European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/3183

16.12.2024

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/3183

tas-16 ta’ Diċembru 2024

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 269/2014.

(2)

Fil-konklużjonijiet tiegħu tas-17 ta' Ottubru 2024, il-Kunsill Ewropew tenna l-kundanna qawwija tiegħu tal-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, li tikkostitwixxi ksur ċar tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, u afferma mill-ġdid l-appoġġ tiegħu li jibqa' jingħata għall-indipendenza, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna fi ħdan il-fruntieri rikonoxxuti internazzjonalment tagħha. Il-Kunsill Ewropew esprima wkoll ir-rieda tal-Unjoni li tkompli tillimita l-kapaċità tar-Russja li tiġġieled gwerra, inkluż billi timponi aktar sanzjonijiet u tieħu miżuri biex tiġi miġġielda ċ-ċirkomvenzjoni tagħhom, inkluż permezz ta' pajjiżi terzi.

(3)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, huwa xieraq li jiġu adottati aktar miżuri restrittivi.

(4)

B'mod partikolari, il-Kunsill iqis li jenħtieġ li 54 persuna u 30 entità responsabbli għal azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna jiżdiedu mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness I tar-Regolament Nru 269/2014.

(5)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 269/2014 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (UE) 269/2014 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

K. KALLAS


(1)   ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6.


ANNESS

Il-persuni u l-entitajiet li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 269/2014:

Persuni

 

Isem

Informazzjoni għall-identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“1826.

Alexander Nikolaevich ALUEV

bir-Russu: Александр Николаевич АЛУЕВ

Funzjoni: Membru tal-militar mit-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division ibbażata fil-bażi tal-ajru Engels-2

Data tat-twelid: 10.4.1975

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru tat-taxxa individwali: 370306405600

Numru tal-passaport: 2402 624976

Alexander Aluev huwa membru tal militar Russu mit-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division ibbażata fil-bażi tal-ajru Engels-2 f'Saratov, ir-Russja. F'Lulju 2024, attakk bil-missili Kh-101 imwettaq minn dik id-Diviżjoni laqat l-isptar tat-tfal ta' Okhmadyt fi Kiev. Bħala membru tal-militar mit-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division, Alexander Aluev qed jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

16.12.2024

1827

Alexander Yurievich AZARENKOV

bir-Russu: Александр Юрьевич АЗАРЕНКОВ

Funzjoni: Membru tal-militar mit-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division ibbażata fil-bażi tal-ajru Engels-2

Data tat-twelid: 26.9.1980

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru tat-taxxa individwali: 644919379909

Numru tal-passaport: 2402 605068

Alexander Azarenkov huwa membru tal-militar Russu mit-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division ibbażata fil-bażi tal-ajru Engels-2 f'Saratov, ir-Russja. F'Lulju 2024, attakk bil-missili Kh-101 imwettaq minn dik id-Diviżjoni laqat l-isptar tat-tfal ta' Okhmadyt fi Kiev. Bħala membru tal-militar mit-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division, Alexander Azarenkov qed jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

16.12.2024

1828.

Alexander Sergeevich KASHLEV

bir-Russu: Александр Сергеевич КАШЛЕВ

Funzjoni: Membru tal-militar mit-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division ibbażata fil-bażi tal-ajru Engels-2

Data tat-twelid: 14.12.1983

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru tat-taxxa individwali: 203603641975

Numru tal-passaport: 0305 316059

Alexander Kashlev huwa membru tal-militar Russu mit-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division ibbażata fil-bażi tal-ajru Engels-2 f'Saratov, ir-Russja. F'Lulju 2024, attakk bil-missili Kh-101 imwettaq minn dik id-Diviżjoni laqat l-isptar tat-tfal ta' Okhmadyt fi Kiev. Bħala membru tal-militar mit-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division, Alexander Kashlev qed jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

16.12.2024

1829.

Alexander Sergeevich POKATISOV

bir-Russu: Александр Сергеевич ПОКАТИСОВ

Funzjoni: Membru tal-militar mit-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division ibbażata fil-bażi tal-ajru Engels-2

Data tat-twelid: 29.8.1985

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru tat-taxxa individwali: 753100100020

Numru tal-passaport: 6104290374

Alexander Pokatisov huwa membru tal-militar Russu mit-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division ibbażata fil-bażi tal-ajru Engels-2 f'Saratov, ir-Russja. F'Lulju 2024, attakk bil-missili Kh-101 imwettaq minn dik id-Diviżjoni laqat l-isptar tat-tfal ta' Okhmadyt fi Kiev. Bħala membru tal-militar mit-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division, Alexander Pokatisov qed jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

16.12.2024

1830.

Alexey Gennadievich PECHKAREV

bir-Russu: Алексей Геннадьевич ПЕЧКАРЕВ

Funzjoni: Membru tal-militar mit-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division ibbażata fil-bażi tal-ajru Engels-2

Data tat-twelid: 30.11.1973

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru tat-taxxa individwali: 644913279249

Numru tal-passaport: 6318 558133

Alexey Pechkarev huwa membru tal-militar Russu mit-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division ibbażata fil-bażi tal-ajru Engels-2 f'Saratov, ir-Russja. F'Lulju 2024, attakk bil-missili Kh-101 imwettaq minn dik id-Diviżjoni laqat l-isptar tat-tfal ta' Okhmadyt fi Kiev. Bħala impjegat tal-militar mit-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division, Alexey Pechkarev qed jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

16.12.2024

1831.

Alexey Sergeevich TSIBIZOV

bir-Russu: Алексей Сергеевич ЦИБИЗОВ

Funzjoni: Membru tal-militar mit-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division ibbażata fil-bażi tal-ajru Engels-2

Data tat-twelid: 30.11.1973

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru tat-taxxa individwali: 644911696825

Numru tal-passaport: 6304164234

Alexey Tsibizov huwa membru tal-militar Russu mit-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division ibbażata fil-bażi tal-ajru Engels-2 f'Saratov, ir-Russja. F'Lulju 2024, attakk bil-missili Kh-101 imwettaq minn dik id-Diviżjoni laqat l-isptar tat-tfal ta' Okhmadyt fi Kiev. Bħala membru tal-militar mit-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division, Alexey Tsibizov qed jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

16.12.2024

1832.

Andrey Ivanovich MALYUKOV

bir-Russu: Андрей Иванович МАЛЮКОВ

Funzjoni: Membru tal-militar mit-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division ibbażata fil-bażi tal-ajru Engels-2

Data tat-twelid: 20.10.1969

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru tat-taxxa individwali: 644919366515

Numru tal-passaport: 6314 103943

Andrey Malyukov huwa membru tal-militar Russu mit-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division ibbażata fil-bażi tal-ajru Engels-2 f'Saratov, ir-Russja. F'Lulju 2024, attakk bil-missili Kh-101 imwettaq minn dik id-Diviżjoni laqat l-isptar tat-tfal ta' Okhmadyt fi Kiev. Bħala membru tal-militar mit-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division, Andrey Malyukov qed jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

16.12.2024

1833.

Andrey Pavlovich MARTYNOV

bir-Russu: Андрей Павлович МАРТЫНОВ

Funzjoni: Membru tal-militar mit-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division ibbażata fil-bażi tal-ajru Engels-2

Data tat-twelid: 13.8.1976

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru tat-taxxa individwali: 644933810676

Numru tal-passaport: 6321 842418

Andrey Martynov huwa membru tal-militar Russu mit-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division ibbażata fil-bażi tal-ajru Engels-2 f'Saratov, ir-Russja. F'Lulju 2024, attakk bil-missili Kh-101 imwettaq minn dik id-Diviżjoni laqat l-isptar tat-tfal ta' Okhmadyt fi Kiev. Bħala membru tal-militar mit-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division, Andrey Martynov qed jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

16.12.2024

1834.

Denis Petrovich KHOKHRYAKOV

bir-Russu: Денис Петрович ХОХРЯКОВ

Funzjoni: Membru tal-militar mit-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division ibbażata fil-bażi tal-ajru Engels-2

Data tat-twelid: 26.6.1987

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru tat-taxxa individwali: 182202232900

Numru tal-passaport: 4914082259

Denis Khokhryakov huwa membru tal-militar Russu mit-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division ibbażata fil-bażi tal-ajru Engels-2 f'Saratov, ir-Russja. F'Lulju 2024, attakk bil-missili Kh-101 imwettaq minn dik id-Diviżjoni laqat l-isptar tat-tfal ta' Okhmadyt fi Kiev. Bħala membru tal-militar mit-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division, Denis Khokhryakov qed jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

16.12.2024

1835.

Dmitry Viktorovich STEPANENKO

bir-Russu: Дмитрий Викторович СТЕПАНЕНКО

Funzjoni: Membru tal-militar mit-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division ibbażata fil-bażi tal-ajru Engels-2

Data tat-twelid: 23.5.1975

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru tat-taxxa individwali: 263108631385

Numru tal-passaport: 6320716839

Dmitry Stepanenko huwa membru tal-militar Russu mit-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division ibbażata fil-bażi tal-ajru Engels-2 f'Saratov, ir-Russja. F'Lulju 2024, attakk bil-missili Kh-101 imwettaq minn dik id-Diviżjoni laqat l-isptar tat-tfal ta' Okhmadyt fi Kiev. Bħala membru tal-militar mit-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division, Dmitry Stepanenko qed jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

16.12.2024

1836.

Ilya Vladimirovich KORYAKIN

bir-Russu: Илья Владимирович КОРЯКИН

Funzjoni: Kap Kmandant tat-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division ibbażata fil-bażi tal-ajru Engels-2

Data tat-twelid: 26.8.1977

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru tal-passaport: 2921071877

Ilya Koryakin huwa l-Kap Kmandant tat-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division ibbażata fil-bażi tal-ajru Engels-2 f'Saratov, ir-Russja. F'Lulju 2024, attakk bil-missili Kh-101 imwettaq minn dik id-Diviżjoni laqat l-isptar tat-tfal ta' Okhmadyt fi Kiev. Bħala l-Kap Kmandant tat-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division, Ilya Koryakin qed jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

16.12.2024

1837.

Konstantin Petrovich BELOKOBYLSKY

bir-Russu: Константин Петрович БЕЛОКОБЫЛЬСКИЙ

Funzjoni: Membru tal-militar mit-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division ibbażata fil-bażi tal-ajru Engels-2

Data tat-twelid: 2.6.1977

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru tat-taxxa individwali: 745006068425

Numru tal-passaport: 7503 061013

Konstantin Belokobylsky huwa membru tal-militar Russu mit-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division ibbażata fil-bażi tal-ajru Engels-2 f'Saratov, ir-Russja. F'Lulju 2024, attakk bil-missili Kh-101 imwettaq minn dik id-Diviżjoni laqat l-isptar tat-tfal ta' Okhmadyt fi Kiev. Bħala membru tal-militar mit-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division, Konstantin Belokobylsky qed jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

16.12.2024

1838.

Maxim Vladislavovich SMIRNOV

bir-Russu: Максим Владиславович СМИРНОВ

Funzjoni: Membru tal-militar mit-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division ibbażata fil-bażi tal-ajru Engels-2

Data tat-twelid: 24.4.1977

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru tat-taxxa individwali: 510803348998

Numru tal-passaport: 4703 680306

Maxim Smirnov huwa membru tal-militar Russu mit-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division ibbażata fil-bażi tal-ajru Engels-2 f'Saratov, ir-Russja. F'Lulju 2024, attakk bil-missili Kh-101 imwettaq minn dik id-Diviżjoni laqat l-isptar tat-tfal ta' Okhmadyt fi Kiev. Bħala membru tal-militar mit-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division, Maxim Smirnov qed jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

16.12.2024

1839.

Nikolay Mukashevich PAPIKYAN

bir-Russu: Николай Лукашевич ПАПИКЯН

Funzjoni: Membru tal-militar mit-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division ibbażata fil-bażi tal-ajru Engels-2

Data tat-twelid: 22.8.1974

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru tat-taxxa individwali: 644918386540

Numru tal-passaport: 6319 629784

Nikolay Papikyan huwa membru tal-militar Russu mit-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division ibbażata fil-bażi tal-ajru Engels-2 f'Saratov, ir-Russja. F'Lulju 2024, attakk bil-missili Kh-101 imwettaq minn dik id-Diviżjoni laqat l-isptar tat-tfal ta' Okhmadyt fi Kiev. Bħala membru tal-militar mit-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division, Nikolay Papikyan qed jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

16.12.2024

1840.

Nikolay Nikolaevich VARPAKHOVICH

bir-Russu: Николай Николаевич ВАРПАХОВИЧ

Funzjoni: Kmandant tat-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division ibbażata fil-bażi tal-ajru Engels-2

Data tat-twelid: 29.5.1970

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru tat-taxxa individwali: 282401037054

Numru tal-passaport: 6114904712

Nikolay Varpakhovich huwa l-Kmandant tat-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division ibbażata fil-bażi tal-ajru Engels-2 f'Saratov, ir-Russja. F'Lulju 2024, attakk bil-missili Kh-101 imwettaq minn dik id-Diviżjoni laqat l-isptar tat-tfal ta' Okhmadyt fi Kiev. Bħala l-Kmandant tat-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division, Nikolay Varpakhovich qed jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

16.12.2024

1841.

Oleg Yurievich BARANOV

bir-Russu: Олег Юрьевич БАРАНОВ

Funzjoni: Membru tal-militar mit-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division ibbażata fil-bażi tal-ajru Engels-2

Data tat-twelid: 23.5.1967

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru tat-taxxa individwali: 644913139788

Numru tal-passaport: 6311 765564

Oleg Baranov huwa membru tal-militar Russu mit-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division ibbażata fil-bażi tal-ajru Engels-2 f'Saratov, ir-Russja. F'Lulju 2024, attakk bil-missili Kh-101 imwettaq minn dik id-Diviżjoni laqat l-isptar tat-tfal ta' Okhmadyt fi Kiev. Bħala membru tal-militar mit-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division, Oleg Baranov qed jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

16.12.2024

1842.

