|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/1324 |
13.3.2025 |
P9_TA(2024)0216
Konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja dwar il-kooperazzjoni bejn l-Aġenzija Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (il-Eurojust) u l-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Armenja kompetenti għall-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' April 2024 dwar l-abbozz għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-Konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja dwar il-kooperazzjoni bejn l-Aġenzija Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (il-Eurojust) u l-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Armenja kompetenti għall-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali (17085/2023 – C9-0145/2024 – 2023/0400(NLE))
(Approvazzjoni)
(C/2025/1324)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz għal deċiżjoni tal-Kunsill (17085/2023), |
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta’ ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja dwar il-kooperazzjoni bejn l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (il-Eurojust) u l-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Armenja kompetenti għall-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali (17080/2023), |
|
— |
wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 16(2), l-Artikolu 85 flimkien mal-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(v), u l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0145/2024), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4), u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0165/2024), |
|
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Armenja. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1324/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)