02010D0096 — MT — 10.12.2020 — 007.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/96/PESK

tal-15 ta’ Frar 2010

dwar missjoni militari tal-Unjoni Eworpea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi tas-Sigurtà tas-Somalja

(ĠU L 044 19.2.2010, p. 16)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/483/PESK tat-28 ta’ Lulju 2011

  L 198

37

30.7.2011

 M2

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/835/PESK tal-21 ta’ Diċembru 2012

  L 357

13

28.12.2012

►M3

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/44/PESK tat-22 ta’ Jannar 2013

  L 20

57

23.1.2013

►M4

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2015/441/PESK tas-16 ta' Marzu 2015

  L 72

37

17.3.2015

►M5

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/2239 tat-12 ta' Diċembru 2016

  L 337

16

13.12.2016

►M6

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/971 tat-8 ta' Ġunju 2017

  L 146

133

9.6.2017

►M7

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/1787 tad-19 ta' Novembru 2018

  L 293

9

20.11.2018

►M8

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/2032 tal-10 ta’ Diċembru 2020

  L 419

28

11.12.2020


Ikkoreġuta bi:

 C1

Rettifika, ĠU L 201, 4.8.2011, p.  19 (2010/96/PESK)




▼B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/96/PESK

tal-15 ta’ Frar 2010

dwar missjoni militari tal-Unjoni Eworpea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi tas-Sigurtà tas-Somalja



▼M8

Artikolu 1

Missjoni

1.  
L-Unjoni għandha twettaq missjoni ta’ taħriġ militari (EUTM Somalia), sabiex tikkontribwixxi għall-bini u t-tisħiħ tal-Forzi Armati Nazzjonali Somali (“SNAF”) responsabbli lejn il-Gvern Nazzjonali Somalu, konsistenti mal-ħtiġijiet u l-prijoritajiet Somali u tappoġġa l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Tranżizzjoni Somalu għat-trasferiment tar-responsabbiltajiet ta’ sigurtà lill-awtoritajiet Somali.
2.  
Sabiex jinkisbu l-objettivi stabbiliti fil-paragrafu 1, il-missjoni militari tal-UE għandha tiġi skjerata fis-Somalja sabiex tindirizza kemm ir-rafforzament istituzzjonali fis-settur tad-difiża permezz ta’ konsulenza strateġika kif ukoll l-appoġġ dirett lill-SNAF permezz ta’ taħriġ, konsulenza u gwida.
3.  
Mill-2021 ’il quddiem, EUTM Somalia għandha, b’mod partikolari, tappoġġa l-iżvilupp tas-Sistema ta’ Taħriġ li hija proprjetà tas-Somalja bil-ħsieb li gradwalment tgħaddi, fil-prinċipju, it-taħriġ lill-SNAF sa tmiem l-2022. EUTM Somalia għandha tipprovdi mentoraġġ tat-taħriġ li jappartjeni lis-Somalja u li huwa pprovdut mis-Somalja u tistabbilixxi kapaċità biex issegwi u tivvaluta unitajiet li tkun ħarrġet. EUTM Somalia għandha tipprovdi wkoll appoġġ, kif meħtieġ u skont il-mezzi u l-kapaċitajiet tagħha, lil atturi oħra tal-Unjoni fl-implimentazzjoni tal-mandati rispettivi tagħhom fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża fis-Somalja, b’mod partikolari lil EUCAP Somalia fir-rigward tal-interoperabbiltà bejn l-SNAF u l-forza tal-pulizija Somala, u lill-pakkett ta’ appoġġ għall-Faċilità Afrikana għall-Paċi, jew għal kwalunkwe appoġġ futur tal-Unjoni għall-Forzi tas-Sigurtà tas-Somalja.
4.  
Soġġett għall-approvazzjoni mill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà u skont il-mezzi u l-kapaċitajiet tagħha, l-EUTM Somalia għandha tippjana u tmexxi attivitajiet deċentralizzati b’appoġġ għall-Kwartieri Ġenerali reġjonali tal-SNAF.
5.  
L-implimentazzjoni fis-Somalja tal-attivitajiet li ngħata mandat għalihom għandha tiddependi fuq il-kondizzjonijiet ta’ sigurtà fis-Somalja u l-gwida politika mill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà.

