2011D0101 — MT — 28.10.2015 — 006.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/101/PESK tal-15 ta’ Frar 2011 dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe (ĠU L 042 16.2.2011, p. 6) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
L 47 |
50 |
18.2.2012 |
||
|
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2012/124/PESK tas-27 ta’ Frar 2012 |
L 54 |
20 |
28.2.2012 |
|
|
L 46 |
37 |
19.2.2013 |
||
|
L 90 |
95 |
28.3.2013 |
||
|
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2013/469/PESK tat-23 ta’ Settembru 2013 |
L 252 |
31 |
24.9.2013 |
|
|
L 50 |
20 |
20.2.2014 |
||
|
L 47 |
20 |
20.2.2015 |
||
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/1924 tas-26 ta' Ottubru 2015 |
L 281 |
10 |
27.10.2015 |
|
Ikkoreġut b'
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/101/PESK
tal-15 ta’ Frar 2011
dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:|
(1) |
Fid-19 ta' Frar 2004, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK li ġġedded miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe ( 1 ). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/92/PESK ( 2 ), adottata fil-15 ta' Frar 2010, estendiet il-miżuri restrittivi previsti fil-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK sal-20 ta' Frar 2011. |
|
(3) |
Abbażi ta' rieżami tal-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK, il-miżuri restrittivi għandhom jiġġeddu sal-20 ta' Frar 2012. |
|
(4) |
Madankollu, m'għadx hemm raġunijiet biex ċerti persuni jinżammu fil-lista ta' persuni u entitajiet li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fil-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK. |
|
(5) |
Il-miżuri implimentattivi tal-Unjoni huma mniżżlin fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 tad-19 ta' Frar 2004 dwar ċertu miżuri restrittrivi fir-rigward taż-Żimbabwe ( 3 ), |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, it-terminu “assistenza teknika” għandu jfisser kull appoġġ tekniku relatat ma' tiswija, żvilupp, fabbrikazzjoni, muntaġġ, ittestjar, manutenzjoni jew kull servizz tekniku ieħor, u jista' jieħu forom bħal istruzzjoni, pariri, taħriġ, trasmissjoni tat-tagħrif fuq ix-xogħol jew prattika jew servizzi ta' konsulenza; l-assistenza teknika tinkludi forom verbali ta' assistenza.
Artikolu 2
1. Il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' armi u ta' materjal relatat ta' kull tip, inklużi armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari u partijiet ta' rikambju għal dawk imsemmijin hawn fuq, kif ukoll tagħmir li jista' jintuża għal ripressjoni interna, liż-Żimbabwe:
(a) minn ċittadini tal-Istati Membri,
(b) mit-territorji tal-Istati Membri, jew
(c) bl-użu ta' bastimenti jew inġenji tal-ajru bil-bandiera tal-Istati Membri
għandu jkun ipprojbit kemm jekk joriġinaw fit-territorji ta' l-Istati Membri u kemm jekk le.
2. Għandu jkun ipprojbit:
(a) l-għoti, il-bejgħ, il-forniment jew it-trasferiment ta' assistenza teknika, l-għoti ta' servizzi ta' senserija u servizzi oħra li huma relatati ma' attivitajiet militari u mal-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta' armi u materjali relatati ta' kull tip, inklużi armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari u partijiet ta' rikambju għal dawk imsemmijin hawn fuq, kif ukoll tagħmir li jista' jintuża għal repressjoni interna, direttament jew indirettament lill-kwalunkwe persuna, entità jew korp fiż-Żimbabwe jew destinati li jiġu utilizzati hemmhekk;
(b) l-għoti ta' finanzjament jew assistenza finanzjarja relatata ma' attivitajiet militari, inklużi, b'mod partikolari, għotjiet, self u assigurazzjoni tal-kreditu fuq l-esportazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta' armi u materjali relatati, kif ukoll tagħmir li jista' jintuża għal repressjoni interna, direttament jew indirettament lil kuwalunkwe persuna, entità jew korp fiż-Żimbabwe jew destinati li jiġu utilizzati hemmhekk.
Artikolu 3
1. L-Artikolu 2 m'għandux japplika:
(a) għall-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' tagħmir militari li mhux letali jew ta' tagħmir li jista' jintuża għal repressjoni interna, maħsub biss għal użu umanitarju jew protettiv, jew għal programmi ta' bini istituzzjonali tan-NU u l-UE, jew ta' materjal maħsub għall- operazzjonijiet ta' maniġġar ta' kriżi tal-UE u tan-NU;
(b) għall-għoti ta' finanzjament u assistenza finanzjarja relatata ma' tali tagħmir;
(c) l-għoti ta' assistenza teknika relatata ma' tali tagħmir,
bil-kondizzjoni li kull esportazzjoni tiegħu tkun ġiet approvata minn qabel mill-awtorità kompetenti rilevanti.
2. L-Artikolu 2 m'għandux japplika għal ilbies protettiv, inklużi ġkieket rinfurzati u elmi militari, esportati temporanjament lejn iż-Żimbabwe mill-persunal tan-NU, il-persunal tal-UE jew l-Istati Membri tagħha, rappreżentanti tal-medja u l-ħaddiema umanitarji u dawk għall-iżvilupp u persunal assoċjat għall-użu personali tagħhom biss.
Artikolu 4
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jimpedixxu d-dħul jew it-transitu fit-territorju tagħhom tal-membri tal-Gvern taż-Żimbabwe u tal-persuni fiżiċi assoċjati magħhom, kif ukoll ta' persuni fiżiċi oħrajn li l-attivitajiet tagħhom jimminaw id-demokrazija, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt fiż-Żimbabwe. L-individwi msemmijin f'dan il-paragrafu huma elenkati ►M1 f'Anness 1 ◄ .
