Official Journal L 087 , 17/04/1971 P. 0024 - 0028
Danish special edition: Series I Chapter 1971(I) P. 0209
English special edition: Series I Chapter 1971(I) P. 0232
Greek special edition: Chapter 03 Volume 6 P. 0176
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 4 P. 0171
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 4 P. 0171
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 3 P. 0182
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 3 P. 0182
Id-Direttiva tal-Kunsill tat-30 Marzu 1971 li temenda d-Direttivi ta' l-14 Ġunju 1966 dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-pitravi, taż-żerriegħa tal-pjanti ta' l-għalf, taż-żerriegħa taċ-ċereali u tal-patata taż-żrigħ, id-Direttiva tat-30 Ġunju 1969 dwar il-bejgħ taż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u tal-fibra u d-Direttiva tad-29 Settembru 1970 dwar il-bejgħ taż-żerriegħa tal-ħaxix (71/162/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 43 u 100 tiegħu; Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni; Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew [1]; Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, Billi huwa xieraq, għar-raġunijiet elenkati fis-segwenti reċitazzjonijiet, li jiġu emendati ċerti disposizzjonijiet tad-Direttivi tal-Kunsill ta' l-14 Ġunju 1966 dwar il-bejgħ taż-żerriegħa tal-pitravi [2], kif emendati bid-Direttiva tat-18 Frar 1969 [3], dwar il-bejgħ taż-żerriegħa tal-pjanti ta' l-għalf [4], kif emendata bid-Direttiva tat-18 Frar 1969 [5], dwar il-bejgħ taż-żerriegħa taċ-ċereali [6], kif emendata bid-Direttiva tat-18 Frar 1969 [7], u dwar il-bejgħ tal-patata taż-żrigħ [8], kif emendata bid-Direttiva tat-18 Frar 1969 [9], tad-Direttiva tat-30 Ġunju 1969 [10] dwar il-bejgħ taż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u tal-fibra u tad-Direttiva tad-29 Settembru 1970 [11] dwar il-bejgħ taż-żerriegħa tal-ħaxix; Billi katalogu komuni ta' varjetajiet ta' speċi ta' pjanti agrikoli kien hemm provvediment dwaru fid-Direttiva tal-Kunsill tad-29 Settembru 1970; Billi bażikament l-emendi tekniċi għall-Annessi għandhom jiġu ffaċilitati permezz ta' proċedura espedjenti; Billi huwa meħtieġ li jiġi awtorizzat fil-futur l-użu tat-tikketti li jeħlu; Billi d-disposizzjonijiet dwar testijiet komparattivi għandhom jiġu mwessa'; Billi huwa xieraq li ċerti ġeneri ta' pjanti ta' l-għalf jiġu suddiviżi f'diversi speċi ta' l-akbar importanza għall-agrikoltura, u li jiġu emendati ċerti disposizzjonijiet tekniċi; Billi fil-każ taż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u tal-fibra, l-ispeċi tar-riġnuwa (fażola tal-kastru) u tal-ġulġlien m'hemmx għalfejn jinżammu fi ħdan l-iskop tad-Direttiva; billi, minn-naħa l-oħra, huwa xieraq li jiġu stipulati disposizzjonijiet partikolari fir-rigward ta' monoecious; ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Id-Direttiva