1993R3199 — MT — 01.09.2008 — 007.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 3199/93

tat-22 ta' Novembru 1993

dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' proċeduri għall-iżnaturar komplet tal-alkoħol għall-iskopijiet ta' eżenzjoni mit-taxxa tas-sisa

(ĠU L 288, 23.11.1993, p.12)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2546/95 tat-30 ta' Ottubru 1995

  L 260

45

31.10.1995

 M2

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2559/98 tas-27 ta' Novembru 1998

  L 320

27

28.11.1998

►M3

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2205/2004 tal-21 ta' Diċembru 2004

  L 374

42

22.12.2004

►M4

COMMISSION REGULATION (EC) No 1309/2005 of 10 August 2005 (*)

  L 208

12

11.8.2005

►M5

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2023/2005 tat-12 ta’ Diċembru 2005

  L 326

8

13.12.2005

►M6

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 67/2008 tal-25 ta’ Jannar 2008

  L 23

13

26.1.2008

►M7

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 849/2008 tat-28 ta' Awwissu 2008

  L 231

11

29.8.2008



(*)

Dan l-att qatt ma ġie ppubblikat bil-Malti.




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 3199/93

tat-22 ta' Novembru 1993

dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' proċeduri għall-iżnaturar komplet tal-alkoħol għall-iskopijiet ta' eżenzjoni mit-taxxa tas-sisa



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE tad-19 ta' Ottubru 1992 dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi ta' taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u xorb alkoħoliku ( 1 ), u b'mod partikolari Artikolu 27(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE tal-25 ta' Frar 1992 dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għal taxxa tas-sisa u fuq iż-żamma, moviment u indukrar ta' tali prodotti ( 2 ), kif emendata mid-Direttiva 92/108/KE ( 3 ), u b'mod partikolari Artikolu 24 tagħha,

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Taxxi tas-Sisa,

Billi bis-saħħa ta' Artikolu 27(1)(a) tad-Direttiva 92/83/KEE, l-Istati Membri huma meħtieġa li jeżentaw mit-taxxa tas-sisa l-alkoħol li jkun żnaturat kompletament skond il-ħtiġiet ta' xi Stat Membru, iżda sakemm dawn il-ħtiġiet ġew notifikati u aċċettati kif suppost skond il-kondizzjonijiet imniżżlin fil-paragrafi 3 u 4 ta' dak l-Artikolu;

Billi ġew riċevuti oġġezzjonijiet għall-ħtiġiet notifikati;

Billi, għalhekk, skond il-ħtiġiet tal-paragrafu 4 tal-imsemmi Artikolu għandha tittieħed deċiżjoni skond il-proċedura mniżżla f'Artikolu 24 tad-Direttiva 92/12/KEE,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

L-isnaturanti li huma impjegati f'kull Stat Membru għall-iskopijiet biex jiġi żnaturat kompletament l-alkoħol skond Artikolu 27(1)(a) tad-Direttiva 92/83/KEE huma kif deskritti fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata meta jiġi pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS

Belġju

Ħames litri ta' metilina għal kull 100 litru ta' alkoħol ethyl irrispettivament mis-saħħa alkoħolika u kulurizzant biżżejjed biex jiġi prodott b'kulur blu markabbli tajjeb jew aħmar fil-vjola (vjola).

Is-segwenti huma inklużi fi ħdan it-tifsir tal-“metilina”:

— il-metilina attwali, jiġifieri l-alkoħol tal-metilina prim prodott mid-distillazzjoni niexfa tal-injam u li jkollha mill-inqas 10 % bil-piż ta' aċetone,

— taħlita ta' metilina u metanol li jkollha mill-inqas 60 % bil-piż ta' metilina attwali u 10 % bil-piż ta' aċetone,

— taħlita ta' metanol, aċetone u impuritajiet piroġenetiċi b'kulur empiromatiku qawwi, li jkollha għall-inqas 10 % bil-piż ta' aċetone.

Danimarka

Għal kull ettolitru ta' alkoħol pur:

— 2 litri ta' methylehtylketone, u

— 3 litri ta' methylisobutylketone.