Oleg Vladimirovich MIKHAILISHYN

bir-Russu: Олег Владимирович МИХАЙЛИШИН

Funzjoni: Viċi Kmandant tat-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division ibbażata fil-bażi tal-ajru Engels-2

Data tat-twelid: 17.11.1970

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru tat-taxxa individwali: 644919001017

Numru tal-passaport: 6315231975

Oleg Mikhailishyn huwa Viċi Kmandant tat-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division ibbażata fil-bażi tal-ajru Engels-2 f'Saratov, ir-Russja. F'Lulju 2024, attakk bil-missili Kh-101 imwettaq minn dik id-Diviżjoni laqat l-isptar tat-tfal ta' Okhmadyt fi Kiev. Bħala l-viċi kmandant tat-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division, Oleg Mikhailishyn qed jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

16.12.2024

1843.

Oleg Igorevich SKITSKY

bir-Russu: Олег Игоревич СКИТСКИЙ

Funzjoni: Membru tal-militar mit-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division ibbażata fil-bażi tal-ajru Engels-2

Data tat-twelid: 24.7.1980

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru tat-taxxa individwali: 644922239676

Numru tal-passaport: 6805 254349

Oleg Skitsky huwa membru tal-militar Russu mit-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division ibbażata fil-bażi tal-ajru Engels-2 f'Saratov, ir-Russja. F'Lulju 2024, attakk bil-missili Kh-101 imwettaq minn dik id-Diviżjoni laqat l-isptar tat-tfal ta' Okhmadyt fi Kiev. Bħala membru tal-militar mit-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division, Oleg Skitsky qed jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

16.12.2024

1844.

Pavel Vladimirovich BURDAKOV

bir-Russu: Павел Владимирович БУРДАКОВ

Funzjoni: Membru tal-militar mit-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division ibbażata fil-bażi tal-ajru Engels-2

Data tat-twelid: 5.2.1975

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru tat-taxxa individwali: 531501567109

Numru tal-passaport: 6319 681643

Pavel Burdakov huwa membru tal-militar Russu mit-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division ibbażata fil-bażi tal-ajru Engels-2 f'Saratov, ir-Russja. F'Lulju 2024, attakk bil-missili Kh-101 imwettaq minn dik id-Diviżjoni laqat l-isptar tat-tfal ta' Okhmadyt fi Kiev. Bħala membru tal-militar mit-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division, Pavel Burdakov qed jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

16.12.2024

1845.

Ruslan Arslanovich SOLOVYOV

bir-Russu: Руслан Арсланович СОЛОВЬЕВ

Funzjoni: Membru tal-militar mit-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division ibbażata fil-bażi tal-ajru Engels-2

Data tat-twelid: 18.7.1980

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru tat-taxxa individwali: 282402105204

Numru tal-passaport: 5700 256137

Ruslan Solovyov huwa membru tal-militar Russu mit-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division ibbażata fil-bażi tal-ajru Engels-2 f'Saratov, ir-Russja. F'Lulju 2024, attakk bil-missili Kh-101 imwettaq minn dik id-Diviżjoni laqat l-isptar tat-tfal ta' Okhmadyt fi Kiev. Bħala membru tal-militar mit-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division, Ruslan Solovyov qed jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

16.12.2024

1846.

Sergey Vladimirovich DOLGUSHIN

bir-Russu: Сергей Владимирович ДОЛГУШИН

Funzjoni: Membru tal-militar mit-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division ibbażata fil-bażi tal-ajru Engels-2

Data tat-twelid: 1.6.1973

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru tat-taxxa individwali: 644912914032

Numru tal-passaport: 6303409599

Sergey Dolgushin huwa membru tal-militar Russu mit-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division ibbażata fil-bażi tal-ajru Engels-2 f'Saratov, ir-Russja. F'Lulju 2024, attakk bil-missili Kh-101 imwettaq minn dik id-Diviżjoni laqat l-isptar tat-tfal ta' Okhmadyt fi Kiev. Bħala membru tal-militar mit-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division, Sergey Dolgushin qed jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

16.12.2024

1847.

Sergey Viktorovich TETEREV

bir-Russu: Сергей Викторович ТЕТЕРЕВ

Funzjoni: Membru tal-militar mit-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division ibbażata fil-bażi tal-ajru Engels-2

Data tat-twelid: 10.7.1973

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru tat-taxxa individwali: 622710170634

Numru tal-passaport: 6118 073013

Sergey Teterev huwa membru tal-militar Russu mit-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division ibbażata fil-bażi tal-ajru Engels-2 f'Saratov, ir-Russja. F'Lulju 2024, attakk bil-missili Kh-101 imwettaq minn dik id-Diviżjoni laqat l-isptar tat-tfal ta' Okhmadyt fi Kiev. Bħala membru tal-militar mit-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division, Sergey Teterev qed jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

16.12.2024

1848.

Trofim Aleksandrovich KAPSHA

bir-Russu: Трофим Александрович КАПША

Funzjoni: Viċi Kmandant tat-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division ibbażata fil-bażi tal-ajru Engels-2

Data tat-twelid: 22.2.1978

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru tat-taxxa individwali: 28240321615

Numru tal-passaport: 6803906870

Trofim Kapsha huwa Viċi Kmandant tat-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division ibbażata fil-bażi tal-ajru Engels-2 f'Saratov, ir-Russja. F'Lulju 2024, attakk bil-missili Kh-101 imwettaq minn dik id-Diviżjoni laqat l-isptar tat-tfal ta' Okhmadyt fi Kiev. Bħala l-Viċi Kmandant tat-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division, Trofim Kapsha qed jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

16.12.2024

1849.

Vitaly Evgenievich ZYKOV

bir-Russu: Виталий Евгеньевич ЗЫКОВ

Funzjoni: Inġinier kap tat-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division ibbażata fil-bażi tal-ajru Engels-2

Data tat-twelid: 14.3.1968

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru tat-taxxa individwali: 644912673838

Numru tal-passaport: 6313 883757

Vitaly Zykov huwa l-inġinier kap tat-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division ibbażata fil-bażi tal-ajru Engels-2 f'Saratov, ir-Russja. F'Lulju 2024, attakk bil-missili Kh-101 imwettaq minn dik id-Diviżjoni laqat l-isptar tat-tfal ta' Okhmadyt fi Kiev. Bħala l-inġinier kap tat-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division, Vitaly Zykov qed jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

16.12.2024

1850.

Vladimir Aleksandrovich GORLOV

bir-Russu: Владимир Александрович ГОРЛОВ

Funzjoni: Membru tal-militar mit-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division ibbażata fil-bażi tal-ajru Engels-2

Data tat-twelid: 23.4.1968

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru tat-taxxa individwali: 644919381908

Numru tal-passaport: 6313884686

Vladimir Gorlov huwa membru tal-militar Russu mit-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division ibbażata fil-bażi tal-ajru Engels-2 f'Saratov, ir-Russja. F'Lulju 2024, attakk bil-missili Kh-101 imwettaq minn dik id-Diviżjoni laqat l-isptar tat-tfal ta' Okhmadyt fi Kiev. Bħala membru tal-militar mit-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division, Vladimir Gorlov qed jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

16.12.2024

1851.

Vladislav Bronislavovich TATUR

bir-Russu: Владимир Брониславович ТАТУР

Funzjoni: Membru tal-militar mit-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division ibbażata fil-bażi tal-ajru Engels-2

Data tat-twelid: 26.10.1971

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru tat-taxxa individwali: 282400316023

Numru tal-passaport: 6316326084

Vladimir Tatur huwa membru tal-militar Russu mit-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division ibbażata fil-bażi tal-ajru Engels-2 f'Saratov, ir-Russja. F'Lulju 2024, attakk bil-missili Kh-101 imwettaq minn dik id-Diviżjoni laqat l-isptar tat-tfal ta' Okhmadyt fi Kiev. Bħala membru tal-militar mit-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division, Vladimir Tatur qed jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

16.12.2024

1852.

Vladislav Sergeevich GOVOROV

bir-Russu: Владислав Сергеевич ГОВОРОВ

Funzjoni: Membru tal-militar mit-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division ibbażata fil-bażi tal-ajru Engels-2

Data tat-twelid: 13.4.1988

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru tat-taxxa individwali: 644934663382

Numru tal-passaport: 0308 912623

Vladislav Govorov huwa membru tal-militar Russu mit-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division ibbażata fil-bażi tal-ajru Engels-2 f'Saratov, ir-Russja. F'Lulju 2024, attakk bil-missili Kh-101 imwettaq minn dik id-Diviżjoni laqat l-isptar tat-tfal ta' Okhmadyt fi Kiev. Bħala membru tal-militar mit-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division, Vladislav Govorov qed jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

16.12.2024

1853.

Vladislav Viktorovich MALININ

bir-Russu: Владислав Викторович МАЛИНИН

Funzjoni: Membru tal-militar mit-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division ibbażata fil-bażi tal-ajru Engels-2

Data tat-twelid: 12.7.1978

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru tat-taxxa individwali: 644922317500

Numru tal-passaport: 6802 616854

Vladislav Malinin huwa membru tal-militar Russu mit-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division ibbażata fil-bażi tal-ajru Engels-2 f'Saratov, ir-Russja. F'Lulju 2024, attakk bil-missili Kh-101 imwettaq minn dik id-Diviżjoni laqat l-isptar tat-tfal ta' Okhmadyt fi Kiev. Bħala membru tal-militar mit-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division, Vladislav Malinin qed jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

16.12.2024

1854.

Vyacheslav Georgievich GOLOVANOV

bir-Russu: Вячеслав Георгиевич ГОЛОВАНОВ

Funzjoni: Membru tal-militar mit-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division ibbażata fil-bażi tal-ajru Engels-2

Data tat-twelid: 1.10.1972

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru tat-taxxa individwali: 644925496304

Numru tal-passaport: 6317 427552

Vyacheslav Golovanov huwa membru tal-militar Russu mit-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division ibbażata fil-bażi tal-ajru Engels-2 f'Saratov, ir-Russja. F'Lulju 2024, attakk bil-missili Kh-101 imwettaq minn dik id-Diviżjoni laqat l-isptar tat-tfal ta' Okhmadyt fi Kiev. Bħala membru tal-militar mit-22nd Guards Heavy Bomber Aviation Division, Vyacheslav Golovanov qed jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

16.12.2024

1855.

Fedor Fedorovich POTEKHIN

bir-Russu: Федор Федорович ПОТЕХИН

Funzjoni: Direttur Ġenerali ta' LLC Gumich RTK

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Fedor Potekhin huwa d-Direttur Ġenerali ta' LLC Gumich RTK, produttur tal-pjattaformi tar-robots Impulse-M, li huma maħsuba biex jintużaw fil-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u diġà ġew ittestjati fuq il-post mill-Forzi Armati Russi mis-sajf tal-2024. Bħala d-Direttur Ġenerali ta' LLC Gumich RTK, Fedor Potekhin għalhekk qed jappoġġa jew jimplimenta azzjonijiet li jheddu l-integrità territorjali tal-Ukrajna. Barra minn hekk, huwa assoċjat ma' LLC Gumich RTK.

16.12.2024

1856.

Alexander Valerievich GAVRILOV

bir-Russu: Александр Валерьевич ГАВРИЛОВ

Funzjoni: Direttur Ġenerali ta' LLC Gumich

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Alexander Gavrilov huwa d-Direttur Ġenerali ta' LLC Gumich, kumpanija Russa, li għandha sjieda sħiħa tal-kumpanija b'responsabbiltà limitata LLC Gumich RTK. LLC Gumich RTK hija produttur tal-pjattaformi tar-robots Impulse-M, li huma maħsuba biex jintużaw fil-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u diġà ġew ittestjati fuq il-post mill-Forzi Armati Russi mis-sajf tal-2024. Bħala d-Direttur Ġenerali ta' LLC Gumich RTK, Alexander Gavrilov għalhekk qed jappoġġa azzjonijiet li jheddu l-integrità territorjali tal-Ukrajna. Barra minn hekk, huwa assoċjat ma’ LLC Gumich.

16.12.2024

1857.

Alexey Leonidovich NEFEDOV

bir-Russu: Алексей Леонидович НЕФЕДОВ

Funzjoni: Direttur Ġenerali ta' JSC Rosnefteflot

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Alexey Nefedov huwa d-Direttur Ġenerali ta' JSC Rosnefteflot, kumpanija Russa li tittrasporta bil-baħar żejt mhux maħdum u prodotti taż-żejt, inkluż għal skopijiet ta' esportazzjoni. Is-settur tal-enerġija, speċjalment iż-żejt, jipprovdi dħul sostanzjali lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa. Għalhekk, bħala d-Direttur Ġenerali ta' JSC Rosnefteflot, Alexey Nefedov huwa negozjant involut f'settur ekonomiku li jipprovdu sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni illegali tal-Krimea u d-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. Bħala d-Direttur Ġenerali ta' JSC Rosnefteflot, Alexey Nefedov huwa assoċjat ma' JSC Rosnefteflot.

16.12.2024

1858.

Pavel Vladimirovich BABIN

bir-Russu: Павел Владимирович БАБИН

Funzjoni: Direttur Ġenerali ta' LLC Investneftetrade

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Pavel Babin huwa d-Direttur Ġenerali ta' LLC Investneftetrade, kumpanija Russa li tittrasporta bil-baħar żejt mhux maħdum u prodotti taż-żejt, inkluż għal skopijiet ta' esportazzjoni. Is-settur tal-enerġija, speċjalment iż-żejt, jipprovdi dħul sostanzjali lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa. Għalhekk, bħala d-Direttur Ġenerali ta' LLC Investneftetrade, Pavel Babin huwa negozjant involut f'settur ekonomiku li jipprovdu sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni illegali tal-Krimea u d-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. Bħala d-Direttur Ġenerali ta' LLC Investneftetrade, Pavel Babin huwa assoċjat ma' LLC Investneftetrade.