2. Il-paragrafu 1 m'għandux jobbliga Stat Membru li jirrifjuta d-dħul fit-territorju tiegħu liċ-ċittadini tiegħu stess.
3. Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-każijiet fejn Stat Membru ikun marbut b'xi obbligu taħt id-dritt internazzjonali, jiġifieri:
(a) bħala pajjiż li jospita organizzazzjoni intergovernattiva internazzjonali;
(b) bħala pajjiż li jospita konferenza internazzjonali mlaqqgħa min-Nazzjonijiet Uniti jew taħt il-patroċinju tagħha;
(c) taħt xi ftehim multilaterali li jikkonferixxi privileġġi u immunitajiet; jew
(d) skont it-Trattat ta' Konċiljazzjoni (il-Patt tal-Lateran) konkluż fl-1929 mis-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan) u l-Italja.
Il-Kunsill għandu jkun debitament informat f'kull wieħed minn dawn il-każijiet.
4. Il-paragrafu 3 għandu japplika wkoll fil-każijiet fejn Stat Membru jkun pajjiż li jospita l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE).
5. L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-miżuri imposti fil-paragrafu 1 meta l-ivvjaġġar ikun iġġustifikat għal raġunijiet ta’ ħtieġa umanitarja urġenti, jew f’każijiet eċċezzjonali għal raġunijiet ta’ attendenza f’laqgħat intergovernattivi u dawk promossi jew ospitanti mill-Unjoni Ewropea, fejn isir djalogu politiku li jippromwovi b’mod dirett l-objettivi ta’ politika tal-miżuri restrittivi, inkluż id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt fiż-Żimbabwe.
6. Kull Stat Membru li jixtieq jagħti l-eżenzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 5 għandu jgħarraf lill-Kunsill bil-miktub. Id-deroga għandha titqies li ngħatat ħlief jekk membru wieħed jew aktar tal-Kunsill joġġezzjonaw bil-miktub fi żmien 48 siegħa mir-riċevuta tan-notifika dwar id-deroga proposta. Jekk membru wieħed jew aktar tal-Kunsill joġġezzjonaw, l-eżenzjoni m'għandhiex tingħata, ħlief meta Stat Membru jixtieq jagħtiha għal raġunijiet umanitarji urġenti u imperattivi. F'dan il-każ tal-aħħar, il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jiddeċiedi li jagħti l-eżenzjoni proposta.
7. F'każijiet fejn, skont il-paragrafi 3 sa 6, Stat Membru jawtorizza d-dħul jew it-transitu fit-territorju tiegħu ta' persuni elenkati ►M1 f'Anness 1 ◄ , l-awtorizzazzjoni għandha tkun strettament limitata għall-fini li għalih hija ġiet mogħtija u għall-persuni kkonċernati direttament minnha.
Artikolu 5
1. Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil membri individwali tal-Gvern taż-Żimbabwe jew lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom kollha, jew li jappartjenu lil persuna fiżika jew ġuridika oħra li l-attivitajiet tagħha ddgħajjef serjament id-demokrazija, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt fiż-Żimbabwe, għandhom jiġu ffriżati. Il-persuni u l-entitajiet imsemmijin f'dan il-paragrafu huma elenkati ►M1 f'Anness 1 ◄ .
2. L-ebda fondi jew riżorsi ekonomiċi m'għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni direttament jew indirettament lil jew għall-benefiċċju tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, tal-entitajiet jew tal-korpi elenkati ►M1 f'Anness 1 ◄ .
3. Eżenzjonijiet jistgħu jingħataw għall-fondi jew riżorsi ekonomiċi li huma:
(a) neċessarji għal spejjeż bażiċi, inklużi pagamenti għal prodotti tal-ikel, kera jew ipoteki, mediċini u trattament mediku, taxxi, premiums tal-assigurazzjoni u servizzi pubbliċi;
(b) maħsuba esklussivament għall-ħlas ta' drittijiet professjonali raġonevoli u għar-rimborż ta' spejjeż li tħallsu b'rabta mal-għoti ta' servizzi legali;
(c) maħsuba esklussivament għall-ħlas ta' drittijiet jew spejjeż li għandhom x'jaqsmu mal-ġestjoni normali jew mal-kustodja tal-fondi jew tar-riżorsi ekonomiċi ffriżati; jew
(d) neċessarji għal spejjeż straordinarji.
4. Il-paragrafu 2 m'għandux japplika għaż-żieda mal-kontijiet iffriżati ta':
(a) imgħax jew dħul ieħor fuq dawk il-kontijiet; jew
(b) ħlasijiet dovuti taħt kuntratti, ftehimiet jew obbligi li kienu ġew konklużi jew li saru qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet saru soġġetti għal miżuri restrittivi,
bil-kondizzjoni li tali imgħax, dħul u pagamenti oħrajn jibqgħu soġġetti għall-paragrafu 1.
Artikolu 6
1. Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi fuq proposta minn Stat Membru jew mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, għandu jadotta modifiki għal-lista li tinsab ►M1 f'Anness I ◄ kif meħtieġ mill-iżviluppi politiċi fiż-Żimbabwe.
2. Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu, inklużi r-raġunijiet għall-elenkar tagħha fil-lista, lill-persuna jew l-entità kkonċernata, direttament, jekk l-indirizz tagħha jkun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' notifika, li tipprovdi lil dik il-persuna jew entità possibbiltà li tippreżenta osservazzjonijiet.
3. Fejn jiġu sottomessi osservazzjonijiet, jew fejn tiġi ppreżentata evidenza ġdida sostanzjali, il-Kunsill għandu jirrieżamina d-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna jew l-entità kkonċernata kif meħtieġ.
