|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/3802 |
14.7.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-10 ta’ Lulju 2026
dwar il-festi pubbliċi fl-2028 għall-persunal tal-istituzzjonijiet Ewropej fi Brussell u l-Lussemburgu
(C/2026/3802)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea (CEOS, Conditions of Employment of Other Servants), stabbiliti permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 61 tar-Regolament tal-Persunal u l-Artikoli 16 u 91 tas-CEOS,
Wara li kkunsidrat ir-regolamentazzjoni komuni li tistabbilixxi l-lista ta’ festi pubbliċi tal-uffiċjali tal-Komunità Ewropea (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(3),
Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Kumitat tal-Persunal,
Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Kumitat tar-Regolamenti tal-Persunal,
Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Kapijiet ta’ Amministrazzjoni,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 61 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 16 u 91 tas-CEOS, ikun tajjeb li tiġi stabbilita l-lista tal-ġranet ta’ btala għas-sena 2028 mogħtija lill-uffiċjali u lill-aġenti l-oħra impjegati fi Brussell u l-Lussemburgu. |
|
(2) |
Fl-2028, Ħadd il-Għid ġej fil-16 ta’ April. |
|
(3) |
Fl-2028, l-24 ta’ Diċembru se jkun il-Ħamis. |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
Il-jiem ta’ btala għas-sena 2028 mogħtija lill-uffiċjali u impjegati oħra impjegati fi Brussell u l-Lussemburgu, huma stabbiliti kif ġej:
|
It-13 ta’ April |
Ħamis ix-Xirka |
|
L-14 ta’ April |
Il-Ġimgħa l-Kbira |
|
Il-17 ta’ April |
It-Tnejn ta’ wara l-Għid |
|
L-1 ta’ Mejju |
Jum il-Ħaddiem |
|
Id-9 ta’ Mejju |
L-Anniversarju tad-Dikjarazzjoni ta’ Robert Schuman fl-1950 |
|
Il-25 ta’ Mejju |
Il-Ħamis, nhar Lapsi |
|
Is-26 ta’ Mejju |
L-għada ta’ Lapsi |
|
Il-5 ta’ Ġunju |
It-Tnejn, Għid il-Ħamsin |
|
It-23 ta’ Ġunju* |
Festa Nazzjonali tal-Lussemburgu *mogħtija lill-persunal fil-Lussemburgu |
|
Il-21 ta’ Lulju* |
Festa Nazzjonali tal-Belġju *mogħtija lill-persunal fi Brussell |
|
Il-15 ta’ Awwissu |
Jum l-Assunzjoni |
|
L-1 ta’ Novembru |
Jum il-Qaddisin Kollha |
|
It-2 ta’ Novembru |
Jum il-Mejtin kollha |
|
25 ta’ Diċembru sal- 29 ta’ Diċembru |
5 ijiem ta’ tmiem is-sena |
|
Total tal-2028: |
17-il jum |
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Lulju 2026.
Għall-Kummissjoni
Piotr SERAFIN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1968/259(1)/oj.
(2) SEC(66) 3621, ELI:https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=uriserv:1966_0117_SEC_1966_3621_package.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/3802/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)