ta' l-14 Ġunju 1966 dwar il-bejgħ taż-żerriegħa tal-pitravi għandha tiġi emendata kif ġej: 1. Is-segwenti għandu jidħol minflok l-Artikolu 6: "l-Istati Membri għandhom jipprovdu li d-deskrizzjoni tal-komponenti ġeneoloġiċi li jistgħu jkunu meħtieġa tiġi, jekk min irabbi hekk jitlob, trattata bħala kunfidenzjali."; 2. Is-segwenti għandu jiżdied ma' l-Artikolu 11 (1) (a) wara l-kliem "għaż-żerriegħa ċċertifikata" ; "l-użu tat-tikketti li jeħlu għandu jkun awtorizzat; dawn jistgħu jintużaw bħala siġilli uffiċjali;" 3. Id-data ta' l-1 Lulju 1972 għandha tidħol minflok id-data mogħtija fl-aħħar sentenza ta' l-Artikolu 16 (2). 4. Is-segwenti għandu jidħol minflok l-Artikolu 20 (1): "1. It-testijiet komparattivi tal-Komunità għandhom isiru fi ħdan il-Komunità għall-kontroll ta' wara l-kampjuni taż-żerriegħa tal-pitravi ċċertifikata miġbura waqt il-verifiki tal-kampjuni. Is-sodisfazzjon tal-kondizzjonijiet li magħhom iż-żerriegħa trid tkun konformi jista' jiġi vverifikat waqt it-testijiet ta' wara l-kontroll. L-arranġamenti sabiex jinżammu t-testijiet u r-riżultati tagħhom għandhom jintbagħtu lill-Kumitat li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 21."; 5. L-Artikolu segwenti għandu jiġi miżjud wara l-Artikolu 21: "Artikolu 21a Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni u fid-dawl tat-tagħrif xjentifiku u tekniku kurrenti, għandu jadotta l-emendi kollha li għandhom isiru fl-Annessi." Artikolu 2 Id-Direttiva ta' l-14 Ġunju 1966 dwar il-bejgħ taż-żerriegħa tal-pjanti ta' l-għalf għandha tiġi emendata kif ġej: 1) Fl-Artikolu 2(1) (A) (a), għall-kliem: "Agrostis spec | Ħaxix iebes ta' l-ispeċi Agrostis" | għandhom jiġu sostitwiti s-segwenti: "Agrostis canina L. ssp. canina Hwd. | Agrostis canina L. | Agrostis gigantea | Agrostis gigantea | Agrostis stolonifera L. | Agrostis stolonifera L. | Agrostis tenius Sibth. | Agrostis tenius Sibth."; | 2) Fl-Artikolu 2(1) (A) (a), għall-kliem: "Lolium spec. | Sikrana" | għandhom jiġu sostitwiti s-segwenti: "Lolium multiflorum Lam. | Sikrana Taljana (inkluża sikrana Westerwold) | Lolium perenne L | Sikrana perenni | Lolium x hybridum Hausskn. | Sikrana ibrida."; | 3) Fl-Artikolu 2(1) (A) (a), għall-kliem: "Poa spec. | Mellieġ" | għandhom jiġu sostitwiti s-segwenti: "Poa annua L. | Mellieġ annwali | Poa nemoralis L. | Mellieġ ta' l-injam | Poa palustris L. | Mellieġ ta' l-għadajjar | Poa pratensis L. | Mellieġ taz-zokk lixx | Poa trivialis L. | Mellieġ taz-zokk aħrax."; | 4) Fl-Artikolu 2(1) (A) (b), għall-kliem: "Lupinus spec. Lupinus perennis L. | apparti milli Lupini apparti milli perenni" | Għandhom jiġu sostitwiti s-segwenti: "Lupinus albus L. | Lupina bajdanija | Lupins angustifolius L. | Lupina kaħlanija | Lupinus luteus L. | Lupina safranija."; | 5) Fl-Artikolu 2(1) (A) (b), għall-kliem: "Vicia spec Vicia faba major L. | apparti milli