<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><ORDER xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.ORDER><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑466/11</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62011CO0466</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:465">EU:C:2012:465</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>5</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>5</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.ORDER><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>DIGRIET TAT-<DATE ISO="20120712">12.7.2012</DATE> — KAWŻA C-466/11</P><P>CURRÀ <HT TYPE="ITALIC">ET</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20120712">12 ta’ Lulju 2012</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 92(1) tar-Regoli ta’ Proċedura</KEYWORD><KEYWORD>Azzjoni mressqa mill-vittmi ta’ massakri kontra Stat Membru fil-kwalità tiegħu bħala l-persuna responsabbli għall-atti mwettqa mill-forzi armati tiegħu fi żmien ta’ gwerra</KEYWORD><KEYWORD>Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja</KEYWORD></INDEX><ORDER.INIT><P>Fil-Kawża C-466/11,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mit-Tribunale ordinario di Brescia (l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20110725">25 ta’ Lulju 2011</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid-<DATE ISO="20110909">9 ta’ Settembru 2011</DATE>, fil-proċedura</P></ORDER.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Gennaro Currà <HT TYPE="ITALIC">et</HT></HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Bundesrepublik Deutschland,</HT></P></DEFENDANTS><PRESENCE><PRESENCE.INIT>fil-preżenza ta’:</PRESENCE.INIT><P><HT TYPE="BOLD">Repubblica italiana,</HT></P></PRESENCE></PARTIES><PREAMBLE.GEN><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn K. Lenaerts, President tal-Awla, J. Malenovský (Relatur), E. Juhász, T. von Danwitz u D. Šváby, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Sharpston,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P><P>wara li semgħet lill-Avukat Ġenerali,</P></PREAMBLE.INIT><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE.GEN><CONTENTS.ORDER><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Digriet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tat-Trattati UE u FUE kif ukoll tal-Artikoli 17, 47 u 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP><?PAGE NO="2"?><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn ċittadini Taljani u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja dwar it-talba tagħhom ta’ kumpens għad-danni li huma sostnew meta huma jew l-aventi kawża tagħhom ittieħdu f’kamp ta’ konċentrazzjoni matul it-Tieni Gwerra Dinjija.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 28 tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna fuq id-Dritt dwar it-Trattati, tat-<DATE ISO="19690523">23 ta’ Mejju 1969</DATE>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Sakemm mit-trattat ma tirriżultax jew altrimenti ma tkunx stabbilita intenzjoni differenti, id-dispożizzjonijiet ta’ trattat ma jorbtux parti f’dak li jirrigwarda att jew fatt li jippreċedi d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan it-trattat għal din il-parti jew sitwazzjoni li ma tkunx għadha teżisti f’dik id-data.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Fis-sentenza tagħha Ferrini tas-<DATE ISO="20031106">6 ta’ Novembru 2003</DATE>, mogħtija fil-<DATE ISO="20040311">11 ta’ Marzu 2004</DATE>, il-Corte suprema di cassazione ddeċidiet li ċittadin Taljan seta’ jressaq quddiem il-qrati Taljani azzjoni ta’ kumpens għad-danni, li huwa sostna meta ttieħed f’kamp ta’ konċentrazzjoni, fil-konfront tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, peress li, fid-dawl tal-gravità tar-reati mwettqa fil-konfront ta’ dan iċ-ċittadin, l-istess qorti ma setgħetx tipprevalixxi ruħha mill-immunità ġudizzjarja li hija għandha taħt id-dritt internazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Wara din is-sentenza, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali aġixxew quddiem it-Tribunale ordinario di Brescia bil-ħsieb li jiksbu mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja kumpens ekwu għax-xogħol sfurzat u għad-deportazzjoni f’kamp ta’ konċentrazzjoni li tagħhom huma stess jew l-aventi kawża tagħhom kienu vittmi.