Artikolu 7
1. ►M1 L-Anness I ◄ għandu jinkludi r-raġunijiet għall-elenkar tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi u l-entitajiet fil-listi.
2. ►M1 L-Anness I ◄ għandu jinkludi wkoll, fejn disponibbli, l-informazzjoni meħtieġa biex jiġu identifikati l-persuni fiċiżi u ġuridiċi jew l-entitajiet ikkonċernati. Fir-rigward tal-persuni fiżiċi, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, inkluż il-psewdonimi, id-data u l-post tat-twelid, in-nazzjonalità, in-numri tal-passaport u tal-karta tal-identità, is-sess, l-indirizz, u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward tal-persuni ġuridiċi jew l-entitajiet, din l-informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-indirizz professjonali.
Artikolu 8
Sabiex tkabbar kemm jista' jkun l-impatt tal-miżuri msemmijin hawn fuq, l-Unjoni għandha tinkoraġġixxi Stati terzi biex jadottaw miżuri restrittivi simili għal dawk li jinsabu f'din id-Deċiżjoni.
Artikolu 9
Il-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK hija b'dan imħassra.
Artikolu 10
1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
2. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-20 ta' Frar 2016.
3. Il-miżuri msemmija fl-Artikoli 4(1), 5(1) u 5(2), safejn japplikaw għal persuni u entitajiet elenkati fl-Anness II, għandhom jiġu sospiżi sal-20 ta' Frar 2016.
Is-sospensjoni għandha tiġi riveduta kull tliet xhur.
4. Din id-Deċiżjoni għandha tinżamm taħt reviżjoni kostanti u għandha tiġi estiża, jew tiġi emendata kif adatt, jekk il-Kunsill iqis li l-għanijiet tagħha ma ntlaħqux.
ANNESS I
LISTA TA’ PERSUNI U ENTITAJIET IMSEMMIJIN FL-ARTIKOLI 4 U 5
I. Persuni
|
|
Isem (u psewdonomi) |
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni |
Raġunijiet għall-indikazzjoni |
|
1. |
Mugabe, Robert Gabriel |
President, imwieled fil-21.2.1924; Passaport AD001095. |
Kap tal-Gvern u responsabbli għal attivitajiet li jimminaw serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt. |
|
2. |
Abu Basutu, Titus Mehliswa Johna |
Ġeneral tal-Korpi tal-Ajru, Matebeleland South. Imwieled 2.6.1956 |
Uffiċjal militari anzjan, involut direttament fil-kampanja ta’ terrur imwettqa qabel u matul l-elezzjonijiet fiż-żona ta’ Gwanda. Deputat għall-Marixall tal-Ajru Perence Shiri (100 fuq il-lista). |
|
3. |
Bonyongwe, Happyton Mabhuya |
Direttur Ġenerali tal-Organizzazzjoni Ċentrali tas-Servizzi Sigrieti, imwieled fis-6.11.1960; Passaport: AD002214; ID: 63-374707A13 |
Membru anzjan tas-sigurtà assoċjat mill-qrib mal-fazzjoni tal-gvern taż-ZANU-PF (Zimbabwe African National Union – Patriotic Front) u kompliċi fil-formazzjoni jew it-tmexxija tal-politika ripressiva tal-istat. Akkużat bil-ħtif, it-tortura u l-qtil ta’ attivisti tal-MDC f’Ġunju 2008. |
|
4. |
Buka (magħrufa wkoll bħala Bhuka), Flora |
Uffiċċju tal-President (ex-Ministru tal-Istat għall-Affarijiet Speċjali responsabbli għall-Programmi tal-Artijiet u r-Riokkupazzjoni, ex-Ministru tal-Istat fl-uffiċċju tal-Viċi President u ex-Ministru tal-Istat għar-Riforma tal-Artijiet fl-Uffiċċju tal-President), imwielda fil-25.2.1968. |
Ministru tal-Istat fl-Uffiċċju tal-Viċi President Nkomo Responsabbli għall-organizzazzjoni ta’ vjolenza fiż-żona ta’ Gokwe u l-immirar tal-mexxejja tal-MDC fl-2008. |
|
5. |
Bvudzijena, Wayne |
Assistent Kummissarju tal-Pulizija, Kelliem għall-Pulizija; Imwieled 24.4.1958. ID: 29-008792V71 |
Membru anzjan tal-forza tal-pulizija. Kelliem għall-pulizija. Fl-2008 akkuża lill-MDC li ta kenn lil dawk responsabbli għall-vjolenza elettorali fil-kwartieri ġenerali provinċjali u nazzjonali tal-MDC. |
|
▼M3 ————— |
|||
|
7. |
Charamba, George |
Segretarju Permanenti, Dipartiment tal-Informazzjoni u l-Pubbliċità, imwieled fl-4.4.1963; Passaport AD002226; Passaport AD001255 ID: 07-003617B07 |
Impjegat anzjan tas-servizz ċivili assoċjat mill-qrib mal-fazzjoni tal-gvern taż-ZANU-PF. |
|
8. |
Chidarikire, Faber Edmund |
Gvernatur Provinċjali għal Mashonaland West, ex-Sindku ta’ Chinhoyi, imwieled fis-6.6.1946; ID: 70-056539L70 |
Ex-sindku taż-ZANU-PF f’Chinoyi u gvernatur provinċjali assoċjat mal-fazzjoni tal-Gvern taż-ZANU-PF. |
