it-talba. 4. Jekk l-applikant ma jikkonformax mat-talba tal-Uffiċċju msemmija fil-paragrafu 3 sabiex jikkonforma mar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1, l-applikazzjoni ma għandhiex tiġi ttrattata bħala applikazzjoni għal disinn irreġistrat tal-UE. Jekk l-applikant jikkonforma ma’ dik it-talba fir-rigward ta’ dawk ir-rekwiżiti, l-Uffiċċju għandu jagħti bħala d-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni d-data meta jiġu rimedjati n-nuqqasijiet jew l-inadempjenzi. 5. Jekk l-applikant ma jikkonformax mat-talba tal-Uffiċċju msemmija fil-paragrafu 3 sabiex jikkonforma mar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 2, il-punti (a) u (b), l-Uffiċċju għandu jirrifjuta l-applikazzjoni. 6. Jekk l-applikant ma jikkonformax mat-talba tal-Uffiċċju- msemmija fil-paragrafu 3 sabiex jikkonforma mar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (c),, l-applikazzjoni għandha tiġi rifjutata fir-rigward tad-disinji addizzjonali sakemm ma jkunx ċar liema disinji huwa maħsub li jkopri l-ammont imħallas. Fin-nuqqas ta’ kriterji oħra li jiddeterminaw liema disinji huma maħsuba li jkunu koperti, l-Uffiċċju għandu jittratta d-disinji fl-ordni numeriku konsekuttiv li fihom jinsabu l-applikazzjoni multipla. L-applikazzjoni għandha tiġi rifjutata fir-rigward ta’ dawk id-disinji li għalihom id-dritt addizzjonali għad-differiment tal-pubblikazzjoni ma jkunx tħallas jew ma jkunx tħallas kollu. 7. In-nuqqas li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li jikkonċernaw talba ta’ prijorità għandu jirriżulta fit-telf tad-dritt ta’ prijorità għall-applikazzjoni.” |
|
(44) |
l-Artikolu 46 jitħassar; |
|
(45) |
l-Artikolu 47 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 47 Raġunijiet għan-nonreġistrabbiltà 1. Jekk l-Uffiċċju, fit-twettiq tal-eżami skont l-Artikolu 45 ta’ dan ir-Regolament, jinnota li d-disinn li għalih qed tintalab il-protezzjoni ma jikkorrispondix mad-definizzjoni fl-Artikolu 3, il-punt (1), ta’ dan ir-Regolament, jew li jmur kontra l-politika pubblika jew il-prinċipji aċċettati tal-moralità jew, mingħajr ma jkun ingħata l-approvazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti għar-reġistrazzjoni, li dan jikkostitwixxi użu ħażin ta’ kwalunkwe element elenkat fl-Artikolu 6ter tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi, jew tal-badges, l-emblemi u l-istemmi għajr dawk koperti mill-Artikolu 6ter ta’ dik il-Konvenzjoni u li huma ta’ interess pubbliku partikolari fi Stat Membru, huwa għandu jinnotifika lill-applikant li d-disinn huwa nonreġistrabbli, filwaqt li jispeċifika r-raġuni għan-nonreġistrabbiltà. 2. Fin-notifika msemmija fil-paragrafu 1, l-Uffiċċju għandu jispeċifika perjodu li fih l-applikant jista’ jissottometti osservazzjonijiet, jirtira l-applikazzjoni jew il-fehmiet li jkunu tressqu oġġezzjonijiet għalihom jew jissottometti rappreżentazzjoni emendata tad-disinn li tkun differenti biss f’dettalji immaterjali mir-rappreżentazzjoni kif ppreżentata oriġinarjament. 3. Meta l-applikant jonqos milli jegħleb r-raġunijiet għan-nuqqas tal-kapaċità tar-reġistrazzjoni, l-Uffiċċju għandu jirrifjuta l-applikazzjoni. Jekk dawk ir-raġunijiet jikkonċernaw biss xi wħud mid-disinji inklużi f applikazzjoni multipla, l-Uffiċċju għandu jirrifjuta l-applikazzjoni biss għal dawk li jirrigwardaw id-disinji kkonċernati.” |
|
(46) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 47a Irtirar u emendar tal-applikazzjoni 1. L-applikant jista’ fi kwalunkwe ħin jirtira applikazzjoni għal disinn tal-UE jew, fil-każ ta’ applikazzjoni multipla, jirtira xi wħud mid-disinji inklużi fl-applikazzjoni. 2. L-applikant jista’ fi kwalunkwe ħin jemenda r-rappreżentazzjoni tad-disinn tal-UE li tkun saret applikazzjoni għalih f’dettalji immaterjali.” |
|
(47) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 47b Delega tas-setgħa fir-rigward tal-emendar tal-applikazzjoni Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 109abiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika d-dettalji tal-proċedura għall-emendar tal-applikazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 47a(2).” |
|
(48) |
l-Artikolu 48 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 48 Reġistrazzjoni 1. Jekk ir-rekwiżiti għal applikazzjoni għal disinn irreġistrat tal-UE ikunu ġew issodisfati, u sa fejn l-applikazzjoni ma tkunx ġiet irrifjutata skont l-Artikolu 47, l-Uffiċċju għandu jdaħħal id-disinn inkluż fl-applikazzjoni u d-dettalji msemmija fl-Artikolu 72(2) fir-Reġistru. 2. Jekk l-applikazzjoni jkun fiha talba għal differiment tal-pubblikazzjoni skont l-Artikolu 50, għandha tiddaħħal ukoll fir-Reġistru indikazzjoni ta’ dik it-talba u d-data ta’ skadenza tal-perjodu ta’ differiment. 3. Ir-reġistrazzjoni għandu jkollha d-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 38. 4. Id-drittijiet pagabbli skont l-Artikolu 36(4) u l-Artikolu 37(2) ma għandhomx jiġu rimborżati anke jekk id-disinn li tkun saret applikazzjoni għalih ma jiġix irreġistrat.” |
|
(49) |
l-Artikolu 49 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 49 Pubblikazzjoni Mar-reġistrazzjoni, l-Uffiċċju għandu jippubblika d-disinn irreġistrat tal-UE fil-Bulettin tad-Disinji tal-UE kif imsemmi fl-Artikolu 73(1), il-punt (a).” |
|
(50) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 49a Għoti ta’ setgħat ta’ implimentazzjoni rigward il-pubblikazzjoni Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw id-dettalji li għandhom ikunu inklużi fil-pubblikazzjoni msemmija fl-Artikolu 49. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 109(2).” |
|
(51) |
l-Artikolu 50 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 50 Differiment tal-pubblikazzjoni 1. L-applikant għal disinn irreġistrat tal-UE jista’ jitlob, meta jippreżenta l-applikazzjoni, li l-pubblikazzjoni tad-disinn irreġistrat tal-UE tiġi differita għal perjodu ta’ mhux aktar minn 30 xahar mid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni jew, jekk issir talba għall-prijorità, mid-data tal-prijorità. 2. Fuq talba msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 48, id-disinn irreġistrat tal-UE għandu jiġi rreġistrat, iżda la r-rappreżentazzjoni tad-disinn kif ukoll ebda fajl marbut mal-applikazzjoni ma għandhom, soġġett għall-Artikolu 74(2), ikunu miftuħa għal spezzjoni pubblika. 3. L-Uffiċċju għandu jippubblika fil-Bullettin tad-Disinji tal-UE indikazzjoni ta’ talba msemmija fil-paragrafu 1. L-indikazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn informazzjoni li tidentifika lid-detentur tad-dritt tad-disinn irreġistrat, l-isem tar-rappreżentant, jekk ikun hemm, id-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni u tar-reġistrazzjoni tad-disinn, u n-numru tal-fajl tal-applikazzjoni. La r-rappreżentazzjoni tad-disinn u lanqas kwalunkwe dettall li jidentifika l-apparenza tiegħu ma għandhom jiġu ppubblikati. 4. Mal-iskadenza tal-perjodu tad-differiment, jew fi kwalunkwe data aktar bikrija mitluba mid-detentur tad-dritt, l-Uffiċċju għandu jiftaħ għall-ispezzjoni pubblika l-entrati kollha fir-Reġistru u l-fajl relatat mal-applikazzjoni u għandu jippubblika d-disinn irreġistrat tal-UE fil-Bullettin tad-Disinji tal-UE. 5. Id-detentur tad-dritt jista’ jipprevjeni l-pubblikazzjoni tad-disinn irreġistrat tal-UE kif imsemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, billi jippreżenta talba għaċ-ċediment tad-disinn tal-UE f’konformità mal-Artikolu 51 mhux aktar tard minn tliet xhur qabel l-iskadenza tal-perjodu ta’ differiment. Kwalunkwe talba għad-dħul taċ-ċediment fir-Reġistru li ma tikkonformax mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 51 u fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 51a, jew li jiġu ppreżentati wara t-terminu ta’ żmien ta’ tliet xhur imsemmi f’dan il-paragrafu, għandha tiġi rrifjutata. 6. Fil-każ ta’ reġistrazzjoni abbażi ta’ applikazzjoni multipla skont l-Artikolu 37, id-detentur għandu, flimkien mat-talba għal pubblikazzjoni aktar kmieni msemmija fil-paragrafu 4 jew it-talba għal ċediment imsemmija fil-paragrafu 5, jindika b’mod ċar liema mid-disinji li jinsabu f’dik l-applikazzjoni għandhom jiġu ppubblikati qabel jew ċeduti u li għalihom għandu jitkompla d-differiment tal-pubblikazzjoni. 7. Jekk id-detentur ma jikkonformax mar-rekwiżit stipulat fil-paragrafu 6, l-Uffiċċju għandu jitlob lid-detentur jirrimedja n-nuqqas f’terminu ta’ żmien speċifikat, li fl-ebda każ ma għandu jiskadi wara l-perjodu ta’ differiment ta’ 30 xahar. 8. In-nuqqas ta’ rimedju tan-nuqqas imsemmi fil-paragrafu 7 fit-terminu ta’ żmien speċifikat għandu jwassal biex it-talba għal pubblikazzjoni bikrija titqies li ma ġietx ippreżentata, jew biex it-talba għal ċediment tiġi rrifjutata. 9. Il-ftuħ ta’ proċedimenti legali abbażi ta’ disinn irreġistrat tal-UE matul il-perjodu tad-differiment tal-pubblikazzjoni għandu jkun soġġett għall-kundizzjoni li l-informazzjoni inkluża fir-Reġistru u fil-fajl relatat mal-applikazzjoni tkun ġiet ikkomunikata lill-persuna li kontra tagħha tkun tressqet l-azzjoni.” |
|
(52) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 50a Pubblikazzjoni wara l-perjodu ta’ differiment L-Uffiċċju għandu, meta jiskadi l-perjodu ta’ differiment imsemmi fl-Artikolu 50 jew, fil-każ ta’ talba għal pubblikazzjoni aktar kmieni, malajr kemm jista’ jkun teknikament possibbli:
Artikolu 50b Ċertifikati ta’ reġistrazzjoni Wara l-pubblikazzjoni tad-disinn irreġistrat tal-UE, l-Uffiċċju għandu joħroġ lid-detentur ċertifikat ta’ reġistrazzjoni. L-Uffiċċju għandu jipprovdi kopji ċċertifikati jew mhux ċċertifikati taċ-ċertifikat, fuq talba. Iċ-ċertifikati u l-kopji għandhom jinħarġu b’ mezzi elettroniċi.” |
|
(53) |
jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 50c Għoti ta’ setgħat ta’ implimentazzjoni Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw id-dettalji li għandhom ikunu inklużi fiċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni msemmi fl-Artikolu 50b, u l-forma tiegħu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 109(2). Artikolu 50d Tiġdid 1. Ir-reġistrazzjoni tad-disinn tal-UE għandha tiġġedded fuq it-talba tad-detentur tad-dritt tad-disinn irreġistrat tal-UE jew ta’ kwalunkwe persuna awtorizzata espressament mid-detentur tad-dritt biex titlob it-tiġdid, dment li jkunu tħallsu d-drittijiet ta’ tiġdid. 2. L-Uffiċċju għandu jinforma lid-detentur tad-disinn irreġistrat tal-UE, u lil kwalunkwe persuna li jkollha dritt reġistrat fir-rigward tad-disinn tal-UE, bl-iskadenza tar-reġistrazzjoni tal-inqas sitt xhur qabel id-data ta’ tali skadenza. In-nuqqas li tingħata tali informazzjoni ma għandux jinvolvi r-responsabbiltà tal-Uffiċċju u ma għandux jaffettwa l-iskadenza tar-reġistrazzjoni. 3. It-talba għat-tiġdid għandha tiġi sottomessa f’perjodu ta’ sitt xhur qabel l-iskadenza tar-reġistrazzjoni. Id-dritt ta’ tiġdid għandu jitħallas ukoll f’dak il-perjodu. Jekk dan ma jsirx, it-talba tista’ tiġi sottomessa u d-dritt jitħallas fi żmien perjodu ulterjuri ta’ sitt xhur wara l-iskadenza tar-reġistrazzjoni, dment li jitħallas dritt addizzjonali għall-pagament tardiv tad-dritt ta’ tiġdid jew għas-sottomissjoni tardiva tat-talba għat-tiġdid fi żmien dak il-perjodu ulterjuri. 4. It-talba għat-tiġdid imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi:
Jekk jitħallsu d-drittijiet ta’ tiġdid, il-ħlas għandu jitqies li jikkostitwixxi talba għal tiġdid dment li jkun fih l-indikazzjonijiet kollha neċessarji biex jiġi stabbilit l-għan tal-pagament. 5. Fil-każ ta’ reġistrazzjoni abbażi ta’ applikazzjoni multipla skont l-Artikolu 37, meta d-drittijiet imħallsa ma jkunux biżżejjed biex ikopru d-disinji kollha li għalihom jintalab tiġdid, ir-reġistrazzjoni għandha tiġġedded fir-rigward ta’ dawk id-disinji li għalihom l-ammont imħallas huwa b’mod ċar maħsub li jkopri.. Fin-nuqqas ta’ kriterji oħrajn li jiddeterminaw liema disinji huma maħsuba li jkunu koperti, l-Uffiċċju għandu jittratta d-disinji fl-ordni numeriku konsekuttiv li fih ikunu jinsabu fl-applikazzjoni multipla. 6. It-tiġdid għandu jkollu effett mill-jum ta’ wara d-data meta r-reġistrazzjoni eżistenti tiskadi. It-tiġdid għandu jiddaħħal fir-Reġistru. 7. Meta t-talba għat-tiġdid tiġi ppreżentata fil-perjodi previsti fil-paragrafu 3, iżda l-kundizzjonijiet l-oħra għat-tiġdid previsti f’dan l-Artikolu ma jiġux issodisfati, l-Uffiċċju għandu jinforma lill-applikant bin-nuqqasijiet identifikati. 8. Meta t-talba għat-tiġdid ma tiġix sottomessa jew tiġi sottomessa wara li jiskadi l-perjodu previst fil-paragrafu 3, jew meta d-drittijiet ma jitħallsux jew jitħallsu biss wara li jkun skada l-perjodu inkwistjoni, jew meta n-nuqqasijiet imsemmija fil-paragrafu 7 ma jiġux irrimedjati f’dak il-perjodu, l-Uffiċċju għandu jiddetermina li r-reġistrazzjoni skadiet u għandu jinnotifika lid-detentur tad-disinn tal-UE kif xieraq. Meta d-determinazzjoni tkun saret finali, l-Uffiċċju għandu jikkanċella d-disinn mir-Reġistru. Il-kanċellazzjoni għandu jkollha effett mill-jum ta’ wara d-data li fiha tiskadi r-reġistrazzjoni eżistenti. Meta d-drittijiet ta’ tiġdid ikunu tħallsu iżda r-reġistrazzjoni ma tiġġeddidx, dawk id-drittijiet għandhom jitħallsu lura. 9. Talba waħda għat-tiġdid tista’ tiġi sottomessa għal żewġ disinji jew aktar dment li d-detentur jew ir-rappreżentant ikun l-istess għad-disinji kollha koperti mit-talba. Id-dritt ta’ tiġdid meħtieġ għandu jitħallas fir-rigward ta’ kull disinn li għalih jintalab it-tiġdid.” |
|
(54) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 50e Tibdil 1. Ir-rappreżentazzjoni tad-disinn irreġistrat tal-UE ma għandhiex tinbidel fir-Reġistru matul il-perjodu tar-reġistrazzjoni jew mat-tiġdid tiegħu ħlief f’dettalji immaterjali. 2. Talba mid-detentur għal tibdil għandha tinkludi r-rappreżentazzjoni tad-disinn irreġistrat tal-UE fil-verżjoni mibdula tiegħu. 3. Talba għal tibdil għandha titqies li għadha ma ġietx ppreżentata sakemm ikun tħallas id-dritt meħtieġ. Jekk id-dritt ma jkunx tħallas jew ma tkunx tħallas bis-sħiħ, l-Uffiċċju għandu jinforma lid-detentur kif xieraq. Tista” ssir talba waħda għat-tibdil tal-istess element f’żewġ reġistrazzjonijiet jew aktar, dment li d-detentur ikun l-istess għad-disinji kollha. Id-dritt meħtieġ għat-tibdil għandu jitħallas fir-rigward ta’ kull reġistrazzjoni li għandha tinbidel. Jekk ir-rekwiżiti għat-tibdil tar-reġistrazzjoni stipulati f’dan l-Artikolu u l-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 50f ma jiġux issodisfati, l-Uffiċċju għandu jikkomunika n-nuqqas lid-detentur. Jekk in-nuqqas ma jiġix irrimedjat “fil-limitu ta’ żmien speċifikat mill-Uffiċċju, l-Uffiċċju għandu jirrifjuta t-talba għal tibdil. 4. Il-pubblikazzjoni tar-reġistrazzjoni tat-tibdil għandha tinkludi rappreżentazzjoni tad-disinn irreġistrat tal-UE kif mibdul.” |
|
(55) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 50f Għoti ta’ setgħat ta’ implimentazzjoni rigward it-tibdil Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw id-dettalji li għandhom ikunu inklużi fit-talba għal tibdil imsemmija fl-Artikolu 50e(2). Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 109(2).” |
|
(56) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 50g Bidla fl-isem jew fl-indirizz 1. Id-detentur ta’ disinn irreġistrat tal-UE għandu jinforma lill-Uffiċċju dwar bidla fl-isem jew fl-indirizz tad-detentur, li ma hijiex il-konsegwenza ta’ trasferiment jew ta’ bidla fis-sjieda tad-disinn irreġistrat tal-UE. 2. Tista’ ssir applikazzjoni waħda għall-bidla fl-isem jew fl-indirizz fir-rigward ta’ żewġ reġistrazzjonijiet jew aktar tal-istess detentur. 3. Jekk ir-rekwiżiti għal bidla fl-isem jew fl-indirizz stipulati f’dan l-Artikolu u fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 50h ma jiġux issodisfati, l-Uffiċċju għandu jikkomunika n-nuqqas lid-detentur tad-disinn irreġistrat tal-UE. Jekk in-nuqqas ma jiġix irrimedjat fit-terminu ta’ żmien speċifikat mill-Uffiċċju, l-Uffiċċju għandu jirrifjuta t-talba. 4. Il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom japplikaw ukoll għal bidla fl-isem jew fl-indirizz tar-rappreżentant irreġistrat. 5. L-Uffiċċju għandu jdaħħal id-dettalji msemmija fl-Artikolu 72(3), il-punti (a) u (b), fir-Reġistru. 6. Il-paragrafi 1 sa 4 għandhom japplikaw għal applikazzjonijiet għal disinji rreġistrati tal-UE. Il-bidla għandha tiddaħħal fil-fajls miżmuma mill-Uffiċċju li jikkonċernaw l-applikazzjoni għal disinn tal-UE.”. |
|
(57) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 50h Għoti ta’ setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-bidla fl-isem jew fl-indirizz Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw id-dettalji li għandhom ikunu inklużi f’talba għal bidla fl-isem jew fl-indirizz skont l-Artikolu 50 g(1). Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 109(2).” |
|
(58) |
l-Artikolu 51 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 51 Ċediment 1. Iċ-ċediment ta’ disinn irreġistrat tal-UE għandu jiġi ddikjarat lill-Uffiċċju bil-miktub mid-detentur tad-dritt. Ma għandux ikollu effett qabel ma jiddaħħal fir-Reġistru. 2. Jekk jiġi ċedut disinn irreġistrat tal-UE li jkun soġġett għad-differiment tal-pubblikazzjoni għandu jitqies mill-bidu nett li ma kellux l-effetti speċifikati f’dan ir-Regolament. 3. Ċediment għandu jiġi rreġistrat biss bi ftehim mal-proprjetarju ta’ dritt imdaħħal fir-Reġistru. Jekk liċenzja tkun ġiet irreġistrata, iċ-ċediment għandu jiddaħħal fir-Reġistru biss jekk id-detentur tad-disinn irreġistrat tal-UE jagħti provi li l-liċenzjatarju jkun ġie infurmat bl-intenzjoni tad-detentur li jċedi. L-entrata taċ-ċediment għandha ssir meta jiskadi l-perjodu ta’ tliet xhur wara d-data li fiha d-detentur jissodisfa lill-Uffiċċju dwar il-fatt li l-liċenzjatarju jkun ġie infurmat bl-intenzjoni li jċedi, jew qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, malli d-detentur juri li l-liċenzjatarju ta l-kunsens tiegħu. 4. Jekk ikunu nbdew proċedimenti quddiem il-qorti jew l-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 15 relatata mal-intitolament għal disinn irreġistrat tal-UE, l-Uffiċċju ma għandux idaħħal iċ-ċediment fir-Reġistru mingħajr il-qbil tar-rikorrent. 5. Jekk ir-rekwiżiti li jirregolaw iċ-ċediment stipulati f’dan l-Artikolu u fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 51a ma jiġux issodisfati, l-Uffiċċju għandu jikkomunika n-nuqqasijiet lid-detentur tad-dritt li jiddikjara ċ-ċediment. Jekk in-nuqqasijiet ma jiġux irrimedjati fit-terminu ta’ żmien speċifikat mill-Uffiċċju, l-Uffiċċju ma għandux idaħħal iċ-ċediment fir-Reġistru.” |
|
(59) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 51a Għoti ta’ setgħat ta’ implimentazzjoni rigward iċ-ċediment Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw:
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 109(2).” |
|
(60) |
l-Artikolu 52 huwa emendat kif ġej:
|
|
(61) |
l-Artikolu 53 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 53 Eżami tal-applikazzjoni 1. Jekk l-Uffiċċju jsib li l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità hija ammissibbli, l-Uffiċċju għandu jeżamina jekk ir-raġunijiet għall-invalidità msemmija fl-Artikolu 25 jippreġudikawx iż-żamma tad-disinn irreġistrat tal-UE. 2. Meta jeżamina l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità, l-Uffiċċju għandu jistieden lill-partijiet, kemm-il darba jkun meħtieġ, sabiex jippreżentaw osservazzjonijiet, f’perjodu li għandu jiġi stabbilit mill-Uffiċċju, dwar komunikazzjonijiet mill-partijiet l-oħrajn jew maħruġa mill-Uffiċċju stess. 3. Jekk id-detentur tad-disinn irreġistrat tal-UE jitlob dan, applikant għal dikjarazzjoni ta’ invalidità li tinvoka trademark preċedenti tal-UE jew nazzjonali bħala sinjal distintiv skont it-tifsira tal-Artikolu 25(1), il-punt (e) ta’ dan ir-Regolament, għandu jipprovdi prova tal-użu ġenwin ta’ tali marka f’konformità mal-Artikolu 64(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2017/1001 u mar-regoli adottati skont l-Artikolu 53a ta’ dan ir-Regolament. 4. Reġistrazzjoni tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju dwar l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità għandha tiddaħħal fir-Reġistru ladarba dik id-deċiżjoni tkun saret finali. 5. L-Uffiċċju jista’ jistieden lill-partijiet sabiex jaslu għal ftehim bonarju.” |