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20081223">23 ta’ Diċembru 2008</DATE>, il-Bundesrepublik Deutschland adixxiet lill-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja b’azzjoni kontra r-Repubblica italiana minħabba li din tal-aħħar ma hijiex qiegħda tosserva l-prinċipju tad-dritt internazzjonali tal-immunità ġudizzjarja tal-Istati.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Qabel ma ngħatat is-sentenza tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja, ir-Repubblica italiana ppromulgat il-Liġi Nru 98/2010, tat-<DATE ISO="20100623">23 ta’ Ġunju 2010</DATE>, dwar dispożizzjonijiet urġenti li jirrigwardaw l-immunità tal-Istati barranin quddiem il-qrati Taljani u l-ħatra ta’ organizzazzjonijiet rappreżentattivi ta’ Taljani fl-esteru (GURI Nru 147, tas-<DATE ISO="20100626">26 ta’ Ġunju 2010</DATE>), li tissospendi l-miżuri ta’ eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet ta’ kundanna fil-konfront tal-Bundesrepublik Deutschland, bl-intiża li din il-miżura tintemm mal-għoti tas-sentenza tal-imsemmija qorti.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kuntest internazzjonali u tal-promulgazzjoni tal-imsemmija liġi, peress li kkunsidraw li l-qrati Ġermaniżi u Taljani interpretaw ħażin ir-regoli internazzjonali li jiggarantixxu liċ-ċittadini Taljani t-tgawdija tad-drittijiet tagħhom, u b’mod partikolari l-Artikoli 17 u 47 tal-Karta, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali talbu lit-Tribunale ordinario di Brescia jadixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-Bundesrepublik Deutschland tikkunsidra li, skont id-dritt internazzjonali, hija tibbenefika minn immunità ġudizzjarja, li ġiet ikkonfermata f’diversi Stati Membri, f’diversi sentenzi tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem kif ukoll fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fuq l-immunità tal-Istati u l-beni tagħhom, adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fit-<DATE ISO="20041202">2 ta’ Diċembru 2004</DATE>. Hija żżid li l-azzjoni hija inammissibbli peress li, permezz tat-Trattat tal-Paċi tal-1947, ir-Repubblica italiana rrinunzjat għal kull talba ta’ kumpens fil-konfront tal-Bundesrepublik Deutschland.</TXT></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Filwaqt li tikkunsidra li t-talba tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali għandha tintlaqa’, il-qorti tar-rinviju tiddikjara li t-talba għal deċiżjoni preliminari tikkonċerna l-kwistjoni tal-eċċezzjoni tal-immunità fil-kuntest tad-dritt tal-Unjoni, jiġifieri t-Trattat ta’ Lisbona u l-Karta. L-imsemmija qorti żżid li l-interpretazzjoni mitluba, sa fejn din tikkonċerna żewġ Stati Membri, tippermettilha ssolvi l-kwistjoni tal-immunità tal-Bundesrepublik Deutschland.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-Tribunale ordinario di Brescia ddeċieda li jissospendi l-proċeduri quddiemu u li jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja s-segwenti domandi preliminari:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>1)</NO.P><TXT>Fuq il-bażi tal-obbligi internazzjonali tal-Istat Ġermaniż (Artikoli 2 u 5(2) tal Konvenzjoni ta’ Londra tal-1953 dwar id-debiti tad-Deutsche Reich [...]), l-allegat privileġġ ta’ immunità ċivili [ta’ dak l-Istat] invokat quddiem il-qrati Taljani fir-rigward tal-fatti inkwistjoni fil-kawża […] — privileġġ li dak l-Istat ma għadux jista’ jinvoka mill-<DATE ISO="20040311">11 ta’ Marzu 2004</DATE> (sentenza Ferrini [tal-Corte suprema di cassazzione, hawn fuq iċċitata]) — u l-ftehim [iffirmat fi Trieste mal-Gvern Taljan fit-<DATE ISO="20081118">18 ta’ Novembru 2008</DATE>] li tinfetaħ kawża quddiem il-Qorti Internazzjonali [tal-Ġustizzja] ([Kawża] Nru 143/2008, General list), [flimkien mal-]leġiżlazzjoni korrispondenti Taljana [kif tinsab fil-]Liġi Nru 89/2010, li tipprojbixxi l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi Taljani bbażati fuq reati gravi kontra l-umanità, imorru kontra l-Artikolu 6 [TUE] u l-Artikoli 17, 47 u 52 tal-Karta […]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-applikazzjoni tal-Artikolu 7 tar-Reichsbeamtenhaftungsgesetz (Liġi dwar ir-responsabbiltà tal-uffiċjali tar-Reich) (Bundesgerichtshof, sentenza tas-<DATE ISO="20030626">26 ta’ Ġunju 2003</DATE>, III ZR 245/98, u Bundensverfassungsgericht, sentenza tal-<DATE ISO="20060215">15 ta’ Frar 2006</DATE>, 2 Bvr 1476/03), dwar ir-reati tal-gwerra u r-reati kontra l-umanità, li jeskludi ċ-ċittadini Ewropej mid-dritt għall-kumpens fil-konfront tal-Istat Ġermaniż, b’mod li jmur kontra l-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni ta’ Londra tal-1953 dwar id-debiti tad-Deutsche Reich, kienet tikser id-drittijiet tar-rikorrenti fuq il-bażi tal-Artikoli 17 u 47 tal-Karta [...] sal-<DATE ISO="20040311">11 ta’ Marzu 2004</DATE> (sentenza Ferrini [tal-Corte suprema di cassazzione, hawn fuq iċċitata]) u, għaldaqstant, il-fatt li jiġi invokat terminu ta’ preskrizzjoni jmur kontra l-obbligi Komunitarji u, b’mod partikolari, kontra l-Artikolu 3 [TUE] u l-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 4(3) [TUE] kif ukoll kontra l-prinċipju <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/><HT TYPE="ITALIC">non conceditur contra venire factum proprio</HT><QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>L-eċċezzjoni tal-immunità ġudizzjarja mqajma mill-konvenuta, jiġifieri mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, tmur kontra l-aħħar subparagrafu tal Artikolu 4(3) [TUE] u kontra l-Artikolu 21 [TUE] sa fejn din teskludi r-responsabbiltà ċivili fuq il-bażi tal-prinċipji komuni Ewropej (Artikolu 340 [TFUE]) tal-konvenuta minħabba li kisret id-dritt internazzjonali (projbizzjoni tal-iskjavitù u tax-xogħol sforzat) fil-konfront taċ-ċittadini ta’ Stat Membru ieħor?<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont l-Artikoli 92(1) u 103(1) tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, meta l-Qorti tal-Ġustizzja manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni ta’ talba għal deċiżjoni preliminari, hija tista’, wara li tisma’ lill-Avukat Ġenerali, tiddeċiedi permezz ta’ digriet motivat, mingħajr ma tkompli l-proċedura.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Bid-domandi tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-eċċezzjoni tal-immunità ġudizzjarja ċivili li toħroġ mid-dritt internazzjonali invokata mill-Bundesrepublik Deutschland quddiem il-qrati Taljani u dik li hija tapplika għall-fatti fil-kawża prinċipali fid-dritt domestiku tagħha kif ukoll il-Liġi Nru 98/2010 imorrux kontra l-Artikoli 3 TUE, 4(3) TUE, 6 TUE, 340 TFUE kif ukoll l-Artikoli 17, 42 u 52 tal-Karta.</TXT></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Qabelxejn, għandu jitfakkar li mill-Artikolu 5(2) TUE jirriżulta li l-Unjoni Ewropea taġixxi biss fil-limiti tal-kompetenzi li l-Istati Membri attribwixxewlha fit-Trattati sabiex jintlaħqu l-għanijiet li dawn it-trattati jistabbilixxu u li kull kompetenza li ma ngħatatx lill-Unjoni skont it-trattati tappartjeni lill-Istati Membri.