Ġulbiena u fażola minbarra ful aħdar" | Għandhom jiġu sostitwiti s-segwenti: "Vicia faba L.ssp.faba var. equina Pers. | Favetta | Vicia faba L var. minor (Peterm) bull. | Favetta | Vicia pannonica Crantz | Ġulbiena Ungeriża | Vicia sativa L. | Ġulbiena komuni | Vicia villosa Roth | Ġulbiena mxewka."; | 6. Fl-Artikolu 3 (1), għall-kliem: "Lolium spec." | għandhom jiġu sostitwiti s-segwenti: "Lolium multiflorum Lam. | Lolium perenne L. | Lolium x hybridum Hausskn."; | 7. Is-segwenti għandu jidħol minflok l-Artikolu 6: "l-Istati Membri għandhom jipprovdu li d-deskrizzjoni tal-komponenti ġeneoloġiċi li jistgħu jkunu meħtieġa għandha, jekk min ikabbar hekk jitlob, li tkun ittrattata bħala kunfidenzjali."; 8. Is-segwenti għandu jiżdied ma' l-Artikolu 10 (1) (a) wara l-kliem "għal żerriegħa kummerċjali" ; "l-użu tat-tikketti li jeħlu għandu jkun awtorizzat, dawn jistgħu jintużaw bħala siġilli uffiċjali;." 9. Id-data ta' l-1 Lulju 1972 għandha tidħol minflok dik mogħtija fl-aħħar sentenza ta' l-Artikolu 16 (2). 10. Is-segwenti għandu jidħol minflok l-Artikolu 20 (1): "1. It-testijiet komparattivi tal-Komunità għandhom isiru fi ħdan il-Komunità għall-kontroll ta' wara l-kampjuni taż-żerriegħa bażika, b'eċċezzjoni ta' dik tal-varjetajiet ibridi jew sintetiċi, u taż-żerriegħa ċċertifikata tal-pjanti ta' l-għalf, miġbura waqt il-verifiki tal-kampjuni. Is-sodisfazzjon tal-kondizzjonijiet li magħhom iż-żerriegħa trid tkun konformi jista' jkun ivverifikat waqt it-testijiet ta' wara l-kontroll. L-arranġamenti sabiex jinżammu t-testijiet u r-riżultati tagħhom għandhom jintbagħtu lill-Kumitat li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 21."; 11. Is-segwenti Artikolu għandu jiġi miżjud wara l-Artikolu 21: "Artikolu 21a Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni u fid-dawl tat-tagħrif xjentifiku u tekniku kurrenti, għandu jadotta l-emendi kollha li sejrin isiru fl-Annessi."; 12. Fl-Anness II (I) (3) (A) (a), il-kliem "Agrostis gigantea Roth" għandu jidħol minflok il-kliem "Agrostis alba" u l-kliem "Lolium multiflorum Lam". minflok il-kliem "Lolium multiflorum spec". 13. Fl-Anness II (I) (3) (A) (b), iċ-ċifra "1.5" għandha tidħol minflok "0.1" biex tindika l-kontenut massimu taż-żerriegħa tal-ħaxix ħażin għal Hedysarum coronarium L. 14. Is-segwenti għandu jiġi miżjud ma' l-Anness II (I) (3) (B): "(f) In-numru taż-żerriegħa ta' Rumex obstusifolius u Rumex crispus m'għandux jeċċedi 2 f'kampjun ta' 5 grammi"; 15. Is-segwenti għandu jidħol minflok it-test ta' l-Anness II (I) (3) (C) (a): "(a) Il-perċentwali bin-numru taż-żerriegħa ta' kulur ieħor m'għandux jeċċedi 2 fil-każ ta' lupini morri u 1 fil-każ ta' lupini oħrajn."; 16. Is-segwenti għandu jidħol minflok it-test ta' l-Anness II (III) (4) (a): "Il-perċentwali bin-numru taż-żerriegħa ta' kulur ieħor m'għandux jeċċedi 4 fil-każ ta' lupini morri u 