|
▼M3 ————— |
|||
|
10. |
Chigwedere, Aeneas Soko |
Gvernatur Provinċjali: Mashonaland East, ex-Ministru, imwieled fil-25.11.1939. ID 25-15430J80 |
Gvernatur Provinċjali assoċjat mal-fazzjoni tal-gvern taż-ZANU-PF. |
|
11. |
Chihota, Phineas |
Viċi Ministru tal-Industrija u l-Kummerċ Internazzjonali. Imwieled 23.11.1950. |
Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF. Hedded partitarji tal-MDC bil-mewt u huwa assoċjat mas-sekwestru u t-tortura ta’ nies f’Ġunju 2008. |
|
12. |
Chihuri, Augustine |
Kummissarju tal-Pulizija, imwieled fl-10.3.1953. Passaport AD000206. ID 68-034196M68 |
Uffiċjal anzjan tal-pulizija u membru tal-Kmand Operattiv Konġunt, assoċjat mill-qrib mal-politiki ripressivi taż-ZANU-PF. Stqarr pubblikament li jappoġġa liż-ZANU-PF f’kontravenzjoni tal-Att tal-Pulizija. F’Ġunju 2009 ordna lill-pulizija biex iwaqqgħu l-każijiet kollha relatati mal-qtil li twettaq fiż-żmien ta’ qabel l-elezzjoni Presidenzjali ta’ Ġunju 2008. |
|
13. |
Chinamasa, Patrick Anthony |
Ministru tal-Ġustizzja u tal-Affarijiet Legali u Parlamentari, imwieled fil-25.1.1947. ID 63-005591M42. |
Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF. |
|
▼M7 ————— |
|||
|
15. |
Chinotimba, Joseph |
Viċi President taż-Zimbabwe National Liberation War Veterans Association, mexxej tal-milizja taż-ZANU-PF. Imwieled 6.6.1957. ID 63-312672W11. |
Matul l-elezzjonijiet tal-2008 Chinotimba mexxa grupp li qered id-dar ta’ Admore Chibutu. Flimkien ma’ membri tal-armata u partitarji taż-ZANU-PF huwa attakka d-dar ta’ Tongeyi Jeremiah f’Mejju 2008. |
|
▼M3 ————— |
|||
|
17. |
Chipwere Augustine |
Brigadier Ġenerali, ex-Kurunell, Bindura South |
Involut direttament fil-kampanja ta’ terrur ta’ qabel u matul l-elezzjonijiet tal-2008. Responsabbli għal taqlib politiku f’Bindura. Uffiċjal militari anzjan, promoss mill-President fl-2011. |
|
18. |
Chiwenga, Constantine |
Kmandant tal-Forzi ta’ Difiża taż-Żimbabwe, Ġeneral (ex-Kmandant tal-Armata, Logutenent Ġeneral), imwieled fil-25.8.1956. Passaport AD000263. ID 63-327568M80 |
Membru tal-Kmand Operattiv Konġunt u kompliċi fil-formazzjoni jew id-direzzjoni tal-politika ripressiva tal-istat. Uża l-armata għall-akkwisti ta’ azjenda agrikola. Matul l-elezzjonijiet tal-2008 kien arkitett prim tal-vjolenza assoċjata mal-proċess taż-żmien ta’ qabel l-elezzjoni Presidenzjali. |
|
19. |
Chombo, Ignatius Morgan Chiminya |
Ministru tal-Gvernijiet Lokali, l-Izvilupp Urban u Rurali, imwieled fl-1.8.1952. Passaport AD000500. ID 70-086938D70. |
Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF u responsabbli għal ħidma li mminat lill-MDC fil-gvern lokali bir-restrizzjoni ta’ finanzjament u b’molestja. |
|
20. |
Dinha, Martin |
Gvernatur Provinċjali għal Mashonaland Central. |
Gvernatur provinċjali assoċjat mal-fazzjoni taż-ZANU-PF tal-gvern. Involut fit-tfixkil ta’ azjenda agrikola fil-konċessjoni tal-villaġġ ta’ Rockwood fl-2009. |
|
21. |
Goche, Nicholas Tasunungurwa |
Ministru tat-Trasport, il-Komunikazzjoni u l-Iżvilupp Infrastrutturali (ex-Ministru tal-Istat għas-Sigurtà Nazzjonali fl-Uffiċċju tal-President), imwieled fl-1.8.1946. ID 63-355978S68 |
Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF. F’Ġunju 2008 uża l-forza fuq l-NGOs kollha biex iwaqqfu x-xogħol tagħhom fuq il-post u d-distribuzzjoni tal-ikel. Responsabbli għall-bażi tal-milizja f’Shamva u implikat fi vjolenza f’dik iż-żona. |
|
22. |
Gono, Gideon |
Gvernatur tar-Reserve Bank (bank ċentrali) taż-Żimbabwe, imwieled fid-29.11.1959. Passaport AD000854. ID 58-001824K07 |
Rabtiet mal-fazzjoni tal-gvern taż-ZANU-PF u kompliċi fil-formazzjoni jew id-direzzjoni tal-politika ripressiva tal-istat. Idderieġa fondi illegalment għaż-ZANU-PF fl-2008. |
|
23. |
Gurira, Cephas T. |
Brigadier; ex-Kurunell, Forzi tad-Difiża taż-Żimbabwe.Imwieled 1.5.1963. ID 29-061056D29 |
Involut direttament fil-kampanja ta’ terrur li twettqet qabel u matul l-elezzjonijiet tal-2008. Responsabbli għall-inċitament ta’ vjolenza f’Mhondoro. |
|
24. |
Gwekwerere, Stephen (magħrufa wkoll bħala Steven) |
Kurunell, Chinhoyi. |