Ġermanja

Għal kull ettolitru ta' alkoħol pur:

(1) 0,75 litri ta' methylethylketone, li jikkonsistu f

— 95 sa 96 bil-piż ta' methylethylketone,

— 2,5 sa 3 bil-piż ta' methylisopropylketone,

— 1,5 sa 2 bil-piż ta' ethylisoamylketone (5-metil-3-heptanon)

flimkien ma' 0,25 litri ta' bażijiet pyridine;

(2) Litru ta' methylethylketone, li jikkonsisti f

— 95 sa 96 % bil-piż ta' methylethylketone,

— 2,5 sa 3 % bil-piż ta' methylisopropylketone,

— 1,5 sa 2 % bil-piż ta' ethylisoamylketone (5-metil-3-heptanon),

flimkien ma' gramm wieħed ta' denatonium benzoate.

▼M7

Il-Greċja

Alkoħol etiliku ta' kwalità baxxa (id-distillat miksub fil-bidu u fi tmiem il-proċess tad-distillazzjoni), b'saħħa alkoħolika ta' mill-inqas 93 % vol u li ma jaqbiżx 96 % vol, li miegħu jiżdiedu s-sustanzi li ġejjin għal kull ettolitru ta' alkoħol idratat ta' 93 % vol:

— Metanol: 2 litri

— Spirtu tat-terpentina: litru

— Pitrolju tal-lampi: 0,5 litru

— Metilina blu: 0,40 gramma

F'temperatura ta' 20 °C, il-prodott aħħari, fil-forma mhux mibdula tiegħu, għandu jilħaq 93 % vol.

▼B

Spanja

Għal kull ettolitru ta' alkoħol pur:

— 1 gramma ta' denatonium benzoate,

— 2 litri ta' methylehtylketone (butanon), u

— 0,2 grammi ta' metilina blu (CI blu basiku 52015).

Franza

Għal ettolitru wieħed ta' alkoħol ethyl għal 90 % vol żid:

— 3,5 litri ta' metilina, u

— 1 litru ta' alkoħol isopropyl.

“Régie tip” - metilina

Definizzjoni:

Skond id-deċiżjoni ministerjali tas-7 ta' Mejju 1955, meħuda wara konsultazzjoni mas-servizz ta' laboratorju tal-Ministeru tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzi, “régi tip” metilina għandha tissodisfa s-segwenti ħtiġiet:

— għandha tirreġistra 90 % vol għal temperatura ta' 20 °C, b'tolleranza ta' 0,5,

— għandu jkollha għall-inqas 6 % impuritajiet piroġeniċi (ma jiġux ikkunsidrati l-prodotti illi jistgħu jinbiddlu f'sapun mis-soder u imfissrin bħala methyl acetate),

— għandu jkollha ketoni u ilma biex l-alkoħol tal-metilina jitla' għal 100,

— għandha tinkiseb esklużivament mill-karbonizzazzjoni tal-injam, li jsir taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet tat-taxxa.

L-impuritajiet piroġeniċi huma l-isnaturant reali. Jagħtu lit-taħlita togħma spjaċevoli u jagħmlu l-alkoħol mhux tajjeb għall-konsum orali.

Minħabba fil-proprjetajiet kimiċi tiegħu, l-aċetone jagħmlu iżjed faċli, fil-laboratorju, biex ikun isolat l-isnaturant fl-alkoħol.

Fl-aħħarnett, l-alkoħol tal-metilina jindika l-isnaturazzjoni. Il-grad ta' togħlija tiegħu huwa bejn wieħed u ieħor l-istess bħal dak tal-alkoħol ethyl. Għalhekk jista' jiġi separat biss bl-użu ta' tekniċi speċjali u apparat.

Fil-prinċipju, l-preżenza tiegħu, 'l fuq minn ċertu persentaġġ, li jvarja skond it-tipi differenti ta' alkoħol ethyl, jindika jekk l-alkoħol analizzat kienx ġie żnaturat minn qabel mill-proċess ġenerali.

L-Irlanda

Spirti tal-metilina mineralizzati:

— 9,5 % injam nafta,

— 0,5 % piradin prim,

— 0,025 uqija metilina tal-kulur vjola (għal kull 100 glalen ta' alkoħol ethyl pur),

— 0,375 % żejt tal-petrolju.

