|
11.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 108/56 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-9 ta' April 2014
li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/630/UE fir-rigward tar-rekwiżiti għas-saħħa tal-annimali marbuta mal-marda tal-ilsien blu u mal-marda emorraġika epiżootika
(notifikata bid-dokument C(2014) 2256)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2014/199/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE tal-14 ta' Ġunju 1988 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju u għal importazzjonijiet ta' deep-frozen semen ta' annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(1), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(2) u l-Artikolu 11(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/630/UE (2) jistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi u partijiet tagħhom li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimportaw semen ta' annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini (“semen”). It-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness II tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tistabbilixxi l-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjonijiet fl-Unjoni u t-tranżitu fiha ta' semen mibgħut miċ-ċentri tal-ġbir tas-semen fejn jinġabar is-semen. It-Taqsima C tal-Parti 1 tal-Anness II tistabbilixxi l-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjonijiet fl-Unjoni u t-tranżitu fiha ta' semen mibgħut minn ċentru tal-ħażna tas-semen. |
|
(2) |
Fil-lista ta' pajjiżi terzi u partijiet tagħhom li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimportaw semen, li hemm fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/630/UE, id-deskrizzjonijiet tal-garanziji addizzjonali għall-Awstralja u għall-Istati Uniti trid tiġi emendata ħalli tqis l-emendi li saru fil-kundizzjonijiet għall-marda emorraġika epiżootika (EHD) fil-punt II.5.4.1. u fil-punt II.5.4.2. tal-attestazzjoni tas-saħħa fil-Parti II tal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali stabbilit fit-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness II ta' dik id-Deċiżjoni. |
|
(3) |
Għaldaqstant, l-Anness I tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/630/UE għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(4) |
Il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali stabbiliti fit-Taqsima A u C tal-Parti 1 tal-Anness II tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/630/UE tfasslu skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/240/KE (3), f'format kompatibbli mas-sistema veterinarja kompjuterizzata integrata (TRACES) stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/623/KE (4) u fihom deskrizzjoni tal-konsenja fil-Parti I u attestazzjoni tas-saħħa fil-Parti II tagħhom. |
|
(5) |
F'konformità mal-Artikolu 2(1)(c)(i) u (iii) tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/630/UE, il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali stabbiliti fit-Taqsimiet A u C tal-Parti 1 tal-Anness II tagħha jistgħu jintużaw biss għal konsenji ta' semen mibgħuta rispettivament minn ċentru wieħed tal-ġbir jew tal-ħażna tas-semen, l-informazzjoni fil-punt I.11. tal-mudell rispettiv taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għandha tikkorrispondi maċ-ċentru tal-ġbir tas-semen fejn inġabar is-semen jew maċ-ċentru tal-ħażna tas-semen imnejn intbagħat is-semen. Għaldaqstant, f'dawk il-punti għandhom jiġu indikati biss l-isem, l-indirizz u n-numru tal-approvazzjoni ta' ċentru wieħed tal-ġbir jew tal-ħażna tas-semen. |
|
(6) |
L-attestazzjoni tas-saħħa fil-Parti II tal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali, stabbilita fit-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness II tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/630/UE, telenka ħames kundizzjonijiet alternattivi biex jiġi dikjarat li mhemmx il-vajrus tal-ilsien blu u erba' kundizzjonijiet alternattivi biex jiġi dikjarat li mhemmx il-vajrus tal-EHD fil-barrin donaturi, inklużi tliet reġimi biex il-barrin donaturi jiġu ttestjati għall-EHD, ħalli jiġu ċċertifikati meta s-semen jiġi importat mill-Awstralja, il-Kanada u l-Istati Uniti. Bħalissa hu permess biss li jiġu ċċertifikati l-konsenji tas-semen li jinġabar minn barrin donaturi konformi ma' kundizzjoni unika fost dawk elenkati f'dik l-attestazzjoni tas-saħħa. Madankollu, ċertu konsenji tas-semen mibgħuta fl-Unjoni jkun fihom semen miġbur f'waqtiet differenti minn barrin donaturi konformi ma' aktar minn waħda minn dawk il-kundizzjonijiet. |
|
(7) |
Barra minn hekk, it-Taqsima B tal-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1266/2007 (5) tipprevedi li s-semen maħsub għall-kummerċ intra-Unjoni jew għall-esportazzjoni lejn pajjiż terz għandu jinġabar minn annimali donaturi konformi ma' għallinqas waħda mill-kundizzjonijiet elenkati fiha, li tkun relatata mal-marda tal-ilsien blu u li għandha tiġi speċifikata fiċ-ċertifikat tas-saħħa li l-mudell tiegħu tistabbilixxih fost l-oħrajn it-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness II tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/630/UE. |
|
(8) |
Minħabba f'hekk, hemm bżonn li tingħata informazzjoni dwar dawk il-kundizzjonijiet elenkati u r-reġimi tat-testijiet applikati tal-barrin donaturi għall-ilsien blu u għall-EHD kif ukoll dwar id-dati meta ntlaħqu dawk il-kundizzjonijiet elenkati jew meta ġew applikati t-testijiet għal sett partikolari ta' tubi straw tas-semen miġbura minn barri donatur identifikat, meta s-semen importat wara jitbagħat lil Stat Membru ieħor. |
|
(9) |
