<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-51/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CJ0051</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:36">EU:C:2022:36</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>20</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>20</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20220120">20.1.2022</DATE> – Kawża C‑51/20</HT></P><P><HT TYPE="SC">Il-Kummissjoni vs Il-Greċja (Irkupru ta’ għajnuna mill-Istat – Ferronikil)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20220120">20 ta’ Jannar 2022</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Grieg.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu</KEYWORD><KEYWORD>Għajnuna mill-Istat</KEYWORD><KEYWORD>Għajnuna ddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq intern</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ rkupru</KEYWORD><KEYWORD>Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu</KEYWORD><KEYWORD>Nuqqas ta’ eżekuzzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu li tiġi rkuprata l-għajnuna illegali u inkompatibbli</KEYWORD><KEYWORD>Sanzjonijiet finanzjarji</KEYWORD><KEYWORD>Natura proporzjonata u dissważiva</KEYWORD><KEYWORD>Pagamenti ta’ penalità</KEYWORD><KEYWORD>Somma f’daqqa</KEYWORD><KEYWORD>Kapaċità ta’ ħlas</KEYWORD><KEYWORD>Ponderazzjoni tal-voti tal-Istat Membru fil-Parlament Ewropew</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑51/20,</P><P>li għandha bħala suġġett rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu skont l-Artikolu 260(2) TFUE, ippreżentat fid-<DATE ISO="20200129">29 ta’ Jannar 2020</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn A. Bouchagiar u B. Stromsky, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Ellenika</HT>, irrappreżentata minn K. Boskovits u A. Samoni-Rantou, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn A. Arabadjiev (Relatur), President tal-Ewwel Awla, li qiegħed jaġixxi bħala President tat-Tieni Awla, I. Ziemele, T. von Danwitz, P. G. Xuereb u A. Kumin, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: G. Pitruzzella,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis‑seduta tal-<DATE ISO="20210701">1 ta’ Lulju 2021</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni Ewropea titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tikkonstata li, billi ma ħaditx il-miżuri kollha meħtieġa għall-eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad‑<DATE ISO="20171109">9 ta’ Novembru 2017</DATE>, Il‑Kummissjoni vs Il‑Greċja (C‑481/16, mhux ippubblikata, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>sentenza li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:845">EU:C:2017:845</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt dik is-sentenza u taħt l-Artikolu 260(1) TFUE;</P></ITEM><ITEM><P>tordna lir-Repubblika Ellenika tħallas lill-Kummissjoni pagamenti ta’ penalità ta’ kuljum fl-ammont ta’ EUR 26 697.89 għal kull jum ta’ dewmien fl-eżekuzzjoni tas-sentenza li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, b’effett mill-jum tal-għoti tas-sentenza f’din il-kawża sal-eżekuzzjoni sħiħa tas-sentenza li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu;</P></ITEM><ITEM><P>tordna lir-Repubblika Ellenika tħallas lill-Kummissjoni somma f’daqqa li l-ammont tagħha jirriżulta mill-multiplikazzjoni tal-ammont ta’ kuljum ta’ EUR 3 709.23 bin-numru ta’ ġranet li jkunu għaddew bejn l-għoti tas-sentenza li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu u l-jum li fih dan l-Istat Membru jkun temm il-ksur jew, jekk ma jkunx temm il-ksur, sal-jum tal-għoti tas-sentenza f’din il-kawża; u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-programm ta’ aġġustament ekonomiku tagħha, ir-Repubblika Ellenika implimentat programm ta’ privatizzazzjoni. Larco General Mining &amp; Metallurgical Company SA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Larco<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), impriża tal-minjieri u metallurġika Griega, kienet fost il-kumpanniji li kellhom jiġu pprivatizzati. Din il-kumpannija hija speċjalizzata fl-estrazzjoni u fl-ipproċessar tal-minerali tal-laterit, fl-estrazzjoni tal-linjite u fil-produzzjoni ta’ ferronikil u ta’ prodotti sekondarji. L-attivitajiet tagħha jinkludu l-esplorazzjoni, l-iżvilupp, l-estrazzjoni minn minjieri, it-tidwib u n-negozju tal-prodotti tagħha madwar id-dinja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Fix-xahar ta’ Marzu 2012, Hellenic Republic Asset Development Fund, kumpannija maħluqa bil-għan li tamministra l-proċess ta’ privatizzazzjoni, informat lill-Kummissjoni bil-proġett ta’ privatizzazzjoni ta’ Larco.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni għalhekk wettqet eżami preliminari ta’ dan il-proġett, sabiex tivverifika li ma kienx jinkludi elementi ta’ għajnuna mill-Istat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Hija bagħtet kwestjonarju lill-awtoritajiet Elleniċi. Mit-tweġibiet għal din il-kwestjonarju, li waslu għand il-Kummissjoni fis‑<DATE ISO="20120316">16 ta’ Marzu 2012</DATE>, jirriżulta espliċitament li Larco kienet diġà bbenefikat minn interventi tal-Istat Grieg. Il-Kummissjoni mbagħad talbet informazzjoni supplimentari permezz ta’ ittri elettroniċi bid-data tat‑<DATE ISO="20120418">18 ta’ April 2012</DATE>, tal‑<DATE ISO="20120424">24 ta’ April 2012</DATE>, tal‑<DATE ISO="20120705">5 ta’ Lulju 2012</DATE>, tat‑<DATE ISO="20120822">22 ta’ Awwissu 2012</DATE> u tas‑<DATE ISO="20121207">7 ta’ Diċembru 2012</DATE>, u permezz ta’ ittri tal‑<DATE ISO="20120504">4 ta’ Mejju 2012</DATE> u tal‑<DATE ISO="20130114">14 ta’ Jannar 2013</DATE>, li għalihom l-awtoritajiet Elleniċi wieġbu fl‑<DATE ISO="20120420">20 ta’ April 2012</DATE>, fis‑<DATE ISO="20120426">26 ta’ April 2012</DATE>, fit‑<DATE ISO="20121003">3 ta’ Ottubru 2012</DATE>, fit‑<DATE ISO="20121113">13 ta’ Novembru 2012</DATE>, fil‑<DATE ISO="20121115">15 ta’ Novembru 2012</DATE>, fis‑<DATE ISO="20121207">7 ta’ Diċembru 2012</DATE>, fl‑<DATE ISO="20121224">24 ta’ Diċembru 2012</DATE> u fit‑<DATE ISO="20130118">18 ta’ Jannar 2013</DATE>.<?PAGE NO="3"?> Laqgħat bejn id-dipartimenti tal-Kummissjoni u rappreżentanti tal-awtoritajiet Elleniċi nżammu fit‑<DATE ISO="20120430">30 ta’ April 2012</DATE> u fil-<DATE ISO="20120911">11 ta’ Settembru 2012</DATE> f’Ateni (il-Greċja) u fil‑<DATE ISO="20130125">25 ta’ Jannar 2013</DATE> fi Brussell (il-Belġju).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tas‑<DATE ISO="20130306">6 ta’ Marzu 2013</DATE>, il-Kummissjoni nnotifikat lir-Repubblika Ellenika bid-deċiżjoni tagħha li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE fir-rigward ta’ diversi miżuri, bħalma huma garanziji tal-Istat mogħtija lil Larco għas-snin 2008, 2010 u 2011, żieda fil-kapital matul is-sena 2009, ftehim dwar il-ħlas ta’ dejn iffirmat fl-1998 kif ukoll il-possibbiltà li jiġu ppreżentati ittri ta’ garanzija fl-ammont ta’ EUR 1.5 miljun minflok ma titħallas multa fiskali ta’ EUR 190 miljun.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni mbagħad stiednet lill-awtoritajiet Elleniċi u lil terzi interessati sabiex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwar dawn il-miżuri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni rċeviet biss l-osservazzjonijiet tal-awtoritajiet Elleniċi, fit‑<DATE ISO="20130430">30 ta’ April 2013</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20140327">27 ta’ Marzu 2014</DATE>, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2014/539/UE dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.34572 (13/C) (ex 13/NN) implimentata mill-Ġreċja għal Larco General Mining &amp; Metallurgical Company S.A. (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="254" PAGE.FIRST="24" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 254, p. 24</REF.DOC.OJ>), li l-Artikoli 2 sa 5 tad-dispożittiv tagħha jipprovdu li l-miżuri inkwistjoni huma għajnuna illegali u inkompatibbli mas-suq intern, li din l-għajnuna għandha tiġi rkuprata mingħand Larco u li għandha tiġi pprovduta informazzjoni lill-Kummissjoni, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-miżuri diġà meħuda jew previsti sabiex ir-Repubblika Ellenika tikkonforma ruħha ma’ din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Barra minn hekk, peress li r-Repubblika Ellenika kienet informat lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħha li tbigħ ċerti assi ta’ Larco permezz ta’ żewġ sejħiet għal offerti distinti, il-Kummissjoni adottat, fl-istess jum, id-deċiżjoni dwar l-għajnuna mill-Istat SA.37954 (2013/N) relatata ma’ dan il-bejgħ (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>deċiżjoni dwar il-bejgħ ta’ ċerti assi ta’ Larco<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>). F’din l-aħħar deċiżjoni, il-Kummissjoni tindika li, skont l-informazzjoni pprovduta mir-Repubblika Ellenika, iż-żewġ proċeduri ta’ sejħa għal offerti kellhom jitwettqu rispettivament mill-Istat u minn Larco, bħala proprjetarji tal-assi kkonċernati minn kull sejħa għal offerti. B’mod partikolari, l-ewwel sejħa għal offerti kellha tikkonċerna l-fabbrika metallurġika ta’ Larymna (il-Greċja) kif ukoll 40 % tad-drittijiet ta’ sfruttament tal-minerali tal-laterit f’Agios Ioannis (il-Greċja), filwaqt li t-tieni waħda kellha tirrigwarda 73 % tad-drittijiet ta’ estrazzjoni tal-laterit f’Euboea (il-Greċja) u t-totalità tad-drittijiet ta’ estrazzjoni tal-laterit f’Kastoria (il-Greċja). Wara ż-żewġ proċeduri ta’ sejħa għal offerti u indipendentement mill-eżitu tagħhom, Larco kellha titqiegħed taħt proċedura ta’ falliment skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-assi rimanenti tagħha kellhom jinbiegħu fil-kuntest tal-proċedura ta’ likwidazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ din l-informazzjoni, il-Kummissjoni qieset, fid-deċiżjoni dwar il-bejgħ ta’ ċerti assi ta’ Larco, li, sakemm jiġu osservati sensiela ta’ dispożizzjonijiet u ta’ kundizzjonijiet, l-imsemmi bejgħ, l-ewwel, ma kienx jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat u, it-tieni, ma kienx jimplika kontinwità ekonomika bejn Larco u l-proprjetarju jew il-proprjetarji tal-assi li kellhom jinbiegħu. Il-Kummissjoni kkunsidrat li, f’dawn iċ-ċirkustanzi, il-kwistjoni tal-irkupru tal-għajnuna mill-Istat illegali u inkompatibbli li kienet tħallset lil Larco ma kinitx ser tikkonċerna l-proprjetarji l-ġodda tal-assi li kellhom jinbiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>It-terminu ta’ xahrejn mogħti lir-Repubblika Ellenika fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2014/539 sabiex tipprovdi l-informazzjoni dwar il-miżuri meħuda għall-irkupru tal-għajnuna inkwistjoni skada fit‑<DATE ISO="20140528">28 ta’ Mejju 2014</DATE>, mingħajr ma l-Kummissjoni kienet irċeviet ebda informazzjoni f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat‑<DATE ISO="20140623">23 ta’ Ġunju 2014</DATE>, il-Kummissjoni fakkret lill-awtoritajiet Elleniċi l-obbligi tagħhom li jirriżultaw mid-Deċiżjoni 2014/539 u talbithom jinformawha, f’terminu ta’ 20 jum ta’ xogħol, dwar il-modalitajiet ta’ implimentazzjoni ta’ din id-deċiżjoni. Dawn l-awtoritajiet wieġbu, permezz ta’ ittra elettronika tat‑<DATE ISO="20140718">18 ta’ Lulju 2014</DATE>, li huma ma kinux f’pożizzjoni li jipprovdulha indikazzjonijiet f’dan it-terminu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Kummissjoni fakkret ukoll lir-Repubblika Ellenika li din tal-aħħar kienet obbligata tosserva t-terminu ta’ erba’ xhur previst fl-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni 2014/539. Madankollu, dan it-terminu skada fit‑<DATE ISO="20140728">28 ta’ Lulju 2014</DATE>, mingħajr ma l-Kummissjoni kisbet informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittri tas‑<DATE ISO="20141006">6 ta’ Ottubru 2014</DATE> u tat‑<DATE ISO="20151218">18 ta’ Diċembru 2015</DATE>, il-Kummissjoni stiednet lil dan l-Istat Membru sabiex jipprovdilha din l-informazzjoni u sabiex jorganizza skambju dwar il-modalitajiet ta’ rkupru tal-għajnuna inkwistjoni. Madankollu, l-imsemmi Stat Membru ma weġibx għal dawn l-ittri. Matul laqgħa li nżammet f’Ateni bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Elleniċi, dawn tal-aħħar ma ressqu ebda argument ta’ natura li jiġġustifika n-nuqqas ta’ miżuri ta’ eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni 2014/539.