NB:

L-injam nafta u piridina prima jistgħu jiġu sostitwiti b'10 % ta' alkoħol metilina.

▼M3

L-Italja

L-alkoħol etiliku li għandu jkun żnaturat jeħtieġlu jkollu kontenut ta' alkoħol etiliku ta' mhux anqas minn 83 % bil-volum u ma jkunx anqas qawwi minn 90 % bil-volum meta mkejjel bl-alkoħolimetru tal-KE. Ma kull ettolitru anidruż, żid:

(a) 125 gramma thiophene,

(b) 0,8 grammi denatonium benzoate,

(c) 3 grammi ta' CI Reactive Red 24 (sustanza koloranti ħamra), soluzzjoni ta' 25 % w/w,

(d) 2 litri methyl ethyl ketone.

Sabiex tiżgura s-solubilità sħiħa tal-komponenti kollha, it-taħlita tal-iżnaturant trid tkun ippreparata fl-alkoħol etiliku ta' anqas minn 96 % bil-volum meta mkejjel bl-alkoħolimetru tal-KE.

L-iżnaturar jinkiseb bis-sustanzi elenkati fil-punti a), b), u d). It-thiophene u d-denatonium benzoate ibiddlu l-karatteristiċi organolettiċi tal-prodott, b’tali mod li l-inġestjoni ma tibqax possibbli, filwaqt li l-methyl ethyl ketone, li jagħli f'temperatura ta' (79.6 °C), viċin tat-temperatura li fiha jagħli l-alkoħol etiliku (78.9 °C), diffiċli biex teliminah għajr b’metodi li mhumiex ekonomiċi. Dan jiffaċilita l-kontrolli mill-awtoritajiet finanzjarji biex jidentifikaw xi abbuż possibbli.

L-għan ta’ C.I. L-għan tar-Reactive Red 24 huwa li jagħti lill-prodott kulur aħmar karatteristiku, li l-fini tal-prodott jagmilha immedjatament identifikabbli.

▼B

Lussemburgu

Ħames litri ta' metilina għal kull ettolitru ta' alkoħol ethyl irrispettivament mis-saħħa alkoħolika u kulurizzant biżżejjed biex jiġi prodott b'kulur blu markabbli tajjeb jew aħmar fil-vjola (vjola).

Is-segwenti huma inklużi fi ħdan it-tifsir tal-“metilina”:

— il-metilina attwali, jiġifieri l-alkoħol tal-metilina prim prodott mid-distillazzjoni niexfa tal-injam u li jkollha mill-inqas 10 % bil-piż ta' aċetone,

— taħlita ta' metilina u metanol li jkollha mill-inqas 60 % bil-piż ta' metilina attwali u 10 % bil-piż ta' aċetone,

— taħlita ta' metanol, aċetone w impuritajiet piroġenetiċi b'riħa empiromatika qawwija, li jkollha għall-inqas 10 % bil-piż ta' aċetu.

L-Olanda

Għal kull ettolitru ta' alkoħol ethyl:

Ħames litri ta' taħlita li tikkonsistu f:

— 60 % bil-volum ta' metilina,

— 11 % bil-volum ta' żejt tal-azzarin (konċentrat ta' bi-prodotti tad-distillazzjoni tal-alkoħol),

— 20 % bil-volum ta' aċetone,

— 8 % bil-volum tal-ilma,

— 0,5 % bil-volum ta' butanol,

— 0,5 % bil-volum ta' formalina (soluzzjoni tal-ilma ta' 37 % bil-piż tal-formaldehyde),

flimkien ma' kolorant tal-kwantità u l-kostitwenti li jkunu konformi mal-kondizzjonijiet imniżżlin mill-ispiżjar tas-Servizz Fiskali.