|
(62) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 53a Delega tas-setgħa rigward id-dikjarazzjoni ta’ invalidità Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 109a biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika d-dettalji tal-proċedimenti għad-dikjarazzjoni ta’ invalidità ta’ disinn tal-UE kif imsemmi fl-Artikoli 52 u 53, inkluż il-possibbiltà li tiġi eżaminata applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bħala kwistjoni ta’ prijorità meta d-detentur tad-disinn irreġistrat tal-UE ma jikkontestax ir-raġunijiet ta’ invalidità jew tal-eżenzjoni mitluba.” |
|
(63) |
l-Artikolu 55 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 55 Deċiżjonijiet soġġetti għal appell 1. Għandu jsir appell għad-deċiżjonijiet tal-Uffiċċju msemmijin fl-Artikolu 102, il-punti (a), (b) u (c). 2. L-Artikoli 66 sa 72 tar-Regolament (UE) 2017/1001 għandhom japplikaw għall-appelli ttrattati mill-Bord tal-Appell skont dan ir-Regolament, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dan ir-Regolament.” |
|
(64) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 55a Delega tas-setgħa fir-rigward tal-proċedimenti ta’ appell Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 109a biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika:
|
|
(65) |
jitħassru l-Artikoli 56 sa 61; |
|
(66) |
l-Artikolu 62 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 62 Deċiżjonijiet u komunikazzjonijiet tal-Uffiċċju 1. Id-deċiżjonijiet tal-Uffiċċju għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet li huma bbażati fuqhom. Dawn għandhom ikunu bbażati biss fuq raġunijiet jew evidenza li fihom il-partijiet ikkonċernati jkollhom l-opportunità li jippreżentaw il-kummenti tagħhom. Meta jsiru proċedimenti orali quddiem l-Uffiċċju, id-deċiżjoni tista’ tingħata bil-fomm. Sussegwentement, id-deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata bil-miktub lill-partijiet. 2. Kwalunkwe deċiżjoni, komunikazzjoni jew avviż mill-Uffiċċju għandu jindika d-dipartiment jew id-diviżjoni tal-Uffiċċju kif ukoll l-isem jew l-ismijiet tal-uffiċjal jew uffiċjali responsabbli. Huma għandhom jiġu ffirmati minn dak l-uffiċjal jew dawk l-uffiċjali, jew, minflok firma, ikollhom siġill stampat jew ittimbrat tal-Uffiċċju. Id-Direttur Eżekuttiv jista’ jiddetermina li mezzi oħrajn ta’ identifikazzjoni tad-dipartiment jew diviżjoni tal-Uffiċċju u l-isem tal-uffiċjal jew uffiċjali responsabbli, jew identifikazzjoni minbarra siġill jistgħu jintużaw meta d-deċiżjonijiet, il-komunikazzjonijiet jew in-notifiki jiġu trażmessi permezz ta’ kwalunkwe mezz tekniku ta’ komunikazzjoni. 3. Id-deċiżjonijiet tal-Uffiċċju li huma suġġetti għal appell għandhom ikunu akkumpanjati minn komunikazzjoni bil-miktub li tindika li kwalunkwe notifika tal-appell għandha tiġi ppreżentata bil-miktub lill-Uffiċċju fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni inkwistjoni. Kwalunkwe tali komunikazzjoni għandha wkoll tiġbed l-attenzjoni tal-partijiet għad-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 66, 67, 68, 71 u 72 tar-Regolament (UE) 2017/1001, li japplikaw ukoll għall-appelli skont dan ir-Regolament skont l-Artikolu 55(2) ta’ dan ir-Regolament. Il-partijiet m’għandhom jinvokaw l-ebda nuqqas min-naħa tal-Uffiċċju li jikkomunika d-disponibbiltà tal-proċedimenti ta’ appell.” |
|
(67) |
fl-Artikolu 63, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Fil-proċedimenti quddiemu, l-Uffiċċju għandu jeżamina l-fatti fuq inizjattiva proprja. Madankollu, fil-proċedimenti relatati ma’ dikjarazzjoni ta’ invalidità, l-Uffiċċju għandu jkun ristrett f’din l-eżami bil-fatti, bl-evidenza u bl-argumenti pprovduti mill-partijiet u bl-eżenzjoni mitluba.” |
|
(68) |
l-Artikolu 64 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 64 Proċedimenti orali 1. Jekk l-Uffiċċju jikkunsidra li l-proċedimenti orali jkunu prattiċi, dawn għandhom isiru jew fuq l-istanza tal-Uffiċċju jew fuq it-talba ta’ kwalunkwe parti fil-proċedimenti. 2. Il-proċedimenti orali quddiem l-eżaminaturi u d-dipartiment inkarigat mir-Reġistru ma għandhomx isiru fil-pubbliku. 3. Il-proċedimenti orali, inkluża l-għotja tad-deċiżjoni, quddiem id-Diviżjonijiet tal-Invalidità u l-Bordijiet tal-Appell għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku, għajr jekk id-dipartiment li quddiemu jkunu qegħdin isiru l-proċedimenti jiddeċiedi xorta oħra f’każijiet meta l-ammissjoni tal-pubbliku jista’ jkollha żvantaġġi serji u mhux iġġustifikati, b’mod partikolari għal parti fil-proċedimenti.” |
|
(69) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 64a Delega tas-setgħa fir-rigward tal-proċedimenti orali Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 109a biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika l-arranġamenti dettaljati għall-proċedimenti orali msemmija fl-Artikolu 64, inkluż l-arranġamenti dettaljati għall-użu tal-lingwi f’konformità mal-Artikolu 98.” |
|
(70) |
l-Artikolu 65 huwa emendat kif ġej:
|
|
(71) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 65a Delega tas-setgħa rigward il-kumpilazzjoni ta’ xhieda Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 109a biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-arranġamenti dettaljati għall-kumpilazzjoni ta’ xhieda msemmija fl-Artikolu 65.” |
|
(72) |
l-Artikolu 66 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 66 Notifika 1. L-Uffiċċju għandu, fuq inizjattivi tiegħu stess, jinnotifika lil dawk ikkonċernati dwar id-deċiżjonijiet u ċ-ċitazzjonijiet u dwar kwalunkwe avviż jew komunikazzjoni oħra li minnhom jiġi kkalkulat terminu ta’ żmien, jew li dwarhom dawk ikkonċernati għandhom jiġu notifikati skont dispożizzjonijiet oħrajn ta’ dan ir-Regolament jew ta’ atti adottati skont dan ir-Regolament, jew li tkun ġiet ordnata n-notifika tagħhom mid-Direttur Eżekuttiv. 2. In-notifika għandha ssir b’mezzi elettroniċi. Id-dettalji rigward il-mezzi elettroniċi għandhom jiġu ddeterminati mid-Direttur Eżekuttiv. 3. Meta l-Uffiċċju jara li huwa impossibbli li ssir notifika, din għandha ssir permezz ta’ avviż pubbliku. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddetermina kif għandu jingħata l-avviż pubbliku u għandu jistabbilixxi l-bidu tal-perjodu ta’ xahar li mal-iskadenza tiegħu d-dokument għandu jitqies li jkun ġie nnotifikat.” |
|
(73) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 66a Delega tas-setgħas rigward in-notifika Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 109a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi jistipulaw l-arranġamenti dettaljati għan-notifika msemmija fl-Artikolu 66.” |
|
(74) |
jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 66b Notifika ta’ telf ta’ drittijiet Meta l-Uffiċċju jsib li t-telf ta’ kwalunkwe dritt jirriżulta minn dan ir-Regolament jew atti adottati skont dan ir-Regolament, mingħajr ma tkun ittieħdet l-ebda deċiżjoni, huwa għandu jikkomunika dik is-sejba lill-persuni kkonċernati f’konformità mal-Artikolu 66. Il-persuni kkonċernati jistgħu japplikaw għal deċiżjoni dwar il-kwistjoni fi żmien xahrejn min-notifika tal-komunikazzjoni, jekk iqisu li s-sejba tal-Uffiċċju ma hijiex korretta. L-Uffiċċju għandu jadotta tali deċiżjoni biss meta ma jaqbilx mal-persuni li jkunu qed jitolbuha. Jekk dan ma jkunx il-każ, l-Uffiċċju għandu jemenda s-sejba tiegħu u jinforma lill-persuni li jitolbu d-deċiżjoni f’dan ir-rigward. Artikolu 66c Komunikazzjonijiet lill-Uffiċċju Il-komunikazzjonijiet indirizzati lill-Uffiċċju għandhom isiru b’mezzi elettroniċi. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddetermina l-mezzi elettroniċi li għandhom jintużaw u l-mod u l-kundizzjonijiet tekniċi li bihom għandhom jintużaw dawn il-mezzi elettroniċi.” |
|
(75) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 66d Delega tas-setgħa fir-rigward tal-komunikazzjonijiet lill-Uffiċċju Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 109a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika r-regoli dwar il-komunikazzjonijiet indirizzati lill-Uffiċċju kif imsemmi fl-Artikolu 66c u l-formoli għal tali komunikazzjoni li għandhom isiru disponibbli mill-Uffiċċju.” |
|
(76) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 66e Termini ta’ żmien 1. It-termini ta’ żmien għandhom jiġu stipulati fil-forma ta’ snin, xhur, ġimgħat, jew jiem. Il-kalkolu għandu jibda mill-jum wara l-jum li fih seħħ l-avveniment rilevanti. Id-durata tat-termini ta’ żmien ma għandhiex tkun ta’ inqas minn xahar u mhux aktar minn sitt xhur, sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor f’dan ir-Regolament jew fi kwalunkwe att adottat skont dan ir-Regolament. 2. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddetermina, qabel il-bidu ta’ kull sena kalendarja, il-jiem li fihom l-Uffiċċju ma jkunx miftuħ għall-wasla tad-dokumenti. 3. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddetermina t-tul tal-perjodu ta’ interruzzjoni fil-każ ta’ interruzzjoni reali fil-konnessjoni tal-Uffiċċju ma’ mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni awtorizzati. 4. F’każ li okkorrenza straordinarja, bħal diżastru naturali jew strajk, tinterrompi jew tinterferixxi mal-komunikazzjoni tajba mill-partijiet fil-proċedimenti lill-Uffiċċju jew viċi-versa, id-Direttur Eżekuttiv jista’ jiddetermina li, għall-partijiet fil-proċedimenti li għandhom ir-residenza jew l-uffiċċju reġistrat tagħhom fiż-żona ġeografika affettwata mill-okkorrenza eċċezzjonali, jew li jkunu ħatru rappreżentant li għandu post ta’ negozju f’dik iż-żona, it-termini kollha ta’ żmien li kellhom jiskadu fid-data jew wara d-data li fiha tkun bdiet tali okkorrenza għandhom jiġu estiżi sa data partikolari. Meta jiddetermina dik id-data, id-Direttur Eżekuttiv għandu jivvaluta meta l-okkorrenza eċċezzjonali tasal fi tmiemha. Jekk l-okkorrenza taffettwa s-sede tal-Uffiċċju, tali determinazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv għandha tispeċifika li tapplika fir-rigward tal-partijiet kollha fil-proċedimenti.” |