16.12.2024

1859.

Igor Alexandrovich GANIN

bir-Russu: Игорь Александрович ГАНИН

Funzjoni: Direttur Ġenerali ta' LLC Prime Shipping

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Igor Ganin huwa d-Direttur Ġenerali ta' LLC Prime Shipping, kumpanija Russa li tittrasporta bil-baħar żejt mhux maħdum u prodotti taż-żejt, inkluż għal skopijiet ta' esportazzjoni. Is-settur tal-enerġija, speċjalment iż-żejt, jipprovdi dħul sostanzjali lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa. Għalhekk, bħala d-Direttur Ġenerali ta' LLC Prime Shipping, Igor Ganin huwa negozjant involut f'settur ekonomiku li jipprovdu sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni illegali tal-Krimea u d-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. Bħala d-Direttur Ġenerali ta' LLC Prime Shipping, Igor Ganin huwa assoċjat ma' LLC Prime Shipping.

16.12.2024

1860.

Andrey Yurievich KALYUZHNY

bir-Russu: Андрей Юрьевич КАЛЮЖНЫЙ

Funzjoni: Aġent President tal-Bord tal-Korporazzjoni tal-Istat ‘Donbass Development Corporation’

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Andrey Kalyuzhny huwa l-aġent President tal-Bord tal-Korporazzjoni tal-Istat ‘Donbass Development Corporation’, li hija entità mwaqqfa mill-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’ biex tiżgura l-iżvilupp ekonomiku tar-reġjun Ukren okkupat mir-Russja. Il-korporazzjoni qed tiffaċilita wkoll l-investiment internazzjonali fir-reġjun u hija responsabbli għall-implimentazzjoni ta' proġetti relatati mal-bini tal-infrastruttura fir-reġjun okkupat, bl-għan ta' aktar integrazzjoni tar-reġjun fir-Russja. Bħala l-aġent President tal-Bord tal-Korporazzjoni tal-Istat ‘Donbass Development Corporation’, Andrey Kalyuzhny huwa għalhekk responsabbli għall-appoġġ jew l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Barra minn hekk, huwa assoċjat mal-Korporazzjoni tal-Istat ‘Donbass Development Corporation’.

16.12.2024

1861.

Vyacheslav Petrovich PETUSHENKO

bir-Russu: Вячеслав Петрович ПЕТУШЕНКО

Funzjoni: President tal-Bord tal-Kumpanija tal-Istat ‘Avtodor’

Data tat-twelid: 20.2.1959

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Vyacheslav Petushenko huwa l-President tal-Bord tal-Kumpanija tal-Istat ‘Avtodor’, li hija l-kumpanija Russa tal-infrastruttura tal-istat u tas-servizzi tal-awtostradi. ‘Avtodor’ iffirma ftehim biex tipprovdi d-dritt għall-ivvjaġġar mingħajr ħlas f'toroq b'pedaġġ għal vetturi li jittrasportaw għajnuna lejn iż-żona tal-gwerra ta' aggressjoni illegali tar-Russja kontra l-Ukrajna. Barra minn hekk, ‘Avtodor’ hija involuta b'mod attiv fir-rikostruzzjoni ta' ħafna toroq fit-territorji Ukreni li ġew okkupati mir-Russja. Il-President Putin ħa nota tal-ħidma tal-ispeċjalisti ta' ‘Avtodor’, li huma involuti fir-restawr tal-infrastruttura f'żoni okkupati. L-għan ta' tali azzjonijiet huwa li jintegraw it-territorji okkupati fir-Russja billi jibnu oġġetti infrastrutturali. Bħala l-President tal-Bord tal-Kumpanija tal-Istat ‘Avtodor’, Vyacheslav Petushenko huwa responsabbli għall-implimentazzjoni ta' azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

16.12.2024

1862.

Pavel Gennadievich TOCHILIN

bir-Russu: Павел Геннадьевич ТОЧИЛИН

Funzjoni: Direttur Ġenerali ta' JSC SPE ‘Aerosila’

Data tat-twelid: 15.2.1977

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa: 504501388297

Entità assoċjata: JSC SPE ‘Aerosila’ (numru tar-reġistrazzjoni: 1025005917023)

Pavel Tochilin huwa d-Direttur Ġenerali ta' JSC SPE ‘Aerosila’. JSC SPE ‘Aerosila’ hija żviluppatur u manifattur Russu tad-diversi partijiet tal-inġenji tal-ajru, pereżempju magni, skrejjen u fannijiet. JSC SPE ‘Aerosila’ tipprovdi l-prodotti tagħha lill-manifatturi tal-avjazzjoni domestiċi. Il-prodotti tal-kumpanija jintużaw biex jinħolqu inġenji tal-ajru militari li l-Forzi Ajruspazjali Russi jużaw fil-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Pereżempju l-unità tal-enerġija tal-Vettura tal-Ajru Mingħajr Bdot Orion APD-115T hija mgħammra bi skrun AV-115 manifatturat minn JSC SPE ‘Aerosila’. Barra minn hekk, il-Federazzjoni Russa għandha dritt speċjali (‘golden share’) għall-parteċipazzjoni fil-kontroll tal-JSC SPE ‘Aerosila’, li jippermetti lill-Federazzjoni Russa, dritt deċiżiv tal-vot fuq l-azzjonisti l-oħra meta tadotta deċiżjonijiet ewlenin.

Bħala d-Direttur Ġenerali ta' JSC SPE ‘Aerosila’, Pavel Tochilin huwa responsabbli għall-azzjonijiet tal-kumpanija u għalhekk huwa jappoġġa u jibbenefika finanzjarjament mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni illegali tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

16.12.2024

1863.

Andrey Viktorovich KOCHERGA

bir-Russu: Андрей Викторович КОЧЕРГА

Funzjoni: Direttur Ġenerali ta' PJSC ‘Stavropol Radio Plant Signal’

Data tat-twelid: 24.3.1971

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa: 772740415741

Entità assoċjata: PJSC ‘Stavropol Radio Plant Signal’ (numru tar-reġistrazzjoni: 1022601930537)

Andrey Kocherga huwa d-Direttur Ġenerali ta' PJSC ‘Stavropol Radio Plant Signal’. PJSC ‘Stavropol Radio Plant Signal’ hija waħda mill-manifatturi ewlenin ta' apparati radjuelettroniċi għall-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa. Hija tappartjeni lill-Rostec State Corporation. Il-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa jużaw apparati prodotti minn PJSC ‘Stavropol Radio Plant Signal’, bħal pjattaformi ta' kontroll mill-bogħod għal machine guns tat-tankijiet PKT, fil-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. PJSC ‘Stavropol Radio Plant Signal’ tejbet il-pjattaforma ta' kontroll mill-bogħod tal-machine guns għall-kontroll ta' machine gun tat-tankijiet ta' 7,62  mm, iddisinjata fl-2023, fuq talba diretta mill-militar Russu.

Bħala d-Direttur Ġenerali ta' PJSC ‘Stavropol Radio Plant Signal’, Andrey Kocherga huwa responsabbli għall-azzjonijiet tal-kumpanija u għalhekk jappoġġa azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

16.12.2024

1864.

Vladislav Vyacheslavovich KOSTIN

bir-Russu: Владислав Вячеславович КОСТИН

Funzjoni: Direttur Ġenerali ta' Joint Stock Company VNIIR-Progress

Data tat-twelid: 28.10.1983

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa: 772410397702

Entità assoċjata: VNIIR-Progress

Vladislav Kostin huwa d-Direttur Ġenerali ta' JSC VNIIR-Progress. JSC VNIIR-Progress hija istitut Russu tar-riċerka u l-iżvilupp li jispeċjalizza fil-produzzjoni ta' sistemi avvanzati ta' gwerra elettronika (electronic warfare - EW), li jiffukaw fuq teknoloġiji għall-imblukkar tas-sinjali u l-ġbir ta' intelligence. Wieħed mill-prodotti ewlenin tagħha huwa l-antenna Kometa, li hija mfassla biex tfixkel il-komunikazzjonijiet billi tinterferixxi mal-frekwenzi tar-radju, tas-satellita u tar-radar. Il-varjant Kometa-M, tip ta’ antenna Kometa, użat f'apparati bħall-Vettura tal-Ajru Mingħajr Bdot Orlan-10 u kits tal-bombi ggwidati, juża arranġamenti adattivi ta' antenna biex itejjeb ir-reżistenza kontra l-interferenza elettronika, filwaqt li jiżgura mmirar preċiż anke taħt miżuri kontradittorji tal-EW. Armi li jinkorporaw antenni Kometa manifatturati minn JSC VNIIR-Progress jintużaw b'mod estensiv fil-gwerra ta’ aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna, għalhekk JSC VNIIR-Progress qed tappoġġa azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

F'Awwissu 2023, Vladislav Kostin irċieva premju mill-organizzaturi tal-forum ‘Army’ għall-kontribut tiegħu għat-tisħiħ tal-forzi esterni tar-Russja.

Għalhekk, Vladislav Kostin, fil-kapaċità tiegħu bħala d-Direttur Ġenerali ta' JSC VNIIR-Progress, qed jappoġġa azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

16.12.2024

1865.

Artyom Alexeevich ZDUNOV

bir-Russu: Артём Алексеевич ЗДУНОВ

magħruf ukoll bħala Artem ZDUNOV

Funzjoni: Kap tar-Repubblika ta' Mordovia

Data tat-twelid: 18.5.1978

Post tat-twelid: Kazan, qabel USSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa: 166008271036

Artyom Zdunov huwa l-Kap tar-Repubblika ta' Mordovia (suġġett federali Russu) minn tal-inqas mit-18 ta' Novembru 2020. F'din il-pożizzjoni, Artyom Zdunov kellu rwol ta' tmexxija fl-implimentazzjoni tal-politika tal-Gvern Russu li jneħħi illegalment it-tfal Ukreni mir-reġjuni tal-Ukrajna li huma taħt il-kontroll temporanju Russu, b'mod partikolari billi organizza l-moviment tat-tfal minn reġjuni Ukreni okkupati, b'mod partikolari mir-reġjun ta' Kherson u mill-Kalanchak Raion lejn ir-Repubblika ta' Mordovia.

Artyom Zdunov jappoġġa wkoll l-attivitajiet tal-‘Movement of the First’ fit-territorji okkupati, entità elenkata mill-Unjoni u involuta f'diversi programmi mmirati biex jedukaw mill-ġdid it-tfal Ukreni, inkluż dawk deportati illegalment lejn ir-Russja.

Artyom Zdunov kien ukoll qed jissorvelja personalment l-appoġġ ipprovdut mir-Repubblika ta' Mordova lir-rappreżentanti u l-forzi okkupanti fir-reġjun ta’ Kherson, inkluż permezz tal-kunsinna ta' tagħmir militari.

Għalhekk, Artyom Zdunov huwa responsabbli li appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Huwa assoċjat ukoll mal-‘Movement of the First’.

16.12.2024

1866.

Nikolai Alexandrovich KOLESOV

bir-Russu: Николай Александрович КОЛЕСОВ

Funzjoni: Direttur Ġenerali ta' Russian Helicopters JSC

Data tat-twelid: 17.12.1956

Post tat-twelid: Kazan, qabel USSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa: 166003912656

Nikolai Kolesov huwa d-Direttur Ġenerali ta' Russian Helicopters JSC. Bħala l-produttur primarju ta' ħelikopters militari, Russian Helicopters JSC hija kumpanija ewlenija fi ħdan il-kumpless militari-industrijali Russu. Diversi tipi ta' ħelikopters u hardware u tagħmir ieħor tad-difiża ta' Russian Helicopters JSC qed jintużaw mill-Forzi Armati Russi fil-gwerra ta' aggressjoni tagħhom kontra l-Ukrajna.

Għalhekk, Nikolai Kolesov qed jappoġġa azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Huwa assoċjat ukoll ma' Russian Helicopters JSC.

16.12.2024

1867.

Alexander Alekseevich BALASHOV

bir-Russu: Александр Алексеевич БАЛАШОВ

Funzjoni: Direttur Ġenerali ta' JSC Palstmass Plant

Data tat-twelid: 21.9.1951

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa: 773610495096

Entità assoċjata: Joint Stock Company Plastmass Plant

Alexander Balashov huwa d-Direttur Ġenerali ta' JSC Plastmass Plant. JSC Plastmass Plant hija entità Russa u parti minn Rostec State Corporation, li tipproduċi munizzjon tal-artillerija għall-Forzi Armati Russi, b'mod partikolari għal howitzers, li jintużaw ħafna mill-militar Russu fil-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

Għalhekk, Alexander Balashov qed jappoġġa materjalment azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

16.12.2024

1868.

KIM Yong Bok

bil-Korean:

김영복

magħruf ukoll bħala KIM Young Bok

Funzjoni: Viċi Kap tal-Istat Maġġur tal-Armata tal-Poplu Korean

Post tat-twelid: Democratic People's Republic of Korea

Nazzjonalità: Nord Koreana

Sess: raġel

Kim Yong Bok huwa l-Viċi Kap tal-Istat Maġġur tal-Armata tal-Poplu Korean (KPA). Skont l-awtoritajiet Ukreni u tar-Repubblika tal-Korea, dan l-aħħar ġie skjerat fir-Russja flimkien ma' truppi tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK) b'appoġġ għall-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja, u huwa inkarigat mis-sorveljanza tal-iskjerament ta' dawn it-truppi tar-RDPK fir-Russja. Kim huwa ġeneral bi tliet stilel, li għandu esperjenza sinifikanti fit-tmexxija tal-forzi speċjali tar-RDPK magħrufa wkoll bħala l-11-il Korp. Huwa deher mill-inqas f'seba' avvenimenti mal-mexxej tar-RDPK Kim Jong Un fl-2024, fatt li indika r-rwol prominenti tiegħu fil-militar tar-RDPK.

