European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/1625

11.3.2026

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.12338 - PHILLIPS 66 / LINDSEY REFINERY ASSETS)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2026/1625)

1.   

Fit-2 ta’ Marzu 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Phillips 66 Limited (ir-Renju Unit), ikkontrollata minn Phillips 66 (l-Istati Uniti),

—

L-assi ta’ Lindsey Oil Refinery (“Lindsey Refinery Assets”, ir-Renju Unit) ikkontrollata minn Prax Group Holdings Limited (ir-Renju Unit) u fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata minn Winston Sanjeev Kumar Soosaipillai u Arani Kumar Soosaipillai.

Philips 66 Limited se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ tal-assi ta’ Lindsey Refinery kollha kemm huma.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ assi.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

Phillips 66 Limited hija sussidjarja tar-Renju Unit proprjetà sħiħa ta’ Phillips 66, kumpanija multinazzjonali tal-enerġija elenkata fil-Borża ta’ New York b’portafoll ta’ negozji integrati midstream, ta’ kimiċi, ta’ raffinar, ta’ kummerċjalizzazzjoni u ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli. Phillips 66 tipproċessa, tittrasporta, taħżen u tikkummerċjalizza fjuwils u prodotti mad-dinja kollha,

—

Lindsey Refinery Assets tinkludi l-Lindsey Oil Refinery f’North Killingholme, North Lincolnshire (ir-Renju Unit) flimkien ma’ assi u infrastruttura ta’ appoġġ għall-ħżin u d-distribuzzjoni fir-Renju Unit. Lindsey Oil Refinery fil-biċċa l-kbira tforni prodotti raffinati internament lill-klijenti tar-Renju Unit, iżda forniet ukoll tagħbijiet limitati internazzjonalment, inkluż liż-ŻEE.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.12338 — PHILLIPS 66 / LINDSEY REFINERY ASSETS

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1625/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)