Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/17/KE, tal-31 ta’ Marzu 2004, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta’ l-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali (ĠU L 134, p.1).
Dispożittiv
1) Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/17/KE, tal-31 ta’ Marzu 2004, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwist ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta’ l-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali, ir-Renju ta’ l-Iżvezja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.
2) Ir-Renju ta’ l-Iżvezja huwa kkundannat għall-ispejjeż.