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20160902">2 ta’ Settembru 2016</DATE>, billi qieset li r-Repubblika Ellenika ma kinitx ikkonfermat ruħha mal-obbligi tagħha taħt id-Deċiżjoni 2014/539, il-Kummissjoni ppreżentat, skont l-Artikolu 108(2) TFUE, rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kontra dan l-Istat Membru li kien intiż li jiġi kkonstatat li dan tal-aħħar ma kienx ħa, fit-termini previsti, il-miżuri kollha meħtieġa sabiex jikkonforma ruħu ma’ din id-deċiżjoni jew, fi kwalunkwe każ, ma kienx informa b’mod suffiċjenti lill-Kummissjoni dwar il-miżuri meħtieġa, bi ksur tar-rekwiżiti tal-Artikolu 5 tal-imsemmija deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fid‑<DATE ISO="20171109">9 ta’ Novembru 2017</DATE>, permezz tas-sentenza li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li r-Repubblika Ellenika ma kinitx ħadet, fit-termini previsti, il-miżuri kollha meħtieġa għall-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni 2014/539 u ma kinitx informat lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda b’applikazzjoni ta’ din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-proċedura prekontenzjuża</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Wara l-għoti tas-sentenza li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, fil‑<DATE ISO="20171115">15 ta’ Novembru 2017</DATE> il-Kummissjoni bagħtet ittra lill-awtoritajiet Elleniċi fejn talbithom jirkupraw l-għajnuna illegali u inkompatibbli mas-suq intern, ittra li għaliha dawn tal-aħħar ma wieġbux.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20181113">13 ta’ Novembru 2018</DATE>, permezz ta’ ittra indirizzata lill-Ministru għall-Finanzi Grieg, il-Kummissjoni talbet informazzjoni dwar l-istat tal-proċedura ta’ rkupru tal-għajnuna inkwistjoni u indikat li hija setgħet tippreżenta rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu skont l-Artikolu 260 TFUE. Din l-ittra baqgħet ukoll mingħajr tweġiba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20190125">25 ta’ Jannar 2019</DATE>, billi kkonstatat li d-Deċiżjoni 2014/539 kienet għadha ma ġietx eżegwita, il-Kummissjoni bagħtet ittra ta’ intimazzjoni lir-Repubblika Ellenika konformement mal-Artikolu 260(2) TFUE, fejn stednitha tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha f’terminu ta’ xahrejn.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fid‑<DATE ISO="20190329">29 ta’ Marzu 2019</DATE>, dan l-Istat Membru wieġeb għall-ittra ta’ intimazzjoni filwaqt li qajjem, b’mod partikolari, id-diffikultajiet li ltaqa’ magħhom kif ukoll ir-rieda tiegħu li jikkoopera.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Kummissjoni ddeċidiet li tippreżenta dan ir-rikors.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-iżviluppi li seħħew matul din il-proċedura</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20200214">14 ta’ Frar 2020</DATE>, ir-Repubblika Ellenika adottat il-Liġi Nru 4664/2020. L-Artikolu 21 ta’ din il-liġi jipprevedi t-tqegħid ta’ Larco taħt skema ta’ amministrazzjoni speċjali, li għandha twassal, permezz ta’ proċedura mħaffa u ssemplifikata, għal-likwidazzjoni ta’ din il-kumpannija (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>amministrazzjoni speċjali<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Wara talba ta’ dan l-Istat Membru fil-kwalità tiegħu ta’ kreditur ta’ Larco, il-Monomeles Efeteio Athinon (il-Qorti tal-Appell b’Imħallef Uniku ta’ Ateni, il-Greċja), permezz tad-Deċiżjoni Nru 1407/2020, tat‑<DATE ISO="20200228">28 ta’ Frar 2020</DATE>, qiegħdet lil din il-kumpannija taħt l-iskema ta’ amministrazzjoni speċjali, li ma wasslitx għall-waqfien tal-funzjonament tal-imsemmija kumpannija. Permezz ta’ din l-istess deċiżjoni, l-imsemmija qorti ħatret amministratur speċjali li kellu jwettaq inventarju tal-attiv u tal-passiv kollu ta’ din l-istess kumpannija u li kien obbligat jirrikorri għal proċedura ta’ sejħa pubblika għal offerti għall-finijiet tat-trasferiment tal-assi ta’ din il-kumpannija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20200313">13 ta’ Marzu 2020</DATE>, l-awtoritajiet Elleniċi, minn naħa, stiednu lil Larco tħallas, f’terminu ta’ tletin jum kalendarji, l-ammont li jikkorrispondi għall-għajnuna ddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq intern, flimkien mal-interessi applikabbli, u, min-naħa l-oħra, informaw lill-Kummissjoni bl-iskema ta’ amministrazzjoni speċjali applikabbli għal Larco.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fis‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200326">26 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>il-Qorti tal-Ġustizzja, permezz tas-sentenza tagħha Larko vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑244/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:238">EU:C:2020:238</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), laqgħet l-appell ippreżentat minn Larco mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180201">1 ta’ Frar 2018</DATE>, <NAME.CASE>Larko vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑423/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:57">EU:T:2018:57</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali kienet ċaħdet ir-rikors ta’ din il-kumpannija intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni 2014/539. Il-Qorti tal-Ġustizzja annullat is-sentenza tal-Qorti Ġenerali sa fejn din kienet ċaħdet l-ewwel parti tal-ewwel motiv tar-rikors li tirrigwarda l-garanzija mogħtija matul is-sena 2008 mill-Istat Grieg lil Larco u dwar self ta’ EUR 30 miljun mogħti minn ATE Bank lil din il-kumpannija (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>tieni miżura<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Wara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, Larco ressqet oġġezzjonijiet kontra l-ammont tal-għajnuna li tikkonċerna t-tieni miżura li għandha tiġi rkuprata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20200407">7 ta’ April 2020</DATE>, l-amministratur speċjali ta’ Larco ħarrek lir-Repubblika Ellenika sabiex tinstab soluzzjoni permezz ta’ arbitraġġ għat-tilwima dwar is-sistema ta’ proprjetà tal-fabbrika ta’ Larymna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tas‑<DATE ISO="20200427">27 ta’ April 2020</DATE>, l-awtoritajiet Elleniċi informaw lill-Kummissjoni bl-oġġezzjonijiet ta’ Larco dwar it-tieni miżura, li għalihom din l-istituzzjoni wieġbet permezz ta’ ittra tas‑<DATE ISO="20200506">6 ta’ Mejju 2020</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20200514">14 ta’ Mejju 2020</DATE>, dawn l-awtoritajiet bagħtu lill-awtoritajiet fiskali Elleniċi ittra li permezz tagħha talbu l-irkupru sħiħ tal-għajnuna inkwistjoni mingħand Larco.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Wara talba għal informazzjoni min-naħa tal-Qorti tal-Ġustizzja bbażata fuq l-Artikolu 62(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, ir-Repubblika Ellenika pproduċiet dokumenti li jikkonċernaw l-irkupru tal-għajnuna inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Mit-tweġiba għal din it-talba għal informazzjoni jirriżulta, l-ewwel, li, fit‑<DATE ISO="20210322">22 ta’ Marzu 2021</DATE>, Larco kienet għadha taħt l-iskema ta’ amministrazzjoni speċjali, fid-dawl taż-żmien neċessarju għall-għoti tad-deċiżjoni ta’ arbitraġġ dwar is-sistema ta’ proprjetà tal-fabbrika ta’ Larymna u fid-dawl tal-fatt li din l-iskema kellha tintemm fi tmiem perijodu ta’ tnax-il xahar li kien jiddekorri mid-data li fiha ġiet implimentata jew fi tmien perijodu ta’ disa’ xhur li kien jiddekorri minn meta tingħata din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>It-tieni, permezz tal-imsemmija deċiżjoni, mogħtija fl‑<DATE ISO="20200924">24 ta’ Settembru 2020</DATE> u rrettifikata fit‑<DATE ISO="20201008">8 ta’ Ottubru 2020</DATE>, it-tribunal tal-arbitraġġ irrikonoxxa d-dritt tal-proprjetà tal-Istat Grieg fuq il-fabbrika metallurġika u l-kumpless tal-minjieri ta’ Larymna. Larco baqgħet il-kerrejja ta’ dawn l-assi tal-Istat Grieg.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>It-tielet, wara din l-istess deċiżjoni, iż-żewġ sejħiet għal offerti msemmija fil-punt 10 ta’ din is-sentenza, li permezz tagħhom ir-Repubblika Ellenika wriet l-intenzjoni tagħha li tbigħ ċerti assi ta’ Larco, ġew aġġornati u l-amministratur speċjali pproċeda għall-preparazzjoni definittiva tal-inventarju tal-attiv u tal-passiv kollu ta’ Larco.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Ir-raba’, il-proċeduri relatati ma’ dawn is-sejħiet għal offerti nżammu b’mod parallel u kellhom jitlestew sa mhux iktar tard mit‑<DATE ISO="20210708">8 ta’ Lulju 2021</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, il-Kummissjoni tilmenta li r-Repubblika Ellenika ma ħaditx il-miżuri meħtieġa għall-eżekuzzjoni tas-sentenza li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu peress li, iktar minn ħames snin wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2014/539 u iktar minn sentejn wara l-għoti ta’ dik is-sentenza, l-awtoritajiet Elleniċi ma rkuprawx l-għajnuna mill-Istat inkwistjoni mingħand Larco.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni, kien biss wara d‑<DATE ISO="20200129">29 ta’ Jannar 2020</DATE>, id-data li fih ġie ppreżentat ir-rikors ineżami, li l-awtoritajiet Elleniċi adottaw miżuri sabiex tiġi rkuprata din l-għajnuna, u dan bi ksur tar-rekwiżit ta’ eżekuzzjoni immedjata u effettiva ta’ din id-deċiżjoni. L-ewwel nett, il-Liġi Nru 4664/2020 li tipprevedi t-tqegħid ta’ Larco taħt skema ta’ amministrazzjoni speċjali kienet ġiet adottata fl‑<DATE ISO="20200214">14 ta’ Frar 2020</DATE>. Sussegwentement, it-tqegħid ta’ Larco taħt l-iskema ta’ amministrazzjoni speċjali sar fit‑<DATE ISO="20200228">28 ta’ Frar 2020</DATE>. Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Griegi, fit‑<DATE ISO="20200313">13 ta’ Marzu 2020</DATE>, stiednu lil Larco tħallas lura, f’terminu ta’ 30 ġurnata, l-ammont li jikkorrispondi għal din l-għajnuna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-iskema ta’ amministrazzjoni speċjali ta’ Larco, il-Kummissjoni tirrileva, l-ewwel, li l-Artikolu 21(4) tal-Liġi Nru 4664/2020 jipprovdi li din il-kumpannija tista’ tibbenefika minn sussidju mill-Istat sabiex tkun tista’ tkopri l-ispejjeż tagħha assoċjati mal-applikazzjoni ta’ din l-iskema. Skont il-Kummissjoni, l-għajnuna relatata mal-funzjonament ta’ Larco prevista f’din id-dispożizzjoni u intiża li teħles lil din il-kumpannija mill-ispejjeż li hija normalment kien ikollha tbati fil-kuntest tal-ġestjoni ta’ kuljum tagħha jew tal-attivitajiet normali tagħha tikkostitwixxi kategorija ta’ għajnuna partikolarment dannuża għall-kompetizzjoni. F’dan il-każ, l-awtoritajiet Elleniċi diġà taw lil Larco għajnuna għall-funzjonament fil-kuntest tal-amministrazzjoni speċjali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>It-tieni, il-Kummissjoni tqis li r-Repubblika Ellenika kienet obbligata tibda proċedura ta’ insolvenza kontra Larco u tirreġistra fl-iskeda tal-krediti dawk il-krediti relatati mal-ħlas lura tal-għajnuna kkonċernata fit-terminu ta’ erba’ xhur previst fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2014/539. Tali reġistrazzjoni kellha tiġi segwita jew mill-irkupru sħiħ tal-għajnuna inkwistjoni, jew mil-likwidazzjoni tal-benefiċjarju u mill-waqfien definittiv tal-attivitajiet tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, ir-Repubblika Ellenika ma rreġistratx fl-iskeda tal-krediti dawk il-krediti relatati mal-ħlas lura tal-għajnuna kkonċernata. Skont l-Artikolu 21(9) tal-Liġi Nru 4664/2020, tali reġistrazzjoni formali tista’ ssir biss wara t-trasferiment tal-assi ta’ Larco lill-ogħla offerent, meta jitwettaq il-bejgħ bl-irkant ta’ dawn l-assi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni, anki jekk jitqies li l-kreditu tar-Repubblika Ellenika marbut mal-ħlas lura tal-għajnuna inkwistjoni ġie rreġistrat formalment fl-iskeda tal-krediti wara t-trasferiment tal-assi ta’ Larco, kif tipprevedi l-iskema ta’ amministrazzjoni speċjali, is-sentenza li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu tista’ tiġi eżegwita kompletament biss fil-każ li d-dħul mil-likwidazzjoni jkun biżżejjed sabiex jiġi rkuprat l-ammont kollu tal-għajnuna inkwistjoni. Fin-nuqqas ta’ dan, huma biss il-likwidazzjoni u l-waqfien definittiv tal-attivitajiet ta’ Larco li jippermettu li tiġi żgurata l-eżekuzzjoni sħiħa ta’ dik is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-obbligu tal-Istat Elleniku li jinforma lill-Kummissjoni, din l-istituzzjoni ssostni li l-awtoritajiet ta’ dan l-Istat Membru ma kkomunikawx, fit-termini previsti, elementi li jippermettu li tiġi vverifikata l-eżattezza tal-kalkolu tal-ammont tal-għajnuna li għandha tiġi rkuprata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li, b’hekk, dawn l-awtoritajiet ma eżegwewx is-sentenza li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li l-fatt li r-rikors ta’ Larco intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni 2014/539 għadu, wara s-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200326">26 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Larko vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑244/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:238">EU:C:2020:238</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), pendenti quddiem il-Qorti Ġenerali huwa irrilevanti għal din il-kawża. Hija ssostni li l-proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu skont l-Artikolu 260(2) TFUE hija indipendenti minn dik mibdija skont l-Artikolu 263 TFUE. Dik l-istituzzjoni tippreċiża li, permezz ta’ dik is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja annullat parzjalment is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180201">1 ta’ Frar 2018</DATE>, <NAME.CASE>Larko vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑423/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:57">EU:T:2018:57</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), iżda madankollu ma annullatx id-Deċiżjoni 2014/539, li għadha kompletament eżekuttiva. Għaldaqstant, skont il-Kummissjoni, ir-Repubblika Ellenika hija obbligata teżegwixxi din id-deċiżjoni fl-intier tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Fir-risposta tagħha, ir-Repubblika Ellenika ssostni, fl-ewwel lok, li l-awtoritajiet Elleniċi adottaw sensiela ta’ miżuri li jikkostitwixxu progress sostanzjali fl-eżekuzzjoni tas-sentenza li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu. B’hekk, minħabba d-diffikultajiet finanzjarji ta’ Larco, l-awtoritajiet Elleniċi, fl‑<DATE ISO="20200214">14 ta’ Frar 2020</DATE>, ipprevedew it-tqegħid ta’ Larco taħt skema ta’ amministrazzjoni speċjali, li kienet ġiet applikata għaliha fit‑<DATE ISO="20200228">28 ta’ Frar 2020</DATE> u li kellha tintemm fi tmiem ta’ perijodu ta’ tnax-il xahar li kien jiddekorri mid-data li fiha ġiet applikata jew ta’ perijodu ta’ disa’ xhur li kien jiddekorri mid-data tal-għoti tad-deċiżjoni ta’ arbitraġġ dwar it-tilwima li tikkonċerna s-sistema ta’ proprjetà tal-fabbrika ta’ Larymna.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>L-ewwel, ir-Repubblika Ellenika tirrileva li, meta mqabbla mal-proċedura ta’ falliment tad-dritt ordinarju u mal-proċedura speċjali stabbilita mil-Liġi Nru 4307/2014, l-amministrazzjoni speċjali hija proċedura ta’ insolvenza speċifika li fil-kuntest tagħha l-amministratur speċjali jipproċedi malajr għall-bejgħ tal-assi tal-impriża kkonċernata u jorganizza proċedura ta’ sejħa pubblika għal offerti sabiex jiġi evitat tnaqqis fil-valur tal-assi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Huwa minnu li t-tqegħid ta’ Larco taħt skema ta’ amministrazzjoni speċjali ma jwassalx għall-waqfien immedjat tal-attivitajiet tagħha. Iż-żamma f’attività tal-fabbrika ta’ Larymna kienet madankollu kkunsidrata bħala neċessarja, minn naħa, sabiex jiġi mmassimizzat il-prezz tal-assi ta’ Larco u, min-naħa l-oħra, sabiex tiġi żgurata t-tkomplija tal-produzzjoni ta’ nikil fil-Greċja, li hija partikolarment importanti kemm għall-ekonomija Griega kif ukoll għall-ekonomija Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Ministeru għall-Ambjent u għall-Enerġija Elleniku għandu, fid-dritt nazzjonali, il-possibbiltà li jagħti sussidji mill-Istat intiżi li jitħallsu l-ispejjeż neċessarji għall-implimentazzjoni tal-amministrazzjoni speċjali kif ukoll l-ispejjeż ta’ funzjonament sabiex l-attività tal-impriża tinżamm sat-tmiem ta’ din tal-aħħar. Madankollu, l-ammonti eventwalment imħallsa għal dan il-għan għandhom jitnaqqsu mill-prezz tal-bejgħ tal-assi u għandhom jitħallsu lura lill-Istat, mingħajr ma jittieħdu inkunsiderazzjoni krediti oħra rreġistrati fl-iskeda tal-krediti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>It-tieni, ir-Repubblika Ellenika tirrileva li, fi żmien ħamest ijiem wara t-tmiem tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti, l-amministratur speċjali għandu jistieden lill-kredituri jirreġistraw definittivament il-krediti tagħhom u għandu mbagħad jistabbilixxi l-iskeda bil-klassifikazzjoni definittiva tal-krediti. Fir-rigward, b’mod iktar partikolari, tad-data li fiha ssir ir-reġistrazzjoni fl-iskeda tal-krediti, ir-Repubblika Ellenika ssostni li, b’differenza mill-proċedura ta’ falliment tad-dritt ordinarju li fil-kuntest tagħha r-reġistrazzjoni fl-iskeda tal-krediti sseħħ qabel il-likwidazzjoni tal-impriża, fil-proċedura amministrattiva speċjali, din ir-reġistrazzjoni ssir wara l-bejgħ tal-assi tal-kumpannija kkonċernata. B’deroga mid-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli, il-krediti tal-Istat li jirrigwardaw l-irkupru tal-għajnuna illegali u inkompatibbli jieħdu preċedenza fuq kull privileġġ ġenerali jew speċjali tal-kredituri l-oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>It-tielet, ir-Repubblika Ellenika ssostni li l-waqfien definittiv tal-attivitajiet ta’ Larco ser iseħħ bil-bejgħ tal-assi ta’ din il-kumpannija, b’tali mod li l-assenza ta’ kontinwità ekonomika u ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq ikkonċernat ser tkun iggarantita. Għalhekk, it-tqegħid ta’ Larco taħt skema ta’ amministrazzjoni speċjali jikkostitwixxi proċedura irriversibbli li għandha twassal għal-likwidazzjoni ta’ din il-kumpannija u għall-waqfien definittiv tal-attività tagħha. Fi kwalunkwe każ, ir-Repubblika Ellenika ssostni li, fil-każ li l-proċedura ta’ sejħa għal offerti pubblika ma tirnexxix, Larco ser titqiegħed taħt proċedura ta’ falliment u l-assi tagħha ser jiġu llikwidati skont il-proċedura ta’ falliment tad-dritt ordinarju. Jekk, matul il-proċedura ta’ amministrazzjoni speċjali, 75 % tal-assi ta’ din l-impriża ma jkunux inbiegħu, ikollu jiġi kkonstatat li tali proċedura ma rnexxietx.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-Repubblika Ellenika ma tikkontestax li d-Deċiżjoni 2014/539 tibqa’ kompletament eżekuttiva wara l-għoti tas-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200326">26 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Larko vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑244/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:238">EU:C:2020:238</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Madankollu, skont dan l-Istat Membru, fl-Avviż tagħha dwar l-irkupru ta’ għajnuna illegali u inkompatibbli mill-Istat, il-Kummissjoni tikkunsidra li, meta jkun pendenti rikors kontra deċiżjoni ta’ rkupru, l-eżekuzzjoni provviżorja ta’ din id-deċiżjoni tista’ tiġi żgurata, pereżempju, permezz tal-ħlas, mill-benefiċjarju tal-għajnuna, tal-ammont kollu li għandu jiġi rkuprat f’kont miżmum minn terzi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ir-Repubblika Ellenika ssostni li, permezz tal-ittra tagħha tat‑<DATE ISO="20200313">13 ta’ Marzu 2020</DATE>, hija informat lill-Kummissjoni bil-miżuri kollha meħuda għall-finijiet tal-irkupru tal-għajnuna inkwistjoni. Fl‑<DATE ISO="20200514">14 ta’ Mejju 2020</DATE>, hija ordnat l-irkupru tal-ammont totali ta’ din l-għajnuna.