1 fil-każ ta' lupini oħrajn."; 17. Is-segwenti għandu jiġi miżjud ma' l-Anness IV (A) (a): "10. Għall-varjetajiet taż-żerriegħa tal-ħaxix li għalihom ebda eżami dwar il-valur għaż-żera' u użu ma jkun sar permezz ta' l-Artikolu 4 (2) (a) tad-Direttiva tal-Kunsill tad-29 Settembru 1970 [12] dwar il-katalgu komuni ta' varjetajiet ta' speċi ta' pjanti agrikoli: "mhux intiż għall-produzzjoni ta' l-għalf"." Artikolu 3 Id-direttiva ta' l-14 Ġunju 1966 dwar il-bejgħ taż-żerriegħa taċ-ċereali għandha tiġi emendata kif ġej: 1) Fl-Artikolu 2(1) (A), għall-kliem: "Zea mays L. | Qamħirrum" | għandhom jiġu sostitwiti s-segwenti: "'Zea mays L.except Zea mays convar. microsperma (Koern) u Zea mays convar saccharata (Koern) | Qamħirrum minbarra popcorn u qamħirrum ħelu."; | 2. Is-segwenti għandu jidħol minflok l-Artikolu 6: "l-Istati Membri għandhom jipprovdu li d-deskrizzjoni tal-komponenti ġeneoloġiċi li jistgħu jkunu meħtieġa tkun, jekk min ikabbar hekk jitlob, ittrattata bħala kunfidenzjali."; 3. Is-segwenti għandu jiżdied ma' l-Artikolu 10 (1) (a) wara l-kliem "tat-tieni ġenerazzjoni;" : "l-użu tat-tikketti li jeħlu għandu jkun awtorizzat; dawn jistgħu jintużaw bħala siġilli uffiċjali;"; 4. Id-data tal-1 Lulju 1972 għandha tidħol minflok dik mogħtija fl-aħħar sentenza ta' l-Artikolu 16 (2). 5. Is-segwenti għandu jidħol minflok l-Artikolu 20 (1): "Testijiet komparattivi tal-Komunità għandhom isiru fi ħdan il-Komunità għall-kontroll ta' wara l-kampjuni taż-żerriegħa bażika, b'eċċezzjoni ta' dik tal-varjetajiet ibridi jew sintetiċi, u taż-żerriegħa ċċertifikata tal-kwalitajiet kollha taċ-ċereali, miġbura waqt il-verifiki tal-kampjunar. Is-sodisfazzjon tal-kondizzjonijiet li magħhom iż-żerriegħa trid tkun konformi jista' jiġi verifikat waqt it-testijiet ta' wara l-kontroll. L-arranġamenti sabiex jinżammu t-testijiet u r-riżultati tagħhom għandhom jintbagħtu lill-Kumitat li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 21."; 6. Is-segwenti Artikolu għandu jiġi miżjud wara l-Artikolu 21: "Artikolu 21a Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni u fid-dawl tat-tagħrif xjentifiku u tekniku kurrenti, għandu jadotta l-emendi kollha li sejrin isiru fl-Annessi." Artikolu 4 Id-Direttiva ta' l-14 Ġunju 1966 dwar il-bejgħ tal-patata taż-żrigħ għandha tiġi emendata kif ġej: 1. L-Artikolu 21 għandu jiġi mħassar; 2. Is-segwenti għandu jiżdied ma' l-Artikolu 14(1): "Is-sodisfazzjon tal-kondizzjonijiet minimi l-oħra stipulati fl-Anness I jista' wkoll jiġi vverifikat matul il-verifiki komparattivi."; 3. Id-data ta' l-1 Lulju 1972 għandha tidħol minflok dik mogħtija fl-aħħar sentenza ta' l-Artikolu 15 (2). 