Involut direttament fil-kampanja ta’ terrur li twettqet qabel u matul l-elezzjonijiet. Parti mill-grupp li attakka persuni f’Chinoyi fl-2008. |
|
25. |
Kachepa, Newton |
Membru Parlamentari għal Mudzi North. Imwieled 10.2.1970. ID 32-088209M48 |
Membru Parlamentari, involut fil-qtil ta’ Peter Tom Butao fl-14 ta’ April 2008 u ta’ Kingswell Mateta f’Lulju 2008. Huwa mexxa t-tortura ta’ ħafna partitarji tal-MDC fil-kostitwenza tiegħu. |
|
▼M7 ————— |
|||
|
27. |
Kasukuwere, Saviour |
Viċi Ministru tal-Iżvilupp taż-Żgħażagħ u l-Indiġenizzazzjoni u l-Emanċipazzjoni u Deputat Segretarju għall-Affarijiet taż-Żgħażagħ tal-Politburo taż-ZANU-PF, imwieled fit-23.10.1970. ID 45-046113Q45. |
Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF. Organizza lil dawk involuti f’rewwixti vjolenti f’Harare fi Frar 2011. |
|
28. |
Kazangarare, Jawet |
Kunsillier taż-ZANU-PF f’Hurungwe North u veteran tal-gwerra. Imwieled 12.4.1957. ID 38-102814B58. |
Involut direttament fil-kampanja ta’ terrur orkestrata mill-gvern li twettqet qabel u matul l-elezzjonijiet fl-2008. Responsabbli għat-tmexxija tal-persekuzzjoni vjolenti ta’ partitarji tal-MDC f’Hurungwe, li tinkludi stupru, qtil u qerda ta’ djar u involut b’mod partikolari fil-qtil ta’ Tapiwa Mubwanda, aġent elettorali tal-MDC f’Hurungwe North f’Mejju 2008. |
|
29. |
Khumalo, Sibangumuzi |
Brigadier Ġeneral, Matebeland North. Imwieled 16.8.1954. ID 08-448357W73. |
Involut direttament fil-kampanja ta’ terrur li twettqet qabel u matul l-elezzjonijiet. Fi Frar 2011, huwa ġie allegat li kien parti mill-istrateġija għat-twettiq ta’ vjolenza u terrur billi bagħat uffiċjali anzjani għall-koordinazzjoni ta’ kampanja mmirata biex iżżomm lil Mugabe fil-poter. |
|
30. |
Kunonga, Nolbert (magħruf ukoll bħala Nobert) |
Isqof Anglikan awto-proklamat. |
Sostenitur voċiferuż tar-reġim. Dawk li segwewh kienu appoġġati mill-pulizija fit-twettiq ta’ atti ta’ vjolenza kontra s-sostenituri tal-knisja fl-2011. |
|
31. |
Kwainona, Martin |
Assistent Kummissarju, imwieled fid-19.1.1953; Passaport AD001073. ID 63-293627V45 |
Uffiċjal anzjan tal-pulizija, ta ordnijiet lill-awtoritajiet lokali biex jinstigaw vjolenza fil-Villaġġ ta’ Kanyuchi, f’Mount Darwin f’April 2008. |
|
▼M3 ————— |
|||
|
33. |
Langa, Andrew |
Viċi Ministru tas-Servizz Pubbliku (ex-Viċi Ministru tat-Trasport u l-Komunikazzjoni). Imwieled 13.1.1965. ID 21-017934E21. |
Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF. Fl-2005 fetaħ in-nar fuq 11-il membru tal-Assemblea taż-Żgħażagħ tal-MDC. Intimida votanti f’jum l-elezzjoni tal-2008. |
|
34. |
Mabunda, Musarashana |
Assistent Kummissarju tal-Pulizija. Imwieled 11.11.1958. ID 22-026198T13 |
Membru tal-forzi tas-sigurtà u b’responsabbiltà ġenerali għal vjolazzjonijiet serji tal-libertà għal assemblea paċifika. Mexxa s-swat, it-tortura u r-ripressjoni tal-11 ta’ Marzu 2007. F’Ġunju 2008 hedded li joqtol lil Lovemore Madhuku. |
|
35. |
Machaya, Jason (magħruf ukoll bħala Jaison) Max Kokerai |
Gvernatur Provinċjali: Midlands. Ex-Viċi Ministru tal-Minjieri u l-Iżvilupp tal-Minjieri, imwieled fit-13.6.1952. ID 26-003018Z26. |
Gvernatur Provinċjali: Midlands. Assoċjat mal-fazzjoni tal-gvern taż-ZANU-PF. Għamel użu minn influwenza biex jimblokka l-investigazzjoni ta’ qtil b’motivi politiċi li allegatament twettaq minn ibnu. |
|
36. |
Made, Joseph Mtakwese |
Ministru tal-Inġinerija u l-Mekkanizzazzjoni Agrikola (ex-Ministru tal-Agrikoltura u l-Izvilupp Rurali), imwieled fil-21.11.1954. Passaport AN000144. ID 29-128547N42 |
Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF. |
|
37. |
Madzongwe, Edna (magħrufa wkoll bħala Edina) |
President tas-Senat taż-ZANU-PF, imwielda fil-11.7.1943. ID 63-748119H32 |
Membru tal-politburo taż-ZANU-PF. Għamel użu minn influwenza biex jimmotiva prosekuzzjonijiet politiċi fi Frar 2008. Involut fi vjolenza f’Chegutu inkluż fl-akkwist ta’ Stockade Citrus Estate fl-2008, billi ta ordnijiet diretti lil dawk li mexxew ir-ripressjoni. |
|
▼M3 ————— |
|||
|
39. |
Maluleke, Titus |
Gvernatur Provinċjali: Masvingo (ex-Viċi Ministru tal-Edukazzjoni, l-Isport u l-Kultura). |
