|
4.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 196/44 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1602
tal-31 ta’ Lulju 2023
dwar l-istabbiliment tan-network tan-negozjanti primarji u d-definizzjoni tal-kriterji ta’ eliġibbiltà għall-mandati ta’ tmexxija u ta’ tmexxija konġunta għat-tranżazzjonijiet sindakati għall-finijiet tal-attivitajiet ta’ teħid ta’ self mill-Kummissjoni f’isem l-Unjoni u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 220a(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fil-kuntest tal-azzjonijiet adottati mill-Unjoni wara l-kriżi tal-COVID-19, ġie stabbilit network tan-negozjanti primarji bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2021/625 (2) biex jiffunzjona bħala network kwalifikat ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment li dwaru l-Kummissjoni tappella għat-tqegħid primarju ta’ titoli ta’ dejn, għall-promozzjoni ta’ tali kollokamenti u, skont il-każ, għall-forniment ta’ servizzi finanzjarji rilevanti, bħall-għoti ta’ pariri u intelligence ġusti dwar is-suq. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 220a tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif emendat bir-Regolament (UE, Euratom) 2022/2434 (3), it-teħid b’self awtorizzat skont l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 (4) u, ħlief f’każijiet debitament ġustifikati, l-operazzjonijiet ta’ teħid b’self u ta’ ġestjoni tad-dejn għall-finanzjament ta’ programmi ta’ assistenza finanzjarja jenħtieġ li jsiru mill-Kummissjoni taħt strateġija ta’ finanzjament diversifikata. Strateġija ta’ finanzjament diversifikata hija metodu ta’ self ġenerali li jippermetti flessibbiltà rigward iż-żmien u l-maturità ta’ tranżazzjonijiet ta’ finanzjament uniku u għal żborżi regolari u kostanti lill-benefiċjarji. |
|
(3) |
Wara sentejn ta’ funzjonament tan-netwerk tan-negozjanti primarji, huwa meħtieġ xi titjib b’mod partikolari fir-rigward tal-proċessi ta’ notifiki pprovduti min-negozjanti primarji, u fir-rigward tas-sospensjoni jew l-esklużjoni ta’ negozjant primarju min-netwerk. |
|
(4) |
Ir-rikors għas-swieq kapitali jsir fuq skala kbira, u l-ħruġ isir ta’ spiss ħafna. Bħala konsegwenza, l-organizzazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament għandha tkun flessibbli. |
|
(5) |
In-negozjanti primarji ammessi fin-network huma intitolati li jipparteċipaw f’irkantijiet imwettqa mill-Kummissjoni għat-teħid ta’ self fis-swieq tal-kapital. Id-definizzjoni tal-kriterji ta’ eliġibbiltà tibni fuq l-esperjenza tal-Kummissjoni fl-għażla tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment taħt il-programmi ta’ assistenza finanzjarja eżistenti. Hija tibbaża wkoll fuq l-aħjar prattika minn emittenti sovrani u supranazzjonali. |
|
(6) |
L-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment għandhom ikunu intitolati għal sħubija fin-netwerk tan-negozjanti primarji jekk jissodisfaw il-kriterji ta’ eliġibbiltà. Dawn għandhom l-għan li jiggarantixxu t-twettiq effiċjenti tal-funzjoni tan-negozjanti primarji, b’mod partikolari t-tmexxija kompetenti tal-operazzjonijiet tas-suq u l-konformità mal-impenji tas-sottoskrizzjoni. F’dan ir-rigward huwa kruċjali li n-negozjanti primarji eliġibbli jagħtu xhieda ta’ struttura organizzazzjonali solida, kapaċità professjonali u ta’ ġestjoni, attività tas-suq sinifikanti fis-sottoskrizzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ ħruġ ta’ bonds sovrani u supranazzjonali, u konformità mal-qafas regolatorju rilevanti, speċjalment fir-rigward tar-rekwiżiti (5) prudenzjali tal-Unjoni (6). F’konformità mal-prinċipju tat-trasparenza, dawk il-kriterji u d-deċiżjonijiet ta’ ammissjoni ta’ istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta tal-investiment bħala negozjant primarju għandhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(7) |
Is-sħubija fin-netwerks tan-negozjanti primarji mħaddma minn Stat Membru jew emittent supranazzjonali tagħti d-dritt lill-istituzzjoni ta’ kreditu jew lid-ditta tal-investiment biex tipparteċipa fl-irkantijiet tad-dejn pubbliku ta’ dak l-emittent. Involviment regolari u attiv fi proċeduri ta’ rkantijiet sovrani jew supranazzjonali hija turija affidabbli ta’ esperjenza f’operazzjonijiet ta’ ġestjoni tad-dejn pubbliku. Jenħtieġ għalhekk li l-eliġibbiltà għas-sħubija tan-network tan-negozjanti primarji tal-Unjoni tkun bil-kundizzjoni ta’ sħubija f’tal-anqas network tan-negozjanti primarji jew mekkaniżmu ta’ negozjar primarju wieħed ta’ emittent supranazzjonali Ewropew jew ta’ Stat Membru. |
|
(8) |
Jenħtieġ li ladarba jiġu ammessi fin-network tan-negozjanti primarji, in-negozjanti primarji jitħallew ikollhom it-titlu ta’ “Membru tan-Network tan-Negozjanti Primarji tal-Unjoni Ewropea” u jipparteċipaw fl-irkantijiet kollha tat-titoli ta’ dejn tal-Unjoni u tal-Euratom. Jenħtieġ li dawk in-negozjanti jixtru medja minima ponderata tal-volumi rkantati u jenħtieġ li jikkonformaw ma’ ċerti obbligi ta’ rapportar. |
|
(9) |
Jenħtieġ li n-negozjanti primarji jaderixxu wkoll mat-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw il-parteċipazzjoni fin-network tan-negozjanti primarji, b’mod partikolari d-drittijiet, l-impenji u l-obbligi tal-membri tan-network tan-negozjanti primarji, ir-rieżami annwali, l-obbligi ta’ rapportar, kif ukoll ir-regoli dwar il-kontrolli, dwar is-sospensjoni tas-sħubija, dwar l-esklużjoni min-network tan-negozjanti primarji u dwar il-possibbiltà ta’ ħruġ minnu. |
|
(10) |
Minbarra l-irkantijiet, il-ħruġ ta’ titoli ta’ dejn taħt programmi ta’ self jitwettaq permezz ta’ sindakazzjoni jew pjazzamenti privati. Għal dan l-għan, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jew id-ditti tal-investiment li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà stabbiliti għal tranżazzjonijiet sindakati u pjazzamenti privati jinħatru mill-Kummissjoni għall-fini ta’ kull tranżazzjoni ta’ self. |
|
(11) |
Il-membri tan-netwerk tan-negozjanti primarji li jixtru perċentwal medju ponderat ogħla ta’ volumi rkantati minn dak meħtieġ biex ikunu membri tan-netwerk tan-negozjanti primarji, li jżommu sehem mis-suq sekondarju suffiċjenti f’titoli ta’ dejn tal-Unjoni u tal-Euratom u li jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi tal-arranġamenti ta’ kwotazzjoni għandhom ikunu eliġibbli biex iservu bħala maniġers ewlenin fi tranżazzjonijiet sindakati. Jenħtieġ ukoll li dan il-grupp ta’ negozjanti jieħu impenn li jippromwovi l-likwidità tat-titoli ta’ dejn tal-Unjoni u tal-Euratom permezz ta’ attività ta’ ġenerazzjoni tas-suq, li jipprovdi konsulenza ekwa u informazzjoni dwar is-suq lill-Kummissjoni u li jippromwovi l-operazzjonijiet ta’ ħruġ tal-Unjoni u tal-Euratom mal-investituri. |
|
(12) |
Jenħtieġ li l-kompiti marbuta mar-rwoli ta’ maniġer ta’ tmexxija u maniġer ta’ tmexxija konġunta jitqiesu bħala servizzi finanzjarji kif imsemmi fil-Kapitolu 1, it-Taqsima 2, il-punt 11.1, il-punt (j), tal-Anness I tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. Jenħtieġ għalhekk li l-ħatra tan-negozjanti primarji eliġibbli bħala membri tas-sindakat għal tranżazzjoni speċifika ta’ ħruġ tkun ibbażata fuq proċedura negozjata mingħajr il-pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż dwar kuntratt. Jenħtieġ li f’din il-proċedura jkun hemm inkluż li tintbagħat talba għal proposti lin-negozjanti eliġibbli u l-evalwazzjoni tal-proposti riċevuti mill-Kummissjoni. |
