|
31.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 32/19 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9434 — UTC/Raytheon)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 32/09)
1.
Fl-24 ta’ Jannar 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
United Technologies Corporation (“UTC”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Raytheon Company (“Raytheon”, l-Istati Uniti tal-Amerka). |
UTC takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ Raytheon kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ kuntratt jew kwalunkwe mezz ieħor.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
UTC: provvista ta’ prodotti u servizzi ta’ teknoloġija għolja għas-sistemi tal-bini u l-industriji ajruspazjali. UTC bħalissa tikkonsisti fl-unitajiet tan-negozju prinċipali li ġejjin: Otis Elevator Company; Carrier; Pratt & Whitney; u Collins Aerospace Systems (il-kombinazzjoni ta’ United Technologies Aerospace Systems u Rockwell Collins li dan l-aħħar ingħatat isem ġdid), |
|
— |
Raytheon: kuntrattur tad-difiża. Raytheon tissupplixxi armi gwidati, sensuri, elettronika, u servizzi professjonali għal klijenti militari u kummerċjali. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9434 — UTC/Raytheon
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 229-64301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussell |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).