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li r-rikors għal annullament ippreżentat minn Larco kontra d-Deċiżjoni 2014/539, li wassal għas-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200326">26 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Larko vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑244/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:238">EU:C:2020:238</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), ma jaffettwax in-natura eżekuttiva ta’ din id-deċiżjoni u, għaldaqstant, ma jaffettwax din it-tilwima. Fil-fatt, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, kif jirriżulta mill-Artikolu 278 TFUE, fl-assenza ta’ deċiżjoni kuntrarja tal-Qorti Ġenerali, rikors għal annullament ma għandux effett sospensiv. B’hekk, bħala prinċipju, il-preżentata ta’ rikors għal annullament ma tibdilx in-natura eżekuttiva tad-deċiżjoni li tagħha jkun qiegħed jintalab l-annullament (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150709">9 ta’ Lulju 2015</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Franza</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑63/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:458">EU:C:2015:458</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-argument tar-Repubblika Ellenika li, fl-Avviż tagħha dwar l-irkupru ta’ għajnuna illegali u inkompatibbli mill-Istat, il-Kummissjoni tipprevedi li, meta rikors kontra deċiżjoni ta’ rkupru jkun pendenti, l-eżekuzzjoni provviżorja ta’ din id-deċiżjoni tista’ tiġi żgurata, pereżempju, permezz tal-ħlas, mill-benefiċjarju tal-għajnuna, tal-ammont kollu li għandu jiġi rkuprat f’kont miżmum minn terzi, huwa biżżejjed li jiġi rrilevat li, f’dan il-każ, dan l-Istat Membru ma ppreżentax elementi li juru tali ħlas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>B’mod prinċipali, għandu fl-ewwel lok jitfakkar li, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-Istat Membru destinatarju ta’ deċiżjoni li tobbligah jirkupra għajnuna illegali ddikjarata inkompatibbli mas-suq intern huwa obbligat, skont ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE, jieħu l-miżuri kollha xierqa sabiex jiżgura l-eżekuzzjoni ta’ din id-deċiżjoni. Dan l-Istat Membru għandu jasal sabiex jirkupra b’mod effettiv is-somom dovuti sabiex tiġi eliminata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni kkawżata mill-vantaġġ kompetittiv mogħti minn din l-għajnuna (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181114">14 ta’ Novembru 2018</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Il‑Greċja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑93/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:903">EU:C:2018:903</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-irkupru ta’ għajnuna illegali ddikjarata inkompatibbli mas-suq intern għandu jsir mingħajr dewmien u konformement mal-proċeduri previsti fid-dritt nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat, bil-kundizzjoni li dawn il-proċeduri jippermettu l-eżekuzzjoni immedjata u effettiva tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Għal dan il-għan, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jieħdu l-miżuri kollha previsti fis-sistemi ġuridiċi rispettivi tagħhom, inklużi l-miżuri provviżorji, bla ħsara għad-dritt tal-Unjoni (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181114">14 ta’ Novembru 2018</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Il‑Greċja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑93/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:903">EU:C:2018:903</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0069">69</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-każijiet li fihom l-għajnuna mill-Istat mogħtija illegalment u ddikjarata inkompatibbli mas-suq intern ikollha tiġi rkuprata mingħand impriżi benefiċjarji f’diffikultà jew fi stat ta’ falliment, għandu jitfakkar li tali diffikultajiet ma jaffettwawx l-obbligu li tiġi rkuprata l-għajnuna. Għalhekk, l-Istat Membru huwa obbligat, skont il-każ, jiskatta l-likwidazzjoni tal-kumpannija, jirreġistra l-kreditu tiegħu fil-passiv tagħha jew jieħu kwalunkwe miżura oħra li tippermetti r-rimbors tal-għajnuna (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180117">17 ta’ Jannar 2018</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Il‑Greċja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑363/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:12">EU:C:2018:12</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>B’mod partikolari, skont ġurisprudenza stabbilita, l-istabbiliment mill-ġdid tas-sitwazzjoni preċedenti u l-eliminazzjoni tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni li tirriżulta minn din l-għajnuna jistgħu, bħala prinċipju, jinkisbu billi fl-iskeda tal-krediti jiġu rreġistrati l-krediti marbuta mal-ħlas lura tal-għajnuna kkonċernata (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180117">17 ta’ Jannar 2018</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Il‑Greċja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑363/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:12">EU:C:2018:12</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi osservat li tali reġistrazzjoni tippermetti li jiġi ssodisfatt l-obbligu ta’ rkupru biss jekk, fil-każ li l-awtoritajiet tal-Istat ma jkunux jistgħu jirkupraw l-ammont kollu tal-għajnuna, il-proċedura ta’ falliment twassal għal-likwidazzjoni tal-impriża, jiġifieri għall-waqfien definittiv tal-attività tagħha, li l-awtoritajiet tal-Istat jistgħu jikkawżaw fil-kapaċità tagħhom ta’ azzjonisti jew ta’ kredituri (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180117">17 ta’ Jannar 2018</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Il‑Greċja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑363/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:12">EU:C:2018:12</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-waqfien definittiv tal-attivitajiet tal-impriża benefiċjarja ta’ għajnuna mill-Istat huwa meħtieġ biss fil-każ li l-irkupru tal-ammont sħiħ tal-għajnuna jibqa’ impossibbli matul il-proċedura ta’ falliment (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180117">17 ta’ Jannar 2018</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Il‑Greċja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑363/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:12">EU:C:2018:12</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat ukoll li, fir-rigward tal-proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu skont l-Artikolu 260(2) TFUE, id-data li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni bħala data ta’ riferiment għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ tali nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu hija dik tal-iskadenza tat-terminu stabbilit fl-ittra ta’ intimazzjoni mibgħuta skont din id-dispożizzjoni (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181114">14 ta’ Novembru 2018</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Il‑Greċja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑93/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:903">EU:C:2018:903</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0073">73</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>F’dan il-każ, peress li, kif tfakkar fil-punt 20 ta’ din is-sentenza, kien fil‑<DATE ISO="20190125">25 ta’ Jannar 2019</DATE> li l-Kummissjoni bagħtet lir-Repubblika Ellenika ittra ta’ intimazzjoni konformement mal-proċedura prevista fl-Artikolu 260(2) TFUE, id-data ta’ riferiment imsemmija fil-punt preċedenti ta’ din is-sentenza hija dik tal-iskadenza tat-terminu stabbilit f’din l-ittra, jiġifieri l‑<DATE ISO="20190325">25 ta’ Marzu 2019</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Huwa ċar li, f’din id-data, l-awtoritajiet Elleniċi ma kinux osservaw l-obbligu li jirkupraw l-għajnuna inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif jirriżulta mill-punti 23 sa 25, 45 u 52 ta’ din is-sentenza, kien biss wara d‑<DATE ISO="20200129">29 ta’ Jannar 2020</DATE>, id-data tal-preżentata ta’ dan ir-rikors, li l-awtoritajiet Elleniċi adottaw miżuri għall-finijiet tal-irkupru tal-għajnuna inkwistjoni. Fil-fatt, l-ewwel, il-Liġi Nru 4664/2020 li tistabbilixxi l-iskema ta’ amministrazzjoni speċjali ġiet adottata fl‑<DATE ISO="20200214">14 ta’ Frar 2020</DATE>, jiġifieri kważi sena wara l-iskadenza tat-terminu stabbilit fl-ittra ta’ intimazzjoni u kważi sitt snin wara d-data tal-iskadenza tat-terminu għall-eżekuzzjoni inizjali tad-Deċiżjoni 2014/539. It-tieni, huwa paċifiku li r-Repubblika Ellenika qiegħdet lil Larco taħt l-iskema ta’ amministrazzjoni speċjali fit‑<DATE ISO="20200228">28 ta’ Frar 2020</DATE>. It-tielet, l-istedina sabiex tħallas, f’terminu ta’ 30 jum, l-ammont li jikkorrispondi għall-għajnuna inkwistjoni kienet indirizzata lil Larco fit‑<DATE ISO="20200313">13 ta’ Marzu 2020</DATE>. Ir-raba, fl-aħħar nett, fl‑<DATE ISO="20200514">14 ta’ Mejju 2020</DATE>, l-awtoritajiet Elleniċi bagħtu lill-awtoritajiet fiskali Elleniċi ittra li permezz tagħha talbu l-irkupru sħiħ tal-għajnuna inkwistjoni mingħand Larco.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-Repubblika Ellenika ma tistax issostni b’mod validu li, fid-data tal-iskadenza tat-terminu stabbilit fl-ittra ta’ intimazzjoni, hija kienet ħadet il-miżuri kollha meħtieġa sabiex timplimenta l-proċedura għall-irkupru tal-għajnuna mill-Istat inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tan-nuqqas ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni, għandu jiġi rrilevat li, fid-data tal-iskadenza tat-terminu stabbilit fl-ittra tal‑<DATE ISO="20190125">25 ta’ Jannar 2019</DATE>, ir-Repubblika Ellenika ma kinitx ippreżentat lill-Kummissjoni l-informazzjoni elenkata fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2014/539.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat li, billi ma ħaditx il-miżuri kollha meħtieġa għall-finijiet tal-eżekuzzjoni tas-sentenza li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 260(1) TFUE.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq is-sanzjonijiet pekunjarji</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-pagamenti ta’ penalità</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tqis li n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu li hija tinvoka fil-konfront tar-Repubblika Ellenika għadu għaddej fid-data tal-eżami tal-fatti mill-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Hija tipproponi li l-assenza ta’ eżekuzzjoni tas-sentenza li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu tiġi ssanzjonata b’mod partikolari permezz tal-ħlas ta’ pagamenti ta’ penalità, billi tibbaża ruħha fuq il-Komunikazzjoni tagħha SEG(2005) 1658 tat-<DATE ISO="20051212">12 ta’ Diċembru 2005</DATE>, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Implimentazzjoni ta’ l-Artikolu [260 TFUE]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="126" PAGE.FIRST="15" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, C 126, p. 15</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Komunikazzjoni tal-2005<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>), fuq il-Komunikazzjoni tagħha dwar il-modifika tal-metodu ta’ kalkolu għal ħlasijiet ta’ somom f’daqqa u ħlasijiet ta’ penali ta’ kuljum proposta mill-Kummisssjoni f’proċedimenti ta’ ksur quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="070" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2019">ĠU 2019, C 70, p. 1</REF.DOC.OJ>) kif ukoll fuq il-Komunikazzjoni tagħha intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>L-aġġornament tad-data użata biex jiġu kkalkolati s-somma f’daqqa u l-pagament ta’ penali li għandhom jiġu proposti mill-Kummissjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja fi proċedimenti ta’ ksur<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="309" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2019">ĠU 2019, C 309, p. 1</REF.DOC.OJ>). Il-Kummissjoni tirrileva li, skont il-formula msemmija fil-Komunikazzjoni tal-2005, il-pagamenti ta’ penalità ta’ kuljum għandhom ikunu ugwali għall-ammont bażiku uniformi, ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">3116</FT>, immultiplikata bil-koeffiċjent ta’ gravità, bil-koeffiċjent ta’ tul u bil-fattur <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>n<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-koeffiċjent ta’ gravità, il-Kummissjoni ssostni li d-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat li nkisru f’dan il-każ huma ta’ natura fundamentali. Dik l-istituzzjoni tenfasizza l-effett dannuż li l-għajnuna illegali u inkompatibbli, mhux irkuprata, kellha fis-suq li fih Larco teżerċita l-attività tagħha. Fid-dawl tal-karatteristiċi ta’ dan is-suq, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-effett dannuż fuq il-kompetizzjoni tal-għajnuna mhux irkuprata jaffettwa l-impriżi mhux biss fil-Greċja, iżda wkoll b’mod iktar ġenerali fl-Unjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kwistjoni ta’ jekk jeżistux ċirkustanzi aggravanti jew attenwanti, il-Kummissjoni, minn naħa, tiġbed l-attenzjoni għan-nuqqasijiet repetuti tar-Repubblika Ellenika fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat u, min-naħa l-oħra, tqis li ebda ċirkustanza attenwanti ma tista’ tiġi kkonstatata f’dan il-każ. Għaldaqstant, hija tipproponi li jiġi applikat koeffiċjent ta’ gravità ta’ 7 fuq l-iskala ta’ bejn 1 u 20 stabbilita fil-Komunikazzjoni tal-2005.