4. Is-segwenti Artikolu għandu jiġi miżjud wara l-Artikolu 19: "Artikolu 19a Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni u fid-dawl tat-tagħrif xjentifiku u tekniku kurrenti, għandu jadotta l-emendi kollha li sejrin isiru fl-Annessi." Artikolu 5 Id-Direttiva tat-30 Ġunju 1969 dwar il-bejgħ taż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u tal-fibra għandha tiġi emendata kif ġej: 1. Fl-Artikolu 2 il-kliem "Ricinus communis L - Żerriegħa tar-riġnuwa" u "Sesamum orientale L - Ġulġlien (orjentali)" u r-referenzi kollha għaż-żerriegħa tar-riġnuwa u l-ġulġlien għandhom jiġu mħassra. 2. Is-segwenti għandu jiżdied ma' l-Artikolu 2 (1): (a) fit-tmiem tas-Sezzjoni B (b), il-kliem: "jew, fejn ikun xieraq, "iż-żerriegħa ċċertifikata, tat-tielet ġenerazzjoni";;"; (b) fis-Sezzjoni C, qabel il-kelma "qanneb", il-kelma "dioċenea" (c) fis-Sezzjoni D, wara l-kliem "ful salvaġġ", il-kliem "qanneb monoċeneu" (d) fis-Sezzjoni D (b), wara l-kliem "iż-żerriegħa ċċertifikata, tat-tieni ġenerazzjoni" , il-kliem: "jew, fejn ikun xieraq, tal-kategorija "taż-żerriegħa ċċertifikata, tat-tielet ġenerazzjoni";;"; (e) fl-aħħar tas-Sezzjoni E (b), il-kliem: "jew, fejn ikun xieraq, li hija ntiża għall-produzzjoni taż-żerriegħa tal-kategorija "żerriegħa ċċertifikata, tat-tielet ġenerazzjoni";;"; (f) wara s-Sezzjoni E is-segwenti: "E Żerriegħa ċertifikata, tat-tieni ġenerazzjoni (qanneb monoċeu): żerriegħa (a) li hija ta' dixxendenza diretta minn żerriegħa ċċertifikata ta' l-ewwel ġenerazzjoni li ġiet stabbilita u kkontrollata uffiċjalment bl-għan speċjali li tiġi prodotta żerriegħa ċċertifikata tat-tieni ġenerazzjoni (b) li hija intiża għall-produzzjoni tal-qanneb li għandu jiġi maħsud meta joħroġ il-fjur; (c) li jissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati fl-Annessi I u II għaż-żerriegħa ċċertifikata; u (d) li jkun instab permezz ta' eżami uffiċjali li jissodisfa l-kondizzjonijiet hawn fuq imsemmija."; 3. Is-segwenti għandu jidħol minflok l-Artikolu 6: "l-Istati Membri għandhom jipprovdu li d-deskrizzjoni tal-komponenti ġeneoloġiċi li jistgħu jkunu meħtieġa tiġi, jekk min ikabbar hekk jitlob, ittrattata bħala kunfidenzjali."; 4. Is-segwenti għandu jiżdied ma' l-Artikolu 10 (1) wara l-kliem "għaż-żerriegħa kummerċjali" : "l-użu ta' tikketti li jeħlu għandu jkun awtorizzat; dawn jistgħu jintużaw bħala siġilli uffiċjali;"; 5. Id-data ta' l-1 Lulju 1973 għandha tidħol minflok dik mogħtija fl-aħħar sentenza ta' l-Artikolu 15 (2). 6. Is-segwenti għandu jidħol minflok l-Artikolu 19 (1): "1. Testijiet komparattivi tal-Komunità għandhom isiru fi ħdan il-Komunità għall-kontroll ta' wara-l-kampjuni taż-żerriegħa bażika, b'eċċezzjoni ta' dik tal-varjetajiet ibridi jew sintetiċi, u taż-żerriegħa ċċertifikata tal-kwalitajiet kollha tal-pjanti taż-żejt u tal-fibra, miġbura waqt il-verifiki tal-kampjuni. Is-sodisfazzjon tal-kondizzjonijiet li magħhom iż-żerriegħa trid tkun konformi jista' jiġi verifikat waqt it-testijiet ta' wara l-kontroll. L-arranġamenti sabiex jinżammu t-testijiet u r-riżultati tagħhom għandhom jintbagħtu