|
(77) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 66f Delega tas-setgħa rigward il-kalkolu u d-durata tat-termini ta’ żmien Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 109a biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika d-dettalji dwar il-kalkolu u d-durata tat-termini ta’ żmien imsemmija fl-Artikolu 66e.” |
|
(78) |
jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 66g Korrezzjoni ta’ żbalji u żvisti evidenti 1. L-Uffiċċju għandu jikkoreġi kwalunkwe żball lingwistiku jew żbalji ta’ traskrizzjoni u żvisti evidenti fid-deċiżjonijiet tiegħu, żbalji fir-reġistrazzjoni ta’ disinn tal-UE jew żbalji fil-pubblikazzjoni tar-reġistrazzjoni, fuq inizjattiva proprja jew fuq it-talba ta’ parti. 2. Meta d-detentur jitlob il-korrezzjoni ta’ żbalji fir-reġistrazzjoni ta’ disinn tal-UE jew fil-pubblikazzjoni tar-reġistrazzjoni, l-Artikolu 50 g għandu japplika mutatis mutandis. 3. Il-korrezzjonijiet ta’ żbalji fir-reġistrazzjoni ta’ disinn tal-UE u fil-pubblikazzjoni tar-reġistrazzjoni għandhom jiġu ppubblikati mill-Uffiċċju. Artikolu 66h Kanċellazzjoni ta’ entrati fir-Reġistru u revoka ta’ deċiżjonijiet 1. Meta l-Uffiċċju jkun daħħal entrata fir-Reġistru jew ikun ħa deċiżjoni li jkun fiha żball ovvju attribwibbli lill-Uffiċċju, dan għandu jiżgura li l-entrata tiġi kkanċellata jew id-deċiżjoni tiġi revokata. Meta jkun hemm parti waħda biss fil-proċedimenti u l-entrata jew l-att jaffettwa d-drittijiet ta’ dik il-parti, il-kanċellazzjoni jew ir-revoka għandhom jiġu ddeterminati anke jekk l-iżball ma kienx evidenti għall-parti. 2. Kanċellazzjoni jew revoka kif imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi ddeterminata, fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba ta’ waħda mill-partijiet fil-proċedimenti, mid-dipartiment li jkun għamel l-entrata jew li jkun ħa d-deċiżjoni. Il-kanċellazzjoni tal-entrata fir-Reġistru jew ir-revoka tad-deċiżjoni għandhom isiru fi żmien sena mid-data ta’ meta tkun saret l-entrata jew meta tkun ittieħdet id-deċiżjoni, wara konsultazzjoni mal-partijiet fil-proċedimenti u kwalunkwe proprjetarju ta’ drittijiet għad-Disinn tal-UE inkwistjoni li jiddaħħlu fir-Reġistru. L-Uffiċċju għandu jżomm rekords ta’ kwalunkwe tali kanċellazzjoni jew revoka. 3. Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-partijiet li jressqu appell skont l-Artikoli 55 u 55a, jew għall-possibbiltà li jiġu kkoreġuti żbalji u żvisti evidenti skont l-Artikolu 66 g. Meta jkun tressaq appell kontra deċiżjoni tal-Uffiċċju li fiha żball, il-proċedimenti tal-appell għandhom isiru mingħajr skop meta l-Uffiċċju jirrevoka d-deċiżjoni tiegħu skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. F’dan il-każ tal-aħħar, it-tariffa tal-appell għandha tiġi rimborżata lill-appellant.” |
|
(79) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 66i Delega tas-setgħa rigward il-kanċellazzjoni ta’ entrati u r-revoka ta’ deċiżjonijiet Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 109a biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-proċedura għall-kanċellazzjoni ta’ entrata fir-Reġistru jew ir-revoka ta’ deċiżjoni kif imsemmi fl-Artikolu 66 h.” |
|
(80) |
l-Artikolu 67 huwa emendat kif ġej:
|
|
(81) |
jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 67a Kontinwazzjoni tal-proċedimenti 1. Applikant għal disinn irreġistrat tal-UE, jew id-detentur tiegħu, jew kwalunkwe parti oħra fil-proċedimenti quddiem l-Uffiċċju li tkun naqset milli tosserva t-terminu ta’ żmien fil-konfront tal-Uffiċċju tista’, fuq talba, takkwista l-kontinwazzjoni tal-proċedimenti, dment li fil-mument li ssir it-talba, l-att imħolli barra jkun twettaq. It-talba għall-kontinwazzjoni tal-proċedimenti għandha tkun ammissibbli biss jekk din tiġi sottomessa fi żmien xahrejn mill-iskadenza tat-terminu ta’ żmien li ma jkunx ġie osservat. It-talba ma għandhiex titqies li ġiet ippreżentata sakemm id-dritt għall-kontinwazzjoni tal-proċedimenti jkun tħallas. 2. Il-kontinwazzjoni tal-proċedimenti ma għandhiex tingħata f’każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tat-termini ta’ żmien stipulati fi:
3. Id-dipartiment kompetenti sabiex jiddeċiedi dwar l-att imħolli barra għandu jiddeċiedi malli ssir it-talba għall-kontinwazzjoni. 4. Jekk l-Uffiċċju jaċċetta t-talba għall-kontinwazzjoni, il-konsegwenzi talli ma jkunx ġie osservat it-terminu ta’ żmien għandhom jitqiesu bħala li ma kinux seħħew. Jekk deċiżjoni tkun ittieħdet bejn l-iskadenza ta’ dak it-terminu ta’ żmien u t-talba għall-kontinwazzjoni tal-proċedimenti, id-dipartiment kompetenti sabiex jiddeċiedi dwar l-att imħolli barra għandu jirrieżamina d-deċiżjoni u, meta l-ikkompletar tal-att imħolli barra nnifsu huwa biżżejjed, jieħu deċiżjoni differenti. Jekk, wara r-rieżami, l-Uffiċċju jikkonkludi li d-deċiżjoni oriġinali ma jenħtieġx li tinbidel, huwa għandu jikkonferma dik id-deċiżjoni bil-miktub. 5. Jekk l-Uffiċċju jirrifjuta t-talba għall-kontinwazzjoni, id-dritt għandu jiġi rimborżat. Artikolu 67b Interruzzjoni tal-proċedimenti 1. Il-proċedimenti quddiem l-Uffiċċju għandhom jiġu interrotti:
Sa fejn il-mewt jew l-inkapaċità msemmija fil-punt (a), l-ewwel subparagrafu, ma taffettwax l-awtorizzazzjoni ta’ rappreżentant maħtur skont l-Artikolu 78, il-proċedimenti għandhom ikunu interrotti biss fuq talba minn tali rappreżentant. 2. Il-proċedimenti quddiem l-Uffiċċju jistgħu jitkomplew malli tkun ġiet stabbilita l-identità tal-persuna awtorizzata li tkomplihom jew l-Uffiċċju jkun uża t-tentattivi raġonevoli kollha biex tiġi stabbilita l-identità ta’ tali persuna.” |
|
(82) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 67c Delega tas-setgħa fir-rigward tat-tkomplija tal-proċedimenti Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 109a biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistipula l-arranġamenti dettaljati għat-tkomplija tal-proċedimenti quddiem l-Uffiċċju msemmija fl-Artikolu 67b(2).” |
|
(83) |
l-Artikolu 68 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 68 Referenza għall-prinċipji ġenerali Fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet proċedurali f’dan ir-Regolament jew f’atti adottati skont dan ir-Regolament, l-Uffiċċju għandu jqis il-prinċipji tal-liġi proċedurali rikonoxxuti b’mod ġenerali fl-Istati Membri.” |
|
(84) |
fl-Artikolu 69, il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b’dan li ġej: “1. Id-drittijiet tal-Uffiċċju għall-ħlas ta’ dritt għandhom jiskadu wara erba’ snin mit-tmiem tas-sena kalendarja meta jkun dovut id-dritt. 2. Id-drittijiet kontra l-Uffiċċju għar-rimborż tad-drittijiet jew tas-somom ta’ flus imħallsa b’eċċess ta’ dritt għandhom jiskadu wara erba’ snin mit-tmiem tas-sena kalendarja meta nħoloq id-dritt.” |
|
(85) |
l-Artikolu 70 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 70 Tqassim tal-kostijiet 1. Il-parti telliefa fi proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità ta’ disinn irreġistrat tal-UE jew proċedimenti ta’ appell għandha ġġarrab id-drittijiet imħallsa mill-parti l-oħra għall-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità u għal appell. Il-parti telliefa għandha tħallas il-kostijiet kollha mġarrba mill-parti l-oħra li jkunu essenzjali għall-proċedimenti, inkluż kostijiet tal-ivvjaġġar u ta’ sussistenza u ta’ remunerazzjoni ta’ rappreżentant skont it-tifsira tal-Artikolu 78(1), fir-rati massimi stabbiliti għal kull kategorija ta’ kostijiet fl-att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 70a. 2. Meta kull parti tirbaħ uħud mis-suġġetti u titlef oħrajn, jew meta r-raġunijiet ta’ ekwità jiddettaw hekk, id-Diviżjoni tal-Invalidità jew il-Bord tal-Appell għandu jiddeċiedi dwar tqassim tal-kostijiet differenti minn dak stipulat fil-paragrafu 1. 3. Parti li ttemm il-proċedimenti billi tirtira l-applikazzjoni għal disinn tal-UE, l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità jew l-appell, billi ma ġġeddidx ir-reġistrazzjoni tad-disinn tal-UE, jew billi ċċedi d-disinn irreġistrat tal-UE, għandha tħallas id-drittijiet u l-kostijiet imġarrba mill-parti l-oħra kif stipulat fil-paragrafi 1 u 2. 4. Meta każ ma jwassalx għal sentenza, il-kostijiet għandhom ikunu fid-diskrezzjoni tad-Diviżjoni tal-Invalidità jew tal-Bord tal-Appell. 5. Meta l-partijiet jikkonkludu quddiem id-Diviżjoni tal-Invalidità jew il-Bord tal-Appell ftehim dwar il-kostijiet li jkun differenti minn dak previst fil-paragrafi 1 sa 4, il-korp ikkonċernat għandu jieħu nota ta’ dak il-ftehim. 6. Id-Diviżjoni tal-Invalidità jew il-Bord tal-Appell għandhom jiffissaw fuq inizjattiva tagħhom stess l-ammont tal-kostijiet li għandhom jitħallsu skont il-paragrafi 1 sa 5 ta’ dan l-Artikolu meta l-kostijiet li għandhom jitħallsu huma limitati għad-drittijiet imħallsa lill-Uffiċċju u l-kostijiet ta’ rappreżentazzjoni. Fil-każijiet l-oħrajn kollha, ir-reġistru tal-Bord tal-Appell jew tad-Diviżjoni tal-Invalidità għandu jiffissa, fuq talba, l-ammont tal-kostijiet li għandhom jitħallsu. It-talba għandha tkun ammissibbli biss għal perjodu ta’ xahrejn wara d-data li fiha issir finali d-deċiżjoni li għaliha tkun saret it-talba biex jiġu ffissati l-kostijiet u għandha tkun akkumpanjata minn kont u evidenza ta’ sostenn. Għall-kostijiet ta’ rappreżentazzjoni skont l-Artikolu 78(1), assigurazzjoni mir-rappreżentant li l-kostijiet iġġarrbu għandha tkun biżżejjed. Għal kostijiet oħrajn, għandu jkun biżżejjed jekk tiġi stabbilita l-plawżibbiltà tagħhom. Meta l-ammont tal-kostijiet ikun iffissat skont l-ewwel sentenza ta’ dan is-subparagrafu, il-kostijiet tar-rappreżentazzjoni għandhom jingħataw fil-livell stipulat fl-att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 70a u irrispettivament minn jekk fil-fatt iġġarrbux. 7. Id-deċiżjonijiet dwar l-iffissar tal-kostijiet adottati f’konformità mal-paragrafu 6 għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet li fuqhom huma bbażati u jistgħu jiġu rieżaminati mid-Diviżjoni tal-Invalidità jew mill-Bord tal-Appell wara talba ppreżentata fi żmien xahar mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni. Din ma għandhiex titqies li ġiet ippreżentata sakemm id-dritt għal rieżami tal-ammont tal-kostijiet ikun tħallas. Id-Diviżjoni tal-Invalidità jew il-Bord tal-Appell, kif ikun il-każ, għandhom jieħdu deċiżjoni fuq it-talba għal rieżami tad-deċiżjoni dwar l-iffissar tal-kostijiet mingħajr proċedimenti orali.” |