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tul tal-ksur, il-Kummissjoni ssostni li, fid-data li fiha ddeċidiet li tressaq din il-kawża quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, jiġifieri fis‑<DATE ISO="20191127">27 ta’ Novembru 2019</DATE>, it-tul tal-ksur, li l-punt tat-tluq tiegħu huwa d-data tal-għoti tas-sentenza li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, jiġifieri d‑<DATE ISO="20171109">9 ta’ Novembru 2017</DATE>, kien ta’ 24 xahar, b’tali mod li għandu jiġi applikat koeffiċjent ta’ tul ta’ 2.4 fuq l-iskala ta’ bejn 1 u 3 li hija wkoll stabbilita f’din il-komunikazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kapaċità ta’ ħlas tal-Istat Membru inkwistjoni u, b’mod iktar partikolari, tal-fattur <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>n<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, il-Kummissjoni tirrileva li, fis-sentenza tagħha tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181114">14 ta’ Novembru 2018</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Il‑Greċja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑93/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:903">EU:C:2018:903</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li, mill‑<DATE ISO="20170401">1 ta’ April 2017</DATE>, peress li s-sistema ta’ votazzjoni fi ħdan il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea inbidlet, il-fattur <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>n<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> ma setax jibqa’ jieħu inkunsiderazzjoni n-numru ta’ voti tal-Istat Membru kkonċernat fi ħdan il-Kunsill u li l-prodott domestiku gross (iktar ’il quddiem il-PDG”) tal-Istati Membri kellu jintuża bħala fattur predominanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Issa, skont il-Kummissjoni, il-piż istituzzjonali fl-Unjoni tal-Istat Membru kkonċernat għandu jinżamm bħala element essenzjali tal-kalkolu tal-fattur <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>n<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, għall-finijiet tal-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet li jkunu kemm proporzjonati kif ukoll suffiċjentement dissważivi. Fil-fehma tagħha, it-teħid inkunsiderazzjoni tal-PDG biss iżid kunsiderevolment id-differenza bejn l-Istati Membri għal dan il-fattur. Il-Kummissjoni ssostni li l-metodu ta’ kalkolu tal-fattur <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>n<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> ma għandux ikun ibbażat biss fuq il-piż demografiku jew ekonomiku iżda għandu jkun ibbażat ukoll fuq il-fatt li kull Stat Membru għandu valur intrinsiku fil-qafas istituzzjonali tal-Unjoni. Għalhekk, sabiex jinżamm bilanċ bejn il-kapaċità ta’ ħlas u l-piż istituzzjonali fl-Unjoni ta’ Stat Membru, il-fattur <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>n<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> għandu jiġi kkalkolat abbażi, minn naħa, tal-PDG u, min-naħa l-oħra, tan-numru ta’ siġġijiet fil-Parlament Ewropew attribwit lill-Istat Membru kkonċernat. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li dan il-fattur <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>n<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> għandu jiġi ffissat bħala 0.51 għar-Repubblika Ellenika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>B’dan premess, l-użu tal-PDG u tan-numru ta’ siġġijiet fil-Parlament Ewropew, mingħajr il-possibbiltà ta’ aġġustament, iwassal għal valur ta’ riferiment nettament inferjuri għall-valur li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-metodu antik ta’ kalkolu tal-fattur <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>n<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>. Għalhekk, għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammont bażiku uniformi tal-pagamenti ta’ penalità, il-Kummissjoni tipproponi li jintuża fattur ta’ aġġustament ta’ 4.5 sabiex jiġi ggarantit li l-ammonti tas-sanzjonijiet proposti mill-Kummissjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja jibqgħu proporzjonati u suffiċjentement dissważivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-frekwenza tal-pagamenti ta’ penalità, il-Kummissjoni hija tal-fehma li dawn għandhom ikunu ta’ kuljum u mhux ta’ kull sitt xhur. Hija tqis li, f’dan il-każ, il-pagamenti ta’ penalità ta’ kuljum ma għandhomx jonqsu maż-żmien.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Ellenika toġġezzjona li ma hemmx lok li jiġu imposti sanzjonijiet finanzjarji f’din il-kawża minħabba li sar progress sostanzjali bl-adozzjoni stess tal-Liġi Nru 4664/2020 u bit-tqegħid ta’ Larco taħt l-iskema ta’ amministrazzjoni speċjali. Barra minn hekk, dan l-Istat Membru jenfasizza li din l-iskema hija intiża, fl-intier tagħha, li tiżgura malajr il-likwidazzjoni ta’ Larco, jew permezz tal-bejgħ tal-assi tagħha mill-amministratur speċjali b’mod li jinkiseb l-ogħla prezz possibbli, jew, fil-każ li l-bejgħ ta’ 75 % tal-assi ma jsirx f’perijodu ta’ tnax-il xahar, billi Larco tiġi suġġetta għall-proċedura ta’ falliment irregolata mid-dritt ordinarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Ellenika tqis li, fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra li għandhom madankollu jiġu imposti pagamenti ta’ penalità, l-ammont tal-pagamenti ta’ penalità mitlub mill-Kummissjoni ma huwiex adattat għaċ-ċirkustanzi partikolari tal-każ u ma huwiex konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-gravità tal-ksur, ir-Repubblika Ellenika ssostni, fl-ewwel lok, li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni, minn naħa, il-miżuri meħuda f’dan l-istadju u, min-naħa l-oħra, il-fatt li, f’din il-kawża, l-ammont li għandu jiġi rkuprat, flimkien mal-interessi, ikkalkolati fl‑<DATE ISO="20200514">14 ta’ Mejju 2020</DATE>, huwa ta’ EUR 160 miljun, filwaqt li fil-kawża li tat lok għas-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181114">14 ta’ Novembru 2018</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Il‑Greċja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑93/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:903">EU:C:2018:903</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), l-ammont li kellu jiġi rkuprat kien ta’ EUR 670 miljun. F’dan il-kuntest, fid-dawl taż-żmien li huwa neċessarju sabiex jinkiseb progress sostanzjali fil-proċedura ta’ likwidazzjoni ta’ Larco, dan l-Istat Membru jitlob li l-pagamenti ta’ penalità jiġu ffissati fuq bażi ta’ sitt xhur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ir-Repubblika Ellenika ssostni li huwa improbabbli li din l-għajnuna kellha riperkussjonijiet qawwija fuq il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni fi ħdan l-Unjoni u kienet il-kawża ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, dan l-Istat Membru jsostni li, fir-rigward tal-allegata repetizzjoni tal-aġir tiegħu li jikkostitwixxi ksur fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat, fil-kawża li tat lok għas-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181114">14 ta’ Novembru 2018</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Il‑Greċja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑93/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:903">EU:C:2018:903</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), l-awtoritajiet Elleniċi kienu ħadu l-miżuri neċessarji sabiex jikkompletaw il-proċedura ta’ rkupru billi pproċedew għal-likwidazzjoni tal-assi tal-kumpannija kkonċernata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-Repubblika Ellenika tqis li ma huwiex xieraq li f’din il-kawża jiġi applikat koeffiċjent ta’ gravità ogħla minn 1.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-koeffiċjent ta’ tul, ir-Repubblika Ellenika tqis li dan ma għandux ikun ta’ iktar minn 1.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-kapaċità ta’ ħlas u, b’mod iktar partikolari, tal-fattur <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>n<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, l-istess bħall-Kummissjoni, ir-Repubblika Ellenika tqis li, għall-finijiet tal-kalkolu tal-valur ta’ dan il-fattur, ma għandux jittieħed inkunsiderazzjoni biss il-piż ekonomiku, iżda għandu jittieħed inkunsiderazzjoni wkoll il-piż istituzzjonali fl-Unjoni tal-Istat Membru kkonċernat. Hija għalhekk issostni li hemm lok li jittieħed inkunsiderazzjoni n-numru ta’ siġġijiet fil-Parlament Ewropew mogħti lil dan l-Istat Membru.