|
(13) |
Meta titqies il-frekwenza għolja li biha l-Kummissjoni hija mistennija li tirrikorri għas-swieq tal-kapital, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit mekkaniżmu bla intoppi, veloċi u effiċjenti biex jinħatru banek bħala maniġers ta’ tmexxija u ta’ tmexxija konġunta għat-tranżazzjonijiet sindakati. Għaldaqstant huwa meħtieġ li tiġi pprovduta bażi ekwa u trasparenti biex it-talba għal proposti tkun limitata għal subsett tan-negozjanti primarji eliġibbli li jipparteċipaw fis-sindakati. Din l-għażla addizzjonali hija meħtieġa biex ikun hemm bilanċ bejn il-ħtieġa ta’ kompetizzjoni fil-proċedura ta’ akkwist għas-servizzi li jappoġġaw is-sindakat u l-ħtieġa ta’ tħejjija effiċjenti ta’ tranżazzjonijiet li jirrikjedu ċertu urġenza, u biex jiġi evitat sforz doppju min-negozjanti primarji fil-proċess ta’ offerti għall-mandati sindakati. Din l-għażla tal-banek jenħtieġ li tkun ibbażata fuq kriterji kwalitattivi u kwantitattivi, relatati mal-kapaċità ppruvata tan-negozjanti primarji eliġibbli li jappoġġaw l-operazzjonijiet ta’ ħruġ sovrani u supranazzjonali fis-swieq primarji u sekondarji, u l-abbiltà tagħhom li jiddistribwixxu t-titoli ta’ dejn lill-investituri. Jenħtieġ li dan il-proċess jipprovdi wkoll mekkaniżmu ta’ rotazzjoni li jiżgura opportunità indaqs għall-parteċipazzjoni fost in-negozjanti primarji eliġibbli kollha. |
|
(14) |
In-negozjanti primarji jenħtieġ li jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-prattiki tas-suq u l-etika, inkluż li jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe proċediment, sentenza, deċiżjoni jew sanzjoni li tikkonċerna d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 relatati mas-sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni, b’mod partikolari l-Artikoli 135 sa 142 tiegħu. Dawn in-notifiki għandhom ikunu relatati biss man-negozjanti primarji nfushom u l-entitajiet prinċipali tagħhom. Tali notifika jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligu tan-negozjanti primarji li jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe bidla fis-sitwazzjonijiet kif iddikjarati matul il-proċess ta’ applikazzjoni. |
|
(15) |
Sabiex tiġi prevista likwidità akbar tas-suq sekondarju tal-Unjoni u tat-titoli ta’ dejn tal-Euratom, u biex jittejbu l-iskoperta tal-prezzijiet u t-trasparenza, huwa xieraq li jiġi introdott arranġament ta’ kwotazzjoni li jenħtieġ li jħeġġeġ lin-negozjanti primarji jaġixxu bħala ġeneraturi tas-suq u jikkwotaw it-titoli ta’ dejn tal-Unjoni u tal-Euratom fuq pjattaformi elettroniċi rikonoxxuti. Il-membri tan-netwerk tan-negozjanti primarji jenħtieġ li jingħataw inċentivi xierqa biex jinvolvu ruħhom f’tali attivitajiet ta’ ġenerazzjoni tas-suq. Għal dan l-għan huwa xieraq li jiġu stabbiliti l-kriterji għall-issodisfar tal-arranġament ta’ kwotazzjoni. |
|
(16) |
Sabiex jiġu pprovduti inċentivi addizzjonali għan-negozjanti primarji kollha biex jinvolvu ruħhom f’attivitajiet ta’ ġenerazzjoni tas-suq, huwa xieraq li jiġi pprovdut aċċess aktar sempliċi għall-mandati ta’ tmexxija konġunta għal tranżazzjonijiet sindakati anke lil dawk in-negozjanti primarji li jappoġġaw il-likwidità tas-suq sekondarju fl-Unjoni u t-titoli ta’ dejn tal-Euratom u jissodisfaw il-kriterji minimi tal-arranġament ta’ kwotazzjoni, iżda ma jissodisfawx il-kriterji ta’ eliġibbiltà biex iservu bħala maniġers ewlenin għal tranżazzjonijiet sindakati. Tali aċċess għal mandati ta’ tmexxija konġunta jippermetti lill-Kummissjoni tipprovdi inċentivi addizzjonali lil firxa usa’ ta’ membri tan-network tan-negozjanti primarji, li jieħdu passi biex jappoġġaw il-ħruġ tad-dejn tal-Unjoni u tal-Euratom. Il-kriterji ta’ eliġibbiltà għal mandati ta’ tmexxija konġunta għal tranżazzjonijiet sindakati għandhom għalhekk jiġu stabbiliti. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkunsidra mandati ta’ tmexxija konġunta għal mill-inqas tranżazzjoni waħda fil-perjodu kopert minn pjan ta’ finanzjament stabbilit f’konformità mal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2022/2544 (7). |
|
(17) |
Huwa xieraq li jiġu definiti u distinti b’mod ċar l-impenji li jikkonċernaw mandati ta’ tmexxija u ta’ tmexxija konġunta u li l-kriterji ta’ eliġibbiltà ta’ tmexxija konġunta jsiru proporzjonati għall-benefiċċji tar-rwol. Għal dak l-għan, il-mandati ta’ tmexxija konġunta jistgħu jingħataw ukoll lin-negozjanti primarji li jissodisfaw il-kriterji ta’ eliġibbiltà rilevanti iżda jistgħu ma jwettqux l-impenji addizzjonali kollha li huma meħtieġa biex jirċievu mandat ewlieni. In-negozjanti primarji kollha li jissodisfaw il-kriterji ta’ eliġibbiltà ta’ tmexxija konġunta għandhom jiġu mistiedna jipparteċipaw bħala komexxejja fi tranżazzjoni sindakata, ħlief f’każijiet fejn l-effiċjenza operazzjonali tkun żgurata aħjar permezz ta’ subsett ta’ komexxejja eliġibbli. F’każijiet bħal dawn, il-ko-lead eliġibbli għandhom jintgħażlu fuq il-bażi ta’ ordni alfabetika b’mekkaniżmu ta’ rotazzjoni. |
|
(18) |
Sabiex tissaħħaħ aktar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, il-proċessi ta’ sospensjoni u esklużjoni tan-negozjanti primarji jenħtieġ li jkunu ċari u effiċjenti. Huwa importanti li jiġi żgurat li f’każijiet ta’ ħtieġa, is-sospensjoni ta’ negozjant primarju tkun tista’ ssir mingħajr dewmien żejjed. F’każijiet fejn jinbeda proċess ta’ esklużjoni, jenħtieġ li tali proċess jippermetti biżżejjed żmien għan-negozjanti primarji biex iwieġbu għal avviż ta’ nuqqas ta’ konformità kkomunikat mill-Kummissjoni, u, fejn applikabbli, jieħdu miżuri korrettivi f’każijiet fejn tali nuqqas ta’ konformità jista’ jiġi kkoreġut. |
|
(19) |
Billi titqies il-ħtieġa li jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli ta’ monitoraġġ sabiex tiġi żgurata l-konformità tal-membri tan-network tan-negozjanti primarji mal-obbligi stabbiliti skont din id-Deċiżjoni u dispożizzjonijiet applikabbli rilevanti oħra, b’mod partikolari t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali. Jenħtieġ li, fejn xieraq, f’dik is-superviżjoni jkun involut l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF). |
|
(20) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2021/625 stabbiliet in-netwerk tan-negozjanti primarji u ddefiniet b’mod partikolari l-kriterji ta’ eliġibbiltà għall-għażla tal-membri tiegħu. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/857 (8) emendat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2021/625 u estendiet il-kriterji ta’ eliġibbiltà billi inkludiet ċerti ditti tal-investiment awtorizzati li jwettqu l-attivitajiet ta’ sottoskrizzjoni ta’ strumenti finanzjarji u/jew it-tqegħid ta’ strumenti finanzjarji fuq bażi ta’ impenn sod skont id-Direttiva 2014/65/UE (9). Din id-Deċiżjoni tibni fuq il-prinċipji stabbiliti mid-deċiżjonijiet imsemmija hawn fuq. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tissostitwixxi d-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2021/625, li jenħtieġ li titħassar kif xieraq. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
KAPITOLU 1
SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
1. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi n-network tan-negozjanti primarji u tistabbilixxi l-kriterji eliġibbli u d-dispożizzjonijiet proċedurali għall-għażla tal-membri tiegħu kif ukoll id-drittijiet u l-obbligi ta’ dawk il-membri.