|
(86) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 70a Għoti ta’ setgħat ta’ implimentazzjoni rigward ir-rati massimi għall-kostijiet Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw ir-rati massimi għall-kostijiet essenzjali għall-proċedimenti u li verament iġġarrbu mill-parti li kellha suċċess kif imsemmi fl-Artikolu 70(1). Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 109(2). Meta tispeċifika r-rati massimi fir-rigward ta’ kostijiet tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza, il-Kummissjoni għandha tqis id-distanza bejn il-post ta’ residenza jew in-negozju tal-parti, tar-rappreżentant, tax-xhud jew espert u l-post fejn isiru l-proċedimenti orali, l-istadju proċedurali li fih jiġġarrbu il-kostijiet, u, sa fejn huma kkonċernati il-kostijiet ta’ rappreżentazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 78(1), il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-obbligu li jiġġarrbu l-kostijiet ma jkunx jista’ jintuża b’mod ħażin għal raġunijiet tattiċi mill-parti l-oħra. Barra minn hekk, l-ispejjeż tas-sussistenza għandhom jiġu kkalkolati f’konformità mar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni u l-Kondizzjonijiet ta’ Impjieg ta’ Aġenti Oħrajn tal-Unjoni, stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (*5). Il-parti telliefa għandha ġġarrab il-kostijiet għal parti waħda fil-proċedimenti biss u, meta applikabbli, rappreżentant wieħed biss. (*5) ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1968/259(1)/oj.”;" |
|
(87) |
fl-Artikolu 71, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. L-infurzar għandu jiġi rregolat bir-regoli ta’ proċedura ċivili fis-seħħ fl-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jitwettaq. Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità unika responsabbli għall-verifika tal-awtentiċità tad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 u għandu jikkomunika d-dettalji ta’ kuntatt tagħha lill-Uffiċċju, lill-Qorti tal-Ġustizzja u lill-Kummissjoni. L-ordni għall-infurzar għandha tiġi annessa mad-deċiżjoni minn dik l-awtorità, bil-verifika tal-awtentiċità tad-deċiżjoni bħala l-unika formalità.” |
|
(88) |
l-Artikolu 72 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 72 Reġistru tad-disinji tal-UE 1. L-Uffiċċju għandu jżomm Reġistru tad-disinji rreġistrati tal-UE li huwa għandu jżomm aġġornat. 2. Ir-Reġistru għandu jkun fih l-entrati li ġejjin relatati mar-reġistrazzjonijiet tad-disinn tal-UE:
3. Ir-Reġistru għandu jkun fih ukoll dawn l-entrati li ġejjin, kull waħda flimkien mad-data tar-reġistrazzjoni tagħha:
4. Id-Direttur Eżekuttiv jista’ jiddetermina li għandhom jiddaħħlu fir-Reġistru punti oħrajn minbarra dawk imsemmija fil-paragrafi 2 u 3. 5. Ir-Reġistru jista’ jinżamm f’forma elettronika. L-Uffiċċju għandu jiġbor, jorganizza, jagħmel pubbliku u jaħżen il-punti msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3, inkluż kwalunkwe data personali, għall-iskopijiet stipulati fil-paragrafu 8. L-Uffiċċju għandu jżomm ir-Reġistru faċilment aċċessibbli għall-ispezzjoni pubblika. 6. Id-detentur ta’ disinn irreġistrat tal-UE għandu jiġi nnotifikat bi kwalunkwe bidla fir-Reġistru. 7. L-Uffiċċju għandu, meta l-aċċess għar-Reġistru ma jkunx ristrett skont l-Artikolu 74(5), jipprovdi, b’mezzi elettroniċi, estratti ċċertifikati jew mhux iċċertifikati mir-Reġistru fuq talba. 8. L-ipproċessar tad-data li tirrigwarda l-entrati stipulati fil-paragrafi 2 u 3, inkluż kwalunkwe data personali, għandu jsir għall-iskopijiet ta’:
9. Id-data kollha, inkluż id-data personali, fir-rigward tal-entrati stipulati fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom jitqiesu bħala ta’ interess pubbliku u jistgħu jkunu aċċessibbli minn kwalunkwe parti terza ħlief sa fejn dak l-Artikolu 50(2) jipprevedi mod ieħor. L-entrati fir-Reġistru għandhom jinżammu għal perjodu indefinit.” |
|
(89) |
jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 72a Bażi tad-data 1. Minbarra l-obbligu li jżomm Reġistru kif stipulat fl-Artikolu 72, l-Uffiċċju għandu jiġbor u jaħżen f’bażi tad-data elettronika d-dettalji kollha pprovduti mid-detenturi jew kwalunkwe parti oħra fil-proċedimenti skont dan ir-Regolament jew atti adottati skont dan. 2. Il-bażi tad-data elettronika tista’ tinkludi data personali, minbarra dik inkluża fir-Reġistru skont l-Artikolu 72, sa fejn tali data tkun meħtieġa minn dan ir-Regolament jew minn atti adottati skont dan. Il-ġbir, il-ħżin u l-ipproċessar tad-data personali għandhom iservu għall-iskopijiet ta’:
3. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddetermina l-kundizzjonijiet tal-aċċess għall-bażi tad-data u l-mod kif il-kontenut, għajr id-data personali msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu iżda inkluż id-data elenkata fl-Artikolu 72, jista’ jsir disponibbli. 4. L-aċċess għad-data personali msemmija fil-paragrafu 2 għandu jkun ristrett u tali data ma għandhiex issir pubblikament disponibbli sakemm il-parti kkonċernata ma tkunx tat il-kunsens espliċitu tagħha. 5. Id-data kollha għandha tinżamm b’mod indefinit. Madankollu, il-parti kkonċernata tista’ titlob it-tneħħija ta’ kwalunkwe data personali mill-bażi tad-data wara 18-il xahar mill-iskadenza tad-disinn irreġistrat tal-UE jew l-għeluq tal-proċedura inter partes rilevanti. Il-parti kkonċernata għandu jkollha d-dritt li tikseb il-korrezzjoni ta’ data mhux preċiża jew żbaljata fi kwalunkwe ħin. Artikolu 72b Aċċess online għad-deċiżjonijiet 1. Id-deċiżjonijiet tal-Uffiċċju dwar id-disinji rreġistrati tal-UE għandhom isiru disponibbli online għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-pubbliku ġenerali. Kwalunkwe parti fil-proċedimenti li wasslu għall-adozzjoni tad-deċiżjoni tista’ titlob it-tneħħija ta’ kwalunkwe data personali inkluża fid-deċiżjoni. 2. L-Uffiċċju jista’ jipprovdi aċċess online għal sentenzi ta’ qrati nazzjonali u tal-Unjoni relatati mal-kompiti tiegħu sabiex iżid l-għarfien pubbliku dwar kwistjonijiet ta’ proprjetà intellettwali u jippromwovi l-konverġenza tal-prattiki. L-Uffiċċju għandu jirrispetta l-kundizzjonijiet tal-pubblikazzjoni inizjali fir-rigward tad-data personali.” |
|
(90) |
l-Artikolu 73 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 73 Pubblikazzjonijiet perjodiċi 1. L-Uffiċċju għandu jippubblika perjodikament:
Il-pubblikazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (b), jistgħu jsiru b’mezzi elettroniċi. 2. Il-Bulettin tad-Disinji tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi ppubblikat b’mod u bi frekwenza li għandhom jiġu ddeterminati mid-Direttur Eżekuttiv. 3. Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Uffiċċju għandu jiġi ppubblikat bil-lingwi tal-Uffiċċju. Madankollu, id-Direttur Eżekuttiv jista’ jiddetermina li ċerti oġġetti għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Uffiċċju bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni.” |
|
(91) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 73a Għoti ta’ setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward ta’ pubblikazzjonijiet perjodiċi Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw:
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 109(2).” |
|
(92) |
l-Artikolu 74 huwa emendat kif ġej:
|
|
(93) |
jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 74a Proċeduri għall-ispezzjoni tal-fajls 1. L-ispezzjoni tal-fajls ta’ disinji rreġistrati tal-UE mitluba skont l-Artikolu 74(3) għandha tkun tal-mezzi tekniċi ta’ ħżin tal-fajls. Tali spezzjoni għandha ssir online. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddetermina l-mezzi ta’ spezzjoni. 2. Meta t-talba għall-ispezzjoni tal-fajls tkun relatata ma’ applikazzjoni għal disinn irreġistrat tal-UE jew ma’ disinn irreġistrat tal-UE li jkunu soġġetti għal differiment ta’ pubblikazzjoni skont l-Artikolu 50 jew li, minħabba li jkunu soġġetti għal tali differiment, ikunu ġew ċeduti qabel jew fid-data tal-iskadenza ta’ dak il-perjodu, it-talba għandu jkun fiha evidenza li:
3. Fuq talba, l-ispezzjoni tal-fajls għandha ssir bl-użu ta’ kopji elettroniċi ta’ dokumenti fil-fajl. L-Uffiċċju għandu joħroġ ukoll, fuq talba, kopji ċċertifikati jew mhux iċċertifikati tal-applikazzjoni għal disinn irreġistrat tal-UE permezz ta’ mezzi elettroniċi. Artikolu 74b Komunikazzjoni ta’ informazzjoni li tkun tinsab fil-fajls Soġġett għar-restrizzjonijiet previsti fl-Artikolu 74, l-Uffiċċju jista’, fuq talba, jikkomunika informazzjoni minn kwalunkwe fajl ta’ kwalunkwe proċedura relatata ma’ applikazzjoni għal disinn tal-UE jew ma’ disinn irreġistrat tal-UE. Artikolu 74c Żamma ta’ fajls 1. L-Uffiċċju għandu jżomm il-fajls ta’ kwalunkwe proċedura relatata mal-applikazzjonijiet għal disinn tal-UE u mad-disinji rreġistrati tal-UE. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddetermina f’liema forma għandhom jinżammu dawk il-fajls. 2. Meta l-fajls jinżammu f’format elettroniku, il-fajls elettroniċi, jew il-kopji back-up tagħhom, għandhom jinżammu b’mod indefinittiv. Id-dokumenti oriġinali ppreżentati minn partijiet fil-proċedimenti, u li jiffurmaw il-bażi ta’ dawn il-fajls elettroniċi, għandhom jintremew wara perjodu minn meta jaslu fl-Uffiċċju, li għandu jiġi stabbilit mid-Direttur Eżekuttiv. 3. Meta, u sa fejn, il-fajls jew partijiet mill-fajls jinżammu fi kwalunkwe forma għajr b’mod elettroniku, id-dokumenti jew l-elementi ta’ evidenza li jikkostitwixxu parti minn tali fajls għandhom jinżammu għal tal-inqas ħames snin mill-aħħar tas-sena li fiha:
|
|
(94) |
l-Artikolu 75 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 75 Kooperazzjoni amministrattiva 1. Sakemm dan ir-Regolament jew il-liġijiet nazzjonali ma jistabbilux mod ieħor, l-Uffiċċju u l-qrati jew l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom fuq talba jassistu lil xulxin billi jikkomunikaw informazzjoni jew billi jiftħu l-fajls għall-ispezzjoni. Meta l-Uffiċċju jiftaħ il-fajls għall-ispezzjoni mill-qrati, l-uffiċċji tal-prosekuturi pubbliċi jew l-uffiċċji ċentrali tal-proprjetà industrijali, l-ispezzjoni ma għandhiex tkun soġġetta għar-restrizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 74. 2. L-Uffiċċju ma għandux jitlob drittijiet għall-komunikazzjoni ta’ informazzjoni jew il-ftuħ ta’ fajls għall-ispezzjoni.” |
|
(95) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 75a Għoti ta’ setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-kooperazzjoni amministrattiva Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-arranġamenti dettaljati għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Uffiċċju u l-awtoritajiet tal-Istati Membri u għall-ftuħ ta’ fajls għall-ispezzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 75, filwaqt li jitqiesu r-restrizzjonijiet li għalihom hija soġġetta l-ispezzjoni ta’ fajls relatati ma’ applikazzjonijiet jew reġistrazzjonijiet ta’ disinji tal-UE, skont l-Artikolu 74, meta dawn jinfetħu għal partijiet terzi. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 109(2).” |
|
(96) |
l-Artikolu 76 jitħassar; |
|
(97) |
l-Artikolu 77 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 77 Prinċipji ġenerali tar-rappreżentazzjoni 1. Soġġett għall-paragrafu 2, l-ebda persuna ma għandha tkun imġiegħla li tiġi rrappreżentata quddiem l-Uffiċċju. 2. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu, ta’ dan l-Artikolu, il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li la għandhom id-domiċilju tagħhom u lanqas il-post prinċipali tagħhom ta’ negozju, jew stabbiliment industrijali jew kummerċjali reali u effettiv, fiż-ŻEE, għandhom jiġu rappreżentati quddiem l-Uffiċċju f’konformità mal-Artikolu 78(1) fil-proċedimenti kollha previsti minn dan ir-Regolament, ħlief għall-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal disinn irreġistrat tal-UE. 3. Il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jkollhom il-post tad-domiċilju tagħhom jew il-post prinċipali tagħhom ta’ negozju jew stabbiliment industrijali jew kummerċjali reali u effettiv fiż-ŻEE jistgħu jiġu rrappreżentati quddiem l-Uffiċċju minn impjegat. Impjegat ta’ persuna ġuridika li għaliha japplika dan il-paragrafu jista’ wkoll jirrappreżenta persuni ġuridiċi oħrajn li għandhom konnessjonijiet ekonomiċi mal-ewwel persuna ġuridika, anke jekk dawk il-persuni ġuridiċi oħrajn ma jkollhom la domiċilju, la post prinċipali ta’ negozju, u lanqas stabbiliment reali u effettiv industrijali jew kummerċjali fiż-ŻEE. L-impjegati li jirrappreżentaw persuni, skont it-tifsira ta’ dan il-paragrafu, għandhom, fuq talba tal-Uffiċċju, jew, meta jkun xieraq, fuq talba tal-parti fil-proċedimenti, jipprovdu lill-Uffiċċju b’awtorizzazzjoni ffirmata biex tiddaħħal fil-fajls. 4. Meta jkun hemm aktar minn applikant wieħed jew aktar minn parti terza waħda jaġixxu flimkien, għandu jinħatar rappreżentant komuni.” |
|
(98) |
l-Artikolu 78 huwa emendat kif ġej:
|
|
(99) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 78a Delega tas-setgħa rigward ir-rappreżentanza professjonali Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 109a biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika:
|
|
(100) |
l-Artikolu 79 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 79 Applikazzjoni ta’ regoli tal-Unjoni dwar ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali 1. Sakemm dan ir-regolament ma jispeċifikax mod ieħor, ir-regoli tal-Unjoni dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali għandhom japplikaw għall-proċedimenti li jirrigwardaw id-disinji tal-UE u l-applikazzjonijiet għal disinji rreġistrati tal-UE, kif ukoll għal proċedimenti li jirrigwardaw il-kawżi simultanji u suċċessivi abbażi ta’ disinji tal-UE u disinji nazzjonali. 2. F’każ ta’ proċedimenti li jirrigwardaw il-kawżi u t-talbiet imsemmija fl-Artikolu 81 ta’ dan ir-Regolament:
3. Referenzi f’dan ir-Regolament għar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 għandhom jinkludu, meta xieraq, il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali li sar fid-19 ta’ Ottubru 2005. (*6) Ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU L 351, 20.12.2012, p. 1).”;" |
|
(101) |
fl-Artikolu 80, il-paragrafu 5 jitħassar; |
|
(102) |
l-Artikolu 82 huwa emendat kif ġej:
|
|
(103) |
fl-Artikolu 84, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin: “5. Il-qorti tad-disinji tal-UE li permezz tagħha tkun ġiet ippreżentata kontrotalba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità ta’ disinn irreġistrat tal-UE ma għandhiex tipproċedi b’eżami tal-kontrotalba, sakemm jew il-parti interessata jew il-qorti tkun infurmat lill-Uffiċċju bid-data ta’ meta tkun ġiet ippreżentata l-kontrotalba. L-Uffiċċju għandu jirreġistra dik l-informazzjoni fir-Reġistru f’konformità mal-Artikolu 72(3), il-punt (q). Jekk applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tad-disinn irreġistrat tal-UE tkun diġà ġiet ippreżentata quddiem l-Uffiċċju qabel ma tkun ġiet ippreżentata l-kontrotalba, il-qorti għandha tkun infurmata b’dan mill-Uffiċċju u twaqqaf il-proċedimenti f’konformità mal-Artikolu 91(1) sakemm id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tkun finali, jew tiġi rtirata l-applikazzjoni. 6. Hija u tisma’ kontrotalba għal dikjarazzjoni tal-invalidità ta’ disinn irreġistrat tal-UE, il-qorti tad-disinji tal-UE tista’, fuq l-applikazzjoni mid-detentur tad-dritt tad-disinn irreġistrat tal-UE u wara li tkun semgħet lill-partijiet l-oħrajn, twaqqaf il-proċedimenti u titlob lill-konvenut jissottometti applikazzjoni għal dikjarazzjoni tal-invalidità lill-Uffiċċju fit-terminu ta’ żmien li l-qorti għandha tistabbilixxi. Jekk l-applikazzjoni ma tiġix preżentata fit-terminu ta’ żmien, il-proċedimenti għandhom jitkomplew u l-kontrotalba għandha titqies li ġiet irtirata. Għandu japplika l-Artikolu 91(3).” |
|
(104) |
l-Artikolu 86 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 86 Sentenzi ta’ invalidità 1. Meta fi proċedimenti quddiem qorti tad-disinji, tal-UE d-disinn tal-UE jkun ġie kkontestat permezz ta’ kontrotalba għal dikjarazzjoni tal-invalidità:
2. Qorti tad-disinji tal-UE għandha tirrifjuta kontrotalba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità ta’ disinn irreġistrat tal-UE jekk deċiżjoni meħuda mill-Uffiċċju li tkun relatata mal-istess suġġett u l-istess kawża u li tkun tinvolvi lill-istess partijiet tkun diġà saret finali. 3. Meta qorti tad-disinji tal-UE tkun tat sentenza li tkun saret finali dwar kontrotalba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità ta’ disinn irreġistrat tal-UE, kopja tas-sentenza għandha tintbagħat lill-Uffiċċju mingħajr dewmien, jew mill-qorti jew minn kwalunkwe parti fil-proċedimenti nazzjonali. L-Uffiċċju jew kwalunkwe parti interessata oħra tista’ titlob informazzjoni dwar tali sentenza. L-Uffiċċju għandu jdaħħal is-sentenza fir-Reġistru f’konformità mal-Artikolu 72(3), il-punt (r).” |
|
(105) |
fl-Artikolu 88, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Fil-materji kollha tad-disinn mhux koperti minn dan ir-Regolament, qorti tad-disinn tal-UE għandha tapplika l-liġi nazzjonali applikabbli.” |
|
(106) |
l-Artikolu 89 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 89 Sanzjonijiet fil-kawżi dwar il-ksur tal-liġi 1. Meta qorti tad-disinji tal-UE ssib li l-konvenut għamel ksur jew hedded li jagħmel ksur ta’ disinn tal-UE, hija għandha, sakemm ma jkollhiex raġunijiet speċjali biex tagħmel mod ieħor, toħroġ ordni sabiex twaqqaf lill-konvenut milli jissokta bl-atti li jkunu marru kontra jew li jmorru kontra d-disinn tal-UE. Għandha tieħu wkoll tali miżuri f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħha peress li huma mmirati biex jiżguraw li dik il-projbizzjoni tiġi mħarsa. 2. Il-qorti tad-disinji tal-UE tista’ wkoll tapplika miżuri jew ordnijiet disponibbli skont il-liġi applikabbli li jkun jidhrilha xierqa fiċ-ċirkostanzi tal-każ.” |
|
(107) |
fl-Artikolu 90, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “3. Qorti tad-disinji tal-UE li għandha ġuriżdizzjoni bbażata fuq l-Artikolu 82(1), (2), (3) jew (4) ta’ dan ir-Regolament għandu jkollha ġuriżdizzjoni biex tagħti miżuri proviżorji, inkluż miżuri protettivi li, soġġett għal kwalunkwe proċedura meħtieġa għar-rikonoxximent u l-infurzar skont il-Kapitolu III tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012, ikunu applikabbli fit-territorju ta’ kwalunkwe Stat Membru. Ebda qorti oħra ma għandu jkollha tali ġuriżdizzjoni.” |
|
(108) |
l-Artikolu 93 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 93 Dispożizzjonijiet supplimentari dwar il-ġuriżdizzjoni ta’ qrati nazzjonali oħrajn għajr il-qrati tad-disinji tal-UE 1. Fl-Istat Membru li l-qrati tiegħu għandhom ġuriżdizzjoni skont l-Artikolu 79(1), il-qrati li jkollhom ġuriżdizzjoni ratione loci u ratione materiae fil-każ ta’ kawżi relatati ma’ dritt ta’ disinn nazzjonali f’dak l-Istat Membru għandu jkollhom ġuriżdizzjoni għal kawżi relatati ma’ disinji tal-UE għajr il-kawżi msemmijin fl-Artikolu 81. 2. Il-kawżi li jkollhom x’jaqsmu ma’ disinn tal-UE, għajr dawk imsemmijin fl-Artikolu 81, li fuqhom l-ebda qorti ma jkollha l-ġuriżdizzjoni skont l-Artikolu 79(1) u l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jinstemgħu quddiem il-qrati tal-Istat Membru li fih l-Uffiċċju għandu s-sede tiegħu.” |
|
(109) |
fl-Artikolu 96, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Disinn protett bħala disinn tal-UE għandu jkun eliġibbli wkoll għall-protezzjoni bid-drittijiet tal-awtur mid-data li fiha nħoloq jew ġie stabbilit id-disinn fi kwalunkwe forma, dment li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-liġi dwar id-drittijiet tal-awtur.” |
