26.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 403/16


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10052— ENI/UFG (Assets))

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 403/09)

1.   

Fit-18 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Eni S.p.A. (“Eni”),

—

Ċerti negozji, assi u interessi (“Target”) li bħalissa jappartjenu lil Unión Fenosa Gas (“UFG”, Spanja), kumpanija kkontrollata b’mod konġunt minn Eni u minn Naturgy Energy Group S.A. (“Naturgy”) (2), inkluż 100 % tal-ishma ta’ UFG Comercializadora S.A. (“UFG Com”, Spanja) u kuntratt charter għal tanker tal-LNG (3).

Eni takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ ta’ parti minn UFG.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma u assi.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

għal ENI: grupp dinji li jaħdem fiż-żejt u l-gass, attiv fl-esplorazzjoni, il-produzzjoni, l-irfinar u l-operazzjonijiet tal-bejgħ, l-elettriku u l-kimika,

—

għal Target: il-provvista tal-gass naturali lill-bejjiegħa bl-imnut, lin-negozjanti, lill-impjanti tal-elettriku li jaħdmu bil-gass u lill-klijenti industrijali fi Spanja, u t-trasport tal-LNG bil-bastimenti.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (4) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10052 — ENI/UFG (Assets)

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-posta elettronika, bil-faks jew bil-posta. Int mitlub tuża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 122964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  Il-konċentrazzjoni proposta hija r-riżultat ta’ deċiżjoni minn Eni u Naturgy biex itemmu l-impriża konġunta ta’ UFG u r-ridistribuzzjoni sussegwenti tal-attivitajiet u l-assi ta’ UFG.

(3)  ENI se takkwista wkoll mingħand UFG 50% tal-kapital azzjonarju ta’ SEGAS (l-Eġittu), kumpanija li topera impjant tal-LNG fl-Eġittu. Naturgy mhu se jkollha l-ebda ishma f’SEGAS.

(4)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.