2. Din id-Deċiżjoni tapplika għal kwalunkwe attività ta’ teħid ta’ self u ta’ ġestjoni tad-dejn imwettqa mill-Kummissjoni f’isem l-Unjoni u l-Euratom, li permezz tagħha l-Kummissjoni tagħżel kontropartijiet finanzjarji privati.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-iskopijiet ta’ din id-Deċiżjoni, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“rkant” tfisser il-proċess tal-operazzjonijiet ta’ ħruġ tat-titoli ta’ dejn tal-Unjoni u tal-Euratom abbażi ta’ offerti kompetittivi permezz ta’ pjattaforma għall-irkantijiet fis-suq primarju; |
|
(2) |
“programmi ta’ self” tfisser il-programmi tal-Unjoni u tal-Euratom li jinvolvu attivitajiet ta’ teħid b’self fis-swieq finanzjarji; |
|
(3) |
“istituzzjonijiet ta’ kreditu” tfisser istituzzjoni ta’ kreditu kif definita fl-Artikolu 4, paragrafu 1 (1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; |
|
(4) |
“titoli ta’ dejn” tfisser noti u/jew strumenti finanzjarji b’terminu qasir, bħal kambjali tat-teżor, kif ukoll kwalunkwe strument finanzjarju ieħor, maħruġ mill-Unjoni u/jew mill-Euratom; |
|
(5) |
“ditta tal-investiment” tfisser ditta ta’ investiment kif definita fl-Artikolu 4(1), il-punt 1, tad-Direttiva 2014/65/UE; |
|
(6) |
“pjattaforma interprofessjonali” tfisser negozjant għal negozjant f’ċentru elettroniku tan-negozjar, stabbilit fl-Unjoni Ewropea, kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (24) tad-Direttiva (UE) 2014/65/UE, fejn in-negozjant i primarji jipparteċipaw bħala ġeneraturi tas-suq għan-negozjar f’suq sekondarju; |
|
(7) |
“kwotazzjoni” tfisser rati ta’ offerti u talbiet sodi jew prezzijiet imqiegħda fuq pjattaformi interprofessjonali li jwasslu għall-konklużjoni awtomatika ta’ tranżazzjoni jekk ir-rati jew il-prezzijiet korrispondenti tal-offerta jew tat-talba jkunu ġew ipprovduti minn parteċipant ieħor (ktieb tal-ordnijiet b’limitu ċentrali); |
|
(8) |
“membri fin-network tan-negozjanti primarji” tfisser kwalunkwe istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta ta’ investiment li jissodisfaw il-kriterji ta’ eliġibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 4 inklużi fil-lista msemmija fl-Artikolu 15; |
|
(9) |
“emittent supranazzjonali Ewropew” tfisser il-Bank ta’ Żvilupp tal-Kunsill tal-Ewropa, il-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja, il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà, il-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Bank Nordiku tal-Investiment. |
Artikolu 3
Twaqqif tan-network tan-negozjanti primarji
In-netwerk tan-negozjanti primarji tal-Unjoni (“in-netwerk tan-negozjanti primarji”) għandu jinkludi grupp ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment li huma eliġibbli biex jipparteċipaw fl-attivitajiet ta’ teħid b’self u ta’ ġestjoni tad-dejn tal-Kummissjoni li ġejjin:
|
(a) |
il-pjazzament ta’ titoli ta’ dejn fis-swieq primarji tal-kapital, b’mod partikolari permezz ta’ rkantijiet u tranżazzjonijiet sindakati; |
|
(b) |
il-promozzjoni tal-likwidità tat-titoli ta’ dejn tal-Unjoni u tal-Euratom fis-swieq finanzjarji; |
|
(c) |
il-forniment ta’ konsulenza ekwa u informazzjoni dwar is-suq lill-Kummissjoni; |
|
(d) |
il-promozzjoni u l-iżvilupp tat-tqegħid tat-titoli ta’ dejn tal-Unjoni u tal-Euratom. |
KAPITOLU 2
SĦUBIJA TAN-NETWORK TAN-NEGOZJANTI PRIMARJI
Artikolu 4
Kriterji ta’ eliġibbiltà għan-network tan-negozjanti primarji
istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment li jissodisfaw il-kriterji li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli għal sħubija fin-network tan-negozjanti primarji:
|
(a) |
ikunu entità ġuridika stabbilita u jkollhom is-sede prinċipali tagħhom fl-Unjoni jew f’pajjiż taż-Żona Ekonomika Ewropea; |
|
(b) |
ikunu ssorveljati minn awtorità kompetenti tal-Unjoni u jkunu awtorizzati jwettqu attività ta’ negozju ta’ waħda minn dawn li ġejjin:
|
|
(c) |
jkunu membru ta’ network tan-negozjanti primarji sovran jew supranazzjonali Ewropew stabbilit għall-fini li jservi bħala kontroparti ta’ Stat Membru jew ta’ emittent supranazzjonali Ewropew. Għall-fini ta’ din id-Deċiżjoni, network tan-negozjanti primarji sovran jew supranazzjonali Ewropew għandu jinftiehem bħala wieħed minn dawn iż-żewġ entitajiet segwenti:
|
Artikolu 5
Impenji
1. Il-membri tan-network tan-negozjanti primarji għandhom jieħdu l-impenji segwenti:
|
(a) |
li jixtru medja minima ponderata ta’ 0,05 % tal-volumi rkantati mill-Unjoni u/jew mill-Euratom fuq bażi semiannwali f’konformità mal-parti 1 tal-Anness I; |
|
(b) |
li jikkonformaw mal-obbligu li jirrapportaw b’mod preċiż, f’waqtu u integrali fuq bażi ta’ kull xahar lill-Kummissjoni l-volumi nnegozjati f’titoli ta’ dejn tal-Unjoni u tal-Euratom, skont il-format ta’ rapportar armonizzat għan-negozjar fis-suq tad-dejn sovran sekondarju Ewropew stabbilit permezz tas-Sottokumitat dwar is-Swieq tad-Dejn Sovran tal-UE tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju tal-Unjoni Ewropea. |
|
(c) |
li jippreżentaw kopja ffirmata tat-“Termini u l-Kundizzjonijiet ġenerali tan-negozjanti primarji tal-Unjoni Ewropea” (“TKĠ”); |
|
(d) |
li jiżguraw li l-awtorizzazzjonijiet tan-negozjar pprovduti lill-persunal tan-negozjar tiegħu jiġu riveduti kull tliet xhur u jkunu validament fis-seħħ; |
|
(e) |
li jikkonformaw mal-etika u l-prattiki tas-suq, b’mod partikolari
|
|
(f) |
li jittrattaw b’mod kunfidenzjali l-informazzjoni kollha riċevuta mill-Kummissjoni. |
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (b), il-kwalità tar-rappurtar għandha tiġi vvalutata regolarment u r-riżultati għandhom jiġu nnotifikati lin-negozjant primarju interessat. In-negozjant primarju għandu jiġi nnotifikat jekk id-data mogħtija ma tkunx preċiża
3. Għall-finijiet tal-ewwel paragrafu 1, punt (e), il-Kummissjoni għandha tevalwa l-imġiba tan-negozjanti primarji matul l-eżekuzzjoni ta’ tranżazzjoni sindakata u operazzjonijiet oħra ta’ ġestjoni tad-dejn f’termini ta’ prontezza, newtralità tas-suq u eżekuzzjoni ordnata u effiċjenti.
