|
3.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 1/4 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9633 — Astorg/Nordic Capital/Novo/ERT)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 1/04)
1.
Fit-18 ta’ Diċembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
A7 Invest BidCo Limited (“A7 Invest BidCo”), ikkontrollata minn Astorg VII SLP, fond ġestit minn Astorg Asset Management S.à.r.l, (“Astorg”, il-Lussemburgu), |
|
— |
Nordic Capital IX Limited (“Nordic Capital”, Jersey, Channel Islands), |
|
— |
Novo Holdings A/S (“Novo”, id-Danimarka), u |
|
— |
eResearchTechnology (“ERT”, l-Istati Uniti tal-Amerka), bħalissa kkontrollata biss minn Nordic Capital. |
Astorg, (permezz ta’ A7 Invest BidCo), Nordic Capital u Novo jakkwistaw, fis-sens tal-Artikoli 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ ERT (2) kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Astorg: grupp ta’ ekwità privata, |
|
— |
Nordic Capital: fondi ta’ ekwità privata li jinvestu tul firxa ta’ industriji inklużi dawk tal-kura tas-saħħa, tat-teknoloġija u tal-pagamenti, servizzi finanzjarji, servizzi industrijali u tan-negozju u prodotti tal-konsumatur, |
|
— |
Novo: hija responsabbli għall-ġestjoni tal-assi tan-Novo Nordisk Foundation permezz ta’ investimenti strateġi fix-xjenzi tal-ħajja u oqsma relatati u permezz ta’ investimenti ta’ minorità ta’ natura finanzjarja u ta’ venture capital f’portafoll wiesgħa ta’ kumpaniji ddedikati għar-riċerka medika u xjentifika, |
|
— |
ERT: fornitur ta’ soluzzjonijiet ta’ riċerka klinika permezz ta’ software. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (3) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9633 — Astorg/Nordic Capital/Novo/ERT
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks: +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) Il-ġestjoni ta’ bħalissa ta’ ERT se tkun proprjetarja ta’ inqas mill-1 % tal-istokk kapitali