▼B

Artikolu 2

Ħatra tal-Kmandant tal-UE

▼M6

1.  
Id-Direttur tal-Kapaċità Militari tal-Ippjanar u t-Tmexxija (MPCC) għandu jkun il-kmandant tal-missjoni EUTM Somalia.
2.  
Il-Brigadier Ġeneral Maurizio Morena huwa b'dan maħtur Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE EUTM Somalia.

▼M4

Artikolu 3

Għażla tal-Kwartieri Ġenerali tal-Missjoni

▼M6

1.  
L-MPCC għandha tkun l-istruttura statika ta' kmand u kontroll fil-livell strateġiku militari barra miż-Żona tal-Operazzjonijiet, li hija responsabbli għall-ippjanar u t-tmexxija operazzjonali ta' EUTM Somalia.

▼M8

2.  
Il-Kwartieri Ġenerali tal-Forza tal-Missjoni għandhom ikunu f’Mogadishu u għandhom joperaw taħt il-kmand tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE. Għandhom jinkludu ċelloli ta’ appoġġ fi Brussell u f’Nairobi, kif ukoll uffiċċju ta’ kollegament fil-Djibouti. Iċ-ċellola ta’ appoġġ ta’ Brussell għandha tkun lokalizzata fl-MPCC.

▼B

Artikolu 4

Ippjanar u tnedija tal-operazzjoni

Id-Deċiżjoni dwar it-tnedija tal-missjoni militari tal-UE għandha tiġi adottata mill-Kunsill wara l-approvazzjoni tal-Pjan tal-Missjoni.

Artikolu 5

Kontroll politiku u direzzjoni strateġika

1.  
Taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà (ir-“RGħ”), il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (il-“KPS”) għandu jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-missjoni militari tal-UE. Il-Kunsill b’dan jawtorizza lill-KPS sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti f’konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). Din l-awtorizzazzjoni għandha tinkludi s-setgħat biex jiġu emendati d-dokumenti tal-ippjanar, inkluż il-Pjan tal-Missjoni u l-Linja tal-Kmand. Hija għandha tinkludi s-setgħat biex jittieħdu deċiżjonijiet dwar ►M6  il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE ◄ . Is-setgħat ta’ deċiżjoni rigward l-objettivi u t-tmiem tal-missjoni militari tal-UE għandhom jibqgħu f’idejn il-Kunsill.
2.  
Il-KPS għandu jirrapporta lill-Kunsill f’intervalli regolari.
3.  
Il-KPS għandu jirċievi, f’intervalli regolari, rapporti mill-President tal-Kumitat Militari tal-UE (EUMC) rigward it-twettiq tal-missjoni militari tal-UE. Il-KPS jista’ jistieden lill-Kmandant tal-Missjoni tal-UE ►M6  u l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE ◄ għal-laqgħat tiegħu, kif adatt.

Artikolu 6

Direzzjoni militari

1.  
L-EUMC għandu jissorvelja l-eżekuzzjoni korretta tal-missjoni militari tal-UE mwettqa taħt ir-responsabbiltà tal-Kmandant tal-Missjoni tal-UE.
2.  
L-EUMC għandu jirċievi, f’intervalli regolari, rapporti mill-Kmandant tal-Missjoni tal-UE. Huwa jista’ jistieden lill-Kmandant tal-Missjoni tal-UE ►M6  u l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE ◄ għal-laqgħat tiegħu, kif adatt.
3.  
Il-President tal-EUMC għandu jaġixxi bħala l-punt ewlieni ta’ kuntatt mal-Kmandant tal-Missjoni tal-UE.

▼M3

Artikolu 7

Konsistenza tar-rispons u l-koordinazzjoni tal-Unjoni

1.  
Ir-RGħ għandu jiżgura l-konsistenza tal-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni mal-azzjoni esterna tal-Unjoni inġenerali, inklużi l-programmi ta’ żvilupp tal-Unjoni.

▼M6

2.  
Mingħajr preġudizzju għal-linja ta' kmand, il-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għandu jirċievi gwida politika lokali mir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għall-Qarn tal-Afrika kkoordinata ma' delegazzjonijiet rilevanti tal-Unjoni fir-reġjun.