Artikolu 6
Termini u kundizzjonijiet ġenerali
1. It-TKĠ għandhom japplikaw għal kwalunkwe attività ta’ teħid ta’ self u ta’ ġestjoni tad-dejn imwettqa mill-Kummissjoni taħt il-programmi ta’ teħid ta’ self skont din id-Deċiżjoni.
2. F’konformità ma’ din id-Deċiżjoni, it-TKĠ għandhom:
|
(a) |
jistabbilixxi d-dettalji tal-obbligi għad-durata tal-parteċipazzjoni fin-netwerk tan-negozjanti primarji u d-dettalji tal-kriterji ta’ eliġibbiltà għall-mandati ta’ tmexxija u ta’ tmexxija konġunta; |
|
(b) |
jistabbilixxu l-kontenut tar-rieżami annwali u l-proċedura għalih; |
|
(c) |
jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-obbligi ta’ rappurtar; |
|
(d) |
jistabbilixxu r-regoli dwar il-kontrolli; |
|
(e) |
jistabbilixxu d-dettalji tar-regoli u l-proċedura għas-sospensjoni tas-sħubija, it-tneħħija ta’ dik is-sospensjoni, u l-esklużjoni min-network tan-negozjanti primarji; kif ukoll |
|
(f) |
jirregolaw il-possibbiltà ta’ rtirar min-network tan-negozjanti primarji; |
|
(g) |
tistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-arranġamenti ta’ kwotazzjoni, inkluż il-perjodu ta’ osservazzjoni u r-rekwiżiti u l-proċess għar-rikonoxximent tal-pjattaforma interprofessjonali; |
3. Kwalunkwe limitu ta’ żmien għandu jiġi kkalkulat kif ġej:
|
(a) |
jekk limitu ta’ żmien ikun espress f’jiem jew xhur minn ċertu data jew avveniment, il-jum jew ix-xahar li fih taħbat dik id-data jew jokkorri dak l-avveniment ma għandux jgħodd li jaqa’ f’dak il-limitu ta’ żmien; |
|
(b) |
il-limiti ta’ żmien espressi f’jiem għandhom jinkludu ġranet tax-xogħol biss. Il-ġranet ta’ negozju għandhom jiġu ddeterminati skont il-kalendarju Lussemburgiż tal-btajjel pubbliċi u bankarji (https://www.abbl.lu/fr/topic/bank-holidays/); |
|
(c) |
limitu ta’ żmien espress f’xhur għandu jintemm bl-iskadenza tal-jum fl-aħħar xahar li jikkorrispondi għall-istess jum li fih taħbat dik id-data jew okkorra l-avveniment minn meta ġie kkalkulat il-limitu ta’ żmien. |
|
(d) |
jekk il-jum li fih jenħtieġ li jiskadi l-limitu ta’ żmien espress f’xhur ma jokkorrix fl-aħħar xahar, il-limitu ta’ żmien għandu jintemm bl-iskadenza tal-aħħar jum ta’ dak ix-xahar; |
|
(e) |
jekk żmien espress f’xhur jiskadi f’jum ta’ vaganza pubblika jew bankarja, dan għandu jiġi estiż sa tmiem l-ewwel ġurnata tax-xogħol sussegwenti. |
Artikolu 7
Drittijiet tal-membri tan-network tan-negozjanti primarji
Il-membri tan-netwerk tan-negozjanti primarji għandu jkollhom id-drittijiet li ġejjin:
|
(a) |
li jirreklamaw lilhom infushom bħala “Membru tan-Network tan-Negozjanti Primarji tal-Unjoni Ewropea”; |
|
(b) |
li jipparteċipaw u jitfgħu offerti fi kwalunkwe rkant ta’ titoli ta’ dejn tal-Unjoni jew tal-Euratom; |
|
(c) |
li jirċievu fuq bażi regolari, mill-inqas darba fis-sena, feedback dwar il-prestazzjoni tagħha, speċjalment fir-rigward tal-klassifikazzjoni tagħha fl-irkanti u fis-swieq sekondarji; din il-feedback għandha tkun ibbażata fuq il-proċess ta’ evalwazzjoni interna msemmi fl-Artikolu 13 bi kriterji oġġettivi li għandhom jiġu kkomunikati lin-negozjanti primarji; |
|
(d) |
mingħajr preġudizzju għall-Kapitolu 3, li jkunu eliġibbli għal operazzjonijiet ta’ ġestjoni tad-dejn, inkluż l-operazzjonijiet li ġejjin:
|
|
(e) |
li jirriżenja fi kwalunkwe mument is-sħubija tiegħu fin-netwerk tan-negozjanti primarji billi jinnotifika tali riżenja lill-Kummissjoni; din ir-riżenja għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum ta’ xogħol tal-ewwel xahar wara d-data tan-notifika. |
KAPITOLU 3
MANDATI TA’ TMEXXIJA U TA’ TMEXXIJA KONĠUNTA GĦAT-TRANŻAZZJONIJIET SINDAKATI
Artikolu 8
Kriterji ta’ eliġibbiltà għal mandati ewlenin għal tranżazzjonijiet sindakati
Il-membri tan-netwerk tan-negozjanti primarji huma eliġibbli biex iservu bħala maniġers ewlenin għal tranżazzjonijiet sindakati, soġġett għall-issodisfar tal-kriterji li ġejjin:
|
(a) |
ikunu xtraw sehem minimu tal-volumi rkantati mill-Unjoni u mill-Euratom, b’medja ponderata abbażi tal-aħħar tliet irkanti fuq bażi kontinwa; |
|
(b) |
ikunu pprovdew evidenza, ibbażata fuq id-data tat-tranżazzjonijiet irrapportata skont din id-Deċiżjoni, li jkollhom sehem minimu mis-suq fost in-negozjanti primarji fit-titoli ta’ dejn tal-Unjoni u tal-Euratom fis-swieq sekondarji fuq bażi kontinwa; |
|
(c) |
ikunu kkonformaw mar-rekwiżiti minimi tal-arranġamenti ta’ kwotazzjoni matul il-perjodu ta’ osservazzjoni; |
|
(d) |
li jkunu qablu, bħala parti mill-KĠT, mat-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-mandati għal tranżazzjonijiet sindakati u mal-iskeda tat-tariffi. |
L-ishma minimi msemmija fl-ewwel paragrafu, il-punti (a) u (b), ir-rekwiżiti minimi msemmija fl-ewwel paragrafu, il-punt (c), kif ukoll regoli dettaljati oħra għall-mandati ewlenin għandhom ikunu bbażati fuq l-aħjar prattiki tas-suq b’mod partikolari ta’ emittenti pari u għandhom jirriflettu l-bilanċ tal-benefiċċji u l-obbligi għall-membri tan-netwerk tan-negozjanti primarji. Fejn il-kriterju jinkludi ishma relattivi, il-perċentwali għandhom iqisu n-numru totali ta’ negozjanti primarji.
