12.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

262


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-4 ta’ Awwissu 2005

li temenda d-Deċi ¿joni 93/195/KEE dwar il-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għad-dħul mill-ġdid ta’ żwiemel reġistrati għat-tlielaq, kompetizzjonijiet u avvenimenti kulturali wara l-esportazzjoni temporanja

(notifikata taħt dokument numru C(2005) 2933)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2005/605/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar il-kundizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' l-ekwini (1), partikolarment l-Artikolu 19 (ii) tagħha,

Billi:

(1)

Skond ir-regoli ġenerali stipulati fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/195/KEE (2) d-dħul mill-ġdid ta’ żwiemel reġistrati għat-tlielaq, kompetizzjoni u avvenimenti kulturali wara esportazzjoni temporanja huwa ristrett għal żwiemel miżmuma għal inqas minn 30 jum f’wieħed mill-pajjiżi terzi elenkati fl-istess grupp fl-Anness I ma’ dik id-Deċiżjoni.

(2)

Meta wieħed jikkunsidra l-grad ta’ superviżjoni veterinarja u l-fatt li ż-żwiemel ikkonċernati jinżammu separati mill-annimali f'qagħda ta’ saħħa inferjuri, il-perjodu ta’ esportazzjoni temporanja għandu jiġi estiż għal inqas minn 90 jum u l-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għandhom ikunu stipulati kif jixraq għad-dħul mill-ġdid taż-żwiemel reġistrati wara l-esportazzjoni temporanja biex jipparteċipaw fi tlielaq taż-żwiemel, kompetizzjonijiet jew avvenimenti kulturali speċifiċi li jseħħu fil-Kanada jew fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika.

(3)

Fl-2005 l-iSpanish Riding School ta' Vjenna se ttella' preżentazzjonijiet fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika, biex tfakkar is-60 anniversarju tas-salvataġġ tal-Lipizzaner Awstrijak mill-General George Patton fi tmiem it-tieni Gwerra Dinjija. Dawk il-preżentazzjonijiet għandhom jitqiesu bħala avveniment ekwestri speċifiku li jikkwalifika għall-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet specifiċi tad-dħul mill-ġdid.

(4)

Id-Deciżjoni Nru. 93/195/KEE għandha tiġi emendata kif jixraq.

(5)

Il-miżuri previsti f'din id-Deciżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 93/195/KEE hija emendata kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 1, it-tielet inċiż jinbidel b'dan li ġej:

“—

ħadu sehem fi tlielaq, kompetizzjonijiet jew avvenimenti kulturali speċifiċi fil-Kanada jew fl-Istati Uniti ta' l-Amerika u jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati f'ċertifikat tas-saħħa skond il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa stipulat fl-Anness III ma' din id-Deċiżjoni.”

2.

L-Anness III jinbidel bit-test li hemm fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, nhar l-4 ta’ Awwissu 2005.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 224, 18.8.1990, p. 42. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/68/KE (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 321).

(2)   ĠU L 86, 6.4.1993, p. 1. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament Nru 2004/211/KE (ĠU L 73, 11.3.2004, p. 1).


ANNESS

ANNESS III

Image 1
Test ta 'immaġni
Image 2
Test ta 'immaġni
Image 3
Test ta 'immaġni
Image 4
Test ta 'immaġni