|
6.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 370/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1640
tat-12 ta’ Awwissu 2020
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika n-numru u t-titlu tal-varjabbli għas-suġġett ad hoc tal-2022 “ħiliet tax-xogħol” u l-varjabbli ta’ tmien snin dwar “pensjonijiet u parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol” fid-dominju tal-forza tax-xogħol
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi qafas komuni għall-istatistika Ewropea relatata ma’ persuni u unitajiet domestiċi, abbażi ta’ data fuq livell individwali miġbura minn kampjuni, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 808/2004, (KE) Nru 452/2008 u (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Biex tkopri l-ħtiġijiet identifikati fis-suġġetti dettaljati rilevanti, il-Kummissjoni jenħtieġ tispeċifika n-numru u t-titli tal-varjabbli għas-sett tad-data fid-dominju tal-forza tax-xogħol. |
|
(2) |
Il-Kummissjoni jenħtieġ tistabbilixxi n-numru u t-titlu tal-varjabbli għas-suġġett ad hoc“ħiliet tax-xogħol” u l-varjabbli ta’ tmien snin dwar is-suġġett dettaljat ta’ “pensjonijiet u parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol” fid-dominju tal-forza tax-xogħol. |
|
(3) |
Jenħtieġ li n-numru ta’ varjabbli li jridu jinġabru ma jaqbiżx b’aktar minn 5 % lin-numru ta’ varjabbli miġbura għad-dominju tal-forza tax-xogħol fil-mument meta daħal fis-seħħ ir-Regolament (UE) 2019/1700. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
In-numru u t-titli tal-varjabbli għas-suġġett ad hoc tal-2022 “ħiliet tax-xogħol” u l-varjabbli ta’ tmien snin għal “pensjonijiet u parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol” fid-dominju tal-forza tax-xogħol huma stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Awwissu 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
ANNESS
In-numru u t-titlu tal-varjabbli għas-suġġett ad hoc tal-2022 “ħiliet tax-xogħol” u l-varjabbli ta’ tmien snin dwar “pensjonijiet u parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol” fid-dominju tal-forza tax-xogħol
|
Suġġett |
Suġġett dettaljat |
Identifikatur tal-varjabbli |
Isem il-varjabbli |
|
03c. Parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol – 11-il varjabbli miġbura (11 relatati ma’ suġġett ad hoc) |
Ħiliet tax-xogħol |
DIGITAL |
Il-ħin iddedikat għal xogħol fuq apparat diġitali fl-impjieg ewlieni jew fl-aħħar impjieg |
|
READING |
Il-ħin iddedikat għal qari ta’ manwali u ta’ dokumenti tekniċi relatati max-xogħol, fl-impjieg ewlieni jew fl-aħħar impjieg |
||
|
CALCULATE |
Il-ħin iddedikat għal xogħol ta’ kalkoli relattivament kumplessi, fl-impjieg ewlieni jew fl-aħħar impjieg |
||
|
PHYSICAL |
Il-ħin iddedikat għal xogħol fiżiku iebes, fl-impjieg ewlieni jew fl-aħħar impjieg |
||
|
DEXTERITY |
Il-ħin iddedikat għal xogħol manwali, fl-impjieg ewlieni jew fl-aħħar impjieg |
||
|
COMMINT |
Il-ħin iddedikat għal interazzjoni ma’ nies fl-istess intrapriża jew organizzazzjoni, fl-impjieg ewlieni jew fl-aħħar impjieg |
||
|
COMMEXT |
Il-ħin iddedikat għal interazzjoni ma’ nies minn barra l-intrapriża jew l-organizzazzjoni, fl-impjieg ewlieni jew fl-aħħar impjieg |
||
|
GUIDANCE |
Il-ħin iddedikat għall-għoti ta’ pariri, taħriġ jew tagħlim lil persuni oħra, fl-impjieg ewlieni jew fl-aħħar impjieg |
||
|
JOBAUTON |
Il-grad ta’ awtonomija waqt it-twettiq tal-kompiti, fl-impjieg ewlieni jew fl-aħħar impjieg |
||
|
REPETITIVE |
Ir-ripetittività tal-kompiti, fl-impjieg ewlieni jew fl-aħħar impjieg |
||
|
PROCEDURE |
Il-kompiti deskritti b’mod preċiż bi proċeduri stretti, fl-impjieg ewlieni jew fl-aħħar impjieg |
||
|
03d. Parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol – 11-il varjabbli miġbura (11-il varjabbli ta’ tmien snin) |
Pensjonijiet u parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol |
PENSTYP1 |
Pensjoni tax-xjuħija |
|
AGEPENSO |
L-età tal-persuna meta bdiet tirċievi pensjoni tax-xjuħija |
||
|
STATRECE |
L-ewwel wasla statutorja ta’ pensjoni tax-xjuħija bi tnaqqis jew b’bonus |
||
|
PENSTYP2 |
Pensjoni tad-diżabbiltà jew benefiċċju ieħor tad-diżabbiltà fi flus kontanti perjodiċi |
||
|
AGEPENSD |
L-età tal-persuna meta bdiet tirċievi pensjoni tad-diżabbiltà jew benefiċċji oħra tad-diżabbiltà fi flus kontanti perjodiċi |
||
|
PROVTYPE |
Pensjoni tal-manteniment |
||
|
PENSSITU |
Is-sitwazzjoni meta bdiet tasal pensjoni tax-xjuħija |
||
|
WSTPREAS |
Ir-raġuni ewlenija għal waqfien mix-xogħol meta bdiet tasal pensjoni tax-xjuħija |
||
|
WCONREAS |
Ir-raġuni ewlenija għal tkomplija tax-xogħol meta qed tasal pensjoni tax-xjuħija |
||
|
LMREENT |
Dħul mill-ġdid fis-suq tax-xogħol wara li tkun bdiet tasal pensjoni tax-xjuħija |
||
|
LMENTREAS |
Ir-raġuni ewlenija għal dħul mill-ġdid fis-suq tax-xogħol |