Peress li l-ħames kundizzjonijiet biex jiġi dikjarat li mhemmx il-vajrus tal-ilsien blu u l-erba' kundizzjonijiet biex jiġi dikjarat li mhemmx il-vajrus tal-EHD, ilkoll jipprovdu l-istess livell ta' garanziji tas-saħħa tal-annimali, il-kliem fl-attestazzjoni tas-saħħa fil-Parti II tal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali stabbilit fit-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness II tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/630/UE għandu jiġi emendat ħalli jkunu jistgħu jsiru importazzjonijiet fl-Unjoni u tranżitu fiha ta' konsenji ta' semen miġbur minn barrin donaturi konformi ma' aktar minn waħda mill-kundizzjonijiet elenkati. Barra minn hekk, l-informazzjoni dettaljata dwar il-kundizzjonijiet u r-reġimi tat-testijiet applikati għandha tiddaħħal fil-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali, mingħajr il-bżonn li jiżdiedu l-piżijiet amministrattivi. |
|
(10) |
Biex jibqgħu jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi għall-veterinarju taċ-ċentru u għall-veterinarju uffiċjali, jixraq li mill-punt I.28 tal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali stabbilit fit-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness II tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/630/UE titneħħa l-informazzjoni dwar in-numru tal-approvazzjoni taċ-ċentru u li f'dan il-punt jiddaħħlu annotazzjonijiet għal deskrizzjoni dettaljata tal-konsenja fejn jidħlu l-kundizzjonijiet għall-mard tal-ilsien blu u tal-EHD li japplikaw għal tubi straw tas-semen partikolari miġbura f'data msemmija minn barri donatur identifikat. |
|
(11) |
Għalhekk l-Anness II tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/630/UE għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(12) |
U għaldaqstant id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/630/UE għandha tiġi emendata skont dan. |
|
(13) |
Sabiex ma jittellifx il-kummerċ, l-użu ta' ċertifikati tas-saħħa tal-annimali li jinħarġu skont id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/630/UE fil-verżjoni tagħha qabel iddaħħlu l-emendi b'din id-Deċiżjoni, għandu jiġi awtorizzat f'perjodu tranżitorju u jkun soġġett għal ċertu kundizzjonijiet. |
|
(14) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Annessi tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/630/UE huma emendati skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Tul perjodu tranżitorju sal-31 ta' Diċembru 2014, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjonijiet fl-Unjoni u t-tranżitu fiha ta' semen ta' annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini minn pajjiżi terzi, li jkollhom magħhom ċertifikat tas-saħħa tal-annimali maħruġ mhux aktar tard mit-30 ta' Novembru 2014 skont il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali stabbilit fit-Taqsima A jew C tal-Parti 1 tal-Anness II tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/630/UE, qabel l-emendi li daħħlet din id-Deċiżjoni
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2015.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta' April 2014.
Għall-Kummissjoni
Tonio BORG
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 194, 22.7.1988, p. 10.
(2) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/630/UE tal-20 ta' Settembru 2011 dwar l-importazzjonijiet fl-Unjoni tas-semen tal-annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini (ĠU L 247, 24.9.2011, p. 32).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/240/KE tas-16 ta' April 2007 li tistabbilixxi ċ-ċertifikati veterinarji l-ġodda għall-introduzzjoni ta' annimali ħajjin, tas-semen, tal-embrijuni, tal-ova u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali fil-Komunità fil-qafas tad-Deċiżjonijiet 79/542/KEE, 92/260/KEE, 93/195/KEE, 93/196/KEE, 93/197/KEE, 95/328/KE, 96/333/KE, 96/539/KE, 96/540/KE, 2000/572/KE, 2000/585/KE, 2000/666/KE, 2002/613/KE, 2003/56/KE, 2003/779/KE, 2003/804/KE, 2003/858/KE, 2003/863/KE, 2003/881/KE, 2004/407/KE, 2004/438/KE, 2004/595/KE, 2004/639/KE u 2006/168/KE (ĠU L 104, 21.4.2007, p. 37).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/623/KE tad-19 ta' Awwissu 2003 dwar l-iżvilupp ta' sistema kompjuterizzata integrata magħrufa bħala TRACES (ĠU L 216, 28.8.2003, p. 58).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1266/2007 tas-26 ta' Ottubru 2007 dwar regoli implimentattivi għad-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE fir-rigward tal-kontroll, tal-immonitorjar, tas-sorveljanza u tar-restrizzjonijiet f'dak li għandu x'jaqsam mal-movimenti ta' ċerti annimali ta' speċi suxxettibbli għall-bluetongue (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 37).
ANNESS
L-Annessi tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/630/UE għandhom jiġu emendati kif ġej:
|
(1) |
L-Anness I jinbidel b'dan li ġej: “ANNESS I Lista ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta' semen ta' annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
Fl-Anness II, il-Parti 1 hija emendata kif ġej:
|
(*1) Il-mudell taċ-ċertifikat li jrid jintuża għall-importazzjonijiet mill-Kanada hu stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/290/KE tal-4 ta' April 2005 dwar ċertifikati ssimplifikati għall-importazzjoni fis-semen tal-annimali tal-ifrat u laħam frisk tal-majjal mill-Kanada u li temenda d-Deċiżjoni 2004/639/KE (għas-semen miġbur fil-Kanada biss) u dan hu stabbilit skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar il-miżuri sanitarji għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika u tal-annimali fir-rigward tal-kummerċ fl-annimali ħajjin u l-prodotti mill-annimali, kif approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/201/KE.
(*2) Il-mudell taċ-ċertifikati li jridu jintużaw għall-importazzjonijiet mill-Isvizzera huma stabbiliti fl-Anness D tad-Direttiva 88/407/KEE, bl-adattamenti stabbiliti fil-punt 4 tal-Kapitolu VII(B) tal-Appendiċi 2 tal-Anness 11 ta' dan il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli, kif approvat bid-Deċiżjoni 2002/309/KE, Euratom tal-Kunsill, u tal-Kummissjoni fir-rigward tal-Ftehim dwar il-Koperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika tal-4 ta' April 2002 dwar il-konklużjoni ta' seba' Ftehimiet mal-Konfederazzjoni Svizzera.”