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont ġurisprudenza stabbilita, fil-kuntest ta’ rinviju għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ biss tinterpreta d-dritt tal-Unjoni fil-limiti tal-kompetenzi mogħtija lilha (ara s-sentenza tal-<DATE ISO="20101005">5 ta’ Ottubru 2010</DATE>, McB., <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-400/10 PPU" PAGE.ECR="I-8965" YEAR="2010">C-400/10 PPU, Ġabra p. I-8965</REF.DOC.ECR>, punt 51, kif ukoll id-digriet tal-<DATE ISO="20111214">14 ta’ Diċembru 2011</DATE>, Boncea <HT TYPE="ITALIC">et</HT> u Budan, C-483/11 u C-484/11, punt 32). Senjatament, il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex ġurisdizzjoni, skont l-Artikolu 267 TFUE, sabiex tiddeċiedi fuq l-interpretazzjoni ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt internazzjonali li jorbtu lil Stati Membri f’kuntest li ma jaqax fl-ambitu tad-dritt tal-Unjoni (sentenza tas-<DATE ISO="19731127">27 ta’ Novembru 1973</DATE>, Vandeweghe <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="130/73" PAGE.ECR="1329" YEAR="1973">130/73, Ġabra p. 1329</REF.DOC.ECR>, punt 2).</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, il-kwistjoni fil-kawża prinċipali tikkonċerna talba għal kumpens imressqa minn ċittadini ta’ Stat Membru fil-konfront ta’ Stat Membru ieħor fuq il-bażi ta’ fatti li seħħew matul it-Tieni Gwerra Dinjija, jiġifieri qabel ma nħolqu l-Komunitajiet Ewropej.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Issa, il-qorti tar-rinviju ma tindika ebda element li jippermetti li jintwera li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT>. Hija titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex, fl-ewwel lok, tippronunzja ruħha fuq l-interpretazzjoni tal-prinċipju tad-dritt internazzjonali ġenerali li jirrigwarda l-immunità tal-Istati kif ukoll fuq dik tal-ftehim dwar id-dejn esterjuri Ġermaniż, li fih l-Unjoni ma hijiex parti, u, fit-tieni lok, tivverifika jekk, fid-dawl ta’ din l-interpretazzjoni, id-dritt u l-imġiba ta’ żewġ Stati Membri humiex konformi mad-diversi dispożizzjonijiet tat-Trattati UE u FUE u tal-Karta.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Ċertament, il-kompetenzi tal-Unjoni għandhom jiġu eżerċitati fl-osservanza tad-dritt internazzjonali (ara, b’analoġija, is-sentenzi tal-<DATE ISO="19921124">24 ta’ Novembru 1992</DATE>, Poulsen u Diva Navigation, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-286/90" PAGE.ECR="I-6019" YEAR="1992">C-286/90, Ġabra p. I-6019</REF.DOC.ECR>, punt 9, kif ukoll tal-<DATE ISO="20111221">21 ta’ Diċembru 2011</DATE>, Air Transport Association of America <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-366/10" PAGE.ECR="I-13755" YEAR="2011">C-366/10, Ġabra p. I-13755</REF.DOC.ECR>, punt 123). Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tapplika d-dritt internazzjonali u tista’ titwassal sabiex tinterpreta ċerti regoli li joħorġu minn dan id-dritt, iżda dan biss fl-ambitu tal-kompetenza mogħtija lill-Unjoni mill-Istati Membri.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Madankollu, xejn ma jindika li s-sitwazzjoni li tifforma s-suġġett tal-kawża prinċipali tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni jew tar-regoli tad-dritt internazzjonali li għandhom effett fuq l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni. Konsegwentement, il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tinterpreta u tapplika r-regoli tad-dritt internazzjonali li l-qorti tar-rinviju tipprevedi li tapplika għall-imsemmija sitwazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja tinnota f’dan ir-rigward, li, fir-rigward tal-interpretazzjoni u tal-applikazzjoni tal-prinċipju tal-immunità tal-Istati fil-kuntest ta’ talba għal kumpens imressqa minn ċittadini ta’ Stat fil-konfront ta’ Stat ieħor minħabba fatti li seħħew matul it-Tieni Gwerra Dinjija, iż-żewġ Stati Membri inkwistjoni fil-kawża prinċipali adixxew lill-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja mingħajr ma kkontestaw il-ġurisdizzjoni ta’ din tal-aħħar. L-imsemmija qorti ddikjarat li għandha ġurisdizzjoni u tat sentenza fuq il-mertu tal-kawża fit-<DATE ISO="20120203">3 ta’ Frar 2012</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Minn dan kollu premess jirriżulta li l-Qorti tal-Ġustizzja manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> sabiex tirrispondi għad-domandi preliminari.