Artikolu 9
Kriterji ta’ eliġibbiltà għal mandati ta’ tmexxija konġunta għal tranżazzjonijiet sindakati
Il-membri tan-netwerk tan-negozjanti primarji huma eliġibbli biex iservu bħala maniġers ewlenin konġunti għal tranżazzjonijiet sindakati, soġġett għall-issodisfar tal-kriterji li ġejjin:
|
(a) |
wara li jkun qabel, bħala parti mill-GTC, mat-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għal mandati ta’ tmexxija konġunta għal tranżazzjonijiet sindakati u mal-iskeda tat-tariffi; |
|
(b) |
ikunu kkonformaw mar-rekwiżiti minimi tal-arranġamenti ta’ kwotazzjoni matul il-perjodu ta’ osservazzjoni; kif ukoll |
|
(c) |
ma ngħatax il-mandat ewlieni matul il-perjodu ta’ osservazzjoni. |
Ir-rekwiżiti minimi msemmija fl-ewwel paragrafu, il-punt (b) u l-perjodu ta’ osservazzjoni msemmi fl-ewwel paragrafu, il-punti (b) u (c), kif ukoll regoli dettaljati oħra għal mandati ta’ tmexxija konġunta għandhom ikunu bbażati fuq l-aħjar prattiki tas-suq inklużi dawk ta’ emittenti pari u għandhom jirriflettu l-bilanċ tal-benefiċċji u l-obbligi għall-membri tan-netwerk tan-negozjanti primarji.
Artikolu 10
Skeda tariffarja
L-iskeda tariffarja msemmija fl-Artikolu 8, l-ewwel paragrafu, il-punt (d) u l-Artikolu 9, il-punt (a) għandhom japplikaw għall-operazzjonijiet ta’ self u ta’ ġestjoni tad-dejn. L-iskeda tariffarja għandha tistabbilixxi remunerazzjoni proporzjonata mal-kostijiet u mar-riskji mġarrba min-negozjanti primarji eliġibbli fit-twettiq tal-operazzjonijiet ta’ teħid ta’ self u ta’ ġestjoni tad-dejn tal-Unjoni u tal-Euratom, filwaqt li tiżgura l-kosteffiċjenza għall-Unjoni u tqis l-ispeċifiċitajiet tal-ħruġ tad-dejn tal-Unjoni, b’mod partikolari l-volumi u l-maturitajiet. L-iskeda tariffarja għandha tissemma’ f’anness tat-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-mandati ta’ tmexxija u ta’ tmexxija konġunta għat-tranżazzjonijiet sindakati.
Artikolu 11
Arranġamenti ta’ kwotazzjoni
Ir-rekwiżiti minimi tal-arranġamenti ta’ kwotazzjoni msemmija fl-Artikolu 8, l-ewwel paragrafu, il-punt (c) u l-Artikolu 9, l-ewwel paragrafu, il-punt (b) għandhom jirreferu għall-ħin tan-negozjar, l-għadd ta’ kwotazzjonijiet u firxiet ikkwotati għal titoli ta’ dejn speċifikati tal-Unjoni u fuq pjattaforma interprofessjonali rikonoxxuta matul il-perjodu ta’ osservazzjoni.
Artikolu 12
Impenji addizzjonali għall-mandati ewlenin
Membri tan-network tan-negozjanti primarji li jissodisfaw il-kriterji ta’ eliġibbiltà stipulati fl-Artikolu 8 jistgħu jintgħażlu għal mandati ta’ tmexxija u ta’ tmexxija konġunta għal tranżazzjonijiet sindakati abbażi tal-valutazzjoni tal-impenn tagħhom li jwettqu kwalunkwe waħda minn dawn l-attivitajiet:
|
(a) |
abbażi tal-aħjar sforz, jippromwovu l-likwidità tat-titoli tad-dejn tal-Unjoni u tal-Euratom b’attività ta’ ġenerazzjoni tas-suq, u b’hekk jikkontribwixxu għall-identifikazzjoni tal-prezz, għall-effiċjenza tas-suq sekondarju u għal eżekuzzjoni ordnata tan-negozjar; |
|
(b) |
jipprovdu konsulenza ekwa u informazzjoni dwar is-suq lill-Kummissjoni sabiex tfassal u timplimenta l-programmi ta’ teħid ta’ self, u, b’mod partikolari, jipprovdu konsulenza qabel il-pubblikazzjoni tal-programm ta’ finanzjament u fil-kuntest tat-tħejjija tat-tranżazzjonijiet tal-ġestjoni tad-dejn skont il-programmi ta’ teħid ta’ self; |
|
(c) |
jipprovdu informazzjoni lill-Kummissjoni b’mod regolari dwar ix-xejriet tas-suq, l-analiżi u r-riċerka dwar il-funzjonament tas-swieq bi dħul fiss u, b’mod partikolari, is-sovrani, is-supranazzjonali u l-aġenziji; |
|
(d) |
jippromwovu u jiżviluppaw il-pjazzament tat-titoli ta’ dejn tal-Unjoni u tal-Euratom f’komunità tal-investituri diversifikata u wiesgħa bħala parti mill-istrateġija tan-negozju tagħhom. |
Artikolu 13
Għażla tas-sindakat
1. Is-sindakati għandhom jintgħażlu skont il-Kapitolu 1, it-Taqsima 2, il-punt 11.1, il-punt (j), tal-Anness I tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 fi proċedura negozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż dwar kuntratt.
2. Il-Kummissjoni għandha tibgħat it-talbiet għal proposti lil sottogrupp ta’ membri eliġibbli tan-network tan-negozjanti primarji li jissodisfaw il-kriterji stipulati fl-Artikolu 8 u 12, u titlob offerta għal parteċipazzjoni bħala maniġers ta’ tmexxija jew ta’ tmexxija konġunta.
3. L-għażla tas-sottogrupp ta’ negozjanti primarji eliġibbli li għandha tintbagħtilhom mill-Kummissjoni t-talba għal proposti għandha tkun ibbażata fuq kriterji kwalitattivi u kwantitattivi oġġettivi, marbuta mal-kapaċità ppruvata ta’ negozjanti primarji eliġibbli fl-appoġġ tal-ħruġ sovran u supranazzjonali fis-swieq primarji u sekondarji, u l-kapaċità tagħhom li jiddistribwixxu titoli ta’ dejn lill-investituri. Dawn il-kriterji għandhom jinkludu wkoll valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-attivitajiet elenkati fl-Artikolu 12. Il-Kummissjoni għandha timplimenta kriterju ta’ rotazzjoni biex tiżgura li l-membri kollha eliġibbli tan-network tan-negozjanti primarji jiġu mistiedna regolarment biex jirrispondu għal talbiet għal proposti.
4. Il-proposti riċevuti mill-membri eliġibbli msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiġu evalwati abbażi ta’ sett addizzjonali ta’ kriterji kwalitattivi u kwantitattivi oġġettivi u fid-dawl tal-istabbiliment ta’ sindakat, li l-kompożizzjoni tiegħu tkun l-aħjar kombinazzjoni possibbli ta’ maniġers għall-prestazzjoni ottima ta’ tranżazzjoni partikolari.
5. Il-kriterji għat-trażmissjoni tat-talbiet għal proposti u għall-evalwazzjoni tal-proposti riċevuti għandhom jiġu kkomunikati lis-sottogrupp ta’ membri tan-network tan-negozjanti primarji flimkien mat-talba għal proposti.
