02015D0697 — MT — 12.07.2019 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/697

tal-24 ta' April 2015

li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom jew li jikkonsistu mill-qamħirrum T25 (ACS-ZMØØ3-2) ġenetikament modifikat u li ġġedded il-prodotti eżistenti tal-qamħirrum T25 (ACS-ZMØØ3-2) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2015) 2772)

(It-test Ġermaniż biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 112 30.4.2015, p. 66)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1195 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tal-10 ta' Lulju 2019

  L 187

43

12.7.2019




▼B

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/697

tal-24 ta' April 2015

li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom jew li jikkonsistu mill-qamħirrum T25 (ACS-ZMØØ3-2) ġenetikament modifikat u li ġġedded il-prodotti eżistenti tal-qamħirrum T25 (ACS-ZMØØ3-2) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2015) 2772)

(It-test Ġermaniż biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

L-organiżmu modifikat ġenetikament u l-identifikatur uniku

Il-qamħirrum ġenetikament modifikat (Zea mays L.) T25, kif inhu speċifikat fil-punt (b) tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni, hu assenjat l-identifikatur uniku ACS-ZMØØ3-2, kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 65/2004.

Artikolu 2

L-Awtorizzazzjoni

Il-prodotti li ġejjin huma awtorizzati għall-finijiet tal-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, b'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti f'din id-Deċiżjoni:

(a) ikel u ingredjenti tal-ikel li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ACS-ZMØØ3-2;

(b) għalf li jkun fih, li jikkonsisti minn, jew li jkun prodott minn qamħirrum ACS-ZMØØ3-2;

(c) qamħirrum ACS-ZMØØ3-2 fi prodotti li fihom il-qamħirrum jew li jikkonsistu minnu għal kull użu ieħor għajr (a) u (b), bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni.

Artikolu 3

Tikkettar

1.  Għall-finijiet tar-rekwiżiti tat-tikkettar stipulati fl-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 25 (2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, l-“isem tal-organiżmu” għandu jkun “qamħirrum”.

2.  Il-kelmiet “mhux għal kultivazzjoni” għandhom jidhru fuq it-tikketta tal-prodotti u fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti li jkun fihom jew li jikkonsistu minn qamħirrun ACS-ZMØØ3-2 għajr il-prodotti msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 2.

Artikolu 4

Il-monitoraġġ tal-effetti ambjentali

1.  Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jiżgura li l-pjan ta' monitoraġġ għall-effetti ambjentali, kif speċifikat fil-punt (h) tal-Anness, jiddaħħal fis-seħħ u jiġi implimentat.

2.  Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jibgħat lill-Kummissjoni rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-attivitajiet stipulati fil-pjan ta' monitoraġġ skont id-Deċiżjoni 2009/770/KE.

Artikolu 5

Ir-reġistru tal-Komunità

It-tagħrif stipulat fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni għandu jiddaħħal fir-reġistru tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati tal-Komunità, kif previst fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

Artikolu 6

Id-Detentur tal-awtorizzazzjoni

Id-detentur tal-awtorizzazzjoni huwa ►M1  BASF Agricultural Solutions Seed US LLC — l-Istati Uniti, irrappreżentata minn BASF SE — il-Ġermanja ◄ .

Artikolu 7

Il-validità

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal perjodu ta' għaxar (10) snin mid-data tan-notifika tagħha.

Artikolu 8

Id-destinatarju

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil ►M1  BASF SE, Carl-Bosch-Str. 38, 67063 Ludwigshafen ◄ — Germany.




ANNESS

▼M1

(a)    Applikant u detentur tal-awtorizzazzjoni:

Isem

:

BASF Agricultural Solutions Seed US LLC

Indirizz

:

100 Park Avenue, Florham Park, New Jersey 07932, l-Istati Uniti tal-Amerka

Irrappreżentata minn BASF SE, Carl-Bosch-Str. 38, 67063 Ludwigshafen — il-Ġermanja.

▼B

(b)    Id-desinjazzjoni u l-ispeċifikazzjoni tal-prodotti:

1. ikel u ingredjenti tal-ikel li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ACS-ZMØØ3-2;

2. għalf li jkun fih, li jikkonsisti minn, jew li jkun prodott minn qamħirrum ACS-ZMØØ3-2;

3. qamħirrum ACS-ZMØØ3-2 fi prodotti li fihom il-qamħirrum jew li jikkonsistu minnu għal kull użu ieħor għajr 1 u 2, għajr il-koltivazzjoni.

Il-qamħirrum modifikat ġenetikament ACS-ZMØØ3-2, kif deskritt fl-applikazzjoni, jesprimi l-proteina PAT li twassal għat-tolleranza tal-erbiċida ammonju tal-glufosinat.

(c)    L-ittikkettar:

1. Għall-finijiet tar-rekwiżiti speċifiċi tat-tikkettar stipulati fl-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, l-“isem tal-organiżmu” għandu jkun “qamħirrum”;

2. Il-kelmiet “mhux għal kultivazzjoni” għandhom jidhru fuq it-tikketta tal-prodott u fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti li jkun fihom jew li jikkonsistu minn qamħirrum ACS-ZMØØ3-2 għajr il-prodotti msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 2.

(d)    Metodu ta' detezzjoni:

— Metodu fil-ħin reali speċifiku għall-avveniment ibbażat fuq il-PCR għall-kwantifikazzjoni tal-qamħirrum ACS-ZMØØ3-2,

— Ivvalidat fuq DNA estratta mill-weraq mil-Laboratorju ta' Referenza tal-UE stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, ippubblikat fuq http://gmo-crl.jrc.ec.europa.eu/statusofdoss.htm

— Materjal ta' Referenza: AOCS 0306-H u AOCS 0306-C jistgħu jinkisbu mill-websajt tal-American Oil Chemists Society fi http://www.aocs.org/tech/crm

(e)    L-identifikatur uniku:

ACS-ZMØØ3-2

(f)    Tagħrif meħtieġ skont l-Anness II tal-Protokoll ta' Kartaġena dwar il-Bijosikurezza fir-rigward tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika

Il-Clearing House tal-Bijosikurezza [għandha tiddaħħal fir-reġistru tal-UE ta' ikel u għalf ġenetikament modifikat meta notifikata].

(g)    Il-kundizzjonijiet jew ir-restrizzjonijiet rigward it-tqegħid fis-suq, l-użu jew l-immaniġġjar tal-prodotti:

Mhux meħtieġa.

(h)    Il-pjan ta' monitoraġġ:

Il-pjan ta' monitoraġġ għall-effetti ambjentali li jikkonforma mal-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE [għandu jiddaħħal fir-reġistru tal-UE ta' ikel u għalf ġenetikament modifikat meta notifikat].

(i)    Ir-rekwiżiti tal-monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq għall-użu tal-ikel għall-konsum mill-bniedem:

Mhux meħtieġa.