Għalhekk, Kim Yong Bok qed jimplimenta u japoġġa azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

16.12.2024

1869.

NO Kwang Chol

bil-Korean:

노광철

Funzjoni: Ministru għad-Difiża tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

Data tat-twelid: 1956

Post tat-twelid: Nampo City, Democratic People's Republic of Korea

Nazzjonalità: Nord Koreana

Sess: raġel

No Kwang Chol huwa l-Ministru għad-Difiża tar-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea (RDPK). Fil-kariga tiegħu, huwa direttament involut fil-kooperazzjoni militari bejn ir-RDPK u l-Federazzjoni Russa, inkluż l-iskjerament ta' suldati tar-RDPK fil-Federazzjoni Russa b'appoġġ għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Għalhekk, No Kwang Chol qed jappoġġa azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

16.12.2024

1870.

Niels TROOST

magħruf ukoll bħala Niels Oscar TROOST

Funzjoni: Kummerċjant ta' Prodotti Bażiċi (żejt, ċereali)

Data tat-twelid: 27.11.1969

Nazzjonalità: Netherlandiża

Sess: raġel

Individwi assoċjati:

—

Maurice Taylor

—

Michel Tuor

—

Robin Luisier

Entitajiet assoċjati:

—

Paramount Energy and Commodities SA (PECSA)

—

Paramount Energy and Commodities DMCC magħrufa wkoll bħala بارامونت إنرجي آند كوموديتيز م.د.م

—

Livna Shipping

—

BAP LTD

—

Cesco Holding SA

Niels Troost huwa negozjant Netherlandiż u l-uniku azzjonist ta' EZI-DIAROC. EZI-DIAROC hija l-unika azzjonista ta' Paramount Energy and Commodities SA (PECSA). PECSA tikkontrolla s-sussidjarja bbażata f'Dubai Paramount Energy and Commodities DMCC (Paramount DMCC).

F'Ġunju 2022 Paramount DMCC assumiet u kompliet mingħajr interruzzjoni n-negozju taż-żejt ta' PECSA fil-konfront tar-Russja, filwaqt li ssottolinjat il-kontroll operazzjonali u strateġiku mill-qrib u dirett ta' PECSA fuq is-sussidjarja tagħha, Paramount DMCC. Paramount DMCC ripetutament innegozjat iż-żejt mhux maħdum Russu bi prezz ogħla minn dak tal-limitu massimu għaż-żejt wara l-introduzzjoni tiegħu. Barra minn hekk, Niels Troost huwa affiljat ma' Livna Shipping Ltd, li kienet qed tinnegozja żejt mhux maħdum bi prezz ogħla minn dak tal-limitu massimu għaż-żejt wara l-introduzzjoni tiegħu.

Permezz tal-istruttura tas-sjieda ta’ Paramount DMCC u l-kontroll tiegħu fuq Paramount DMCC u l-affiljazzjoni tiegħu ma' Livna Shipping Ltd, Niels Troost b'hekk iffaċilita l-ksur tal-projbizzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) tal-Kunsill tal-UE Nru 833/2014 u d-Deċiżjoni 2014/512/PESK.

16.12.2024

1871.

Larisa Aleksandrovna DOLINA

bir-Russu: Лариса Александровна ДОЛИНА

magħrufa wkoll bħala Larisa KUDELMAN (КУДЕЛЬМАН)

magħrufa wkoll bħala Larisa MIONCHINSKAYA (МИОНЧИНСКАЯ)

Funzjoni: Kantanta u attriċi

Data tat-twelid: 10.9.1955

Post tat-twelid: Baku, qabel USSR (issa Azerbaijan)

Nazzjonalità: Russa

Sess: mara

Larisa Dolina hija kantanta u attriċi Russa. Sa mill-bidu tal-gwerra ta' aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna, Dolina spiss appoġġat l-azzjonijiet tar-Russja li jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Għal dak l-għan, Dolina ħadmet mal-Ministeru għad-Difiża Russu u mexxiet kampanji ta' intratteniment f'isem il-Gvern Russu biex tippremja lill-persunal militari Russu għall-parteċipazzjoni tiegħu fil-gwerra ta' aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna. Barra minn hekk, hija tat kunċerti pubbliċi fir-reġjun ta' Donbas okkupat mir-Russja f'koordinazzjoni mal-Gvern Russu.

Għalhekk hija tappoġġa l-azzjonijiet Russi li jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna u tappoġġa lill-Gvern Russu fir-rigward tal-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna.

16.12.2024

1872.

Li XIAOCUI

biċ-Ċiniż:

Image 1

bir-Russu: Cофья ЛИ

magħrufa wkoll bħala Sophia Li

magħrufa wkoll bħala Sophia Lee

magħrufa wkoll bħala Sofya Li

Funzjoni: Negozjant

Data tat-twelid: 31.3.1982

Nazzjonalità: Ċiniża

Sess: mara

Telefon: + 8613483690451

Posta elettronika: sophia@guang-xing.com, lixiaocui520@mail.ru, lixiaocui520@list.ru, hbgxmachinery_sophia@mail.ru

Individwi assoċjati:

—

Yulia Gutik (sieħba kummerċjali Belarussa)

—

Arkady Kondratenko (sieħeb kummerċjali Russu)

—

Galkin Oleg Vladimirovich (sieħeb kummerċjali Russu)

—

Li Bin (sieħeb kummerċjali Ċiniż)

—

Xiao Xiao/‘Ella Li’ (sieħba kummerċjali Ċiniża)

Entitajiet assoċjati:

—

ARCLM International Trading Co. Ltd

—

Shijiazhuang Hanqiang Technology Co Ltd

—

Hebei Suofu Trading Co. Ltd.

—

Yiwu Haokui Electronic Firm

—

Yiwu Junmiao Textile Firm

Li Xiaocui (‘Sophia Li’) hija negozjanta Ċiniża. Hija tikkontrolla u tirrappreżenta intrapriżi mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u Hong Kong li ġew iddeżinjati mill-Unjoni Ewropea talli kisret il-projbizzjonijiet kontra ċ-ċirkomvenzjoni tar-reġim ta' miżuri restrittivi tal-Unjoni imposti fuq il-Federazzjoni Russa, jiġifieri ARCLM International Trading Co Ltd u Shijiazhuang Hanqiang Technology Co. Dak il-ksur jinkludi l-esportazzjoni ta' oġġetti elenkati lejn Unimatik, attur ewlieni fil-Kumpless Industrijali-Militari Russu. Li Xiaocui b'hekk iffaċilitat il-ksur tal-projbizzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni tar-reġim ta' miżuri restrittivi tal-Unjoni imposta fuq il-Federazzjoni Russa u b'hekk fixklet b'mod sinifikanti wkoll id-dispożizzjonijiet eżistenti tal-Unjoni dwar il-miżuri restrittivi.

16.12.2024

1873.

Artem Mikhaylovich YAMSHCHIKOV

bir-Russu: Артем Михайлович ЯМЩИКОВ

Funzjoni: Negozjant

Data tat-twelid: 11.10.1979

Numru tar-reġistrazzjoni: 381000781179

Post: Irkutsk, qabel USSR (issa Russian Federation)

Entitajiet assoċjati:

—

IEMZ Kupol

—

OOO TSK Vektor (magħruf ukoll bħala LLC TSK Vektor)

—

Xiamen Limbach Engine Co., Ltd

—

Redlepus TSK Vektor Industrial (Shenzhen) Co., Ltd

—

OOO Torgovyi Dom Vektor (INN: 3808184570)

Artem Yamshchikov huwa s-sid u d-Direttur Ġenerali ta' OOO TSK Vektor, kumpanija fil-kumpless militari-industrijali Russu. OOO TSK Vektor, aġixxiet bħala intermedjarju bejn IEMZ Kupol, sussidjarja tal-kumpanija tal-armi tal-istat Russu Almaz-Antey, u fornituri Ċiniżi li jimmanifatturaw droni ta' attakk fuq distanza twila tat-tip Garpiya-3 (G3), li huma żviluppati u prodotti għall-użu fil-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. B'mod partikolari, OOO TSK Vektor irċeviet komponenti mingħand Redlepus TSK Vektor Industrial (Shenzhen) Co., Ltd u Juhang Aviation Technology Shenzhen Co. Limited, inkluż partijiet minn Xiamen Limbach, entità Ċiniża li tipproduċi magni tad-droni L550.

Għaldaqstant, Artem Yamshchikov huwa persuna fiżika li jappoġġa materjalment l-azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

16.12.2024

1874.

Nikolay Vitalyevich TKACHENKO

bir-Russu: Николай Витальевич ТКАЧЕНКО

Funzjoni: Negozjant

Data tat-twelid: 1978

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa: 773608049810

Nikolay Tkachenko huwa l-maniġer ġenerali ta' Gazstroyprom JSC. Gazstroyprom JSC hija kumpanija ewlenija fis-settur tal-enerġija Russu, li twettaq proġetti differenti għall-estrazzjoni, l-ipproċessar u t-trasport tal-gass naturali. Il-kumpanija timpjega 95 000 ruħ u hija attiva fid-distretti federali kollha tal-Federazzjoni Russa. Is-settur tal-enerġija, speċjalment iż-żejt, jipprovdu dħul sostanzjali lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa. Għalhekk, Nikolay Tkachenko huwa assoċjat ma' kumpanija involuta f'settur ekonomiku li jipprovdi sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni illegali tal-Krimea u d-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

16.12.2024

1875.

Ivan Nikolaevich KOZHEVNIKOV

bir-Russu: Иван Николаевич КОЖЕВНИКОВ

Funzjoni: Negozjant

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa: 130301391462

Ivan Kozhevnikov huwa d-Direttur Ġenerali ta' Gazprom LNG Technologies LLC, kumpanija ewlenija fis-settur tal-enerġija Russu. Fost l-attivitajiet tal-kumpanija hemm il-likwefazzjoni u l-arrikkiment tal-gass naturali, kif ukoll il-kostruzzjoni ta' pompi tal-mili krijoġeniċi. Is-settur tal-enerġija, speċjalment iż-żejt, jipprovdi dħul sostanzjali lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa. Għalhekk, Ivan Kozhevnikov huwa assoċjat ma' entità li hija involuta f'settur ekonomiku li jipprovdi sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni illegali tal-Krimea u d-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

16.12.2024

1876.

Aleksey Konstantinovich KAKHIDZE

bir-Russu: Алексей Константинович КАХИДЗЕ

Funzjoni: Negozjant

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa: 770704797795

Aleksey Kakhidze huwa l-President tal-Bord tad-Diretturi ta' Gazprom LNG Technologies LLC, kumpanija ewlenija fis-settur tal-enerġija Russu. Fost l-attivitajiet tal-kumpanija hemm il-likwefazzjoni u l-arrikkiment tal-gass naturali, kif ukoll il-kostruzzjoni ta' pompi tal-mili krijoġeniċi. Is-settur tal-enerġija, speċjalment iż-żejt, jipprovdi dħul sostanzjali lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa. Għalhekk, Aleksey Kakhidze huwa assoċjat ma' entità li hija involuta f'settur ekonomiku li jipprovdi sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni illegali tal-Krimea u d-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

16.12.2024

1877.

Yuriy Vasilyevich SHAMALOV

bir-Russu: Юрий Васильевич ШАМАЛОВ

Funzjoni: Negozjant

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa: 770970305250

Yuriy Shamalov huwa d-Direttur Ġenerali ta' Gazprom Flot LLC, kumpanija ewlenija fis-settur tal-enerġija Russu. Fost l-attivitajiet tal-kumpanija hemm is-servizzi ta' tħaffir relatati mal-produzzjoni taż-żejt u tal-gass, kif ukoll it-trasport u r-rigassifikazzjoni tal-gass naturali likwifikat, il-kostruzzjoni u l-operat ta' pjattaformi għat-tħaffir li jżommu f'wiċċ l-ilma u bastimenti speċjalizzati. Is-settur tal-enerġija, speċjalment iż-żejt, jipprovdi dħul sostanzjali lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa. Għalhekk, Yuriy Shamalov huwa involut f'settur ekonomiku li jipprovdi sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni illegali tal-Krimea u d-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

16.12.2024

1878.

Mikhail Lvovich PODVYAZNIKOV

bir-Russu: Михаил Львович ПОДВЯЗНИКОВ

Funzjoni: Direttur Ġenerali ta' JSC ‘North Western Regional Center of Almaz Antey Concern Obukhovsky Plant’; magħrufa wkoll bħala JSC ‘Obukhov Plant’

Data tat-twelid: 15.7.1958

Post tat-twelid: Leningrad, qabel USSR (issa St. Petersburg, Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Mikhail Podvyaznikov huwa d-Direttur Ġenerali ta' JSC ‘North Western Regional Center of Almaz Antey Concern Obukhovsky Plant’.

JSC ‘North Western Regional Center of Almaz Antey Concern Obukhovsky Plant’ hija waħda mill-akbar intrapriżi fl-industrija tad-difiża Russa u tipproduċi sistemi ta' armi u tagħmir militari. Hija tipprovdi komunikazzjonijiet, sistemi ta' difiża tal-ajru u missili użati mill-Forzi Armati Russi fil-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna.

Għalhekk, fir-rwol tiegħu bħala Direttur Ġenerali ta' JSC ‘North Western Regional Center of Almaz Antey Concern Obukhovsky Plant’, Mikhail Podvyaznikov qed jappoġġa materjalment azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

16.12.2024

1879.