|
(110) |
l-Artikolu 97 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 97 Applikabbiltà tar-Regolament (UE) 2017/1001 Sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dan it-Titolu, l-Artikoli 142 sa 146, l-Artikoli 148 sa 158, l-Artikolu 162, u l-Artikoli 165 sa 177 tar-Regolament (UE) 2017/1001 għandhom japplikaw għall-Uffiċċju fir-rigward tal-kompiti tiegħu skont dan ir-Regolament.” |
|
(111) |
l-Artikolu 98 huwa emendat kif ġej:
|
|
(112) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 98a Għoti ta’ setgħat ta’ implimentazzjoni rigward il-ħtieġa u l-istandards tat-traduzzjoni Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw:
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 109(2).” |
|
(113) |
l-Artikolu 99 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 99 Pubblikazzjoni u entrati fir-Reġistru 1. L-informazzjoni kollha li l-pubblikazzjoni tagħha hija preskritta minn dan ir-Regolament jew minn att adottat skont dan ir-Regolament għandha tiġi ppubblikata bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni. 2. L-entrati kollha fir-Reġistru għandhom isiru bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni. 3. Fil-każijiet ta’ dubju, it-test awtentiku għandu jkun dak bil-lingwa tal-Uffiċċju li biha tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għal disinn irreġistrat tal-UE. Jekk l-applikazzjoni tkun ġiet ippreżentata b’lingwa uffiċjali tal-Unjoni li ma hijiex waħda mil-lingwi tal-Uffiċċju, it-test bit-tieni lingwa indikata mill-applikant għandu jitqies bħala awtentiku.” |
|
(114) |
l-Artikolu 100 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 100 Setgħat supplimentari tad-Direttur Eżekuttiv Minbarra s-setgħat mogħtija lid-Direttur Eżekuttiv mill-Artikolu 157(4), il-punt (o), tar-Regolament (UE) 2017/1001, id-Direttur Eżekuttiv għandu jeżerċita s-setgħat mogħtija skont l-Artikolu 36(5), l-Artikolu 37(1), l-Artikolu 41(5), l-Artikolu 42(2), l-Artikolu 62(2), l-Artikolu 65(5), l-Artikoli 66, 66c u 66e, l-Artikolu 72(4), l-Artikolu 72a(3), l-Artikolu 73, l-Artikolu 74a(1), l-Artikoli 74c u 78, l-Artikolu 98(7), l-Artikolu -106aa, l-Artikolu -106ab(1) u l-Artikoli -106ac u -106ad ta’ dan ir-Regolament f’konformità mal-kriterji stabbiliti f’dan ir-Regolament u fl-atti adottati skont dan ir-Regolament.” |
|
(115) |
l-Artikolu 101 jitħassar; |
|
(116) |
l-Artikoli 102, 103 u 104 huma sostitwiti b’dan li ġej: “Artikolu 102 Kompetenza Sabiex jieħdu d-deċiżjonijiet rigward il-proċeduri stabbiliti f’dan ir-Regolament għandhom ikunu kompetenti dawn li ġejjin:
Artikolu 103 Eżaminaturi L-eżaminaturi għandhom ikunu responsabbli mit-teħid tad-deċiżjonijiet f’isem l-Uffiċċju b’rabta ma’ applikazzjoni għal disinn irreġistrat tal-UE. Artikolu 104 Id-Dipartiment inkarigat bir-Reġistru 1. Minbarra s-setgħat mogħtija lilu mir-Regolament (UE) 2017/1001, id-Dipartiment inkarigat mir-Reġistru għandu jkun responsabbli mit-teħid ta’ deċiżjonijiet fir-rigward tal-entrati fir-Reġistru skont dan ir-Regolament u deċiżjonijiet oħrajn meħtieġa minn dan ir-Regolament li ma jaqgħux taħt il-kompetenza tal-eżaminaturi jew tad-Diviżjoni tal-Invalidità. 2. Id-Dipartiment inkarigat mir-Reġistru għandu jkun responsabbli wkoll miż-żamma tal-lista ta’ rappreżentanti professjonali fil-materji tad-disinn.” |
|
(117) |
fl-Artikolu 105, jiżdied il-paragrafu li ġej: “3. Id-deċiżjonijiet relatati mal-kostijiet jew mal-proċeduri għandhom jittieħdu minn membru uniku tad-Diviżjoni tal-Invalidità.” |
|
(118) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 105a Għoti ta’ setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward ta’ deċiżjonijiet meħuda minn membru uniku Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw it-tipi eżatti ta’ deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu minn membru uniku kif imsemmi fl-Artikolu 105(3). Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 109(2).” |
|
(119) |
l-Artikolu 106 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 106 Bordijiet tal-Appell Minbarra s-setgħat mogħtija lilu mill-Artikolu 165 tar-Regolament (UE) 2017/1001, il-Bord tal-Appell għandu jkun responsabbli biex jiddeċiedi dwar l-appelli kontra deċiżjonijiet tal-istanzi tal-Uffiċċju msemmija fl-Artikolu 102, il-punti (a), (b) u (c), ta’ dan ir-Regolament b’rabta mal-proċeduri stabbiliti f’dan ir-Regolament.” |
|
(120) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu -106a Delega tas-setgħa fir-rigward tal-Bord tal-Appell Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 109a ta’ dan ir-Regolament biex tissupplimentah billi tispeċifika d-dettalji dwar l-organizzazzjoni tal-Bordijiet tal-Appell fi proċedimenti relatati ma’ disinji skont dan ir-Regolament meta tali proċedimenti jkunu jirrikjedu li l-Bordijiet tal-Appell jiġu organizzati b’mod differenti minn dak stabbilit fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 168 tar-Regolament (UE) 2017/1001.” |
|
(121) |
it-Taqsima li ġejja tiżdied fit-Titolu XI:
Artikolu -106aa Drittijiet u imposti u data skedata 1. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jistabbilixxi l-ammont li għandu jintalab għal kwalunkwe servizz mogħti mill-Uffiċċju minbarra dawk stabbiliti fl-Anness, kif ukoll l-ammont li għandu jintalab għall-pubblikazzjonijiet maħruġa mill-Uffiċċju. L-ammonti tal-imposti għandhom ikunu stabbiliti f’euro u għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Uffiċċju. L-ammont ta’ kull imposta ma għandux jaqbeż dak li huwa meħtieġ biex jiġu koperti l-kostijiet tas-servizz speċifiku mogħti mill-Uffiċċju. 2. Id-drittijiet u l-imposti li fir-rigward tagħhom ma hijiex speċifikata d-data skedata f’dan ir-Regolament għandhom ikunu dovuti fid-data li tasal it-talba għas-servizz li għalih id-dritt jew l-imposta tkun iġġarbet. Bil-kunsens tal-Kumitat tal-Baġit, id-Direttur Eżekuttiv jista’ jiddetermina liema mis-servizzi msemmija fl-ewwel subparagrafu ma għandhomx ikunu bbażati fuq il-ħlas bil-quddiem tad-drittijiet jew tal-imposti korrispondenti. Artikolu -106ab Ħlas ta’ drittijiet u imposti 1. Id-drittijiet u l-imposti dovuti lill-Uffiċċju għandhom jitħallsu bil-metodi ta’ ħlas iddeterminati mid-Direttur Eżekuttiv bil-kunsens tal-Kumitat tal-Baġit. Il-metodi ta’ ħlas stabbiliti skont l-ewwel subparagrafu għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Uffiċċju. Il-ħlasijiet kollha għandhom isiru bl-euro. 2. Il-ħlasijiet permezz ta’ mezzi ta’ ħlas għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitqiesu li ma jkunux saru u l-ammont li jkun tħallas għandu jiġi rimborżat. 3. Il-ħlasijiet għandu jkun fihom l-informazzjoni meħtieġa biex l-Uffiċċju jkun jista’ jistabbilixxi immedjatament l-iskop tal-ħlas. 4. Jekk l-għan tal-ħlas imsemmi fil-paragrafu 2 ma jkunx jista’ jiġi stabbilit immedjatament, l-Uffiċċju għandu jitlob lill-persuna li tkun qiegħda tagħmel il-ħlas sabiex tinfurmah bil-miktub b’dan il-għan, f’perjodu partikolari. Jekk il-persuna ma tikkonformax mat-talba f’dak il-perjodu, il-ħlas għandu jitqies li ma jkunx sar u l-ammont li jkun tħallas għandu jitħallas lura. Artikolu -106ac Data meqjusa tal-ħlas Id-Direttur Eżekuttiv għandu jistabbilixxi d-data li fiha għandhom jitqiesu li saru l-ħlasijiet. Artikolu -106ad Ħlasijiet insuffiċjenti u rimborż ta’ ħlasijiet żejda 1. Terminu ta’ żmien għall-ħlas għandu jitqies li ġie osservat biss jekk l-ammont kollu tad-dritt jew tal-imposta jkun tħallas fiż-żmien dovut. Jekk id-dritt jew l-imposta ma jitħallsux kollha, l-ammont li jkun tħallas għandu jiġi rimborżat wara li l-perjodu għall-ħlas ikun għalaq. 2. L-Uffiċċju għandu, madankollu, sa fejn ikun possibbli fiż-żmien li jifdal qabel tmiem il-perjodu għall-ħlas, jagħti lill-persuna li tkun qed tagħmel il-ħlas l-opportunità li tħallas l-ammont nieqes. 3. Bil-kunsens tal-Kumitat tal-Baġit, id-Direttur Eżekuttiv jista’ jirrinunzja l-azzjoni għall-irkupru infurzat ta’ kwalunkwe somma dovuta meta s-somma li għandha tiġi rkuprata hija minima jew meta tali rkupru jkun inċert iżżejjed. 4. Meta titħallas somma eċċessiva biex tkopri dritt jew imposta, l-ammont żejjed għandu jiġi rimborżat.” |
|
(122) |
fl-Artikolu 106d, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “3. L-Uffiċċju għandu jipprovdi informazzjoni dwar ir-reġistrazzjonijiet internazzjonali msemmija fil-paragrafu 2 fil-forma ta’ ħolqa elettronika għall-bażi tad-data li jistgħu jsiru tfittxijiet fiha ta’ reġistrazzjonijiet internazzjonali ta’ disinji miżmuma mill-Bureau Internazzjonali.” |
|
(123) |