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li l-għan tal-proċedura prevista fl-Artikolu 260(2) TFUE huwa li Stat Membru inadempjenti jiġi inkuraġġit jeżegwixxi s-sentenza li tikkonstata nuqqas u, għalhekk, li tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva tad-dritt tal-Unjoni u li l-miżuri previsti f’din id-dispożizzjoni, jiġifieri l-pagamenti ta’ penalità u s-somma f’daqqa, għandhom it-tnejn li huma dan l-istess għan (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200312">12 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs L‑Italja (Għajnuna illegali lis-settur tal-lukandi f’Sardegna)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑576/18</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:202">EU:C:2020:202</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0134">134</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar ukoll li hija l-Qorti tal-Ġustizzja li, f’kull kawża u fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-każ li jkollha quddiemha kif ukoll tal-livell ta’ persważjoni u ta’ dissważjoni li jidhrilha meħtieġ, għandha tiddetermina s-sanzjonijiet pekunjarji xierqa, b’mod partikolari għall-prevenzjoni tar-repetizzjoni ta’ ksur analogu tad-dritt tal-Unjoni (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181114">14 ta’ Novembru 2018</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Il‑Greċja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑93/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:903">EU:C:2018:903</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0107">107</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-impożizzjoni ta’ pagamenti ta’ penalità hija ġġustifikata biss, bħala prinċipju, sakemm in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu li jirriżulta min-nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ sentenza preċedenti jibqa’ għaddej sal-eżami tal-fatti mill-Qorti tal-Ġustizzja (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200312">12 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs L‑Italja (Għajnuna illegali lis-settur tal-lukandi f’Sardegna)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑576/18</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:202">EU:C:2020:202</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0137">137</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>Sabiex jiġi ddeterminat jekk in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu invokat fil-konfront tal-konvenut baqax għaddej sal-eżami tal-fatti tal-każ mill-Qorti tal-Ġustizzja, għandhom jiġu evalwati l-miżuri li, skont l-Istat konvenut, kienu ġew adottati wara t-terminu stabbilit fl-ittra ta’ intimazzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121211">11 ta’ Diċembru 2012</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Spanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑610/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:781">EU:C:2012:781</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0098">98</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150917">17 ta’ Settembru 2015</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs L‑Italja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑367/14</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:611">EU:C:2015:611</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0089">89</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>F’dan il-każ, ir-Repubblika Ellenika ssostni li l-iskema ta’ amministrazzjoni speċjali ta’ Larco ma ntemmitx u li ż-żewġ proċeduri ta’ sejħa għal offerti li permezz tagħhom seta’ jitwettaq il-bejgħ tal-assi ta’ Larco kellhom jintemmu fit‑<DATE ISO="20210708">8 ta’ Lulju 2021</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>Madankollu, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li r-Repubblika Ellenika ma stabbilixxietx li, fid-data tal-eżami tal-fatti tal-każ mill-Qorti tal-Ġustizzja, hija kienet ħadet il-miżuri kollha meħtieġa għall-finijiet tal-eżekuzzjoni tas-sentenza li tikkonstata n-nuqqas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, għandu jiġi kkonstatat li n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu invokat fil-konfront tar-Repubblika Ellenika baqa’ għaddej sal-eżami tal-fatti tal-każ mill-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-kundanna tar-Repubblika Ellenika għall-ħlas ta’ pagamenti ta’ penalità hija mezz pekunjarju xieraq sabiex din tal-aħħar tiġi inkuraġġita tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex ittemm in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kkonstatat u sabiex tiżgura l-eżekuzzjoni sħiħa tas-sentenza li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, il-pagamenti ta’ penalità għandhom ikunu deċiżi skont il-grad ta’ persważjoni meħtieġ sabiex l-Istat Membru li jkun naqas milli jeżegwixxi sentenza li tikkonstata nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu jbiddel l-aġir tiegħu u jtemm l-aġir li bih huwa akkużat (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200312">12 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs L‑Italja (Għajnuna illegali lis-settur tal-lukandi f’Sardegna)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑576/18</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:202">EU:C:2020:202</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0147">147</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>Fl-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali tagħha f’dan il-qasam, hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tistabbilixxi l-pagamenti ta’ penalità b’tali mod li dawn ikunu, minn naħa, adattati għaċ-ċirkustanzi u, min-naħa l-oħra, proporzjonati man-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kkonstatat kif ukoll mal-kapaċità ta’ ħlas tal-Istat Membru kkonċernat (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121211">11 ta’ Diċembru 2012</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Spanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑610/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:781">EU:C:2012:781</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0118">118</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata; tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180222">22 ta’ Frar 2018</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Il‑Greċja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑328/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:98">EU:C:2018:98</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0090">90</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200312">12 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs L‑Italja (Għajnuna illegali lis-settur tal-lukandi f’Sardegna)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑576/18</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:202">EU:C:2020:202</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0148">148</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>Il-proposti tal-Kummissjoni dwar il-pagamenti ta’ penalità ma jistgħux jorbtu lill-Qorti tal-Ġustizzja u huma biss punt ta’ riferiment utli. Bl-istess mod, linji gwida bħal dawk inklużi fil-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni ma jorbtux lill-Qorti tal-Ġustizzja, iżda jikkontribwixxu<?PAGE NO="15"?> sabiex tiġi ggarantita t-trasparenza, il-prevedibbiltà u ċ-ċertezza legali tal-azzjoni meħuda mill-Kummissjoni nnifisha meta dik l-istituzzjoni tagħmel proposti lill-Qorti tal-Ġustizzja. Fil-fatt, fil-kuntest ta’ proċedura bbażata fuq l-Artikolu 260(2) TFUE, dwar nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu li jibqa’ għaddej min-naħa tal-Istat Membru minkejja l-fatt li dan l-istess nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kien diġà ġie kkonstatat fl-ewwel sentenza mogħtija skont l-Artikolu 258 TFUE jew skont l-Artikolu 108(2) TFUE, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tibqa’ libera li tistabbilixxi l-pagamenti ta’ penalità imposti fl-ammont u fil-forma li hija tqis adatti sabiex tinkuraġġixxi lil dan l-Istat Membru jtemm in-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligi li jirriżultaw minn din l-ewwel sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181114">14 ta’ Novembru 2018</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Il‑Greċja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑93/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:903">EU:C:2018:903</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0119">119</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>Għall-finijiet tal-iffissar tal-ammont tal-pagamenti ta’ penalità, il-kriterji bażiċi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex tiġi żgurata n-natura koerċittiva ta’ dawn tal-aħħar, fid-dawl ta’ applikazzjoni uniformi u effettiva tad-dritt tal-Unjoni, huma, bħala prinċipju, il-gravità tal-ksur, it-tul tiegħu u l-kapaċità ta’ ħlas tal-Istat Membru inkwistjoni. Għall-applikazzjoni ta’ dawn il-kriterji, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, il-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni fuq l-interessi privati u pubbliċi, kif ukoll l-urġenza li l-Istat Membru kkonċernat jikkonforma ruħu mal-obbligi tiegħu (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200312">12 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs L‑Italja (Għajnuna illegali lis-settur tal-lukandi f’Sardegna)</NAME.CASE>, <NAME.CASE>C‑576/18</NAME.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:202">EU:C:2020:202</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0149">149</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fir-rigward tal-gravità tal-ksur, għandha tiġi enfasizzata n-natura fundamentali tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200312">12 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs L‑Italja (Għajnuna illegali lis-settur tal-lukandi f’Sardegna)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑576/18</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:202">EU:C:2020:202</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0150">150</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>Fil-fatt, ir-regoli li huma s-suġġett tad-Deċiżjoni 2014/539 u tas-sentenza li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu huma l-espressjoni ta’ waħda mill-missjonijiet ewlenin mogħtija lill-Unjoni mill-Artikolu 3(3) TUE, jiġifieri l-istabbiliment ta’ suq intern, kif ukoll mill-Protokoll (Nru 27) dwar is-suq intern u l-kompetizzjoni, li, skont l-Artikolu 51 TUE, jagħmel parti integrali mit-Trattati, u li jipprovdi li s-suq intern jinkludi sistema li tiżgura li l-kompetizzjoni ma tiġix distorta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>L-importanza tad-dispożizzjonijiet tal-Unjoni miksura f’każ bħal dak inkwistjoni f’din il-kawża hija riflessa b’mod partikolari fil-fatt li, permezz tar-rimbors tal-għajnuna ddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq intern, tiġi eliminata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni kkawżata mill-vantaġġ kompetittiv miksub minħabba din l-għajnuna u li, b’dan il-ħlas lura, il-benefiċjarju jitlef il-vantaġġ li kien ibbenefika minnu fis-suq meta mqabbel mal-kompetituri tiegħu (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200312">12 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs L‑Italja (Għajnuna illegali lis-settur tal-lukandi f’Sardegna)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑576/18</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:202">EU:C:2020:202</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0151">151</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>Fir-rigward tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kkonstatat f’din il-kawża, għandu jitfakkar, l-ewwel, li, minkejja l-fatt li r-Repubblika Ellenika ħadet miżuri sabiex tirkupra l-għajnuna mill-Istat inkwistjoni, hija ma rkupratx kompletament din l-għajnuna. B’dan premess, fid-dawl tar-regola, imfakkra fil-punt 94 ta’ din is-sentenza, li l-pagamenti ta’ penalità għandhom jiġu adattati għaċ-ċirkustanzi u għandhom ikunu proporzjonati man-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kkonstatat, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li, minkejja li Larco baqgħet tikri l-fabbrika metallurġika u l-kumpless tal-minjieri ta’ Larymna, wara d-deċiżjoni ta’ arbitraġġ mogħtija fl‑<DATE ISO="20200924">24 ta’ Settembru 2020</DATE> u rrettifikata fit‑<DATE ISO="20201008">8 ta’ Ottubru 2020</DATE>, it-tribunal tal-arbitraġġ irrikonoxxa d-dritt ta’ proprjetà tal-Istat Grieg fuq dawn l-assi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>It-tieni, għandha tiġi enfasizzata n-natura sostanzjali tal-ammont tal-għajnuna mhux irkuprata. Fil-fatt, dan l-ammont, flimkien mal-interessi, kien jammonta, fl‑<DATE ISO="20200514">14 ta’ Mejju 2020</DATE>, għal EUR 160 miljun.