Oleg Nikolaevich RYAZANTSEV

bir-Russu: Олег Николаевич РЯЗАНЦЕВ

Funzjoni: Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta' ‘NPO Vysokotochnye Kompleksy’ (High Precision Systems)

Data tat-twelid: 16.4.1982

Post tat-twelid: Zhukovsky, Moscow Region, qabel USSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa: 501305932405

Entità assoċjata: JSC ‘NPO Vysokotochnye Kompleksy’ (High Precision Systems) - 119019 Moscow, b-r Gogolevskii 21 (bld. 1)

Oleg Ryazantsev, eks Viċi Ministru għall-Industrija u l-Kummerċ tal-Federazzjoni Russa, ilu minn Novembru 2022 jaġixxi bħala Uffiċjal Kap Eżekuttiv (CEO) tal-JSC Russa ‘NPO Vysokotochnye Kompleksy’ (High Precision Systems).

High Precision Systems hija żviluppatur u manifattur tal-armi Russu. Hija mexxejja fil-produzzjoni tas-sistemi tal-missili ballistiċi tattiċi fir-Russja. High Precision Systems hija sussidjarja ta' Rostec State Corporation. L-armi prodotti minn High Precisions Systems jintużaw fil-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

Għalhekk, bħala s-CEO ta' High Precisions Systems, Oleg Ryazantsev qed jappoġġa materjalment azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

16.12.2024.”

Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni għall-identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“478.

Limited Liability Company Gumich RTK

bir-Russu: ОБЩЕСТВО С ОГРАНИЧЕННОЙ ОТВЕТСТВЕННОСТЬЮ ‘ГУМИЧ РТК’

magħrufa wkoll bħala LLC Gumich RTK

magħrufa wkoll bħala OOO Gumich RTK

magħrufa wkoll bħala ООО ‘ГУМИЧ РТК’

Indirizz: Varshavskoe 28A, Moscow, Russian Federation

Tip ta' entità: Kumpanija b'Responsabbiltà Limitata

Post tar-reġistrazzjoni: Moscow, Russian Federation

Numru tar-reġistrazzjoni: 1227700009349

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa: 9726005407

Individwu assoċjat: Fedor Fedorovich Potekhin (Direttur Ġenerali)

Informazzjoni oħra għall-identifikazzjoni: Limited Liability Company Gumich (kumpanija omm)

LLC Gumich RTK hija kumpanija Russa li tipproduċi pjattaformi tar-robots Impulse-M, li huma maħsuba biex jintużaw fil-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u diġà ġew ittestjati fuq il-post mill-Forzi Armati Russi mis-sajf tal-2024. Għaldaqstant, LLC Gumich RTK tappoġġa materjalment jew finanzjarjament, azzjonijiet li jheddu l-integrità territorjali tal-Ukrajna.

16.12.2024

479.

Limited Liability Company Gumich

bir-Russu: ОБЩЕСТВО С ОГРАНИЧЕННОЙ ОТВЕТСТВЕННОСТЬЮ ‘ГУМИЧ’

magħrufa wkoll bħala LLC Gumich

magħrufa wkoll bħala OOO Gumich

magħrufa wkoll bħala ООО ‘ГУМИЧ’

Indirizz: Varshavskoe 28A, Moscow, Russian Federation

Tip ta' entità: Kumpanija b'Responsabbiltà Limitata

Post tar-reġistrazzjoni: Moscow, Russian Federation

Numru tar-Reġistrazzjoni: 1187746509081

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa: 9709032552

Individwu assoċjat: Alexander Valerievich Gavrilov (Direttur Ġenerali)

Informazzjoni oħra għall-identifikazzjoni: Limited liability company Gumich (kumpanija sussidjarja)

LLC Gumich hija kumpanija Russa, li għandha sjieda sħiħa tal-LLC Gumich RTK. LLC Gumich RTK hija produttur tal-pjattaformi tar-robots Impulse-M, li huma maħsuba biex jintużaw fil-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u diġà ġew ittestjati fuq il-post mill-Forzi Armati Russi mis-sajf tal-2024. Bħala s-sid ta' LLC Gumich RTK, LLC Gumich għalhekk qed tappoġġa, materjalment jew finanzjarjament, azzjonijiet li jheddu l-integrità territorjali tal-Ukrajna.

16.12.2024

480.

Limited Liability Company Investneftetrade

bir-Russu: ОБЩЕСТВО С ОГРАНИЧЕННОЙ ОТВЕТСТВЕННОСТЬЮ ‘ИНВЕСТНЕФТЕТРЕЙД’

magħrufa wkoll bħala Investneftetrade

magħrufa wkoll bħala Investneftetreyd

magħrufa wkoll bħala ООО ‘ИНВЕСТНЕФТЕТРЕЙД’

magħrufa wkoll bħala ИНВЕСТНЕФТЕТРЕЙД

Indirizz: Trubnaya 28, Moscow, Russian Federation

Tip ta' entità: Kumpanija b'Responsabbiltà Limitata

Post tar-reġistrazzjoni: Moscow, Russian Federation

Numru tar-reġistrazzjoni: 5157746030976

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa: 7729481489

Individwu assoċjat: Pavel Vladimirovich Babin (Direttur Ġenerali)

LLC Investneftetrade hija kumpanija Russa li tittrasporta bil-baħar żejt mhux maħdum u prodotti taż-żejt, inkluż għal skopijiet ta' esportazzjoni. Is-settur tal-enerġija, speċjalment iż-żejt, jipprovdi dħul sostanzjali lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa. Għalhekk, LLC Investneftetrade hija involuta f'settur ekonomiku li jipprovdi sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni illegali tal-Krimea u d-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

16.12.2024

481.

Limited Liability Company Prime Shipping

bir-Russu: Общество с Ограниченной Ответственностью ‘Прайм Шиппинг’

magħrufa wkoll bħala Prime Shipping

magħrufa wkoll bħala Praim Shipping

magħrufa wkoll bħala ООО ‘Прайм Шиппинг’

magħrufa wkoll bħala Прайм Шиппинг

Indirizz: Maxim Gorky 78, Samara, Russian Federation

Tip ta' entità: Kumpanija b'Responsabbiltà Limitata

Post tar-reġistrazzjoni: Samara, Russian Federation

Numru tar-reġistrazzjoni: 1056317028350

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa: 6317060306

Individwu assoċjat: Igor Alexandrovich Ganin (Direttur Ġenerali)

LLC Prime Shipping hija kumpanija Russa li tittrasporta bil-baħar żejt mhux maħdum u prodotti taż-żejt, inkluż għal skopijiet ta' esportazzjoni. Is-settur tal-enerġija, speċjalment iż-żejt, jipprovdi dħul sostanzjali lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa. Għalhekk, LLC Prime Shipping hija involuta f'settur ekonomiku li jipprovdi sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni illegali tal-Krimea u d-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

16.12.2024

482.

State Corporation ‘Donbass Development Corporation’

bir-Russu: ГОСУДАРСТВЕННЫЙ КОНЦЕРН ‘КОРПОРАЦИЯ РАЗВИТИЯ ДОНБАССА’

magħrufa wkoll bħala Donbass Development Corporation

magħrufa wkoll bħala ГК ‘КОРПОРАЦИЯ РАЗВИТИЯ ДОНБАССА’

magħrufa wkoll bħala КОРПОРАЦИЯ РАЗВИТИЯ ДОНБАССА

Indirizz: Maryinskaya 1, Donetsk, Ukraine

Tip ta' entità: Korporazzjoni Statali

Post tar-reġistrazzjoni: Donetsk, Ukraine

Numru tar-reġistrazzjoni: 1229300132104

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa: 9303024230

Individwu assoċjat: Andrey Yurievich Kalyuzhny (aġent President tal-Bord)

State Corporation ‘Donbass Development Corporation’ hija entità mwaqqfa mill-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’, biex tiżgura l-iżvilupp ekonomiku tar-reġjun Ukren okkupat mir-Russja. Il-korporazzjoni qed tiffaċilita wkoll l-investiment internazzjonali fir-reġjun u hija responsabbli għall-implimentazzjoni ta' proġetti relatati mal-bini tal-infrastruttura fir-reġjun okkupat, bl-għan ta' aktar integrazzjoni tar-reġjun fir-Russja. Għaldaqstant, State Corporation ‘Donbass Development Corporation’ qed tappoġġa, materjalment jew finanzjarjament, azzjonijiet li dgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

16.12.2024

483.

Joint Stock Company Scientific Production Enterprise ‘Aerosila’

bir-Russu: Акционерное Общество ‘Научно-Производственное Предприятие “Аэросила”’ (НПП Аэросила)

magħrufa wkoll bħala Aerosila JSC SPE

magħrufa wkoll bħala NPP Aerosila PAO

Indirizz: 142800, Russian Federation, Stupino, Zhdanov Str., 6

Tip ta' entità: Kumpanija b'Ishma Konġunti

Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation

Data tar-reġistrazzjoni: 22.1.1993 (data tar-reġistrazzjoni tal-istat 16.6.2002)

Numru tar-reġistrazzjoni: 1025005917023

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa: 5045002261

KPP: 504501001

Posta elettronika: vint@aerosila.ru

Telefon: (496) 642-33-30, 642-80-85

Sit web: http://www.aerosila.ru

Individwu assoċjat: Pavel Gennadievich Tochilin (Direttur Ġenerali) (TIN: 504501388297)

JSC SPE ‘Aerosila’ hija żviluppatur u manifattur Russu tad-diversi partijiet tal-inġenji tal-ajru, pereżempju magni, skrejjen u fannijiet. JSC SPE ‘Aerosila’ tipprovdi l-prodotti tagħha lill-manifatturi tal-avjazzjoni domestiċi. Il-prodotti tal-kumpanija jintużaw biex jinħolqu inġenji tal-ajru militari li l-Forzi Ajruspazjali Russi jużaw fil-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Pereżempju l-unità tal-enerġija tal-vetturi tal-ajru mingħajr bdot abbord Orion APD-115T hija mgħammra bi skrun AV-115 manifatturat minn JSC SPE ‘Aerosila’. Barra minn hekk, il-Federazzjoni Russa għandha dritt speċjali (‘golden share’) għall-parteċipazzjoni fil-kontroll tal-JSC SPE ‘Aerosila’, li jippermetti lill-Federazzjoni Russa dritt deċiżiv tal-vot fuq l-azzjonisti l-oħra meta tadotta deċiżjonijiet ewlenin.

Għalhekk, JSC SPE ‘Aerosila’ tappoġġa u tibbenefika mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni illegali tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

16.12.2024

484.

Limited Liability Company Scientific Production Association ‘Izhevsk Unmanned Systems’

bir-Russu: Общество с Ограниченной Ответственностью ‘Научно-Производственное Объединение “Ижевские Беспилотные Системы”’

magħrufa wkoll bħala ООО ‘НПО “ИЖБС”’

magħrufa wkoll bħala ИжБС

magħrufa wkoll bħala IUS; OOO NPO IzhBS

magħrufa wkoll bħala NPO Izhmash

magħruf ukoll bħala NPO Izhevskiye Bespilotnye Sistemy OOO

magħrufa wkoll bħala Izhevksy Unmanned Systems

magħrufa wkoll bħala Izhmash Unmanned Systems

magħrufa wkoll bħala Izhevsk Unmanned Systems Research and Production Associated Limited Liability Company

magħrufa wkoll bħala LLC Research and Production Association Izhevsk Unmanned Systems

Indirizz: 115432, Russian Federation, Moscow, Trofimova Str., 2A, Room. 221

Indirizz: 426063, Russian Federation, Udmurt Republic, Izhevsk, Ordzhunikidze Str., 2

Tip ta' entità: Kumpanija b'Responsabbiltà Limitata

Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation

Data tar-reġistrazzjoni: 25.10.2006

Numru tar-reġistrazzjoni: 1061831040688

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa: 1831117433

KPP: 772501001

Posta elettronika: info@izh-bs.ru

Telefon: + 7 (3412) 43-01-11, + 7 (939) 875-00-17

Sit web: www.izh-bs.ru, www.izh-bs

Entità assoċjata: JSC Kalashnikov Concern (kumpanija azzjonarja) (numru tar-reġistrazzjoni: 1111832003018)

LLC SPA ‘Izhevsk Unmanned Systems’ hija kumpanija Russa li tiżviluppa, tipproduċi, issewwi u żżomm fi stat tajjeb vetturi tal-ajru mingħajr bdot abbord (UAV), tagħmir speċjali, prodotti xjentifiċi u tekniċi. Il-kumpanija hija involuta b'mod attiv fis-settur Russu tal-UAV (pereżempju, hi tiżviluppa teknoloġiji u testijiet kif ukoll twettaq taħriġ speċjalizzat) u għalhekk tappoġġa materjalment lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni illegali tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. LLC SPA ‘Izhevsk Unmanned Systems’ ħolqot droni militari tat-tip ‘Granat’, ‘Tachyon’ u ‘Kub’, li jintużaw mill-Forzi Armati Russi fil-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Għalhekk, il-kumpanija qed tappoġġa b'mod materjali azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Barra minn hekk, LLC SPA Izhevsk Unmanned Systems hija sussidjarja ta' JSC Kalashnikov Concern (żviluppatur u manifattur ta' tagħmir tal-armata). Għalhekk hija assoċjata ma' JSC Kalashnikov Concern.

16.12.2024

485.

