|
6.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 320/18 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1433/2007
tal-5 ta’ Diċembru 2007
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1623/2000 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid, fir-rigward tal-mekkaniżmi tas-suq
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea;
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 31(1) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 jipprovdi li l-alkoħol li jittieħed mill-aġenzija ta’ intervent jinbiegħ jew b'irkant pubbliku jew bi proċedura ta’ offerti. |
|
(2) |
Il-proċeduri ta’ offerti għall-alkoħol huma l-uniku bejgħ ex-intervent fis-settur agrikolu li fil-rigward tagħhom il-Kummissjoni tmexxi d-deċiżjoni u l-ftuħ ta’ kull bejgħa tal-prodott imsemmi. Għal finijiet ta’ simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni u fid-dawl ta’ l-armonizzazzjoni tal-miżuri ta’ ġestjoni tas-swieq agrikoli fil-qafas ta’ l-Organizzazzjoni komuni tas-Suq Uniku, jeħtieġ li tiġi introdotta, għall-bejgħ ta’ alkoħol ukoll, sejħa permanenti għall-offerti miftuħa mill-Kummissjoni u sejħiet parzjali għall-offerti miftuħa mill-Istati Membri. |
|
(3) |
Bil-għan li jiġi ggarantit li t-tagħrif dwar is-sejħiet parzjali għall-offerti fl-Istati Membri jkunu aċċessibbli minn kull impriża approvata fil-Komunità, jeħtieġ li dan it-tagħrif jiġi ppubblikat elettronikament. |
|
(4) |
Bil-għan li jiġi evitat li l-alkoħol maħżun kollu jinbiegħ f'daqqa jew għall-vantaġġ ta’ impriża waħda biss, jeħtieġ li l-kwantità massima li tista' tinbiegħ waqt kull sejħa parzjali għall-offerti tiġi llimitata. |
|
(5) |
Bil-ħsieb li jiġi żgurat bejgħ regoli u ottimu ta’ l-alkoħol, fil-qies tal-perjodu ta’ konsum baxx tas-Sajf u tal-Milied, jeħtieġ li tiġi ffissata data ta’ skadenza għas-sejħiet parzjali għall-offerti darba fix-xahar, għajr f'Lulju u f'Diċembru. |
|
(6) |
Jeħtieġ li jiġu speċifikati l-istadji u l-karatteristiċi tas-sejħiet parzjali għall-offerti. |
|
(7) |
L-esperjenza ta’ dan l-aħħar uriet li l-pjanijiet ta’ l-impjanti fejn l-alkoħol jiġi pproċessat f'alkoħol assolut mhumiex dokumenti indispensabbli għall-approvazzjoni ta’ l-impriżi li jistgħu jipparteċipaw għall-bejgħ ta’ alkoħol bil-ħsieb li jintuża f'forma ta’ bijoetanol fil-Komunità. Għaldaqstant, jeħtieġ li dan ir-rekwiżit jiġi rtirat mil-lista tad-dokumenti meħtieġa għall-approvazzjoni. |
|
(8) |
Bil-għan li jitħarsu l-interessi ta’ l-impriżi offerenti matul il-perjodu tas-sejħa għall-offerti parzjali, jeħtieġ li jiġu pprovduti dispożizzjonijiet biex jiġu limitati l-movimenti fiżiċi ta’ l-alkoħol imqiegħed għall-bejgħ bejn il-pubblikazzjoni ta’ l-avviż tas-sejħa parzjali għall-offerti u t-tneħħija tiegħu mill-impriża li tkun intgħażlet. |
|
(9) |
Jeħtieġ li r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1623/2000 (2) jiġi emendat skond dan. |
|
(10) |
Il-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni ta’ l-Inbid, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1623/2000 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fit-Titolu III, il-Kapitolu IV huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
Fl-Artikolu 101, il-paragrafu 4 għandu jinbidel bit-test li ġej: “4. Mingħajr preġudizzjoni għall-paragrafu 1, meta l-alkoħol jinbiegħ għall-użu f'pajjiżi terzi fis-settur tal-karburanti biss, il-verifki dwar l-użu effettiv tiegħu jsiru sa meta dan l-alkoħol jitħallat ma’ alkolħol żnaturat fil-pajjiż tad-destinazzjoni. Sabiex l-alkoħol jintuża bħala bijoetanol fil-Komunità, dawn il-verifiki għandhom isiru sa meta impriża approvata msemmija fl-Artikolu 93a tirċievi dan l-alkoħol. Fil-każijiet previsti fl-ewwel u fit-tieni subparagrafu, l-alkoħol ikkonċernat għandu jibqa' taħt sorveljanza ta’ organu uffiċjali li jiggarantixxi l-użu tiegħu fis-settur tal-karburanti, bl-applikazzjoni ta’ reġim fiskali speċjali li jimponi dan l-użu aħħari.” |
|
(3) |
L-Artikolu 102 għandu jinbidel bit-test li ġej: “Artikolu 102 L-użu ta’ ditta tas-sorveljanza L-avviż tas-sejħa parzjali għall-offerti msemmija fl-Artikolu 92a(1) jista' jistabbilixxi li għandha tintuża ditta internazzjonali indipendenti tas-sorveljanza għall-kontrolli dwar it-twettiq xieraq tal-proċedura ta’ sejħa għall-offerti, b'mod partikolari dwar id-destinazzjoni aħħari u/jew l-użu aħħari ta’ l-alkoħol. L-ispiża ta’ dan is-servizz għandha titħallas mill-offerent rebbieħ, bħall-ispiża ta’ l-analiżi u l-verifika skond l-Artikolu 99 ta’ dan ir-Regolament.” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Diċembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).
(2) ĠU L 194, 31.7.2000, p. 45. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 923/2007 (ĠU L 201, 2.8.2007, p. 9).