l-Artikolu 106e huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 106e Eżami tar-raġunijiet għar-rifjut 1. Meta l-Uffiċċju jsib, matul it-twettiq ta’ eżami ta’ reġistrazzjoni internazzjonali, li d-disinn li għalih qed tintalab il-protezzjoni ma jikkorrispondix mad-definizzjoni fl-Artikolu 3, il-punt (1), ta’ dan ir-Regolament, jew li d-disinn imur kontra l-ordni pubbliku jew il-prinċipji aċċettati tal-moralità, jew li d-disinn jikkostitwixxi użu ħażin ta’ kwalunkwe element elenkat fl-Artikolu 6ter tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi, jew tal-badges, l-emblemi u l-istemmi għajr dawk koperti mill-Artikolu 6ter imsemmi u li huma ta’ interess pubbliku partikulari fi Stat Membru, huwa għandu jibgħat lill-Bureau Internazzjonali notifika ta’ rifjut mhux aktar tard minn sitt xhur mid-data tal-pubblikazzjoni tar-reġistrazzjoni internazzjonali, filwaqt li jispeċifika r-raġunijiet għar-rifjut skont l-Artikolu 12(2) tal-Att ta’ Ġinevra. 2. Meta d-detentur tar-reġistrazzjoni internazzjonali jkun obbligat li jiġi rrappreżentat quddiem l-Uffiċċju skont l-Artikolu 77(2), in-notifika msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jkollha referenza għall-obbligu tad-detentur biex jaħtar rappreżentant kif imsemmi fl-Artikolu 78(1). 3. L-Uffiċċju għandu jispeċifika terminu ta’ żmien li bih id-detentur tar-reġistrazzjoni internazzjonali jista’ jirrinunzja għar-reġistrazzjoni internazzjonali fir-rigward tal-Unjoni, jillimita r-reġistrazzjoni internazzjonali fir-rigward tal-Unjoni għal disinn industrijali wieħed jew uħud minnhom jew jissottometti osservazzjonijiet, u, meta xieraq, għandu jaħtar rappreżentant. Il-perjodu għandu jibda fil-ġurnata li fiha l-Uffiċċju joħroġ in-notifika tar-rifjut. 4. Jekk id-detentur jonqos milli jaħtar rappreżentant fil-perjodu imsemmi fil-paragrafu 3, l-Uffiċċju għandu jirrifjuta l-effetti tar-reġistrazzjoni internazzjonali. 5. Meta d-detentur iressaq osservazzjonijiet li jissodisfaw l-Uffiċċju fil-perjodu speċifikat, l-Uffiċċju għandu jirtira r-rifjut u jinnotifika l-Bureau Internazzjonali f’konformità mal-Artikolu 12(4) tal-Att ta’ Ġinevra. Meta, skont l-Artikolu 12(2) tal-Att ta’ Ġinevra, id-detentur ma jressaqx osservazzjonijiet li jissodisfaw l-Uffiċċju fil-perjodu speċifikat, l-Uffiċċju għandu jikkonferma d-deċiżjoni li tirrifjuta l-protezzjoni għar-reġistrazzjoni internazzjonali. Dik id-deċiżjoni għandha tkun soġġetta għal appell f’konformità mal-Artikoli 66 sa 72 tar-Regolament (UE) 2017/1001 flimkien mal-Artikolu 55(2) ta’ dan ir-Regolament. 6. Meta d-detentur jirrinunzja r-reġistrazzjoni internazzjonali, jew jillimita r-reġistrazzjoni internazzjonali għal wieħed jew xi wħud mid-disinji industrijali fir-rigward tal-Unjoni, id-detentur għandu jinforma l-Bureau Internazzjonali permezz ta’ proċedura ta’ reġistrar f’konformità mal-Artikolu 16(1), il-punti (iv) u (v) tal-Att ta’ Ġinevra.” |
|
(124) |
l-Artikolu li ġej jiżdied fit-Titolu XIa: “Artikolu 106g Tiġdid Ir-reġistrazzjoni internazzjonali għandha tiġġedded direttament fil-Bureau Internazzjonali f’konformità mal-Artikolu 17 tal-Att ta’ Ġinevra.” |
|
(125) |
jitħassru l-Artikoli 107 u 108; |
|
(126) |
l-Artikolu 109 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 109 Proċedura ta’ Kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat dwar ir-Regoli ta’ Implimentazzjoni stabbilit bir-Regolament (UE) 2017/1001. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. 2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.” |
|
(127) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 109a Eżerċizzju tad-delega 1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu. 2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikoli 47b, 53a, 55a, 64a, 65a, 66a, 66d, 66f, 66i, 67c, 78a u -106a għandha tiġi mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat mit-8 ta’ Diċembru 2024. 3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 47b, 53a, 55a, 64a, 65a, 66a, 66d, 66f, 66i, 67c, 78a u -106a tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ. 4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha twettaq konsultazzjonijiet ma’ esperti, li jinkludu esperti innominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. 5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 6. Att delegat adottat skont l-Artikoli 47b, 53a, 55a, 64a, 65a, 66a, 66d, 66f, 66i, 67c, 78a jew -106a għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li ma humiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.” |
|
(128) |
l-Artikolu 110 jitħassar; |
|
(129) |
fl-Artikolu 110a, il-paragrafu 5, titħassar it-tieni sentenza; |
|
(130) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 110b Evalwazzjoni 1. Sal-1 ta’ Jannar 2030, u kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. 2. Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport ta’ evalwazzjoni flimkien mal-konklużjonijiet tagħha abbażi ta’ dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Bord tat-Tmexxija. Is-sejbiet tal-evalwazzjoni għandhom isiru disponibbli għall-pubbliku.” |
|
(131) |
fl-Artikolu 111, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. L-applikazzjonijiet għal disinji rreġistrati tal-UE jistgħu jiġu ppreżentati għand l-Uffiċċju mill-1 ta’ April 2003.” |
|
(132) |
jiżdied l-Anness kif stabbilit fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Ir-Regolament (KE) Nru 2246/2002 jitħassar b’effett mill-1 ta’ Mejju 2025.
Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jitqiesu bħala referenzi għar-Regolament (KE) Nru 6/2002 u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni li tinsab fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Mejju 2025.
Madankollu, l-Artikolu 1, il-punti (21), (22), (24), (26), (27), (28), (29), (30), (32)(b), (34)(b), (37), (40), (42), (45), (46), (49), (52), (54), (56), (58), (61), (63), (65), (66), (70), (72), (74), (76), (78), (80)(b), (81), (85), (88) sa fejn jirrigwarda l-Artikolu 72(3), il-punti (a), (e), (f) u (m), (90), (98)(b), (111), (113) u (123) għandhom japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2026.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, it-23 ta’ Ottubru 2024.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
R. METSOLA
Għall-Kunsill
Il-President
ZSIGMOND B. P.
(1) ĠU C 184, 25.5.2023, p. 39.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Marzu 2024 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Ottubru 2024.
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 tat-12 ta’ Diċembru 2001 dwar id-disinji Komunitarji (ĠU L 3, 5.1.2002, p. 1).
(4) Id-Direttiva 98/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 1998 dwar il-protezzjoni legali ta’ disinji (ĠU L 289, 28.10.1998, p. 28).
(5) ĠU C 205, 20.5.2022, p. 26.
(6) Ir-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 154, 16.6.2017, p. 1).
(7) Ir-Regolament (UE) Nru 608/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar l-infurzar doganali tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003 (ĠU L 181, 29.6.2013, p. 15).
(8) Id-Direttiva (UE) 2024/2823 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2024 dwar il-protezzjoni legali tad-disinji (ĠU L, 2024/2823, 18.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/2823/oj).
(9) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017, Acacia Srl vs Pneusgarda Srl u Audi AG u Acacia Srl u Rolando D’Amato vs Dr. Ing. h.c.F. Porsche AG, Kawżi magħquda C-397/16 u C-435/16, ECLI:EU:C:2017:992.
(10) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(11) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(12) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2246/2002 tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar id-drittijiet pagabbli lill-Ufficju għall-Armonizazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) fir-rigward tar-reġistrazzjoni ta’ disinni Komunitarji (ĠU L 341, 17.12.2002, p. 54).
(13) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2245/2002 tal-21 ta’ Ottubru 2002 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 dwar disinnji Komunitarji (ĠU L 341, 17.12.2002, p. 28).
(14) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
ANNESS I
“ANNESS
Ammonti tad-drittijiet kif imsemmija fl-Artikolu -106aa(1)
Id-drittijiet li għandhom jitħallsu lill-Uffiċċju skont dan ir-Regolament għandhom ikunu kif ġej (f’EUR):
|
1. |
Id-dritt għall-applikazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 36(4):
|
|
2. |
Dritt individwali għal deżinjazzjoni għal reġistrazzjoni internazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 106c:
|
|
3. |
Dritt għad-differiment tal-pubblikazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 36(4):
|
|
4. |
Dritt addizzjonali għall-applikazzjoni fir-rigward ta’ kull disinn addizzjonali inkluż f’applikazzjoni multipla kif imsemmi fl-Artikolu 37(2):
|
|
5. |
Dritt addizzjonali għad-differiment tal-pubblikazzjoni fir-rigward ta’ kull disinn addizzjonali inkluż f’applikazzjoni multipla li hija soġġetta għad-differiment tal-pubblikazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 37(2):
|
|
6. |
Id-dritt ta’ tiġdid kif imsemmi fl-Artikolu 50d(1), (3) u (9):
|
|
7. |
Dritt individwali ta’ tiġdid għal reġistrazzjoni internazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 106c:
|
|
8. |
Dritt għal ħlas tard tad-dritt ta’ tiġdid kif imsemmi fl-Artikolu 50d(3):
|
|
9. |
Dritt għall-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità kif imsemmi fl-Artikolu 52(2):
|
|
10. |
Dritt għat-tkomplija tal-proċedimenti imsemmi fl-Artikolu 67a(1):
|
|
11. |
Dritt għar-restitutio in integrum kif imsemmi fl-Artikolu 67(3):
|
|
12. |
Dritt għar-reġistrazzjoni ta’ liċenzja jew ta’ dritt ieħor fir-rigward ta’ disinn irreġistrat tal-UE msemmi fl-Artikolu 32a(1) u (2) (imsemmi fl-Artikolu 24(1) tar-Regolament (KE) Nru 2245/2002 qabel l-1 ta’ Lulju 2026 jew għar-reġistrazzjoni ta’ liċenzja jew ta’ dritt ieħor fir-rigward ta’ applikazzjoni għal disinn tal-UE msemmi fl-Artikolu 32a(1) u (2) u fl-Artikolu 34 (imsemmi fl-Artikolu 24(1) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 2245/2002 qabel l-1 ta’ Lulju 2026):
sa massimu ta’ EUR 1 000 meta jiġu ppreżentati talbiet multipli fl-istess applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ liċenzja jew ta’ dritt ieħor jew fl-istess ħin. |
|
13. |
Dritt għat-tibdil ta’ disinn irreġistrat tal-UE msemmi fl-Artikolu 50e(3):
|
|
14. |
Dritt għar-rieżami tad-determinazzjoni tal-kostijiet proċedurali li għandhom jiġu rimborżati msemmija fl-Artikolu 70(7) (imsemmi fl-Artikolu 79(4) tar-Regolament (KE) Nru 2245/2002 qabel l-1 ta’ Lulju 2026):
|
|
15. |
Tariffa tal-appell imsemmija fl-Artikolu 68(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001, li tapplika wkoll għall-appelli skont dan ir-Regolament skont l-Artikolu 55(2) (imsemmi fl-Artikolu 57 ta’ dan ir-Regolament qabel l-1 ta’ Lulju 2026):
|
ANNESS II
Tabella ta’ korrelazzjoni
|
Ir-Regolament (KE) Nru 2246/2002 |
Ir-Regolament (KE) Nru 6/2002 |
|
Artikolu 1 |
— |
|
Artikolu 2 |
Artikolu -106aa(1) |
|
Artikolu 3 |
Artikolu -106aa(1) |
|
Artikolu 4 |
Artikolu -106aa(2) |
|
Artikolu 5 |
Artikolu -106ab(1) |
|
Artikolu 6 |
Artikolu -106ab(3) u (4) |
|
Artikolu 7 |
Artikolu -106ac |
|
Artikolu 8 |
Artikolu -106ad(1) u (2) |
|
Artikolu 9 |
Artikolu -106ad(3) u (4) |
|
Anness |
Anness |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2822/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)