▼M8

3.  
EUTM Somalia għandha żżomm u ssaħħaħ il-koordinazzjoni mal-Atalanta, mal-EUCAP Somalia u mal-programmi ta’ assistenza rilevanti tal-Unjoni. L-MPCC għandha, f’konformità mal-mandat tagħha stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/971 ( 1 ), tiffaċilita tali koordinazzjoni u skambju ta’ informazzjoni bil-ħsieb li jiżdiedu l-koerenza, l-effiċjenza u s-sinerġiji bejn il-missjonijiet u l-operazzjoni tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni fir-reġjun.

▼M4

4.  
Il-missjoni militari tal-UE għandha topera, skont il-mezzi u l-kapaċitajiet tagħha, f'kooperazzjoni mill-qrib ma' atturi internazzjonali oħra fir-reġjun, b'mod partikolari n-Nazzjonijiet Uniti u l-AMISOM f'konformità mar-rekwiżiti maqbula tal-Gvern Federali tas-Somalja.

▼B

Artikolu 8

Parteċipazzjoni ta’ Stati terzi

1.  
Mingħajr preġudizzju għall-awtonomija tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Unjoni jew għall-qafas istituzzjonali uniku, u skont il-linji gwida rilevanti tal-Kunsill Ewropew, Stati terzi jistgħu jiġu mistiedna jipparteċipaw fil-missjoni.
2.  
Il-Kunsill b’dan jawtorizza lill-KPS biex jistieden lil Stati terzi sabiex jipproponu kontribut u biex jieħu, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kmandant tal-Missjoni tal-UE ►M6  f'konsultazzjoni mal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE, ◄ u l-EUMC, id-deċiżjonijiet adatti dwar l-aċċettazzjoni tal-kontributi proposti.
3.  
Modalitajiet dettaljati għall-parteċipazzjoni ta’ Stati terzi għandhom ikunu s-suġġett ta’ ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 37 tat-TUE u f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Fejn l-Unjoni u Stat terz ikunu kkonkludew ftehim li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni ta’ dan tal-aħħar f’missjonijiet ta’ maniġġar ta’ kriżi tal-Unjoni, id-dispożizzjonijiet ta’ tali ftehim għandhom japplikaw fil-kuntest ta’ din l-missjoni.
4.  
L-Istati terzi li jagħmlu kontributi militari sinifikanti għall-missjoni militari tal-UE għandu jkollhom l-istess drittijiet u obbligi fir-rigward tat-tmexxija ta’ kuljum tal-missjoni bħall-Istati Membri li jieħdu sehem fl-missjoni.
5.  
Il-Kunsill b’dan jawtorizza lill-KPS biex jieħu d-deċiżjonijiet adatti rigward l-istabbiliment ta’ Kumitat ta’ Kontributuri, fil-każ li xi Stati terzi jipprovdu kontributi militari sinifikanti.

Artikolu 9

Status tal-persunal immexxi mill-UE

L-istatus tal-unitajiet u l-persunal immexxija mill-UE, inklużi l-privileġġi, l-immunitajiet u l-garanziji ulterjuri meħtieġa għat-twettiq u l-funzjonament bla xkiel tal-missjoni tagħhom jista’ jkun is-suġġett ta’ ftehim konkluż skont l-Artikolu 37 tat- TUE u f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 218(3) tat-TFEU.

▼M3

Artikolu 10

Arranġamenti finanzjarji

1.  
L-ispejjeż komuni tal-missjoni militari tal-UE għandhom jiġu amministrati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/871/PESK tad-19 ta’ Diċembru 2011 li tistabbilixxi mekkaniżmu sabiex jiġi amministrat il-finanzjament tal-ispejjeż komuni tal-operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta’ difiża (Athena) ( 2 ) (“ATHENA”).
2.  
L-ammont ta’ referenza finanzjarja għall-ispejjeż komuni tal-missjoni militari tal-UE għall-perijodu sad-9 ta’ Awwissu 2011 għandu jkun ta’ EUR 4,8 miljuni. Il-persentaġġ tal-ammont ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 25(1) ta’ ATHENA għandu jkun ta’ 60 %.
3.  
L-ammont ta’ referenza finanzjarja għall-ispejjeż komuni tal-missjoni militari tal-UE għall-perijodu mid-9 ta’ Awwissu 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2012 għandu jkun ta’ EUR 4,8 miljuni. Il-persentaġġ ta’ dan l-ammont ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 25(1) ta’ ATHENA għandu jkun ta’ 30 %.
4.  
L-ammont ta’ referenza finanzjarja għall-ispejjeż komuni tal-missjoni militari tal-UE għall-perijodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2013 għandu jkun ta’ EUR 11,6 miljuni. Il-persentaġġ tal-ammont ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 25(1) ta’ ATHENA għandu jkun ta’ 20 %, u l-persentaġġ għall-impenn imsemmi fl-Artikolu 32(3) ta’ ATHENA għandu jkun ta’ 30 %.

