Official Journal L 335 , 23/12/1994 P. 0054 - 0055
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 64 P. 0133
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 64 P. 0133
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3175/94 tal-21 ta' Diċembru 1994 li jistabbilixxi r-regoli ddettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti speċifiċi għall-provvista ta' ċereali għall-gżejjer iż-żgħar ta' l-Eġew u li jistabbilixxi l-previżjoni tal-bilanċ tal-provvista. IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2019/93 tad-19 ta' Lulju 1993 li jintroduċi miżuri speċifiċi għall-gżejjer iż-żgħar ta' l-Eġew li jikkonċernaw ċerti prodotti agrarji [1], kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 822/94 [2], u partikolarment l-Artikolu 4, Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2958/93 [3], jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-implimentazzjoni ta' l-arranġamenti speċifiċi għall-provvista ta' ċerti prodotti agrarji għall-gżejjer iż-żgħar ta' l-Eġew; Billi, sabiex jittieħed akkont tal-prattiċi kummerċjali speċifiċi għas-settur taċ-ċereali, regoli ddettaljati, miżjuda jew derogi mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 2958/93, għandhom ikunu stabbiliti; Billi, permezz ta' l-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 2019/93, il-previżjoni tal-bilanċ tal-provvista għall-prodotti taċ-ċereali għall-gżejjer iż-żgħar ta' l-Eġew għas-sena 1995 għandu jkun stabbilit; dan il-bilanċ jista’ jkun revedut matul is-sena fuq il-bażi tat-tendenzi kurrenti fil-gżejjer imsemmija; Billi biex tkun assigurata l-amministrazzjoni effettiva ta' l-arranġamenti tal-provvisti, limitu ta' żmien għall-preżentazzjoni ta' l-applikazzjonijiet għal-liċenzi għandu jkun stabbilit u l-perjodu tal-validità ta' ċertifikati ta' l-għajnuna għandu jkun stabbilit; Billi il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għaċ-Ċereali, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Permezz ta' l-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 2019/93, il-previżjoni tal-bilanċ tal-provvista għaċ-ċereali li joriġinaw mill-Komunità għall-gżejjer iż-żgħar ta' l-Eġew għas-sena 1995 għandhom ikunu hekk kif stabbiliti fl-Anness. Artikolu 2 Il-validità taċ-ċertifikati ta' l-għajnuna għandha teskadi fl-aħħar jum tat-tieni xahar wara x-xahar ta' ħruġ. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu jkun japplika mill-1 ta' Jannar 1995. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Menbri kollha. Magħmul fi Brussel, fil-21 ta' Diċembru 1994. Għall-Kummissjoni René Steichen Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 184, tas-27.7.1993, p. 1. [2] ĠU L 95, ta' l-14.4.1994, p. 1. [3] ĠU L 267, tat-28.10.1993, p. 4. -------------------------------------------------- L-ANNESS Bilanċ tal-forniment taċ-ċereali għall-gzejjer iż-żgħar ta' l-Eġew għas-sena 1995 (tunnellati) | Kwantità | 1995 | Prodotti taċ-ċereali li joriginaw fil-KE | Kodici NM | Gżejjer li jappartieni ghall-Grupp A | Gżejjer li jappartieni ghall-Grupp B | Ċereali tal-qamħ | 1001, 1002, 1003, 1004 u 1005 | 10000 | 30750 | Dqiq tal-qamħ | 1001 u 1002 | 10000 | 30750 | Residwi u skart ta' l-industrija ta' l-ikel | 2302 sa 2308 | 1000 | 16500 | Preparamenti għal tip użat fl-għalf ta' l-annimali | 230990 | 1000 | 6500 | Total | 22000 | 84500 | Total Globali | 106500 | Dawn il-gruppi huma definiti fl-Annessi I u II tar-Regolament (KEE) Nru 2958/93. --------------------------------------------------