|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/2335 |
4.5.2026 |
Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH)
(Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1) )
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2026/2335)
Deċiżjoni li tagħti awtorizzazzjoni
|
Referenza tad-deċiżjoni (2) |
Data tad-deċiżjoni |
Isem tas-sustanza |
Detentur tal-awtorizzazzjoni |
Numru tal-awtorizzazzjoni |
Użu awtorizzat |
Data tal-iskadenza tal-perjodu ta’ rieżami |
Raġunijiet għad-deċiżjoni |
|
C(2026) 2611 |
24 ta’ April 2026 |
triossidu tal-kromu (Nru KE 215-607-8; Nru CAS 1333-82-0) |
Hans Giesbert GmbH & Co KG, Fronhofen 10a, 63776 Mömbris, il-Baviera, il-Ġermanja |
REACH/26/17/0 |
Kromatura funzjonali ta’ natura dekorattiva għall-grilji tal-wajer u l-appoġġi tal-ixkaffar fil-fran, kif ukoll tal-għamara tal-metall |
1 ta’ Lulju 2030 |
F’konformità mal-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi huma akbar mir-riskju għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent mill-użu tas-sustanza u ma hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva adattata. |
|
(2) Id-deċiżjoni hija disponibbli fis-sit web tal-Kummissjoni Ewropea: Awtorizzazzjoni (europa.eu) |
|||||||
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/2335/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)