lill-Kumitat li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 21."; 7. Is-segwenti Artikolu għandu jiġi miżjud wara l-Artikolu 20: "Artikolu 20a Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni u fid-dawl tat-tagħrif xjentifiku u tekniku kurrenti, għandu jadotta l-emendi kollha li sejrin isiru fl-Annessi."; 8. Fl-Anness I (5) u fl-Anness II (1) (2) (A), il-kliem "iż-żerriegħa tar-riġnuwa" u "Ricinus communis","Sesamum orientale L", u l-ispeċifikazzjonijiet kollha li għandhom x'jaqsmu ma' l-istess, għandhom jiġu mħassra. 9. Fl-Anness II (1) (2) (B) (e), il-kliem "Cannabis sativa" għandhom jidħlu minflok il-kliem "Linum usitatissimum". Artikolu 6 Id-Direttiva tad-29 Settembru 1970 dwar il-bejgħ taż-żerriegħa tal-ħaxix għandha tiġi emendata kif ġej: 1. Is-segwenti għandu jidħol minflok l-Artikolu 39 (1): "1. It-testijiet komparattivi tal-Komunità għandhom isiru fi ħdan il-Komunità għall-kontroll ta' wara l-kampjuni taż-żerriegħa bażika, b'eċċezzjoni ta' dik tal-varjetajiet ibridi u sintetiċi, u taż-żerriegħa tal-ħaxix iċċertifikata jew normali, miġbura waqt il-verifiki tal-kampjuni. Is-sodisfazzjon tal-kondizzjonijiet li magħhom iż-żerriegħa trid tkun konformi jista' jiġi vverifikat waqt it-testijiet ta' wara l-kontroll. L-arranġamenti sabiex jinżammu t-testijiet u r-riżultati tagħhom għandhom jintbagħtu lill-Kumitat li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 40."; 2. Is-segwenti Artikolu għandu jiġi miżjud wara l-Artikolu 40: "Artikolu 40a Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni u fid-dawl tat-tagħrif xjentifiku u tekniku kurrenti, għandu jadotta l-emendi kollha li sejrin isiru fl-Annessi." Artikolu 7 L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jiġu konformi: (a) b'effett mill-1 Lulju 1970, mad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 1 (3), ta' l-Artikolu 2 (9), ta' l-Artikolu 3 (4), ta' l-Artikolu 4 (3) u ta' l-Artikolu 5 (1), (2) u (7), (b) mhux aktar tard mill-1 Lulju 1972, mad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 1 (1), ta' l-Artikolu 2 (7) u (17), ta' l-Artikolu 3 (2), ta' l-Artikolu 4 (1), ta' l-Artikolu 5 (3) u ta' l-Artikolu 6; (c) mhux aktar tard mill-1 Lulju 1971, mad-disposizzjonijiet l-oħra ta' din id-Direttiva. Artikolu 8 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, 30 Marzu 1971. Għall-Kunsill Il-President M. Schumann [1] ĠU Nru C 101, 4.8.1970, p. 44. [2] ĠU Nru 125, 11.7.1966, p. 2290/66. [3] ĠU Nru L 48, 26.2.1969, p. 4. [4] ĠU Nru 125, 11.7.1966, p. 2298/66. [5] ĠU Nru L 48, 26.2.1969, p. 8. [6] ĠU Nru 125, 11.7.1966, p. 2309/66. [7] ĠU Nru L 48, 26.2.1969, p. 1. [8] ĠU Nru 125, 11.7.1966, p. 2320/66. [9] ĠU Nru L 48, 26.2.1969, p. 7. [10] ĠU Nru L 169, 10.7.1969, p. 3. [11] ĠU Nru L 225, 12.10.1970, p. 7. [12] ĠU Nru L 225, 12.10.1970, p. 1. --------------------------------------------------