5.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 160/63


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11111 — UBS / CREDIT SUISSE)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 160/08)

1.   

Fis-26 ta’ April 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

UBS Group AG (“UBS”, l-Iżvizzera),

—

Credit Suisse Group AG (“Credit Suisse”, l-Iżvizzera).

UBS u Credit Suisse se jidħlu f’amalgamazzjoni sħiħa fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ ftehim ta’ amalgamzzjoni li jirriżulta fl-assorbiment ta’ Credit Suisse minn UBS. UBS se tkun l-entità sopravissuta.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

UBS hija bank ta’ investiment multinazzjonali u kumpanija tas-servizzi finanzjarji mwaqqfa u bil-kwartieri ġenerali fl-Iżvizzera, u attiva globalment. In-negozji tal-UBS jinkludu l-ġestjoni tal-ġid, il-ġestjoni tal-assi, is-servizzi bankarji ta’ investiment, u servizzi bankarji lill-konsumatur u dawk korporattivi,

—

Credit Suisse hija bank multinazzjonali tal-investiment u kumpanija tas-servizzi finanzjarji mwaqqfa u bil-kwartieri ġenerali fl-Iżvizzera, u attiva globalment. In-negozji ta’ Credit Suisse jinkludu l-ġestjoni tal-ġid, il-ġestjoni tal-assi, is-servizzi bankarji ta’ investiment, u s-servizzi bankarji lill-konsumatur u dawk korporattivi.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11111 — UBS / CREDIT SUISSE

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).