|
30.6.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 171/25 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 27/2011
tal-1 ta’ April 2011
li temenda l-Anness XXII (Il-liġi tal-kumpaniji) mal-Ftehim dwar iż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness XXII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 127/2010 tal-10 ta’ Novembru 2010 (1). |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 550/2010 tat-23 ta’ Ġunju 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandard Internazzjonali ta’ Rappurtaġġ Finanzjarju (IFRS) 1 (2) għandu jiġi inkorporat fil-ftehim. |
|
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 574/2010 tat-30 ta’ Ġunju 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Istandard Internazzjonali ta’ Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 1 u l-IFRS 7 (3) għandu jiġi inkorporat fil-ftehim. |
|
(4) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 632/2010 tat-19 ta’ Lulju 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 24 u l-Istandard Internazzjonali għar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 8 (4) għandu jiġi inkorporat fil-ftehim. |
|
(5) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 633/2010 tad-19 ta’ Lulju 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Interpretazzjoni 14 tal-Kumitat tal-Interpretazzjoni Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRIC) (5) għandu jiġi inkorporat fil-ftehim. |
|
(6) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 662/2010 tat-23 ta’ Lulju 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Interpretazzjoni 19 tal-Kumitat tal-Interpretazzjoni Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRIC) u l-Istandard Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 1 (6) għandu jiġi inkorporat fil-ftehim, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-punt 10ba (Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008) fl-Anness XXII mal-Ftehim:
|
“— |
32010 R 0550: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 550/2010 tat-23 ta’ Ġunju 2010 (ĠU L 157, 24.6.2010, p. 3), |
|
— |
32010 R 0574: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 574/2010 tat-30 ta’ Ġunju 2010 (ĠU L 166, 1.7.2010, p. 6), |
|
— |
32010 R 0632: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 632/2010 tad-19 ta’ Lulju 2010 (ĠU L 186, 20.7.2010, p. 1), |
|
— |
32010 R 0633: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 633/2010 tad-19 ta’ Lulju 2010 (ĠU L 186, 20.7.2010, p. 10), |
|
— |
32010 R 0662: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 662/2010 tat-23 ta’ Lulju 2010 (ĠU L 193, 24.7.2010, p. 1).” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 550/2010, (UE) Nru 574/2010, (UE) Nru 632/2010, (UE) Nru 633/2010 u (UE) Nru 662/2010 fl-ilsien Islandiż u f’dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-2 ta’ April 2011, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ April 2011.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
L-Aġent President
Gianluca GRIPPA
(2) ĠU L 157, 24.6.2010, p. 3.
(4) ĠU L 186, 20.7.2010, p. 1.
(5) ĠU L 186, 20.7.2010, p. 10.
(6) ĠU L 193, 24.7.2010, p. 1.
(*1) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.