▼M4

5.  
L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-ispejjeż komuni tal-missjoni militari tal-UE għall-perijodu mill-1 ta' April 2015 sal-31 ta' Diċembru 2016 għandu jkun ta' EUR 17 507 399 . Il-perċentwal tal-ammont ta' referenza msemmi fl-Artikolu 25(1) ta' ATHENA għandu jkun ta' 30 % u l-perċentwal għall-impenn imsemmi fl-Artikolu 32(3) ta' ATHENA għandu jkun ta' 90 %.

▼M5

6.  
L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-ispejjeż komuni tal-missjoni militari tal-UE għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta' Diċembru 2018 għandu jkun ta' EUR 22 948 000 . Il-persentaġġ tal-ammont ta' referenza msemmi fl-Artikolu 25(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/528 ( 3 ) għandu jkun ta' 0 %.

▼M7

7.  
L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-ispejjeż komuni tal-missjoni militari tal-UE għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2019 sal-31 ta' Diċembru 2020 għandu jkun ta' EUR 22 980 000 . Il-perċentwal tal-ammont ta' referenza msemmi fl-Artikolu 25(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/528 għandu jkun ta' 0 % u l-perċentwal imsemmi fl-Artikolu 34(3) ta' dik id-Deċiżjoni għandu jkun ta' 0 %.

▼M8

8.  
L-ammont ta’ referenza finanzjarja għall-ispejjeż komuni tal-missjoni militari tal-UE għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2022 għandu jkun ta’ EUR 25 234 700 . Il-perċentwal tal-ammont ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 25(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/528 għandu jkun ta’ 0 % u l-perċentwal imsemmi fl-Artikolu 34(3) ta’ dik id-Deċiżjoni għandu jkun ta’ 0 %.

▼M4

Artikolu 10b

Ċellula ta' proġetti

1.  
Il-missjoni militari tal-UE għandu jkollha ċellola ta' proġetti għall-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni ta' proġetti, li għandha tiġi ffinanzjata mill-Istati Membri jew minn Stati terzi li jkunu konsistenti mal-objettivi tal-missjoni u li jikkontribwixxu għat-twettiq tal-mandat.
2.  
Soġġett għall-paragrafu 3, il-Kmandant tal-Missjoni tal-UE għandu jkun awtorizzat li jirrikorri għal kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri jew minn Stati terzi sabiex jimplimenta proġetti identifikati li jissupplimentaw b'mod konsistenti azzjonijiet oħra tal-missjoni militari tal-UE. F'tali każ, il-Kmandant tal-Missjoni tal-UE għandu jikkonkludi arranġament ma' dawk l-Istati, li jkopri b'mod partikolari l-proċeduri speċifiċi biex jiġi ttrattat kwalunkwe lment minn partijiet terzi rigward xi dannu kkawżat bħala riżultat ta' atti jew ommissjonijiet mill-Kmandant tal-Missjoni tal-UE fl-użu tal-fondi pprovduti minn dawk l-Istati.

Taħt l-ebda ċirkostanza l-Unjoni jew ir-RGħ m'għandhom jinżammu responsabbli mill-Istati kontribwenti bħala riżultat ta' atti jew ommissjonijiet mill-Kmandant tal-Missjoni tal-UE fl-użu tal-fondi pprovduti minn dawk l-Istati.

3.  
Il-KPS għandu jaqbel dwar l-aċċettazzjoni ta' kontribuzzjoni finanzjarja minn Stati terzi għaċ-ċellula ta' proġetti.

▼M3

Artikolu 11

Rilaxx ta’ informazzjoni

1.  

►M4  Ir-RGħ għandu jkun awtorizzat jirrilaxxa lill-Istati terzi konnessi ma' din id-Deċiżjoni, kif adatt u skont il-ħtiġijiet tal-Missjoni, informazzjoni klassifikata tal-UE ġġenerata għall-finijiet tal-Missjoni, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE ( 4 ): ◄

(a) 

sal-livell previst mill-Ftehimiet applikabbli dwar is-Sigurtà tal-Informazzjoni konklużi bejn l-Unjoni u l-Istat terz ikkonċernat;

(b) 

jew sal-livell “CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL” f’każijiet oħra.

