Official Journal L 152 , 18/06/1999 P. 0001 - 0056
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Lulju 1997 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Emirati Għarab Uniti dwar kummerċ fi prodotti tat-tessuti (1999/393/KE) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 228(2) tiegħu, Wara li kkonsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi l-Kummissjoni innegozjat, f'isem il-Komunità, Ftehim dwar kummerċ fi prodotti tat-tessuti ma' l-Emirati Għarab Uniti; Billi, skond id-Deċiżjoni 96/410/KE [1], il-Ftehim kien applikat fuq bażi provviżorja sa minn l-1 ta' Jannar 1996, filwaqt li kienet pendenti l-konklużjoni formali tiegħu Billi l-Ftehim għandu jkun approvat, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Emirati Għarab Uniti dwar kummerċ fi prodotti tat-tessuti huwa b'dan approvat f'isem il-Komunità. It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jaħtar persuna bis-setgħa li tiffirma l-Ftehim biex jorbot il-Komunità. Magħmula fi Brussel, fit-22 ta' Lulju 1997. Għall-Kunsill Il-President J. Poos [1] ĠU L 169, 08.07.96, p. 39. --------------------------------------------------