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102</NO.P><TXT>It-tielet, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li s-suq li fih Larco teżerċita l-attività tagħha, b’mod partikolari dak tal-ferronikil, huwa suq transkonfinali. Għaldaqstant, l-għajnuna illegali u inkompatibbli mhux irkuprata għandha effett dannuż fis-suq, li ma huwiex limitat għat-territorju tar-Repubblika Ellenika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103</NO.P><TXT>Finalment, għandha tiġi kkonstatata repetizzjoni tal-aġir li jikkostitwixxi ksur ta’ dan l-Istat Membru fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat. Fil-fatt, ir-Repubblika Ellenika ġiet ikkundannata, minn naħa, fil-kuntest ta’ rikors skont l-Artikolu 108(2) TFUE għan-nuqqas ta’ implimentazzjoni ta’ deċiżjonijiet ta’ rkupru ta’ għajnuna, fil-kawżi li wasslu għas-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120301">1 ta’ Marzu 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Greċja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑354/10</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:109">EU:C:2012:109</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120628">28 ta’ Ġunju 2012</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Il‑Greċja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑485/10</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:395">EU:C:2012:395</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131017">17 ta’ Ottubru 2013</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Il‑Greċja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑263/12</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:673">EU:C:2013:673</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171109">9 ta’ Novembru 2017</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Il‑Greċja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑481/16</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:845">EU:C:2017:845</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180117">17 ta’ Jannar 2018</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Il‑Greċja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑363/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:12">EU:C:2018:12</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), kif ukoll, min-naħa l-oħra, fil-kuntest ta’ rikors ippreżentat skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 228(2) KE, fil-kawża li wasslet għas-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090707">7 ta’ Lulju 2009</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Il‑Greċja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑369/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:428">EU:C:2009:428</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li, f’dan il-każ, il-ksur tar-regoli tat-Trattat FUE dwar l-għajnuna mill-Istat huwa ta’ natura kunsiderevoli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tat-tul tal-ksur, dan għandu jiġi evalwat billi jittieħed inkunsiderazzjoni l-mument li fih il-Qorti tal-Ġustizzja tevalwa l-fatti u mhux dak li fih din tal-aħħar tkun adita mill-Kummissjoni (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200312">12 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs L‑Italja (Għajnuna illegali lis-settur tal-lukandi f’Sardegna)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑576/18</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:202">EU:C:2020:202</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0156">156</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106</NO.P><TXT>F’dawn il-kundizzjonijiet, peress li r-Repubblika Ellenika ma rnexxilhiex tistabbilixxi li ntemm in-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu tagħha li teżegwixxi kompletament is-sentenza li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, għandu jitqies li dan in-nuqqas baqa’ għaddej għal iktar minn erba’ snin mid-data tal-għoti tal-imsemmija sentenza, perijodu dan li jikkostitwixxi tul kunsiderevoli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, fir-rigward tal-kapaċità ta’ ħlas tal-Istat Membru inkwistjoni, minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-iżvilupp reċenti tal-PDG ta’ dan l-Istat Membru, kif jirriżulta fid-data tal-eżami tal-fatti mill-Qorti tal-Ġustizzja (sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121211">11 ta’ Diċembru 2012</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Spanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑610/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:781">EU:C:2012:781</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0131">131</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200312">12 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs L‑Italja (Għajnuna illegali lis-settur tal-lukandi f’Sardegna)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑576/18</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:202">EU:C:2020:202</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0158">158</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata; kif ukoll tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210225">25 ta’ Frar 2021</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Spanja (Direttiva dwar id-data personali – Qasam kriminali)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑658/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:138">EU:C:2021:138</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0083">83</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="17"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108</NO.P><TXT>Sabiex tiġi ggarantita n-natura proporzjonata u dissważiva tas-sanzjonijiet, il-Kummissjoni tipproponi li jittieħed inkunsiderazzjoni, minbarra l-PDG tal-Istat Membru kkonċernat, il-piż istituzzjonali tiegħu fl-Unjoni kif espress bin-numru ta’ voti li dan l-Istat Membru għandu fi ħdan il-Parlament Ewropew. Il-Kummissjoni tqis ukoll li għandu jintuża koeffiċjent ta’ aġġustament ta’ 4.5 sabiex tiġi ggarantita n-natura proporzjonata u dissważiva tas-sanzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar, kif jirriżulta mill-punt 95 ta’ din is-sentenza, li l-proposti tal-Kummissjoni dwar il-pagamenti ta’ penalità ma jistgħux jorbtu lill-Qorti tal-Ġustizzja u jikkostitwixxu biss bażi ta’ riferiment utli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-varjabbli matematiċi użati mill-Kummissjoni sabiex tikkalkola l-ammont ta’ pagamenti ta’ penalità huma regoli indikattivi, li jiddefinixxu l-linji ta’ kondotta li l-Kummissjoni jkollha l-intenzjoni ssegwi, u għalhekk jikkontribwixxu sabiex jiżguraw it-trasparenza, il-prevedibbiltà u ċ-ċertezza legali tal-azzjoni tagħha, kif ukoll in-natura proporzjonata tal-ammont tal-pagamenti ta’ penalità li hija jkollha l-intenzjoni tipproponi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20000704">4 ta’ Lulju 2000</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Il‑Greċja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑387/97</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:356">EU:C:2000:356</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0086">86</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0087">87</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, minn naħa, mill-ġurisprudenza sussegwenti għall‑<DATE ISO="20170401">1 ta’ April 2017</DATE>, id-data li minnha s-sistema antika ta’ voti ponderati li tiddetermina n-numru ta’ voti tal-Istati Membri fi ħdan il-Kunsill ma baqgħetx applikabbli, jirriżulta li l-Qorti tal-Ġustizzja tieħu inkunsiderazzjoni, għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-kapaċità ta’ ħlas tal-Istat Membru inkwistjoni, il-PDG ta’ dan l-Istat Membru bħala fattur predominanti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181114">14 ta’ Novembru 2018</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Il‑Greċja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑93/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:903">EU:C:2018:903</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0141">141</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0142">142</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0112"><NO.P>112</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, fir-rigward tat-teħid inkunsiderazzjoni tal-piż istituzzjonali fl-Unjoni tal-Istat Membru kkonċernat sabiex tiġi ggarantita n-natura proporzjonata u dissważiva tas-sanzjonijiet, għandu, l-ewwel, jitfakkar li mill-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja msemmija fil-punt 94 ta’ din is-sentenza jirriżulta li l-proporzjonalità tas-sanzjonijiet finanzjarji hija evalwata fid-dawl tan-nuqqas ikkonstatat kif ukoll tal-kapaċità ta’ ħlas tal-Istat Membru kkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0113"><NO.P>113</NO.P><TXT>It-tieni, għandu jiġi kkunsidrat, bħalma għamel l-Avukat Ġenerali fil-punt 35 tal-konklużjonijiet tiegħu, li l-għan li jikkonsisti fl-iffissar tas-sanzjonijiet li jkunu dissważivi biżżejjed ma jeżiġix neċessarjament it-teħid inkunsiderazzjoni tal-piż istituzzjonali fl-Unjoni tal-Istat Membru kkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0114"><NO.P>114</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif irrileva essenzjalment l-Avukat Ġenerali fil-punt 29 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-piż istituzzjonali fl-Unjoni tal-Istat Membru kkonċernat huwa indipendenti mill-karatteristiċi tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0115"><NO.P>115</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-teħid inkunsiderazzjoni tal-piż istituzzjonali tal-Istat Membru kkonċernat ma jidhirx li huwa indispensabbli sabiex tiġi żgurata dissważjoni suffiċjenti u sabiex dan l-Istat Membru jbiddel l-aġir attwali jew futur tiegħu marbut mal-għoti ta’ għajnuna mill-Istat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0116"><NO.P>116</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, bla ħsara għall-possibbiltà għall-Kummissjoni li tipproponi sanzjonijiet finanzjarji bbażati fuq diversi kriterji, sabiex tippermetti, b’mod partikolari, li tinżamm differenza raġonevoli bejn id-diversi Stati Membri, hemm lok li wieħed jibbaża ruħu fuq il-PDG tar-Repubblika Ellenika bħala fattur predominanti, għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-kapaċità ta’ ħlas tagħha, mingħajr ma jittieħed inkunsiderazzjoni l-piż istituzzjonali tar-Repubblika Ellenika kif espress bin-numru ta’ voti li dan l-Istat Membru għandu fi ħdan il-Parlament Ewropew għall-finijiet tal-iffissar ta’ sanzjonijiet suffiċjentement dissważivi u proporzjonati.