Gvernatur Provinċjali assoċjat mal-membri tal-gvern taż-ZANU-PF. Appoġġa pubblikament l-invażjonijiet tal-art f’Masvingo fl-2009. |
|
40. |
Mangwana, Paul Munyaradzi |
President tal-Kumitat ta’ Għażla Kostituzzjonali (COPAC) u ex-Ministru tal-Istat għall-Indiġenizzazzjoni u l-Emanċipazzjoni, imwieled fl-10.8.1961. Passaport AD000459. ID 22-017031E12 |
Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF. Sponsorja u mexxa attivitajiet tal-klikek ta’ terrur taż-ZANU-PF fiċ-Ċentru ta’ Chivi f’Mejju/Ġunju 2008. |
|
41. |
Marumahoko, Reuben |
Viċi Ministru tal-Integrazzjoni Reġjonali u l-Kooperazzjoni Internazzjonali u ex-Viċi Ministru tal-Affarijiet Barranin (ex-Viċi Ministru tal-Affarijiet Interni), imwieled fl-4.4.1948. ID 63-311317Y71 |
Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF. Kmandant tal-milizja taż-ZANU-PF f’Hurungwe. Ma’ grupp ta’ partitarji taż-ZANU-PF u veterani tal-gwerra, huwa attakka lil partitarji tal-MDC u qered diversi djar fid-distrett ta’ Hurungwe bejn April u Lulju 2008. |
|
▼M3 ————— |
|||
|
43. |
Masuku, Angeline |
Gvernatur Provinċjali: Matabeleland South u Segretarju għall-Persuni b’Diżabbiltà u l-Iżvantaġġati tal-Politburo taż-ZANU-PF, imwielda fl-14.10.1936. ID 08-266228E19 |
Gvernatur Provinċjali assoċjat mal-fazzjoni tal-gvern taż-ZANU-PF. |
|
44. |
Mathema, Cain Ginyilitshe Ndabazekhaya |
Gvernatur Provinċjali, Bulawayo. Imwieled 28.1.1948. ID 63-682168J73 |
Gvernatur Provinċjali assoċjat mal-fazzjoni tal-gvern taż-ZANU-PF. |
|
45. |
Mathuthu, Thokozile (magħruf ukoll bħala Sithokozile) |
Gvernatur Provinċjali: Matabeleland North u Deputat Segretarju għat-Trasport u l-Ħarsien Soċjali tal-Politburo taż-ZANU-PF. |
Gvernatur Provinċjali assoċjat mal-fazzjoni tal-gvern taż-ZANU-PF. F’Ġunju 2008 għamel użu mill-pożizzjoni tiegħu biex jinstiga mibegħda kontra partitarji tal-MDC. |
|
46. |
Matibiri, Innocent Tonderai |
Viċi Kummissarju tal-Pulizija. Imwieled 9.10.1968. ID 63-729730V70. |
Membru anzjan tal-forzi tas-sigurtà, konness mal-qtil ta’ ħaddiem ta’ azjenda agrikola. |
|
47. |
Matiza, Joel Biggie |
Ex-Viċi Ministru tal-Akkomodazzjoni Rurali u l-Faċilitajiet Soċjali, imwieled fis-17.8.1960. Passaport ZA557399. |
Ex-Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF. Organizza bażijiet fil-Punent u t-Tramuntana ta’ Murehwa, minn fejn partitarji taż-ZANU-PF issorveljati minnu, qatlu lil Edward Pfuka fis-17 ta’ Ġunju 2008 u lil Moses Nyada fid-19 ta’ Ġunju 2008. |
|
48. |
Matonga, Brighton (magħruf ukoll bħala Bright) |
Ex-Viċi Ministru tal-Informazzjoni u l-Pubbliċità, imwieled fl-1969. |
Ex-Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF. Kelliem għall-partit. Mexxa grupp ta’ partitarji taż-ZANU-PF li qatlu lill-mara ta’ Dadidrayi Chipiro. |
|
49. |
Mhandu, Cairo (magħruf ukoll bħala Kairo) |
Maġġur fil-ZNA. Imwieled 23.11.1960. ID 63-371574V15 |
Involut direttament fil-kampanja ta’ terrur li twettqet qabel u wara l-elezzjonijiet fl-2008. Mexxa grupp ta’ partitarji u veterani tal-gwerra li qatlu lil Gibbs Tawenga u lil Hama Ngowani fit-30 ta’ Ġunju 2008. |
|
50. |
Mhonda, Fidellis |
Kurunell, Rushinga. Imwieled 2.1.1958. ID 75-139696G81 |
Involut direttament fil-kampanja ta’ terrur li twettqet qabel u matul l-elezzjonijiet tal-2008. Mexxa vjolenza politika f’Rushinga. |
|
▼M8 ————— |
|||
|
52. |
Mnangagwa, Emmerson Dambudzo |
Ministru tad-Difiża, imwieled fil-15.9.1946. Passaport AD00060. ID 63-450183P67 |
Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF u membru tal-Kmand Operattiv Konġunt. |
|
53. |
Mohadi, Kembo Campbell Dugishi |
Ko-Ministru tal-Affarijiet Interni (ex-Viċi Ministru tal-Gvernijiet Lokali, ix-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Akkomodazzjoni Nazzjonali), imwieled fil-15.11.1949. ID 02-012912X02 |
Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF u membru tal-Kmand Operattiv Konġunt. |
|
▼M3 ————— |
|||
|
55. |
Moyo, Jonathan Nathaniel |
Ex-Ministru tal-Istat għall-Informazzjoni u l-Pubbliċità fl-Uffiċċju tal-President, imwieled fit-12.1.1957. Passaport AD000432. ID 63-857281M73 |