6. Il-Kummissjoni tista’ tistieden lin-negozjanti primarji biex jesprimu l-interess tagħhom f’mandat bħala maniġers ewlenin konġunti għal tranżazzjoni sindakata, flimkien ma’ maniġer ewlieni konġunt jew maniġers, abbażi taċ-ċirkostanzi tas-suq u bil-ħsieb li tiġi żgurata l-prestazzjoni ottimali ta’ tranżazzjoni partikolari. Il-Kummissjoni tista’ tistieden jew lin-negozjanti primarji kollha eliġibbli skont l-Artikolu 8 jew sottogrupp tagħhom abbażi ta’ ordni alfabetika u mekkaniżmu ta’ rotazzjoni. Tali stedina għandha titqies għal mill-inqas tranżazzjoni waħda ta’ sindakazzjoni fil-perjodu kopert minn pjan ta’ finanzjament stabbilit f’konformità mal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE, Euratom) 2022/2544.
7. Il-Kummissjoni għandha tagħti lin-negozjanti primarji kollha, li aċċettaw l-istedina msemmija fil-paragrafu 6, il-mandat għall-maniġers koprinċipali.
KAPITOLU 4
APPLIKAZZJONI GĦAS-SĦUBIJA U L-ISTABBILIMENT TAL-LISTA TAL-MEMBRI TAN-NETWORK TAN-NEGOZJANTI PRIMARJI U L-MONITORAĠĠ
Artikolu 14
Applikazzjoni għas-sħubija u l-lista ta’ negozjanti primarji
1. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment interessati għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni applikazzjoni għas-sħubija fin-netwerk tan-negozjanti primarji billi jimlew u jissottomettu l-formola tal-applikazzjoni u l-lista ta’ kontroll annessa fir-rigward tal-kriterji ta’ ammissjoni disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni.
2. L-applikazzjonijiet għall-ammissjoni għan-network tan-negozjanti primarji għandhom jinkludu prova ta’ konformità mal-Artikoli 4 u 5. L-evidenza u d-dokumenti ta’ sostenn li għandhom jiġu mehmuża huma ddettaljati fil-formola tal-applikazzjoni u l-annessi tagħha.
3. Fil-każ ta’ formola ta’ applikazzjoni mhux kompluta, informazzjoni mhux kompluta jew data insuffiċjenti, l-applikant jista’ jintalab mill-Kummissjoni biex jippreżenta l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa. In-nuqqas li tiġi pprovduta l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa bi skadenza speċifika għandu jirriżulta fir-rifjut tal-formola ta’ applikazzjoni.
4. L-għoti ta’ informazzjoni jew dokumenti foloz, qarrieqa jew mhux korretti matul il-proċess tal-applikazzjoni għandu jirriżulta f’nuqqas ta’ ammissjoni fin-network tan-negozjanti primarji jew, skont il-każ, jista’ jwassal għal esklużjoni min-network tan-negozjanti primarji f’konformità mal-Artikolu 17 ta’ din id-Deċiżjoni.
5. Fil-formola tal-applikazzjoni kull negozjant primarju għandu jiddikjara l-aċċettazzjoni tiegħu tal-GTC, u b’hekk jirrikonoxxi n-natura vinkolanti tal-GTC u jimpenja ruħu li jirrispettahom.
6. Il-formola ta’ applikazzjoni u t-TKĠ għandhom jiġu ffirmati u t-TKĠ għandhom jiġu inizjalati wkoll fuq kull paġna minn rappreżentant awtorizzat kif xieraq tan-negozjant primarju li, abbażi ta’ liġijiet applikabbli tal-ġuriżdizzjoni rilevanti u d-dokumenti korporattivi rilevanti, għandu s-setgħa li jinvolvi b’mod validu lil dan in-negozjant primarju għall-iskop tal-prestazzjoni tal-obbligi u l-attivitajiet skont it-TKĠ. Għal dan l-għan, meta tiġi ppreżentata l-formola ta’ applikazzjoni għandu jiġi pprovdut estratt tar-reġistru tal-kumpanija rilevanti.
7. Kwalunkwe komunikazzjoni, avviż jew informazzjoni relatata ma’ din id-Deċiżjoni u mal-KĠT għandha tintbagħat fl-indirizz għall-avviż elett min-negozjanti primarji fil-formola tal-applikazzjoni tagħhom u għandha tiġi indirizzata lill-persuna li tkun innominata bħala “koordinatur” fil-formola tal-applikazzjoni.
Artikolu 15
Ammissjoni fin-network tan-negozjanti primarji
1. Id-deċiżjoni dwar jekk applikant jiġix inkluż fil-lista tan-network tan-negozjanti primarji għandha tiġi adottata sa mhux aktar tard minn xahrejn mill-preżentazzjoni tal-applikazzjoni rilevanti. Jekk applikant jintalab jippreżenta informazzjoni addizzjonali f’konformità mal-paragrafu 3 tal-Artikolu 14, il-limitu ta’ żmien għal deċiżjoni marbuta ma’ dak l-applikant għandu jiġi sospiż sad-data tal-preżentazzjoni ta’ dik l-informazzjoni addizzjonali. Jekk l-applikant jinforma lill-Kummissjoni li jqis li l-applikazzjoni hija kompluta, id-deċiżjoni għandha tiġi adottata fi żmien xahrejn (2). Id-deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lill-applikant.
2. Id-deċiżjoni ta’ rifjut ta’ ammissjoni għandha tiddikjara r-raġunijiet tal-motivazzjoni tagħha.
3. Il-lista aġġornata tal-membri tan-network tan-negozjanti primarji għandha tiġi ppubblikata darba fis-sena f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
4. Fid-dawl tat-twettiq tar-rieżami annwali, in-negozjanti primarji għandhom jiġu mistiedna jirrappreżentaw u jiddikjaraw lill-Kummissjoni li għadhom jissodisfaw il-kriterji ta’ eliġibbiltà għas-sħubija stipulata fl-Artikolu 4.
Artikolu 16
Monitoraġġ
Il-Kummissjoni tista’ twettaq verifiki, jew tista’ taħtar parti terza biex twettaqhom, biex tikkontrolla l-konformità tal-membri tan-network tan-negozjanti primarji ma’ din id-Deċiżjoni. Il-membri tan-network tan-negozjanti primarji għandhom jikkooperaw u jiffaċilitaw it-twettiq ta’ dawn il-verifiki, speċjalment billi jipprovdu l-informazzjoni u d-data meħtieġa kif ukoll l-aċċess għalihom.
Kull membru tan-network tan-negozjanti primarji għandu:
|
(a) |
jipprovdu lill-Kummissjoni bil-limitu tar-riskju stabbilit għall-attività ta’ negozjar tat-titoli ta’ dejn tal-Unjoni u tal-Euratom f’konformità mal-GTC; |
|
(b) |
jinnotifika lill-Kummissjoni bi kwalunkwe tnaqqis fil-grad mill-aġenziji ta’ klassifikazzjoni fl-Unjoni rikonoxxuti mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq; |
|
(c) |
jinnotifika minnufih lill-Kummissjoni bi kwalunkwe nuqqas ta’ konformità sussegwenti mal-kriterju ta’ eliġibbiltà stipulat fl-Artikolu 4. |
Meta jaċċetta t-TKĠ, in-negozjanti primarju jagħti l-kunsens tiegħu għal awditi u verifiki possibbli marbuta mad-data trażmessa lill-Kummissjoni fil-qafas tal-obbligi ta’ rapportar tagħha, b’mod partikolari fir-rigward tad-data li għandha tintuża biex tiġi vvalutata l-prestazzjoni tagħha fis-suq sekondarju.