JSC ‘Kaluga Research Institute of Radio Engineering’

bir-Russu: АO ‘Калужский научно-исследовательский радиотехнический институт’

magħrufa wkoll bħala JSC ‘KNIRTI’

magħrufa wkoll bħala АО ‘КНИРТИ’

Indirizz: 249192, Russian Federation, Kaluga Region, Zhukovsky District, 1 Zhukov City, Zhukov, Lenin Street, 2

Tip ta' entità: Kumpanija b'Ishma Konġunti

Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation

Data tar-reġistrazzjoni: 28.6.2012

Numru tar-reġistrazzjoni: 1124011001058

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa: 4007017378

KPP: 400701001

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

Informazzjoni addizzjonali: JSC ‘KRET’ (kumpanija assoċjata)

JSC ‘Kaluga Research Institute of Radio Engineering’ (JSC KNIRTI), hija waħda mill-kumpaniji militari-industrijali ewlenin fir-reġjun ta' Kaluga. Fost attivitajiet oħra, hija tirriċerka, tiżviluppa u tipproduċi strumenti navigazzjonali, meteoroloġiċi, ġeodetiċi u ġeofiżiċi, u radar, tagħmir tan-navigazzjoni bir-radju u tagħmir ta' kontroll mill-bogħod bir-radju, inkluż Khibiny, sistema elettronika tal-gwerra għall-inġenji tal-ajru tal-ġlied użati fil-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

JSC KNIRTI hija affiljata ma' JSC KRET, kumpanija responsabbli għall-produzzjoni ta' armi u tagħmir militari kif ukoll radjuelettronika. Il-logo uffiċjali ta’ JSC KNIRTI huwa simili għal-logo bi privattiva ta' JSC KRET. Is-sit web uffiċjali ta' JSC KRET fih informazzjoni dwar il-Khibiny, li hija prodotta minn JSC KNIRTI. Barra minn hekk, il-logo uffiċjali ta' JSC KNIRTI fih il-logo bi privattiva ta' JSC KRET.

Għaldaqstant, JSC KNIRTI hija responsabbli għall-appoġġ materjali u finanzjarju u tibbenefika minn persuni Russi li jieħdu d-deċiżjonijiet responsabbli għall-annessjoni illegali tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. JSC KNIRTI hija involuta f'setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa. Barra minn hekk, hija assoċjata wkoll ma' JSC KRET.

16.12.2024

486.

Federal State Enterprise ‘Kamensky “Combine”’

bir-Russu: Федеральное Казенное Предприятие ‘Комбинат “Каменский”’

magħrufa wkoll bħala Federal State Enterprise Kamensky Plant

magħrufa wkoll bħala Kombinat Kamenski FKP

magħrufa wkoll bħala FSE Kamensky Zavod

Indirizz: 347801, Russian Federation, Rostov region, Kamensk-Shakhtinsky, Saprygina Street 8

Tip ta' entità: Federal State Enterprise

Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation

Data tar-reġistrazzjoni: 23.3.2006

Numru tar-reġistrazzjoni: 1066147003658

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa: 6147025090

KPP: 614701001

Sit web: www.fkpkk.ru

FSE ‘Kamensky “Combine”’ hija impjant kimiku li jipproduċi prinċipalment prodotti kimiċi għal skopijiet speċjali għall-industrija militari tar-Russja, li jipproduċi armi użati mill-militar Russu. Hija proprjetà tal-istat permezz ta' Rostec (Korporazzjoni tal-Istat għall-Promozzjoni tal-Iżvilupp, il-Manifattura u l-Esportazzjoni ta' Prodotti ta' Teknoloġija Avvanzata). Għandha privattivi għal teknoloġiji relatati ma' rokits u splussivi. FSE ‘Kamensky “Combine”’ hija involuta fl-implimentazzjoni tal-ordnijiet ta' difiża tal-istat Russu u mill-2022 il-volum ta' ordnijiet għad-difiża tal-istat li tirċievi żdied b'mod sinifikanti. Għalhekk FSE ‘Kamensky Combine’ materjalment tappoġġa azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Barra minn hekk, hija entità involuta f'setturi ekonomiċi, jiġifieri s-settur tad-difiża, li jipprovdu sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni illegali tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

16.12.2024

487.

Joint Stock Company ‘ODK-Star’

magħrufa wkoll bħala AO ‘ODK-Star’

magħrufa wkoll bħala JSC ‘UEC-STAR’

magħrufa wkoll bħala JSC ‘Star’

bir-Russu: Акционерное Общество ‘ОДК-СТАР’ (АО ‘ОДК-СТАР’)

Indirizz: 614990, Russian Federation, Perm, Kuibysheva Street, 140A

Tip ta' entità: Kumpanija b'Ishma Konġunti

Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation

Data tar-reġistrazzjoni: 5.9.1994

Numru tar-reġistrazzjoni: 1025900895712

Informazzjoni addizzjonali: TIN: 5904100329

KPP: 590401001

Posta elettronika: star@ao-star.ru

Telefon: + 7 (342) 249-18-13

Sit web: https://ao-star.ru/

Entità assoċjata: Immaniġġata mill-United Aircraft Corporation (numru tar-reġistrazzjoni: 1067759884598)

JSC ‘ODK-Star’ hija żviluppatur u produttur serjali tas-sistemi tal-provvista u l-kontroll tal-fjuwil għall-magni b'turbini tal-gass tal-ajru, tal-art u tal-baħar. JSC ‘ODK-Star’ hija involuta fl-aktar programmi importanti tal-bini tal-magni Russi, inkluż fil-ħolqien tal-magni D30-KP u PD-8. Il-magni D30-KP huma installati fuq l-inġenju tal-ajru tat-trasport militari Il-76, użat mill-Forzi Armati Russi fil-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. United Aircraft Corporation bdiet tiżviluppa d-disinn tekniku sabiex tuża magni PD-8 f'inġenji tal-ajru tat-trasport militari (IL-212). Għalhekk, JSC ‘ODK-Star’ tappoġġa materjalment u tibbenefika mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni illegali tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

Barra minn hekk, JSC ‘ODK-Star’ hija ġestita mill-United Aircraft Corporation, struttura integrata li tispeċjalizza fl-iżvilupp, il-produzzjoni serjali u s-servizzi ta' manutenzjoni tal-magni għall-avjazzjoni militari u ċivili, il-programmi spazjali u l-flotta navali, kif ukoll l-industrija taż-żejt u tal-gass u s-settur tal-enerġija. Għalhekk, JSC ‘ODK-Star’ hija assoċjata mal-United Aircraft Corporation.

16.12.2024

488.

Public Joint Stock Company ‘Stavropol Radio Plant Signal’

bir-Russu: Публичное Акционерное Общество Ставропольский Радиозавод ‘Сигнал’

magħrufa wkoll bħala Signal Radio Plant; PJSC Signal

magħrufa wkoll bħala Public Joint Stock Company Stavropol Radioplant ‘Signal’

magħrufa wkoll bħala ПАО ‘Сигнал’

Indirizz: 355037, Russian Federation, Stavropol Krai, Stavropol, 2nd Yugo-Zapadny proezd, 9A

Tip ta' entità: Kumpanija Pubblika b'Ishma Konġunti

Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation

Data tar-reġistrazzjoni: 21.9.1993

Numru tar-reġistrazzjoni: 1022601930537

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa: 2635000092

KPP: 263501001

Posta elettronika: info@signalrp.ru

Telefon: (8652) 77-98-35

Sit web: http://signalrp.ru

Individwu assoċjat: Andrey Viktorovich Kocherga (Direttur Ġenerali) (TIN 772740415741)

PJSC ‘Stavropol Radio Plant Signal’ hija waħda mill-manifatturi ewlenin ta' apparati radjuelettroniċi għall-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa. Hija tappartjeni lill- Rostec State Corporation. Il-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa jużaw apparati prodotti minn PJSC ‘Stavropol Radio Plant Signal’ bħal pjattaformi ta' kontroll mill-bogħod għal machine guns tat-tankijiet PKT fil-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. PJSC ‘Stavropol Radio Plant Signal’ tejbet il-pjattaforma ta' kontroll mill-bogħod tal-machine guns għall-kontroll ta' machine guns tat-tankijiet ta' 7,62  mm, iddisinjata fl-2023, fuq talba diretta mill-militar Russu. Barra minn hekk, PJSC ‘Stavropol Radio Plant Signal’, flimkien mal-Unjoni tal-Inġinerija Russa u l-Università Federali tat-Tramuntana tal-Kawkasujmexxu ċentru ta' taħriġ għal speċjalisti bi kwalifiki għoljin fl-industrija tal-inġinerija mekkanika.

Għaldaqstant, PJSC ‘Stavropol Radio Plant Signal’ tappoġġa materjalment azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

16.12.2024

489.

Joint Stock Company Tula Machine Building Plant

bir-Russu: Акціонерне товариство ‘Акціонерна компанія “Туламашзавод”’

magħrufa wkoll bħala JSC Tula Machine Building Plant

magħrufa wkoll bħala JSC Tulamashzavod

Indirizz: 300002, Russian Federation, Tula, Mosina str., 2

Tip ta' entità: Kumpanija b'Ishma Konġunti

Post tar-reġistrazzjoni: 300002, Russian Federation, Tula, Mosina str., 2

Data tar-reġistrazzjoni: 29.8.2002

Numru tar-reġistrazzjoni: 1027100507114

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa: 7106002836

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

Posta elettronika: sapr@tulamash.ru, sekretar@tulamash.ru

Telefon: + 7 (4872) 55-87-13

Sit web: http://tulamash.ru

JSC Tula Machine Building Plant hija manifattur tad-difiża Russu bi speċjalizzazzjoni fil-produzzjoni ta' tagħmir militari avvanzat, b'mod partikolari fil-qasam tal-armi u s-sistemi tal-artillerija kontra l-inġenji tal-ajru. Il-kumpanija hija responsabbli għall-iżvilupp u l-manifattura ta' diversi sistemi ta' difiża ewlenin, inkluż is-sistema tal-missili u l-artillerija kontra l-inġenji tal-ajru KASHTAN, is-sistema tal-artillerija kontra l-inġenji tal-ajru PALMA, u firxa ta' kanuni awtomatiċi u pistoli awtomatiċi ta' 30 mm bħall-Gryazev-Shipunov GSh-6-30 u l-2A72. Dawn is-sistemi huma integrati f'diversi pjattaformi militari, inkluż vetturi tal-ġlied tal-infanterija bħall-BMP-3 u l-BTR-80A, u huma mmuntati wkoll fuq assi strateġiċi bħall-aircraft carrier tal-klassi Kuznetsov.

Il-prodotti tal-kumpanija ġew skjerati b'mod attiv f'diversi operazzjonijiet militari, inkluż l-invażjoni Russa tal-Ukrajna, fejn diversi sistemi bħall-vetturi tal-ġlied tal-infanterija BMP-3 u s-sistemi tal-missili mill-wiċċ għall-ajru Pantsir-S1 ġew irrappurtati li nqerdu.

Għalhekk, JSC Tula Machine Building Plant qed tappoġġa materjalment azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

16.12.2024

490.

Joint-Stock Company VNIIR-Progress

bir-Russu: Акционерное общество ВНИИР-Прогресс

magħrufa wkoll bħala JSC VNIIR-Progress

Indirizz: 428903, Russian Federation, Chuvash Republic, Cheboksary, pr. I.Yakovleva, 4

Tip ta' entità: Kumpanija b'Ishma Konġunti

Post tar-reġistrazzjoni: 428903, Russian Federation, Chuvash Republic, Cheboksary, pr. I.Yakovleva, 4

Data tar-reġistrazzjoni: 14.10.2011

Numru tar-reġistrazzjoni: 1112130013270

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa: 2130094170

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

Posta elettronika: progress@vniir.ru

Telefon: + 7 (8352) 39-00-29, + 7 (8352) 39-00-23

JSC VNIIR-Progress hija istitut Russu tar-riċerka u l-iżvilupp li jispeċjalizza fil-produzzjoni ta' sistemi avvanzati ta' gwerra elettronika (electronic warfare - EW), li jiffukaw fuq teknoloġiji għall-imblukkar tas-sinjali u l-ġbir ta' intelligence. Wieħed mill-prodotti ewlenin tagħhom huwa l-antenna Kometa, li hija mfassla biex tfixkel il-komunikazzjonijiet billi tinterferixxi mal-frekwenzi tar-radju, tas-satellita u tar-radar. Il-varjant Kometa-M, tip ta’ antenna Kometa, użat f'apparati bħall-vettura tal-ajru mingħajr bdot abbord Orlan-10 u kits tal-bombi ggwidati, juża arranġamenti adattivi ta' antenna biex itejjeb ir-reżistenza kontra l-interferenza elettronika, filwaqt li jiżgura mmirar preċiż anke taħt miżuri kontradittorji tal-EW. Armi li jinkorporaw antenni Kometa manifatturati minn JSC VNIIR-Progress jintużaw b'mod estensiv fil-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, u għalhekk JSC VNIIR-Progress qed tappoġġa azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

JSC VNIIR-Progress ikkollaborat b'mod estensiv mal-Ministeru għad-Difiża tar-Russja, u żiedet b'mod sinifikanti l-produzzjoni ta' sistemi ta' navigazzjoni u elettriċi għal tagħmir militari, inkluż tankijiet, vapuri, u sistemi EW. Il-modulu Kometa-M, oriġinarjament iddisinjat biex jipproteġi d-droni mill-EW, issa qed jiġi adattat għal bombi mhux iggwidati biex tittejjeb il-preċiżjoni bl-użu tal-GPS u data satellitari oħra. Barra minn hekk, JSC VNIIR-Progress tipparteċipa f'kuntratti tal-gvern ta' valur għoli, bħall-forniment ta' apparat elettroniku lill-Ministeru għall-Industrija u l-Kummerċ tal-Federazzjoni Russa.

Għalhekk, JSC VNIIR-Progress qed tappoġġa materjalment u tibbenefika mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni illegali tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

16.12.2024

491.