Ex-Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF. Instiga vjolenza u mibegħda, u arkitett ta’ liġijiet li jimpedixxu l-libertà tal-espressjoni. |
|
56. |
Moyo, Sibusio Bussie |
Brigadier Ġenerali tal-ZNA. |
Involut direttament fil-kampanja ta’ terrur li twettqet qabel u wara l-elezzjonijiet, inkluż fil-qtil ta’ partitarji tal-MDC. |
|
57. |
Moyo, Simon Khaya |
President tal-Politburo taż-ZANU-PF, Viċi Segretarju għall-Affarijiet Ġuridiċi, Imwieled 1.10.1945. Passaport ZD001512. ID 63-735452P56 |
Membru tal-politburo taż-ZANU-PF b’rabtiet attwali mal-politika ripressiva tiegħu. |
|
▼M3 ————— |
|||
|
59. |
Mpofu, Obert Moses |
Ministeru tal-Minjieri u l-Iżvilupp tal-Minjieri, ex-Ministru tal-Industrija u l-Kummerċ Industrijali (ex-Gvernatur Provinċjali: Matabeleland North) (Viċi Segretarju għas-Sigurtà Nazzjonali tal-Politburo taż-ZANU-PF), imwieled fit-12.10.1951. Passaport ZD001549. ID 08-186074F79. |
Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF. F’Marzu 2008 inċita lil partitarji taż-ZANU-PF biex ikeċċu lil opponenti tal-MDC minn djarhom biex iwaqqfuhom milli jivvutaw. |
|
▼M3 ————— |
|||
|
61. |
Muchena, Henry |
Viċi Marixall tal-Ajru, Midlands. Kap tal-Kummissarjat taż-ZANU-PF. |
Uffiċjal militari anzjan marbut maż-ZANU-PF, involut direttament fil-kampanja ta’ terrur li twettqet qabel u matul l-elezzjonijiet. Mexxa vjolenza f’Zhombe u f’Gokwe matul l-2008. |
|
62. |
Muchena, Olivia Nyembesi (magħrufa wkoll bħala Nyembezi) |
Ministru għall-Affarijiet tan-Nisa, l-ugwaljanza bejn is-sessi, u l-Iżvilupp tal-Komunità, ex-Ministru tal-Istat għax-Xjenza u t-Teknoloġija fl-Uffiċċju tal-President (ex-Minsitru tal-Istat fl-Uffiċċju tal-Viċi President Msika), imwielda fit-18.8.1946. Passaport AD000086. ID 63-337191X50. |
Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF. Konnessa ma’ qtil motivat politikament u involuta personalment fil-qerda tad-dar ta’ Revai Kativhu fl-1 ta’ Mejju 2008. |
|
63. |
Muchinguri, Oppah Chamu Zvipange |
Segretarju tal-Politburo taz-ZANU-PF, għall-Ġeneri u l-Kultura (ex-Ministru għall-Affarijiet tan-Nisa, il-Ġeneri u l-Iżvilupp tal-Komunità), imwielda fl-14.12.1958. ID 63-741411R50 |
ex-membru tal-Gvern taż-ZANU-PF, jibqa’ membru tal-Politburo taż-ZANU-PF. Kellu rwol ewlieni fil-vjolenza fil-provinċja ta’ Masvingo fl-2008. |
|
▼M3 ————— |
|||
|
65. |
Mudede, Tobaiwa (magħruf ukoll bħala Tonneth) |
Reġistratur Ġenerali, imwieled fit-22.12.1942. ID 36-452750E70 |
Rabtiet mal-fazzjoni tal-Gvern taż-ZANU-PF u kompliċi fil-formazzjoni jew id-direzzjoni tal-politika tal-istat, b’mod partikolari fir-rigward tat-tbagħbis tal-elezzjoni. |
|
▼M3 ————— |
|||
|
68. |
Mugabe, Grace |
Imwielda fit-23.7.1965; Passaport AD001159. ID 63-646650Q70 |
Assoċjata mal-fazzjoni tal-Gvern taż-ZANU-PF. Ħadet taħt idejha l-Iron Mask Estate fl-2002; allegata li tikseb profitti kbar mit-tħaffir għad-djamanti. |
|
▼M3 ————— |
|||
|
70. |
Mujuru, Joyce Teurai Ropa |
Viċi President (ex-Ministru tar-Rizorsi tal-Ilma u l-Izvilupp tal-Infrastruttura), imwielda fil-15.4.1955. ID 63-445325J18 |
Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF. |
|
▼M3 ————— |
|||
|
72. |
Mumbengegwi, Simbarashe Simbanenduku |
Ministru tal-Affarijiet Barranin, imwieled fl- 20.7.1945; Passaport: AD001086. ID 63-677272A12 |
Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF. |
|
73. |
Murerwa, Herbert Muchemwa |
Ministru tal-Artijiet u tar-Riokkupazzjoni Rurali, imwieled fil-31.7.1941. Passaport AD001167. ID 25-021670R25 |
Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF. |
|
74. |
Musariri, Munyaradzi |
Assistent Kummissarju tal-Pulizija. |
Membru anzjan tal-forzi tas-sigurtà u b’responsabbiltà wiesgħa għal vjolazzjonijiet serji tal-libertà għal laqgħat paċifiċi, b’mod partikolari f’Murambatsvina f’Lulju 2005. |
|
75. |
Mushohwe, Christopher Chindoti |
Gvernatur Provinċjali: Manicaland. (ex Ministru tat-Trasport u l-Komunikazzjoni, ex-Viċi Ministru tat-Trasport u l-Komunikazzjoni), imwieled fis-6.2.1954. ID 63-101480P75 |
Gvernatur Provinċjali assoċjat maż-ZANU-PF. Fi Frar 2009, akkumpanjat mis-suldati, qal lill-komunità ta’ Chiadzwa li kienu ser jiġu rilokati mingħajr kumpens. |
|
76. |