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Anki jekk jitqies li l-Unjoni tista’ tinterpreta r-regoli tad-dritt internazzjonali bħalma huma dawk previsti mill-qorti tar-rinviju, mill-Artikolu 28 tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna fuq id-Dritt dwar it-Trattati, li jorbot lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni u jifforma parti mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni bħala regola tad-dritt konswetudinarju internazzjonali (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<DATE ISO="20100225">25 ta’ Frar 2010</DATE>, Brita, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-386/08" PAGE.ECR="I-1289" YEAR="2010"><?PAGE NO="5"?>C-386/08, Ġabra p. I-1289</REF.DOC.ECR>, punt 42), jirriżulta li, fin-nuqqas ta’ intenzjoni differenti espressa fit-trattat ikkonċernat, id-dispożizzjonijiet ta’ dan tal-aħħar ma jorbtux lill-Istati kontraenti f’dak li jikkonċerna att jew fatt li jippreċedi d-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Issa, tali intenzjoni differenti, li abbażi tagħha kompetenza tal-Unjoni tista’ tiġi estiża għal fatti bħalma huma dawk tal-kawża prinċipali, li jippreċedu l-eżistenza tagħha, bl-ebda mod ma tirriżulta mit-Trattati.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-Qorti tal-Ġustizzja manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> sabiex tirrispondi għad-domandi preliminari.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Fir-rigward, senjatament, tad-dispożizzjonijiet tal-Karta li tagħhom il-qorti tar-rinviju titlob l-interpretazzjoni, huwa suffiċjenti li jitfakkar li, skont l-Artikolu 51(1) tal-Karta, id-dispożizzjonijiet ta’ din tal-aħħar huma intiżi għall-Istati Membri biss meta dawn ikunu qed jimplementaw id-dritt tal-Unjoni. Barra minn hekk, skont il-paragrafu 2 tal-istess artikolu, il-Karta ma testendix il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni lil hinn mill-kompetenzi tal-Unjoni, u lanqas ma tistabbilixxi xi setgħa jew kompitu ġdid għall-Unjoni, u ma timmodifikax il-kompetenzi u l-kompiti ddefiniti fit-Trattati. Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja hija mitluba tinterpreta, fid-dawl tal-Karta, id-dritt tal-Unjoni fil-limiti tal-kompetenzi mogħtija lilha (sentenza tal-<DATE ISO="20111115">15 ta’ Novembru 2011</DATE>, Dereci <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-256/11" PAGE.ECR="I-11315" YEAR="2011">C-256/11, Ġabra p. I-11315</REF.DOC.ECR>, punt 71 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Issa, filwaqt li s-sitwazzjoni fil-kawża prinċipali ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni b’mod li l-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex ġurisdizzjoni, id-dispożizzjonijiet invokati tal-Karta ma jistgħux, fihom infushom, jistabbilixxu kompetenza ġdida.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkonstatat li l-Qorti tal-Ġustizzja manifestament ma għandhiex il-ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni tat-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale ordinario di Brescia.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tordna:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex il-ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni tat-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale ordinario di Brescia (l-Italja).</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.ORDER><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></ORDER>