PIK-specialised developer JSC

bir-Russu: АО ‘ПИК-специализированный застройщик’

magħruf ukoll bħala PIK Group of Companies PJSC

magħrufa wkoll bħala Public Joint Stock Company ‘PIK-specialized homebuilder’

Indirizz: 19 bld. 1, Barrikadnaya street, Moscow, 123242, Russian Federation

Tip ta' entità: Kumpanija b'Ishma Konġunti

Numru tar-reġistrazzjoni: 1027739137084

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa: 7713011336

KPP: 770301001

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

PIK-specialised developer JSC hija konglomerat Russu li jopera fis-settur tal-proprjetà immobbli u tal-kostruzzjoni. Permezz ta' sussidjarji bħal ‘Inzhteploprogress’, PIK-specialised developer JSC iffinanzjat ir-reklutaġġ ta' persunal għall-unitajiet militari Russi u l-kumpaniji militari privati li joperaw fl-Ukrajna taħt il-kmand tal-Ministeru għad-Difiża Russu. Għalhekk, PIK-specialised developer JSC tappoġġa finanzjarjament azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali tal-Ukrajna.

Barra minn hekk, bħala kumpanija ewlenija fil-qasam tal-bini u tal-proprjetà immobbli, PIK-specialised developer JSC hija involuta f'settur ekonomiku li jipprovdi sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa.

16.12.2024

492.

PJSC UTAIR

bir-Russu: ПУБЛИЧНОЕ АКЦИОНЕРНОЕ ОБЩЕСТВО ‘АВИАКОМПАНИЯ “ЮТЭЙР”’

magħrufs wkoll bħala UTAIR

Tip ta' entità: Kumpanija Pubblika b'Ishma Konġunti

Numru tar-reġistrazzjoni: 1028600508991

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa: 7204002873

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

PJSC UTAIR (UTAIR) hija linja tal-ajru ċivili Russa. Mill-bidu tal-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, UTAIR – kuntrattur għall-Ministeru għad-Difiża Russu – ipprovdiet appoġġ loġistiku lill-Forzi Armati Russi, inkluż billi ttrasportat persunal militari assenjat għaż-żona tal-ġlied, wettqet titjiriet fl-Ukrajna okkupata mir-Russja u billi stabbiliet skema speċjali ta' bejgħ ta' biljetti mal-Ministeru għad-Difiża Russu.

Għaldaqstant, UTAIR appoġġat azzjonijiet li jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

UTAIR hija assoċjata wkoll mal-persuna elenkata Vladimir Bogdanov u ripetutament ibbenefikat minn appoġġ finanzjarju sostanzjali mill-Gvern Russu.

16.12.2024

493.

Joint Stock Company Plastmass Plant

bir-Russu: АКЦИОНЕРНОЕ ОБЩЕСТВО ‘ЗАВОД “ПЛАСТМАСС”’

magħrufa wkoll bħala JSC ‘PLASTMASS PLANT’

magħrufa wkoll bħala АО ‘ЗАВОД “ПЛАСТМАСС”’

Indirizz: 52 Pobedy Ave., Kopeysk, Chelyabinsk region, 456620, Russian Federation

Tip ta' entità: Kumpanija b'Ishma Konġunti

Numru tar-reġistrazzjoni: 11177411001388

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa: 7411009901

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

Sit web: https://www.zavod-plastmass.ru

Posta elettronika: info@zavod-plastmass.ru

Telefon: 8(351) 269-91-12

Individwu assoċjat: Alexander Alekseevich Balashov (Direttur Ġenerali)

JSC Plastmass Plant hija entità Russa, parti minn Rostec State Corporation, li tipproduċi munizzjon tal-artillerija għall-Forzi Armati Russi, b'mod partikolari għal howitzers, li jintużaw ħafna mill-militar Russu fil-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Għaldaqstant, JSC Plastmass Plant hija responsabbli għall-appoġġ, mil-lat materjali, ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

16.12.2024

494.

JSC Gruppa Kremniy El

bir-Russu: АО Группа Кремний Эл

Indirizz: Krasnoarmeyskaya Str. 103, 241050 Bryansk, Bryanskaya Oblast, Russian Federation

Tip ta' entità: Kumpanija b'Ishma Konġunti

Numru tar-reġistrazzjoni: 1023202741781

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa: 3234043140

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

Sit web: https://group-kremny.ru/

Posta elettronika: group@kremny.032.ru

Telefon: + 7 (4832) 41-43-11, + 7 (4832) 41-42-34

Individwu assoċjat: Oleg Nikolaevich Lantsev

Entità assoċjata: JSC Reestr

JSC Gruppa Kremniy El hija t-tieni l-akbar manifattur tal-mikroelettronika fir-Russja, u, b'mod partikolari, manifattur tal-mikroċipep. Il-mikroċipep prodotti mill-JSC Gruppa Kremniy El fl-impjant tagħha jintużaw mill-militar Russu għal diversi skopijiet, inkluż il-missili ballistiċi Iskander. Il-kumpanija hija wkoll parti mill-programm federali Russu ‘Alternative’, li għandu l-għan li jiżviluppa radars ġodda fuq matriċi attivi f'fażijiet, maħsuba għad-difiża tal-ajru u li jiġu installati fuq inġenji tal-ajru u bastimenti.

Għaldaqstant, JSC Gruppa Kremniy El hija responsabbli għall-appoġġ, mil-lat materjali jew finanzjarju, ta' azzjonijiet li dgħajfu jew heddew l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

16.12.2024

495.

The Kaluga Engine Company (PJSC KADVI)

bir-Russu: Публичное Акционерное Общество ‘Калужский двигатель’

Indirizz: 248021, Russian Federation, g. Kaluga, st. Moskovskaya, d. 247

Tip ta' entità: Kumpanija Pubblika b'Ishma Konġunti

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

Sit web: https://mzmayak.ru/index.html

Posta elettronika: mail@mzmayak.ru

Telefon: + 7(4842) 76-33-00

Il-Kaluga Engine Company (PJSC KADVI) hija kumpanija tal-industrija militari Russa li twassal magni tat-tankijiet lill-impjanti militari l-oħra li jipproduċu tankijiet T-80. It-tankijiet T-80 ilhom jintużaw matul l-invażjoni tal-Ukrajna. Dan l-aħħar ir-Russja ddeċidiet li tibda l-produzzjoni serjali tat-tankijiet T-80 mgħammra b'magni b'turbini tal-gass GTD-1250. Tankijiet T-80 modernizzati b’magni b’turbini tal-gass GTD-1250 qed jitwasslu lejn l-ewwel linja fl-Ukrajna.

Għalhekk, il-Kaluga Engine Company (PJSC KADVI) qed tappoġġa materjalment azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Barra minn hekk, qed tappoġġa materjalment u tibbenefika mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni illegali tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

16.12.2024

496.

LLC Alabuga Development

bir-Russu: ООО Алабуга Девелопмент

Indirizz: SH-2 St., b. 4, room 8, 9, 11, 12, 13, 14, Special Economic Zone Alabuga, Yelabuga municipal district, municipality of Yelabuga, Tatarstan, Russian Federation, 432601

Tip ta' entità: Kumpanija b'Responsabbiltà Limitata

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa: 1646043699

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

Sit web: development.alabuga.ru

Posta elettronika: dnurkhametova@alabuga.ru, damirova@alabuga.ru, mperevozchikova@alabuga.ru

Telefon: +7 855 575 90 13

Individwu assoċjat: Alexey Veniaminovich Semenov

Entitajiet assoċjati:

—

JSC ‘Alabuga’ Special Economic Zone of Industrial and Production Type

—

LLC Alabuga Machinery

—

LLC Drake

LLC Alabuga Development hija produttur Russu ta' għodod u gerijiet tal-magni, kif ukoll manifattur ta' kostruzzjonijiet tal-metall, apparati ta' komunikazzjoni u tagħmir elettriku. Hija wkoll sussidjarja 100 % ta' JSC ‘Alabuga’ Special Economic Zone of Industrial and Production Type (entità elenkata mill-Unjoni mit-18 ta’ Diċembru 2023), li għalhekk hija s-sid benefiċjarju aħħari ta' LLC Alabuga Development.

LLC Alabuga Development għandha rwol importanti fl-iskema ta' akkwist tad-droni minn pajjiżi oħra lejn ir-Russja, inkluż l-akkwist ta’ vetturi tal-ajru mingħajr bdot abbord Iranjani Shahed 136 u Dragonfish. LLC Alabuga Development tintuża bħala kuntrattur, flimkien mal-partijiet l-oħra, biex takkwista d-droni użati u adattati għall-użu bħala armi mill-militar Russu fit-territorju tal-Ukrajna.

Għaldaqstant, LLC Alabuga Development hija responsabbli għall-appoġġ, mil-lat materjali jew finanzjarju, ta' azzjonijiet li dgħajfu jew heddew l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Barra minn hekk hija assoċjata ma’ JSC ‘Alabuga’ Special Economic Zone of Industrial and Production Type, responsabbli wkoll għall-appoġġ materjali jew finanzjarju ta' azzjonijiet li dgħajfu jew heddew l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

16.12.2024

497.

UralDronZavod

bir-Russu: ООО ‘УРАЛДРОНЗАВОД’

magħrufa wkoll bħala ОБЩЕСТВО С ОГРАНИЧЕННОЙ ОТВЕТСТВЕННОСТЬЮ ‘УРАЛДРОНЗАВОД’

Indirizz: 620105, Sverdlovsk region, Yekaterinburg city district, Yekaterinburg city, Academician Sakharov ave., 41, apt. 118, Russian Federation

Tip ta' entità: Kumpanija b'Responsabbiltà Limitata

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

Posta elettronika: 9089124735@mail.ru

Individwu assoċjat: Tkachuk Vladimir Ilyich (maniġer ġenerali)

UralDronZavod hija kumpanija ġdida li nħolqot bħala negozju ġdid matul il-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Il-kumpanija tipproduċi dron FPV imsejjaħ ‘Upyr’ (‘Ghoul’) li ilu jintuża b'mod wiesa' mill-ħarifa tal-2023 matul l-invażjoni tal-Ukrajna. Il-kumpanija rċeviet appoġġ sħiħ mill-Ministeru għad-Difiża Russu u aġenziji oħra tal-istat u bħalissa qed tipproduċi droni fuq l-ordnijiet tal-Gvern Russu. Il-kumpanija u l-maniġer u l-fundatur tagħha kisbu l-attenzjoni tal-President Putin innifsu. UralDronZavod qed tiżviluppa u taġġorna b'mod kostanti d-dron ewlieni tagħha ‘Upyr’ abbażi tal-esperjenza miġbura fuq il-kamp tal-battalja. Id-dron ilu jintuża ripetutament kontra l-Armata Ukrena.

Għalhekk, UralDronZavod qed tappoġġa materjalment azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Barra minn hekk, qed tappoġġa materjalment u tibbenefika mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni illegali tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

16.12.2024

498.

Asia Pacific Links Ltd.

magħrufa wkoll bħala Asia Pacific Links Limited

Indirizz: Office E, 8/F, Shing Hing Commercial Building, 21-27 Wing Kut Street, Central, Hong Kong

Tip ta' entità: Kumpanija b'Responsabbiltà Limitata

Numru tar-reġistrazzjoni: 2182045 64199990-000 CR No. 2182045

Post prinċipali tan-negozju: Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina/Hong Kong

Individwu assoċjat: Anton Sergeyevich Trofimov (Direttur)

Asia Pacific Links hija kumpanija bbażata f'Hong Kong proprjetà ta' Anton Sergeyevich Trofimov, ċittadin Russu. Asia Pacific Links kienet l-akbar fornitur ta' komponenti mikroelettroniċi lil kumpaniji Russi sa mill-bidu tal-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Tali komponenti jintużaw għall-manifattura ta' droni Orlan li jintużaw mill-militar Russu fl-Ukrajna. Bejn l-1 ta' Marzu u t-30 ta' Settembru 2022, Asia Pacific Links żiedet ħafna n-negozju tagħha, u b'hekk saret l-akbar fornitur ta' LLC SMT-iLogic, skont ir-rekords doganali Russi.

Għalhekk, Asia Pacific Links qed tappoġġa materjalment azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

16.12.2024

499.

ARCLM International Trading Co. Ltd

Indirizz: RM 1607 Trend CTR, 29-31 Cheung Lee Street, Chai Wan, Hong Kong

Tip ta' entità: Kumpanija b'responsabbiltà limitata

Numru tar-reġistrazzjoni: 71901140

Post prinċipali tan-negozju: Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina/Hong Kong

Individwu assoċjat: Li Xiaocui (‘Sofya Li’, ‘Sophia Li’)

Entitajiet assoċjati:

—

Shijiazhuang Hanqiang Technology Co. Ltd

—

Hebei Suofu Trading Co.

ARCLM International Trading Co. Ltd hija fornitur ibbażat f'Hong Kong għal diversi tipi ta' makkinarju. ARCLM International Trading Co. ripetutament esportat prodotti ta' oriġini Ewropea lil kumpaniji Russi filwaqt li dawk il-prodotti kienu soġġetti għal restrizzjonijiet tal-Unjoni fuq l-esportazzjoni, b'mod partikolari lill-kumpanija Unimatik, attur ewlieni fil-Kumpless Industrijali Militari Russu.

Għalhekk, ARCLM International Trading Co. ffaċilitat il-ksur tal-projbizzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni tar-reġim ta' miżuri restrittivi tal-Unjoni imposta fuq il-Federazzjoni Russa, u b'hekk fixklet b'mod sinifikanti wkoll id-dispożizzjonijiet eżistenti tal-Unjoni dwar il-miżuri restrittivi.

16.12.2024

500.