Artikolu 17
Sospensjoni u esklużjoni min-network tan-negozjanti primarji
1. Is-sħubija tan-negozjant primarju fin-network tan-negozjanti primarji tista’ tiġi sospiża f’dawn il-każijiet li ġejjin:
|
(a) |
il-bidu ta’ proċedimenti kontra negozjant primarju kif imsemmi fil-punt (e) (iii) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 5; |
|
(b) |
il-bidu ta’ proċedura, li tista’ tirriżulta fil-waqfien tas-sħubija fin-netwerk jew fil-mekkaniżmu msemmi fl-Artikolu 4, punt (c); |
|
(c) |
ikun hemm bażi għall-esklużjoni tan-negozjant primarju skont l-Artikolu 136 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046; |
In-negozjant primarju għandu jiġi mistieden permezz ta’ avviż ta’ qabel is-sospensjoni biex jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu f’limitu ta’ żmien ta’ mhux inqas minn tlett (3) ijiem mill-wasla tal-avviż, ħlief f’każijiet eċċezzjonali debitament ġustifikati, inkluż b’mod partikolari dawk relatati mar-riskju reputazzjonali. Id-deċiżjoni ta’ sospensjoni għandha ssir effettiva fl-ewwel ġurnata tax-xogħol wara d-data tan-notifika lin-negozjant primarju mhux konformi. In-negozjanti primarji sospiżi ma għandhomx jirċievu mandati ta’ tmexxija jew ta’ tmexxija konġunta għall-perjodu tas-sospensjoni tagħhom.
Is-sospensjoni tista’ titneħħa b’talba mingħand in-negozjant primarju sospiż. In-negozjant primarju għandu jippreżenta raġunijiet biżżejjed li, kif applikabbli, il-proċedimenti msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ma għadhomx pendenti u ma rriżultawx f’sanzjoni ta’ natura liema tkun kontra n-negozjant sospiż, jew il-proċedura msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ma għadhiex pendenti u ma rriżultax fil-waqfien tas-sħubija fin-network jew il-mekkaniżmu msemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 4. L-evidenza ppreżentata għandha tiġi vvalutata u għandha tittieħed deċiżjoni fi żmien 15 jum tax-xogħol minn meta tasal it-talba, sakemm tkun ingħatat biżżejjed evidenza.
2. In-negozjant primarju għandu jiġi eskluż min-network tan-negozjanti primarji f’dawn il-każijiet li ġejjin:
|
(a) |
in-negozjant primarju ma jibqax jissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4; |
|
(b) |
l-esklużjoni tan-negozjant primarju skont l-Artikoli minn 135 sa 142 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046; |
|
(c) |
nuqqas ta’ konformità mal-obbligi stabbiliti taħt il-punti (a) u (c) tal-Artikolu 5. |
3. Il-proċedura li jmiss għandha tapplika għall-esklużjoni min-network tan-negozjanti primarji f’każijiet stipulati skont il-paragrafu 2:
|
(a) |
in-negozjant primarju għandu jiġi mistieden, b’avviż ta’ qabel l-esklużjoni, jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu f’limitu ta’ żmien ta’ mhux inqas minn sebat (7) ijiem minn meta jirċievi l-avviż; |
|
(b) |
id-deċiżjoni ta’ esklużjoni għandha tiġi nnotifikata lin-negozjant primarju. Id-deċiżjoni ta’ esklużjoni għandha ssir effettiva fl-ewwel ġurnata tax-xogħol wara d-data tan-notifika tagħha lin-negozjant primarju eskluż. |
4. In-negozjant primarju jista’ jiġi eskluż min-network tan-negozjanti primarji fil-każ ta’:
|
(a) |
nuqqas ta’ konformità mal-obbligi stabbiliti skont il-punti (b), (d) (e) u (f) tal-Artikolu 5; |
|
(b) |
impenn ta’ ksur imsemmi fl-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13), kif deċiż f’deċiżjoni finali adottata mill-awtorità kompetenti rilevanti; |
|
(c) |
deċiżjoni finali mill-awtorità kompetenti meħuda bħala riżultat ta’ kwalunkwe proċediment imsemmi fil-punt (e) (v) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 5 jew relatata mal-liġijiet u r-regolamenti dwar l-AML u s-CTF. |
5. Il-proċedura li jmiss għandha tapplika f’każijiet stipulati fil-paragrafu 4:
|
(a) |
In-negozjant primarju kkonċernat għandu jirċievi avviż li jispeċifika r-raġunijiet għan-nuqqas ta’ konformità, talba biex jissottometti osservazzjonijiet u miżuri korrettivi li jkun beħsiebu jieħu biex jirrestawra u/jew jiżgura l-konformità mal-kriterji u/jew l-obbligi rilevanti u jistabbilixxi limitu ta’ żmien għas-sottomissjoni ta’ osservazzjonijiet ta’ mhux inqas minn 7 jum minn meta n-negozjant primarju jirċievi l-avviż; |
|
(b) |
Filwaqt li jitqiesu l-osservazzjoni sottomessa u l-miżuri korrettivi kkomunikati, jekk ikun hemm, tista’ tittieħed id-deċiżjoni li n-negozjant primarju mhux konformi jiġi eskluż min-netwerk tan-negozjanti primarji; |
|
(c) |
Id-deċiżjoni ta’ esklużjoni għandha tiddikjara r-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata l-esklużjoni; |
|
(d) |
Id-deċiżjoni ta’ esklużjoni għandha ssir effettiva fl-ewwel ġurnata tax-xogħol wara d-data tan-notifika tagħha lin-negozjant primarju eskluż. |
6. Is-sospensjoni tas-sħubija skont il-paragrafu 1, l-esklużjoni minn sħubija skont il-paragrafi 2 sa 5 u r-riżenja minn sħubija fin-netwerk tan-negozjanti primarji skont l-Artikolu 7, il-punt (e) ma għandu jkollhom l-ebda effett fuq id-drittijiet u l-obbligi tan-negozjant primarju inkwistjoni fir-rigward ta’ kuntratti konklużi qabel id-data effettiva tal-esklużjoni, is-sospensjoni jew ir-riżenja rispettivament.
7. Is-sospensjoni ma għandhiex tinvolvi s-sospensjoni tal-obbligi skont l-Artikolu 5, l-ewwel paragrafu, il-punt (f) u skont l-Artikolu 16.
KAPITOLU 5
DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI U FINALI
Artikolu 18
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2021/625 hija b’dan imħassra.
Ir-referenzi għad-Deċiżjoni mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.
Artikolu 19
L-Artikolu 8(a) u (b) tad-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2021/625 għandu jkompli japplika għal tranżazzjonijiet sindakati li jibdew qabel l-1 ta’ Novembru 2023.
L-Artikoli 8, l-ewwel paragrafu, il-punti (a) u (b), l-Artikolu 9, l-ewwel paragrafu, il-punti (a) u (c) u l-Artikolu 11 għandhom japplikaw għal tranżazzjonijiet sindakati li jibdew mill-1 ta’ Novembru 2023;
L-Artikolu 8, l-ewwel paragrafu, il-punt (c), l-Artikolu 9, l-ewwel paragrafu, il-punt (b) u l-Artikolu 13(6) u (7) għandhom japplikaw għal tranżazzjonijiet sindakati li jibdew mill-1 ta’ Lulju 2024.
Artikolu 20
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Lulju 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2021/625 tal-14 ta’ April 2021 dwar l-istabbiliment tan-network tan-negozjanti primarji u d-definizzjoni tal-kriterji ta’ eliġibbiltà għall-mandati ta’ tmexxija u ta’ tmexxija konġunta għat-tranżazzjonijiet sindakati għall-finijiet tal-attivitajiet ta’ teħid ta’ self mill-Kummissjoni f’isem l-Unjoni u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija (ĠU L 131, 16.4.2021, p. 170).
(3) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2022/2434 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Diċembru 2022 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 fir-rigward tal-istabbiliment ta’ strateġija ta’ finanzjament diversifikata bħala metodu ġenerali ta’ teħid b’self (ĠU L 319, 13.12.2022, p. 1).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2014/335/UE, Euratom (ĠU L 424, 15.12.2020, p. 1).
(5) Ara, b’mod partikolari, ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
(6) Ara, b’mod partikolari, ir-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi qafas għal kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u ma’ awtoritajiet nazzjonali nominati (Regolament Qafas tal-MSU) (ĠU L 141, 14.5.2014, p. 1) u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63).
