European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2023/600

31.10.2023

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11324 — WARBURG / BROOKFIELD / EVERISE)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2023/600)

1.   

Fit-23 ta’ Ottubru 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Warburg Pincus LLC (“Warburg”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

BCP V Everise Aggregator LP (“BCP”, l-Istati Uniti tal-Amerka) ikkontrollata minn Brookfield Corporation (“Brookfield”, il-Kanada),

—

BCP V Everise Topco Inc. (“Everise”, l-Istati Uniti tal-Amerka).

Warburg u Brookfield se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikoli 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi ħsab ta’ Everise.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

Warburg hija kumpanija globali ta’ ekwità privata attiva f’varjetà ta’ setturi, inklużi l-enerġija, is-servizzi finanzjarji, il-kura tas-saħħa u l-konsumatur, is-servizzi industrijali u tan-negozju, u t-teknoloġija, il-media u t-telekomunikazzjoni,

—

Brookfield hija maniġer tal-assi globali li toffri firxa ta’ prodotti u servizzi ta’ investiment pubbliku u privat li jiffukaw fuq l-enerġija rinnovabbli u t-tranżizzjoni, l-infrastruttura, l-ekwità privata, il-proprjetà immobbli, u l-kreditu u l-assikurazzjoni,

—

Everise tipprovdi esternalizzazzjoni tal-proċess tan-negozju għall-kumpaniji, primarjament fis-settur tal-assikurazzjoni tal-kura tas-saħħa, filwaqt li toffri ġestjoni tal-klijenti u tal-forza tax-xogħol u servizzi tal-back-office, kif ukoll appoġġ omni-channel u l-media soċjali.

3.   

Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fl-ambitu tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2), jinħtieġ li jiġi nnotat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11324 — WARBURG / BROOKFIELD / EVERISE

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/600/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)