2.  
Ir-RGħ għandu jkun awtorizzat li jirrilaxxa lin-Nazzjonijiet Uniti (NU) u lill-Unjoni Afrikana (UA) f’konformità mal-ħtiġijiet operattivi tal-Missjoni, informazzjoni klassifikata tal-UE sal-livell “RESTREINT UE/ EU RESTRICTED” li jiġu ġġenerati għall-finijiet tal-Missjoni, f’konformità mad- ►M4  Deċiżjoni 2013/488/UE ◄ . L-arranġamenti bejn ir-RGħ u l-awtoritajiet kompetenti tan-NU u l-UA għandhom jitfasslu għal dan il-għan.
3.  
Fil-każ ta’ ħtieġa operattiva speċifika u immedjata, ir-RGħ għandu jkun awtorizzat ukoll li jirrilaxxa lill-Istat ospitanti kwalunkwe informazzjoni klassifikata tal-UE sal-livell “RESTREINT UE /EU RESTRICTED” li tiġi ġġenerata għall-finijiet tal-Missjoni, f’konformità mad- ►M4  Deċiżjoni 2013/488/UE ◄ . Għandhom jitfasslu arranġamenti għal dak l-għan bejn ir-RGħ u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat ospitanti.
4.  
Ir-RGħ għandu jkun awtorizzat li jirrilaxxa lill-Istati terzi assoċjati ma' din id-Deċiżjoni kwalunkwe dokument mhux klassifikat tal-UE relatat mad-deliberazzjonijiet tal-Kunsill dwar il-Missjoni u li jkun kopert mill-obbligu ta' segretezza professjonali f'konformità mal-Artikolu 6(1) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill ( 5 ).
5.  
Ir-RGħ jista’ jiddelega tali awtorizzazzjonijiet, kif ukoll l-abbiltà li jikkonkludi l-arranġamenti msemmija hawn fuq lil persunal tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u/jew lill-Kmandant tal-Missjoni tal-UE ►M6  u/jew lill-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE. ◄

▼B

Artikolu 12

Dħul fis-seħħ u terminazzjoni

1.  
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

▼M8

2.  
Il-mandat tal-missjoni militari tal-UE għandu jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2022.

▼M4

3.  
Din id-Deċiżjoni għandha titħassar mid-data tal-għeluq tal-Kwartieri Ġenerali tal-UE, l-uffiċċju ta' kollegament u ta' appoġġ f'Najrobi u ċ-ċellola ta' appoġġ fi Brussell, f'konformità mal-pjani approvati għat-tmiem tal-missjoni militari tal-UE, u mingħajr preġudizzju għall-proċeduri li jirrigwardaw l-awditu u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-missjoni militari tal-UE, stipulati f'ATHENA.

▼B

Artikolu 13

Pubblikazzjoni

1.  
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2.  
Id-deċiżjonijiet tal-KPS dwar il-ħatra ►M6  ta’ il-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE ◄ u d-deċiżjonijiet tal-KPS dwar l-aċċettazzjoni tal-kontributi tal-Istati terzi, kif ukoll l-istabbiliment ta’ Kumitat ta’ Kontributuri għandhom ukoll jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.



( 1 ) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/971 tat-8 ta’ Ġunju 2017 li tiddetermina l-arranġamenti għall-ippjanar u t-tmexxija tal-missjonijiet militari mhux eżekuttivi tal-UE fil-qafas tal-PSDK u li temenda d-Deċiżjonijiet 2010/96/PESK dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi tas-Sigurtà tas-Somalja, 2013/34/PESK dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati tal-Mali (EUTM Mali) u (PESK) 2016/610 dwar Missjoni ta’ taħriġ militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) (ĠU L 146, 9.6.2017, p. 133).

( 2 ) ĠU L 343, 23.12.2011, p. 35.

( 3 ) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/528 tas-27 ta' Marzu 2015 li tistabbilixxi mekkaniżmu sabiex jiġi amministrat il-finanzjament tal-ispejjeż komuni tal-operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta' difiża (Athena) u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/871/PESK (ĠU L 84, 28.3.2015, p. 39).

►M4  ( 4 ) Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta' Settembru 2013 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1). ◄

( 5 ) Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta’ Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35).