▼M1

L-Awstrija:

1. Għal kull ettolitru ta' alkoħol ethyl: 0,5 kilogrammi ta' żejt fusel (bi-prodott ta' rettifikazzjoni ta' l-alkoħol), 0,05 kilogrammi ta' żejt tal-gass mill-kodiċi CN 2710 u 1 kilogramma ta' methylethylketone; jew

2. għal kull ettolitru ta' alkoħol ethyl fil-forma ta' finti bħala bi-prodott tar-rettifikazzjoni ta' l-alkoħol ta' l-agrikoltura:

1 kilogramma ta' żejt fusel (bi-prodott tar-rettifikazzjoni ta' l-alkoħol),

0,01 kilogrammi ta' żejt tal-gass mill-kodiċi CN 2710 u 0,2 kilogrammi ta' methylethyletone.

Portugall:

L-alkoħol ethyl impur li jkollu għal kull ettolitru minimu ta' 5 litri ta' metilina u alkoħol għola, ta' saħħa alkoħolika bil-volum ta' mhux inqas minn 90 % u mhux iżjed minn 96 %, ma' liema jiżdied għal kull ettolitru:

— 2 litri ta' essenza ta' trementina jew żejt, u

— 2 grammi ta' malakita ħadra jew metilina blu.

Finlandja:

Għal kull ettolitru ta' alkoħol ethyl:

1. 2 litri ta' methylethylketone, u 3 litri methylisobutylketone,

2. 2 litri ta' aċetone, u 3 litri methylisobutylketone,

3. 3 litri ta' aċetu, u 2 grammi ta' denatonium benzoate.

L-Isvezja:

Għal kull ettolitru ta' alkoħol ethyl:

1. 2 litri ta' methylethylketone, u 3 litri ta' methylisobutylketone.

▼B

Il-Bażi tar-Renju Unit:

— 90 % vol ta' etanol,

— 9,5 % vol “injam nafta” ( 4 ), u

— 0,5 % vol piridin prim.

Għal kull 1 000 litru ma' liema jkun miżjud:

— 3,75 litri ta' nafta minerali (żejt tal-petrolju) u

— 1,5 ppm ta' metilina vjola.

▼M4

Cyprus

For every 100 litres of ethyl alcohol:

5 litres denaturing methanol,

0,5 litre mineral naptha (known as kerosene oil),

2 cc (cubic centimetres) methylene blue (methyl violate).

“Denaturing methanol” means either:

(a) pure methyl alcohol to which has been added not less than 1 % by volume of pyridine,

or

(b) wood naptha to which has been added not less than 0,25 % by volume of pyridine.

Czech Republic

Per hectolitre of pure alcohol:

1. 

— 1 gram denatonium benzoate,

— 0,2 litres thiophene,

— 1 litre methylethylketone (butanone), and

— 0,2 grams methylene blue (CI basic blue 52015);

2. 

— 0,4 litres solvent naphta,

— 0,2 litres kerosine, and

— 0,1 litres technical petrol.

Estonia

Per hectolitre of ethyl alcohol:

1. 2 litres methylethylketone and 3 litres methylisobutylketone;

2. 2 litres acetone and 3 litres methylisobutylketone;

3. 3 litres acetone and 2 grams of denatonium benzoate.

Hungary

Alcoholic products qualify as denatured alcohol (produced by denaturing), if it contains, by reference to its pure ethyl alcohol quantity, at least:

(a) 2 % by weight of methyl-ethyl-ketone, 3 % by weight of methyl-isobuthyl-ketone and 0,001 % by weight of denatonium benzoate;

or

(b) 1 % by weight of methyl-ethyl-ketone and 0,001 % by weight of denatonium-benzoate;

or

(c) 2 % by weight of isopropyl-alcohol, 1 % by weight of t-butyl alcohol, and 0,001 % by weight of denatonium-benzoate;

and its alcoholic strength by volume is not less than 92 % vol.

Only chemicals can qualify as denaturing chemicals if their quality is certified with analysis certificates.

▼M5

Il-Latvja

Ammont minimu għal 100 litru ta’ spirtu

1. taħlita tas-sustanzi li ġejjin:

— alkoħolisopropil 9 litri,

— aċetun 1 litru,

— metilin blu jew thymol blu jew vjoletta tal-metil 0,4 grammi;

2. taħlita tas-sustanzi li ġejjin:

— metiletileketon 2 litri,

— metilisobutileketon 3 litri;

3. taħlita tas-sustanzi li ġejjin:

— aċetun jew ta’ alkoħolisopropil 3 litres,

— denatonium benżoat 2 grammi;

4. aċitat ta’ l-etili 10 litri.

