|
9.5.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 116/58 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-8 ta’ Mejju 2009
li temenda d-Deċiżjoni 2007/716/KE rigward ċerti stabbilimenti fis-setturi tal-laħam u l-ħalib fil-Bulgarija
(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 3442)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2009/376/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat l-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u partikolarment l-Artikolu 42 tiegħu,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intraKomunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/716/KE (2) tistabbilixxi miżuri tranżizzjonali għar-rekwiżiti strutturali ta’ ċerti stabbilimenti fis-setturi tal-laħam u l-ħalib fil-Bulgarija previsti fir-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 (3) u (KE) Nru 853/2004 (4) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Sakemm dawk l-istabbilimenti jkunu fi tranżizzjoni, il-prodotti li joriġinaw minnhom jistgħu biss jitqiegħdu fis-suq domestiku jew jintużaw għal iktar ipproċessar fi stabbilimenti Bulgari fi tranżizzjoni. |
|
(2) |
[Id-Deċiżjoni 2007/716/KE ġiet emendata bid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2008/290/KE (5), 2008/330/KE (6), 2008/552/KE (7), 2008/678/KE (8), 2008/828/KE (9), u 2009/31/KE (10).] |
|
(3) |
Skont dikjarazzjoni uffiċjali mill-awtorità kompetenti Bulgara, ċerti stabbilimenti fis-setturi tal-laħam u l-ħalib waqqfu l-attivitajiet tagħhom jew lestew il-proċess ta’ aġġornament tagħhom u issa jinsabu f’konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni Komunitarja. Dawn l-istabbilimenti għalhekk għandhom jitneħħew mil-lista ta’ stabbilimenti fi tranżizzjoni. |
|
(4) |
L-Anness tad-Deċiżjoni 2007/716/KE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni 2007/716/KE għandu jkun emendat skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 8 ta’ Mejju 2009.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.
(2) ĠU L 289, 7.11.2007, p. 14.
(3) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.
(4) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.
(6) ĠU L 114, 26.4.2008, p. 94.
(7) ĠU L 178, 5.7.2008, p. 43.
(8) ĠU L 221, 19.8.2008, p. 32.
ANNESS
L-Anness tad-Deċiżjoni 2007/716/KE huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Anness tad-Deċiżjoni 2007/716/KE huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
Jitħassru l-annotazzjonijiet li jmiss għall-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib:
|