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="18"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0117"><NO.P>117</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-rigward tal-proposta tal-Kummissjoni li jintuża koeffiċjent ta’ aġġustament ta’ 4.5, din l-istituzzjoni ma stabbilixxietx il-kriterji oġġettivi li abbażi tagħhom hija ffissat il-valur ta’ dan il-koeffiċjent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0118"><NO.P>118</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-frekwenza tal-pagamenti ta’ penalità, il-Kummissjoni tqis li din għandha tkun ta’ kuljum.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0119"><NO.P>119</NO.P><TXT>Madankollu, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni n-natura speċifika tal-operazzjonijiet ta’ rkupru tal-għajnuna inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0120"><NO.P>120</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li l-awtoritajiet Elleniċi ħadu ċerti miżuri li jistgħu jservu ta’ bażi għall-eżekuzzjoni tas-sentenza li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu. Madankollu, il-konsegwenzi ta’ dawn il-miżuri ma jistgħux jinħassu immedjatament. Għaldaqstant, jidher li l-eżekuzzjoni sħiħa tad-Deċiżjoni 2014/539 u, għaldaqstant, tas-sentenza li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu ma tistax tinkiseb fi żmien qasir.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0121"><NO.P>121</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-eventwali konstatazzjoni tat-tmiem tal-ksur ma tistax isseħħ ħlief fi tmiem perijodu raġonevoli li jippermetti evalwazzjoni globali tar-riżultati miksuba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0122"><NO.P>122</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandhom jiġu stabbiliti pagamenti ta’ penalità ta’ kull sitt xhur sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tevalwa l-istat ta’ progress tal-miżuri ta’ eżekuzzjoni tas-sentenza li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, fid-dawl tas-sitwazzjoni li tipprevali fi tmiem il-perijodu inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0123"><NO.P>123</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti u fid-dawl tas-setgħa diskrezzjonali mogħtija lill-Qorti tal-Ġustizzja fl-Artikolu 260(3) TFUE, ir-Repubblika Ellenika għandha tiġi kkundannata tħallas lill-Kummissjoni pagamenti ta’ penalità ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">4368000</FT> għal kull perijodu ta’ sitt xhur ta’ dewmien fl-implimentazzjoni tal-miżuri meħtieġa sabiex tikkonforma ruħha mas-sentenza li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, b’effett mid-data tal-għoti ta’ din is-sentenza u sad-data tal-eżekuzzjoni sħiħa tas-sentenza li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq is-somma f’daqqa</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0124"><NO.P>124</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja tiddetermina l-ammont tas-somma f’daqqa billi timmultiplika ammont ta’ kuljum bin-numru ta’ ġranet li matulu baqa’ għaddej il-ksur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0125"><NO.P>125</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tipproponi li, għall-kalkolu tas-somma f’daqqa, jiġu applikati l-istess koeffiċjent ta’ gravità u l-istess fattur <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>n<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> bħal dawk applikati fil-kuntest tal-pagamenti ta’ penalità. Għall-kuntrarju, hija tiffissa l-ammont bażiku bħala EUR <FT TYPE="NUMBER">1039</FT> għal kull jum. B’differenza mill-kalkolu tal-pagament ta’ penalità, ma jiġix applikat koeffiċjent ta’ tul peress li t-tul tal-ksur diġà jittieħed inkunsiderazzjoni bil-multiplikazzjoni tal-ammont ta’ kuljum bin-numru ta’ ġranet li matulhom baqa’ għaddej in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0126"><NO.P>126</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tipproponi għalhekk li l-ammont tas-somma f’daqqa jkun ugwali għall-ammont bażiku, ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">1039</FT>, immultiplikat bil-koeffiċjent ta’ gravità (7) u bil-fattur <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>n<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> (0.51), jiġifieri s-somma ta’ EUR 3 709.23, li mbagħad tiġi mmultiplikata bin-numru ta’ jiem li jkunu għaddew<?PAGE NO="19"?> bejn id-data tal-għoti tas-sentenza li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu u d-data tal-eżekuzzjoni mill-Istat Membru tal-obbligi tiegħu jew, fin-nuqqas ta’ dan, dik tal-għoti ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0127"><NO.P>127</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Ellenika toġġezzjona li s-somma f’daqqa proposta mill-Kummissjoni ma hijiex adattata għaċ-ċirkustanzi partikolari u ma hijiex konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0128"><NO.P>128</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li, fl-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali mogħtija lilha fil-qasam ikkunsidrat, il-Qorti tal-Ġustizzja hija awtorizzata timponi, b’mod kumulattiv, pagamenti ta’ penalità u somma f’daqqa (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200312">12 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs L‑Italja (Għajnuna illegali lis-settur tal-lukandi f’Sardegna)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑576/18</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:202">EU:C:2020:202</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0163">163</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0129"><NO.P>129</NO.P><TXT>Il-kundanna għall-ħlas ta’ somma f’daqqa u l-iffissar tal-eventwali ammont ta’ din is-somma għandhom, f’kull każ inkwistjoni, jibqgħu jiddependu mill-elementi rilevanti kollha li jirrigwardaw kemm il-karatteristiċi tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kkonstatat kif ukoll l-aġir stess tal-Istat Membru kkonċernat mill-proċedura mibdija skont l-Artikolu 260 TFUE. F’dan ir-rigward, dan jagħti lill-Qorti tal-Ġustizzja setgħa diskrezzjonali wiesgħa sabiex tiddeċiedi dwar l-impożizzjoni jew le ta’ tali sanzjoni u sabiex tiddetermina, jekk ikun meħtieġ, l-ammont tagħha (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200312">12 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs L‑Italja (Għajnuna illegali lis-settur tal-lukandi f’Sardegna)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑576/18</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:202">EU:C:2020:202</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0164">164</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0130"><NO.P>130</NO.P><TXT>Fil-kawża preżenti, l-elementi legali u fattwali kollha li wasslu għall-konstatazzjoni tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu jikkostitwixxu indikatur tal-fatt li l-prevenzjoni effettiva tar-repetizzjoni futura ta’ ksur simili tad-dritt tal-Unjoni hija tali li tirrikjedi l-adozzjoni ta’ miżura dissważiva bħalma hija l-impożizzjoni ta’ somma f’daqqa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0131"><NO.P>131</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, hija l-Qorti tal-Ġustizzja, fl-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali tagħha, li għandha tistabbilixxi l-ammont ta’ din is-somma f’daqqa b’tali mod li din tkun, minn naħa, adatta għaċ-ċirkustanzi u, min-naħa l-oħra, proporzjonata mal-ksur imwettaq (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181114">14 ta’ Novembru 2018</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Il‑Greċja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑93/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:903">EU:C:2018:903</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0156">156</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0132"><NO.P>132</NO.P><TXT>Fost il-fatturi rilevanti f’dan ir-rigward hemm elementi bħalma huma l-gravità tal-ksur ikkonstatat u l-perijodu li matulu baqa’ għaddej dan il-ksur wara l-għoti tas-sentenza li kkonstatat tali ksur (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181114">14 ta’ Novembru 2018</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Il‑Greċja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑93/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:903">EU:C:2018:903</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0157">157</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0133"><NO.P>133</NO.P><TXT>Il-fatti tal-każ ineżami li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni jirriżultaw b’mod partikolari mill-kunsiderazzjonijiet li saru fil-punti 97 sa 117 tas-sentenza preżenti, li jikkonċernaw il-gravità u t-tul tal-ksur, kif ukoll il-kapaċità ta’ ħlas tal-Istat Membru inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0134"><NO.P>134</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li tkun qiegħda ssir evalwazzjoni ġusta taċ-ċirkustanzi tal-każ ineżami jekk l-ammont tas-somma f’daqqa li r-Repubblika Ellenika għandha tħallas jiġi ffissat bħala EUR <FT TYPE="NUMBER">5500000</FT>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="20"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0135"><NO.P>135</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-Repubblika Ellenika għandha tiġi kkundannata tħallas lill-Kummissjoni somma f’daqqa ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">5500000</FT>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0136"><NO.P>136</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li r-Repubblika Ellenika tilfet, u peress li ġie kkonstatat li hija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha, hija għandha tiġi kkundannata tbati l-ispejjeż kif mitlub mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Billi ma ħaditx il-miżuri kollha meħtieġa għall-eżekuzzjoni tas-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171109">9 ta’ Novembru 2017</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Il‑Greċja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑481/16</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:845">EU:C:2017:845</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 260(1) TFUE.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea pagamenti ta’ penalità fl-ammont ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">4368000</FT> għal kull perijodu ta’ sitt xhur mid-data tal-għoti ta’ din is-sentenza sad-data tal-eżekuzzjoni kompleta tas-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171109">9 ta’ Novembru 2017</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Il‑Greċja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑481/16</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:845">EU:C:2017:845</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea somma f’daqqa ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">5500000</FT>.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>