|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/6315 |
21.10.2024 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-każ M.11761 – TPG / NEW MOUNTAIN / HB)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/6315)
1.
Fil-11 ta’ Ottubru 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
TPG Inc. (“TPG”, l-Istati Uniti), |
|
— |
New Mountain Capital, LLC (“New Mountain”, l-Istati Uniti), |
|
— |
Homrich Berg Wealth Management, LLC (“HB”, l-Istati Uniti). |
TPG u New Mountain se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ HB, flimkien mal-ġestjoni proprja ta’ HB.
Il-konċentrazzjoni se ssir permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
TPG hija ditta globali alternattiva għall-ġestjoni tal-assi, |
|
— |
New Mountain hija ditta ta’ investiment ta’ ekwità privata, |
|
— |
HB hija ditta tal-ġestjoni tal-ġid li toffri servizzi ta’ ppjanar finanzjarju u ta’ ġestjoni tal-investiment lil klijenti b’valur nett għoli fl-Istati Uniti. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ koċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart (10) ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11761 – TPG / NEW MOUNTAIN / HB
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6315/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)