(7) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2022/2544 tad-19 ta’ Diċembru 2022 li tistabbilixxi l-arranġamenti għall-amministrazzjoni u l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tat-teħid b’self u tal-ġestjoni tad-dejn tal-UE skont l-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata u operazzjonijiet ta’ għoti b’self relatati (ĠU L 328, 22.12.2022, p. 109).
(8) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/857 tas-27 ta’ Mejju 2021 li temenda d-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2021/625 fir-rigward tal-inklużjoni ta’ ċerti ditti tal-investiment fil-kriterji ta’ eliġibbiltà għas-sħubija fin-netwerk tan-negozjanti primarji tal-Unjoni (ĠU L 188, 28.5.2021, p. 103).
(9) Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (riformulat) Test b’rilevanza għaż-ŻEE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).
(10) Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338)
(11) Ir-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar it-trasparenza ta’ tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli u l-użu mill-ġdid u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012(ĠU L 337, 23.12.2015, p. 1)
(12) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/583 tal-14 ta’ Lulju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar rekwiżiti ta’ trasparenza għal ċentri tan-negozjar u ditti ta’ investiment fir-rigward tal-bonds, il-prodotti finanzjarji strutturati, il-kwoti ta’ emissjonijiet u d-derivattivi(ĠU L 87, 31.3.2017, p. 229)
(13) Ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 1)
ANNESS I
1. L-issodisfar tal-obbligu li tinxtara medja ponderata minima ta’ 0,05 % tal-volumi rkantati mill-Unjoni u/jew mill-Euratom fuq bażi ta’ kull sitt xhur
|
(a) |
L-irkantijiet għandhom isiru permezz ta’ sistema ta’ rkant operata minn fornitur tal-irkant magħżul mill-Kummissjoni (“fornitur tal-irkantijiet”). |
|
(b) |
Il-parteċipazzjoni fl-irkantijiet u x-xiri ta’ titoli ta’ dejn irkantati għandhom ssir skont ir-regoli tal-irkant organizzati mill-fornitur tal-irkant u approvati mill-Kummissjoni. In-negozjanti primarji għandhom jissottoskrivu r-regoli tal-irkant u jikkonformaw magħhom. |
|
(c) |
Jenħtieġ li n-negozjanti primarji kollha jifhmu li huma jaġixxu u jipparteċipaw fl-irkantijiet fuq riskji proprji u li l-Kummissjoni bl-ebda mod ma għandha tkun responsabbli mid-deċiżjonijiet ta’ kwalunkwe parteċipant fl-irkantijiet u partikolarment għal kwalunkwe telf li jsir, kemm dirett kif ukoll indirett, li jirriżulta fir-rigward ta’ kwalunkwe tranżazzjoni li ssir mill-parteċipanti. |
|
(d) |
In-negozjanti primarji għandhom jieħdu l-miżuri kollha biex jiżguraw li huma jkunu jistgħu jipparteċipaw fl-irkant, b’mod partikolari jikkonkludu l-kuntratti mal-fornitur tal-irkant, jiffinalizzaw kwalunkwe pass u formalità meħtieġa biex jipparteċipaw fl-irkantijiet, u li jdaħħlu fis-seħħ l-infrastruttura teknika biex jipparteċipaw. |
|
(e) |
Il-Kummissjoni ma għandha ġġarrab l-ebda kost jew responsabbiltà fil-konfront tan-negozjant primarju b’rabta mal-kuntratti bejn il-fornitur tal-irkant u n-negozjant primarju jew fir-rigward tal-infrastruttura teknika għall-irkant. |
|
(f) |
In-negozjanti primarji ma jkollhomx għalfejn jissodisfaw l-obbligu tagħhom skont l-Artikolu 5(a) f’każijiet ta’ force majeure, li b’mod partikolari ma għandhomx jinkludu każijiet ta’ ħsara jew kwistjonijiet tekniċi relatati mal-infrastruttura. |
|
(g) |
Il-kalkoli tal-volumi li jinxtraw min-negozjanti primarji fuq il-perjodu ta’ 6 xhur rilevanti għandhom jiġu ponderati skont it-tabella li ġejja:
|
|
(h) |
Dan il-kalkolu għandu jiġi applikat għal perjodi ta’ 6 xhur, minn April sa Settembru u minn Ottubru sa Marzu. Fl-2023, għandu japplika l-perjodu li ġej: minn Jannar sa Ġunju u minn Lulju sa Marzu tal-perjodu ta’ wara. L-Artikolu 5(a) ta’ din id-Deċiżjoni ma għandux japplika temporanjament għan-negozjanti primarji li jkunu ġew ammessi fin-network tan-negozjanti primarji wara l-bidu tal-perjodu ta’ 6 xhur definit fil-punt (h). Għandu jibda japplika fl-aħħar tal-perjodu suċċessiv ta’ 6-il xahar wara d-data li fiha n-negozjant primarju rispettiv jiġi ammess fin-network tan-negozjanti primarji. |
2. Obbligi ta’ rappurtar
|
(a) |
Meta jintalbu jagħmlu dan, in-negozjanti primarji għandhom jagħtu informazzjoni dwar il-limitu tar-riskju stabbilit minn dan in-negozjant primarju għall-fini tal-ġestjoni tal-pożizzjoni tiegħu stess, għall-attività kummerċjali tat-titoli ta’ dejn tal-Unjoni u tal-Euratom kif ukoll b’rabta ma’ sa fejn jintuża l-limitu tar-riskju. L-informazzjoni li tiġi ppreżentata għandha tiġi speċifikata fit-talba. |
|
(b) |
In-negozjanti primarji għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni minnufih fil-każ li jkunu soġġetti għal titjib jew tnaqqis fil-klassifikazzjoni minn waħda mill-aġenziji ta’ klassifikazzjoni esterni rikonoxxuti mill-ESMA skont l-Artikolu 18 (3) tar-Regolament (KE)Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). |
|
(c) |
In-negozjanti primarji għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni minnufih jekk ma jikkonformawx mal-kriterju ta’ eliġibbiltà stipulat fl-Artikolu 4. |
|
(d) |
In-negozjanti primarji għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar kull tibdil fid-dettalji ta’ kuntatt permezz tal-formola tal-applikazzjoni billi jużaw il-mudell mehmuż mal-formola tal-applikazzjoni fi żmien ġimagħtejn mid-data minn meta t-tibdil jidħol fis-seħħ. |
|
(e) |
Meta jintalbu jagħmlu dan, in-negozjanti primarji għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni kwalunkwe informazzjoni rilevanti għat-twettiq tal-attivitajiet tan-negozjant primarju, partikolarment dwar l-attivitajiet fis-suq primarju u sekondarju relatati mat-titoli ta’ dejn tal-Unjoni u tal-Euratom. |
(1) Ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 1).
ANNESS II
Tabella ta’ korrelazzjoni
|
Tabella ta’ korrelazzjoni |
|
|
Deċiżjoni (UE, Euratom) 2021/625 tal-14 ta’ April 2021 |
Din id-Deċiżjoni |
|
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
|
Artikolu 2 |
Artikolu 2 |
|
Artikolu 3 |
Artikolu 3 |
|
Artikolu 4 |
Artikolu 4 |
|
Artikolu 5 |
Artikolu 5 |
|
Artikolu 6 |
Artikolu 6 |
|
Artikolu 7 |
Artikolu 7 |
|
Artikolu 8 |
Artikolu 8 |
|
Artikolu 9 |
Artikolu 10 |
|
Artikolu 10 |
Artikolu 12 |
|
Artikolu 11 |
Artikolu 13 |
|
Artikolu 12 |
Artikolu 14 |
|
Artikolu 13 |
Artikolu 15 |
|
Artikolu 14 |
Artikolu 16 |
|
Artikolu 15 |
Artikolu 17 |
|
Artikolu 16 |
L-Artikoli 18 u 19 |
|
Artikolu 17 |
Artikolu 20 |