|
17.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 286/117 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tal-10 ta’ Mejju 2012
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima VIII — L-Ombudsman Ewropew
(2012/558/UE)
IL-PARLAMENT EWROPEW,
|
— |
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010 (COM(2011) 473 — C7-0263/2011) (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Ombudsman Ewropew għall-awtorità ta’ kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fis-sena 2010, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet (3), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (4) dwar l-affidabilità tal-kontijiet kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom hija bbażata, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2010 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), b’mod partikulari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regola 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0089/2012), |
1.
Jagħti l-kwittanza lill-Ombudsman Ewropew dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tiegħu għas-sena finanzjarja 2010;
2.
Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’ hawn taħt;
3.
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni u r-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
Il-President
Martin SCHULZ
Is-Segretarju Ġenerali
Klaus WELLE
(2) ĠU C 332, 14.11.2011, p. 1.
(3) ĠU C 326, 10.11.2011, p. 1.
RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tal-10 ta’ Mejju 2012
li tinkludi kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima VIII — L-Ombudsman Ewropew
IL-PARLAMENT EWROPEW,
|
— |
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010 (COM(2011) 473 — C7-0263/2011) (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Ombudsman Ewropew għall-awtorità ta’ kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fis-sena 2010, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet (3), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (4) dwar l-affidabilità tal-kontijiet kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom hija bbażata, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2010 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u partikularment l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regola 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0089/2012), |
1.
Jenfasizza li fir-rapport annwali tagħha għall-2010, il-Qorti tal-Awdituri ddikjarat li “m’għandha l-ebda osservazzjoni x’tagħmel dwar l-Ombudsman Ewropew” (punt 7.31); ifakkar, madankollu, li l-Qorti tal-Awdituri kienet talbet lill-Ombudsman Ewropew (minn hawn ’l quddiem “l-Ombudsman”) li jabbozza dispożizzjonijiet dwar il-proċeduri ta’ reklutaġġ tal-persunal temporanju: kien jixtieq li kieku l-Qorti tal-Awdituri tinfurmah bir-riżultati;
2.
Jinnota li fl-2010, l-Ombudsman kellu għad-dispożizzjoni approprjazzjonijiet ta’ impenn ta’ total ta’ 9 332 275 EUR (9 000 000 EUR fl-2009) u li r-rata ta’ implimentazzjoni ta’ dawn l-approprjazzjonijiet kienet ta’ 89,65 %, li hu persentaġġ inferjuri għall-medja tal-istituzzjonijiet l-oħra u żewġ punti taħt ir-rata ta’ implimentazzjoni tiegħu tas-sena ta’ qabel (91,98 % fl-2009); jinnota madankollu li r-rata ta’ implimentazzjoni varjabbli tiddependi prinċipalment fuq il-fluttwazzjoni tal-persunal u jenfasizza li l-baġit tal-Ombudsman huwa purament amministrattiv, b’79 % tiegħu jintefaq fuq il-persuni li jaħdmu mal-istituzzjoni, 15 % fuq il-bini, l-għamara, it-tagħmir u l-ispejjeż operazzjonali varji, u 6 % fuq il-funzjonijiet ġenerali li taqdi l-istituzzjoni;
3.
Jitlob ippjanar finanzjarju aħjar li jiżgura implimentazzjoni tal-baġit iktar effiċjenti;
4.
Jilqa’ l-fatt li l-Ombudsman iffissa indikaturi ewlenin għall-prestazzjoni fil-pjan ta’ azzjoni għas-sena 2010 kif ukoll tabella ta’ valutazzjoni li se tippermetti l-kejl tal-isforzi tas-servizz bis-saħħa ta’ sistema ta’ benchmarking; jilqa’ l-progress li sar matul is-sena;
5.
Jittama madankollu li jiżdied iktar in-numru u l-persentaġġ ta’ każijiet fejn id-deċiżjoni ta’ ammissibbiltà tittieħed fi żmien xahar; jindika li din ir-rata bħalissa hi ta’ 66 %;
6.
Jittama wkoll li n-numru u l-persentaġġ ta’ inkjesti magħluqa f’inqas minn sena jkompli jiżdied; jindika li din ir-rata bħalissa hi ta’ 66 %;
7.
Jilqa’ l-fatt li kienet stabbilita proċedura ġdida għar-reklutaġġ ta’ aġenti temporanji kif ukoll għall-kalkolu tad-drittijiet individwali;
8.
Jilqa’ l-awditjar intern li sar mis-Servizz tal-Awditjar Intern fl-2010, li qies il-kummenti li saru fl-2009 u kkonkluda li s-sistema ta’ ġestjoni u kontroll kienet effikaċi, suġġett għall-implimentazzjoni tal-miżuri miftiehma;
9.
Ifakkar li r-rapport annwali dwar l-attività tal-Ombudsman fl-2010 reċentement kien is-suġġett ta’ rapport fuq inizjattiva proprja li l-Parlament adotta fis-27 ta’ Ottubru 2011 (6); għalhekk ma jixtieqx iżid iktar kummenti;
10.
Jixtiew li lir-rapport annwali dwar l-attività tal-Ombudsman għall-2011, jinkludi, jekk ikun il-każ, kapitolu dwar is-segwitu għar-riżoluzzjoni dwar il-kwittanza tal-Parlament u tabella komprensiva tar-riżorsi umani kollha għad-dispożizzjoni tal-Ombudsman, imqassma skont il-kategorija, il-grad, il-ġeneru, il-parteċipazzjoni fit-taħriġ professjonali u n-nazzjonalità.
(2) ĠU C 332, 14.11.2011, p. 1.
(3) ĠU C 326, 10.11.2011, p. 1.
(4) ĠU C 332, 14.11.2011, p. 134.
(5) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(6) Testi adottati minn din id-data, P7_TA(2011)0467.