Ammont minimu għal kull 100 litru ta’ alkoħol ta’ l-etili idratat (li fih massimu ta’ 0.5 % ta’ ilma):

1. minimu ta’ 5 litri u massimu ta’ 7 litri ta’ benżin jew żejt mhux raffinat (petroleum).

▼M4

Lithuania



Kind (sort) of ethyl alcohol

Denaturants

Amount of the denaturants, per hectolitre pure alcohol

Ethyl alcohol or aldehyde fraction of ethyl alcohol, or distilled aldehyde fraction of ethyl alcohol

Acetone and denatonium benzoate

3 litres

2 grams

Malta

Mineralised methylated spirits

Base:

90 % vol. ethanol,

9,5 % vol. wood naptha, and

0,5 % vol. crude pyridine.

To each 1 000 litres of which is added:

— 3,75 litres of mineral naptha (petroleum oil), and

— 1,50 ppm of methyl violet.

Poland

Per hectolitre pure alcohol:

1. 0,75 litre methylethylketone, consisting of:

— 95 to 96 % by weight of methylethylketone,

— 2,5 to 3 % by weight of methylisopropylketone,

— 1,5 to 2 % by weight of ethylisoamylketone (5-methyl-3-heptanone),

together with 0,25 litres of pyridine bases;

2. one litre methylethylketone, consisting of:

— 95 to 96 % by weight of methylethylketone,

— 2,5 to 3 % by weight of methylisopropylketone,

— 1,5 to 2 % by weight of ethylisoamylketone (5-methyl-3-heptanone),

together with 1 gram denatonium benzoate.

Slovakia

Per one hectolitre pure alcohol (1 hl a.) add:

(a) 

2 litres of methylethylketone,

3 litres of methylisobutylketone,

1 gram of denatonium benzoate, and

0,2 grams methylene blue;

(b) 

1,5 litres of technical petrol (special spirit),

1,5 litres of kerosene, and

2 grams of denatonium benzoate.

Hectolitre pure alcohol (hl a.) is alcohol at the temperature of 20 °C.

Slovenia

Per hectolitre of pure ethyl alcohol:

— 1 580 grams isopropyl alcohol, and

— 790 grams tert-butyl alcohol, and

— 0,79 grams denatonium benzoate.

▼M6

Bulgarija

Għall-iżnaturar komplet ta’ l-alkoħol ethyl, il-kwantitajiet indikati ta’ dawn is-sustanzi li ġejjin għandhom jiġu miżjuda ma’ 100 litru ta’ alkoħol ethyl b’kontenut effettiv minimu ta’ 90 % alkoħol f’termini ta’ volum:

— 5 litri ta' methylethylketone;

— 2 litri ta' alkoħol isopropyl;

— 0,2 grammi methylene blue.

Rumanija

Għal kull ettolitru ta' alkoħol pur:

— 1 gramma ta' denatonium benzoate,

— 2 litri ta' methylehtylketone (butanone), u

— 0,2 grammi methylene blue.



( 1 ) ĠU L 316, tal-31.10.1992, p. 21.

( 2 ) ĠU L 76, tat-23.3.1992, p. 1.

( 3 ) ĠU L 390, tal-31.12.1992, p. 124.

( 4 ) Injam nafta huwa prodott li jista' jkun sintetiku imma għandu jipproduċi tali kwalitajiet biex jagħmel taħlita ta' 5 % injam nafta b'95 % spirti mhux tajbin għall-użu bħala xarba. Dan jinkiseb billi jkun prodott “cocktail” relattivament kumpless imma stabbli ta' sustanzi li ma jistgħux jitneħħew faċilment mill-ispirti.

Komposizzjoni ta' “injam nafta”

M'hemmx lista preskritta ta' ingredjenti, imma ftit jew kollha mis-segwenti jinsabu fl-injam nafta sintetiku approvat:

— piridin,

— bażijiet tal-piridin,

— alkoħol allyl,

— crotenaldehyde,

— picolene,

— denatonium benzoate,

— alkoħol tal-metilina.