LLC Drake

bir-Russu: ООО Дрейк

Indirizz: SH-2 St., b. 5/12, room 126, Special Economic Zone Alabuga, Yelabuga municipal district, municipality of Yelabuga, Tatarstan, Russian Federation, 432601

Tip ta' entità: Kumpanija b'Responsabbiltà Limitata

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa: 1646047020

Individwu assoċjat: Alexandr Pavlovich Lavrik

Entitajiet assoċjati:

—

JSC ‘Alabuga’ Special Economic Zone of Industrial and Production Type

—

LLC Alabuga Development

LLC Drake hija kumpanija kummerċjali Russa. Hija wkoll sussidjarja kemm ta' LLC Alabuga Machinery (50 %) kif ukoll ta' LLC Alabuga Development (50 %). L-LLC Alabuga Machinery hija wkoll sussidjarja (100 %) tal-LLC Alabuga Development, li hija sussidjarja (100 %) ta’ JSC ‘Alabuga’ Special Economic Zone of Industrial and Production Type (elenkati mill-Unjoni mit-18 ta’ Diċembru 2023), li għalhekk hija s-sid indirett ta’ LLC Drake.

LLC Drake tintuża fi skema għall-importazzjoni u l-assemblaġġ tad-droni Iranjani Shahed-136 ipprovduti llir-Russja, u għandha rwol importanti fil-katina tal-provvista tal-Vetturi tal-Ajru Mingħajr Bdot Abbord użati mill-militar Russu waqt l-attakki tagħha fit-territorju tal-Ukrajna.

Għaldaqstant, LLC Drake hija responsabbli għall-appoġġ, mil-lat materjali jew finanzjarju, ta' azzjonijiet li dgħajfu jew heddew l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Barra minn hekk, hija assoċjata ma’ JSC ‘Alabuga’ Special Economic Zone of Industrial and Production Type, responsabbli wkoll għall-appoġġ materjali jew finanzjarju ta' azzjonijiet li dgħajfu jew heddew l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

16.12.2024

501.

Shijiazhuang Hanqiang Technology Co.

Indirizz: 68 Hezuo Road, Xinhua District, Shijiazhuang City, Hebei province, People’s Republic China

Tip ta' entità: Kumpanija b'responsabbiltà limitata

Numru tar-reġistrazzjoni: 791130105MA7C26X08R

Individwu assoċjat: Li Xiaocui (‘Sofya Li’, ‘Sophia Li’)

Entitajiet assoċjati:

—

Shijiazhuang Hanqiang Technology Co. Ltd

—

Hebei Suofu Trading Co.

Shijiazhuang Hanqiang Technology hija manifattur ibbażat fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-makkinarju tal-fibra tal-ġebla. Shijiazhuang Hanqiang Technology esportat prodotti ta' oriġini Ewropea lil kumpaniji Russi filwaqt li dawn il-prodotti kienu soġġetti għal restrizzjonijiet tal-Unjoni fuq l-esportazzjoni, b'mod partikolari lejn is-Centre for Effective Production Solutions (ROSCEPR).

Shijiazhuang Hanqiang Technology b'hekk iffaċilitat il-ksur tal-projbizzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni tar-reġim tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni imposta fuq il-Federazzjoni Russa, b’hekk ifixklu b’mod sinifikanti d-dispożizzjonijiet eżistenti tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni.

16.12.2024

502.

Juhang Aviation Technology Shenzhen Co. Limited

biċ-Ċiniż

Image 2

magħrufa wkoll bħla Shenzhen Juhang International Wuliu Co. Ltd.

magħrufa wkoll bħala Juhang Aviation

Indirizz: Room 101-A Xinghua Building, 1007 Banxuegang Avenue, Maantang Community, Bantian Street, Longgang District, Shenzhen, People’s Republic of China

Indirizz: 2205, Logistics Center, No. 2, Bonded Logistics Center, Terminal 4th Road, Baoan International Airport, Hongrui Community, Hangcheng Street, Baoan District, Shenzhen, People’s Republic of China

Indirizz: 1601-2, Rujun Building, No. 105, Zhongxing Road, Putian Street, Longgang District, Shenzhen, People’s Republic of China

Data tar-reġistrazzjoni: 18.3.2021

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa: 91440300MA5GN73B4F

Entitajiet assoċjati:

—

OOO TKS Vektor, magħrufa wkoll bħala LLC TSK Vektor

—

Xiamen Limbach Aviation Engine Co., Ltd.

Juhang Aviation Technology Shenzhen Co. Limited (Juhang Aviation) hija kumpanija Ċiniża involuta f'network tal-akkwist u tal-manifattura għall-kumpless militari-industrijali Russu. Permezz ta' intermedjarju Russu, OOO TSK Vektor, Juhang Aviation wasslet komponenti lil IEMZ Kupol, sussidjarja tal-kumpanija tal-armi tal-istat Russu Almaz-Antey, li sussegwentement intużaw għall-manifattura ta' droni ta' attakk fuq distanza twila tat-tip Garpiya-3 (G3) għall-użu fil-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Dan jinkludi wkoll komponenti minn Xiamen Limbach, entità Ċiniża li tipproduċi magni tad-droni L550.

Għalhekk, Juhang Aviation Technology Shenzhen Co. Limited hija persuna ġuridika li tappoġġa materjalment azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

16.12.2024

503.

OOO TSK Vektor

bir-Russu: ООО ТСК Вектор

magħrufa wkoll bħala LLC TSK Vektor

Indirizz: 664048, Sevastopolskaya ulitsa d. 235, kv. 70, Irkutsk, Irkutskaya oblast, Russian Federation

Data tar-reġistrazzjoni: 6.10.2015

Numru tar-reġistrazzjoni: 1153850042246

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa: 3849055365

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

Individwu assoċjat: Artem Mikhaylovich Yamshchikov

Entitajiet assoċjati:

—

IEMZ Kupol

—

Juhang Aviation Technology Shenzhen Co. Limited

—

Redlepus TSK Vektor Industrial (Shenzhen) Co, Ltd

—

Xiamen Limbach Aviation Engine Co., Ltd

OOO TSK Vektor hija kumpanija fi ħdan il-kumpless militari-industrijali Russu. Aġixxiet bħala intermedjarju bejn IEMZ Kupol, sussidjarja tal-kumpanija tal-armi tal-istat Russu Almaz-Antey, u fornituri Ċiniżi li jimmanifatturaw komponenti għad-droni ta' attakk fuq distanza twila tat-tip Garpiya-3 (G3), li huma żviluppati u prodotti għall-użu fil-gwerra ta’aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. B'mod partikolari, OOO TSK Vektor irċeviet komponenti mingħand Redlepus TSK Vektor Industrial (Shenzhen) Co., Ltd u Juhang Aviation Technology Shenzhen Co. Limited, inkluż partijiet minn Xiamen Limbach, entità Ċiniża li tipproduċi magni tad-droni L550.

Għalhekk, OOO TSK Vektor qed tappoġġa materjalment azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

16.12.2024

504.

Redlepus TSK Vektor Industrial (Shenzhen) Co., Ltd

biċ-Ċiniż:

Image 3

magħrufa wkoll bħala Red Rabbit TSK Vektor Industrial (Shenzhen) Co., Ltd

Indirizz: 101-19, Xinghua Building, No. 1007, Banxuegang Avenue, Maantang Community, Bantian Street, Longgang District, Shenzhen, People’s Republic of China

Data tar-reġistrazzjoni: 30.5.2023

Numru individwali tat-taxxa: 91440300MA5HX80Y1Q

Telefon: + 86-755-82373290

Entitajiet assoċjati:

—

OOO TSK Vektor, magħrufa wkoll bħala LLC TSK Vektor

—

Xiamen Limbach Aviation Engine Co., Ltd.

Redlepus TSK Vektor Industrial (Shenzhen) Co., Ltd (Redlepus TSK Vektor Industrial) hija kumpanija Ċiniża involuta f'network tal-akkwist u tal-manifattura għall-kumpless militari-industrijali Russu. Permezz ta' intermedjarju Russu, OOO TSK Vektor, Redlepus TSK Vektor wasslet komponenti lil IEMZ Kupol, sussidjarja tal-kumpanija tal-armi tal-istat Russu Almaz-Antey, li sussegwentement intużaw għall-manifattura ta' droni ta' attakk fuq distanza twila tat-tip Garpiya-3 (G3) għall-użu fil-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Dan jinkludi wkoll komponenti minn Xiamen Limbach, entità Ċiniża li tipproduċi magni tad-droni L550.

Għalhekk, Redlepus TSK Vektor qed tappoġġa materjalment azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

16.12.2024

505.

Xiamen Limbach Aviation Engine Co., Ltd

biċ-Ċiniż:

Image 4

magħrufa wkoll bħala Limbach Aviation

magħrufa wkoll bħala Xiamen Limbach Aircraft Engine Co., Ltd.

Indirizz: Part 2, Floor 6, No. 882-1, Lianting Road, Xiangan Industrial Park, Torch High-tech Zone, Xiamen City, People’s Republic of China, 361100

Indirizz: Unit E, Unit 431, 4th Floor, Building C, Xiamen International Shipping Center, No. 93 Xiangyu Road, Xiamen Area, China (Fujian) Pilot Free Trade Zone, Fujian, People’s Republic of China

Data tar-reġistrazzjoni: 20.11.2012

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa: 91350200051193084R

Telefon: 0086 - 592 - 5383060, 538305

Sit web: http://www.limbach.cn

Posta elettronika: sales@limbach.cn

Entitajiet assoċjati:

—

OOO TSK Vektor, magħrufa wkoll bħala LLC TSK Vektor

—

Redlepus TSK Vektor Industrial (Shenzhen) Co., Ltd

—

Juhang Aviation Technology Shenzhen Co.

Xiamen Limbach Aviation Engine Co., Ltd (Xiamen Limbach) hija kumpanija Ċiniża li tipproduċi magni tas-serje L550 għad-droni. Xiamen Limbach Aviation Engine Co., Ltd ikkonsenjat tali komponenti lil IEMZ Kupol, sussidjarja tal-kumpanija tal-armi tal-istat Russu Almaz-Antey, li sussegwentement intużaw għall-manifattura ta' droni ta' attakk fuq distanza twila tat-tip Garpiya-3 (G3) għall-użu fil-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Dawn il-konsenji saru permezz ta' entitajiet oħra rreġistrati fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, b'mod partikolari Redlepus TSK Vektor Industrial (Shenzhen) Co., Ltd u Juhang Aviation Technology Shenzhen Co. Ltd.

Huwa ssuspettat ukoll li Xiamen Limbach kienet involuta fil-kondiviżjoni tad-disinn tal-magna L550 ma' entitajiet involuti fil-produzzjoni tal-magni tal-vettura tal-ajru mingħajr bdot abbord Shahed-136. Id-droni Shahed ilhom jintużaw mill-Federazzjoni Russa fil-gwerra ta' aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna.

Għalhekk, Xiamen Limbach Aviation Engine Co., Ltd qed tappoġġa materjalment azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

16.12.2024

506.

LLC ‘Leading Charter Technologies’

bir-Russu: ООО ‘Ведущие Технологии Чартера’

Indirizz: Russian Federation, Moscow, Bolshaya Tatarskaya, 7k4, office 203

Tip ta' entità: Kumpanija b'Responsabbiltà Limitata

Sit web: https://chartertech.ru/

Sit web: https://lct-uae.com/

Tel: +7 495 215-01-15

Posta elettronika: sales@chartertech.ru

LLC ‘Leading Charter Technologies’ hija kumpanija Russa li topera bħala kumpanija privata tat-trasport bl-ajru. Hija tikri inġenji tal-ajru biex jinżlu fi, jitilqu minn u jtiru fuq it-territorju tal-UE.

LLC ‘Leading Charter Technologies’ topera titjiriet mir-Russja lejn l-Unjoni Ewropea u mill-Unjoni Ewropea għar-Russja b'tali mod li tevita l-miżuri restrittivi stabbiliti fid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 833/2014 billi tagħmel waqfa f'pajjiżi bħall-Ażerbajġan, l-Armenja u t-Turkija filwaqt li sadanittant tirreġistra mill-ġdid id-dokumentazzjoni tat-titjira billi tibdel id-dettalji tal-passiġġieri tat-titjira, u billi tikkanċella l-ajruporti fil-Federazzjoni Russa mill-pjanijiet tat-titjira.

Għalhekk, LLC ‘Leading Charter Technologies’ qed tfixkel b'mod sinifikanti d-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 833/2014.

16.12.2024

507.

JSC ‘Research and Production Corporation “Precision Instrumentation Systems”’

bir-Russu: АО ‘НАУЧНО-ПРОИЗВОДСТВЕННАЯ КОРПОРАЦИЯ “СИСТЕМЫ ПРЕЦИЗИОННОГО ПРИБОРОСТРОЕНИЯ”’

АО ‘НПК “СПП”’

magħrufa wkoll bħala JSC ‘Research and Production Corporation Precision Systems and Instruments’

magħrufa wkoll bħala JSC ‘NPK “SPP”’

Indirizz: 111024, Moscow, UL. AVIAMOTORNAYA, 53

Tip ta' entità: Kumpanija b'Ishma Konġunti

Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation

Data tar-reġistrazzjoni: 16.10.2009

Numru tar-reġistrazzjoni: 1097746629639

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa: 7722698108

KPP: 772201001

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

JSC ‘Research and Production Corporation “Precision Instrumentation Systems”’, magħrufa wkoll bħala JSC ‘NPK “SPP”’, hija waħda mill-kumpaniji militari-industrijali ewlenin fir-Russja. B’mod partikolari din tipproduċi sistemi ta' inġenji tal-ajru bħal SEER, MOS, OES-52, OLS-container u OLS. Dawn is-sistemi tal-inġenji tal-ajru qed jintużaw f'inġenji tal-ajru militari Russi bħal SU-27 u l-ħelikopter ta' attakk KA-52, użati mill-Forzi Armati Russi fil-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

Għalhekk, JSC ‘NPK “SPP”’ qed tappoġġa materjalment azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. JSC ‘NPK “SPP”’ hija involuta wkoll f'settur ekonomiku (is-settur tad-difiża) li jipprovdu sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa.

16.12.2024.”


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/3183/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)