Mutasa, Didymus Noel Edwin |
Ministru tal-Istat għall-Affarijiet Presidenzjali fl-Uffiċċju tal-President, ex-Ministru tal-Istat għas-Sigurtà Nazzjonali, ir-Riforma tal-Artijiet u r-Riokkupazzjoni fl-Uffiċċju tal-President, ZANU-PF, Segretarju għall-Amministrazzjoni, imwieled fis-27.7.1935. ID 63-358184Q42 |
Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF. Involut fi qtil f’Manicaland. |
|
77. |
Mutezo, Munacho Thomas Alvar |
Ex-Ministru għar-Rizorsi tal-Ilma u l-Iżvilupp tal-Infrastruttura. Imwieled 14.2.1954. Passsport AN187189. ID 29-129727W44 |
Ex-membru tal-Gvern assoċjat maż-ZANU-PF. Ikkoordina kampanja ta’ terrur u intimida partitarji tal-MDC f’Chimanimani West flimkien maż-Zimbabwean National Army f’Awwissu 2010. |
|
78. |
Mutinhiri, Ambros (magħruf ukoll bħala Ambrose) |
Ex-Ministru għall-Iżvilupp taż-Żgħażagħ, il-Ġeneri u l-Ħolqien tal-Impjiegi, Brigadier Irtirat. Imwieled 22.2.1944. Passaport AD000969. ID 63-285106H32. |
Ex-membru tal-Gvern taż-ZANU-PF. F’Marzu 2008, mexxa grupp ta’ partitarji taż-ZANU-PF sa Landas u attakkaw diversi partitarji tal-MDC. Stabbilixxa u appoġġa bażijiet militari f’Chihota fejn ħafna partitarji tal-MDC ġew attakkati u ttorturati. |
|
▼M3 ————— |
|||
|
80. |
Mzembi, Walter |
Ministru tat-Turiżmu u l-Industrija tal-Ospitalità, Ex-Viċi Ministru għar-Riżorsi tal-Ilma u l-Iżvilupp tal-Infrastruttura, imwieled fis-16.3.1964. ID 22-050240B22 |
Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF. Responsabbli għall-organizzazzjoni ta’ gruppi ta’ partitarji taż-ZANU-PF biex jattakkaw residenti ta’ Masvingo qabel iċ-ċelebrazzjonijiet tat-tmien anniversarju tal-MDC. |
|
81. |
Mzilikazi, Morgan S. |
Kurunell (MID), Buhera Central. |
Involut direttament fil-kampanja ta’ terrur li seħħet qabel u matul l-elezzjonijiet. Involut fil-vjolenza marbuta mal-elezzjoni f’Makoni u Buhera fl-2008. F’Lulju 2008 issekwestra MP tal-MDC għal Buhera South. |
|
82. |
Nguni, Sylvester Robert |
Ministru tal-Istat fl-Uffiċċju tal-President, ex-Ministru tal-Iżvilupp Ekonomiku (Ex-Viċi Ministru tal-Agrikoltura), imwieled fl-4.8.1955. jew 4.5.1955. Passaport ZE215371. ID 63-453707V32 |
Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF |
|
83. |
Nhema, Francis Chenayimoyo Dunstan |
Ministru tal-Ambjent u l-Ġestjoni tar-Riżorsi Naturali, u ex-Ministru tal-Ambjent u t-Turiżmu, imwieled fis-7.4.1959. jew 17.4.1959. Passaport AD000966. ID 63-117843A66 |
Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF. F’Settembru 2009 ġiegħel lill-operaturi tas-safari biex jirrinunzjaw sehemhom f’ranches u riżervi. |
|
▼M3 ————— |
|||
|
86. |
Nyanhongo, Magadzire Hubert |
Viċi Ministru tal-Enerġija u l-Iżvilupp tal-Enerġija, Ex-Viċi Ministru tat-Trasport u l-Komunikazzjoni. Imwieled 26.11.1957. ID 34-032890W34 |
Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF. Involut fl-organizzazzjoni ta’ vjolenza kontra l-MDC f’Epworth u Nyanga fl-2011. Involut fi qtil motivat politikament fl-2008. |
|
87. |
Nyikayaramba, Douglas |
Brigadier Ġenerali, Mashonaland East. Kmandant, it-3 Brigata. |
Uffiċjal anzjan involut direttament fil-kampanja ta’ terrur li seħħet qabel u matul l-elezzjonijiet tal-2008. Ordna lil suldati ta’ rank minuri biex jikkonfrontaw lil partitarji tal-MDC f’Manicaland. |
|
88. |
Nyoni, Sithembiso Gile Glad |
Ministru tal-Intrapriżi Żgħar u ta’ Daqs Medju, l-iżvilupp u l-Ħolqien tal-Impjiegi, imwieled fl-20.9.1949. Passaport AD000223. ID 08-434871M67 |
Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF. |
|
▼M3 ————— |
|||
|
91. |
Rugeje, Engelbert Abel |
Maġġur Ġenerali, Provinċja ta’ Masvingo. Direttur, Studji tad-Difiża, Forzi tad-Difiża taż-Żimbabwe. Imwieled 17.7.1959. ID 63-539305L04 |
Uffiċjali anzjan tal-armata involut direttament fil-kampanja ta’ terrur li seħħet qabel u matul l-elezzjonijiet tal-2008 billi kkoordina l-parti l-kbira tal-inċidenti vjolenti f’Masvingo. |
|
92. |
Rungani, Victor Tapiwa Chashe |
Kurunell, Chikomba. Imwieled 29.6.1949. ID 22-025306Z04 |
Involut direttament fil-kampanja ta’ terrur li seħħet qabel u matul l-elezzjonijiet f’Chikomba fl-2008, inklużi attakki u sekwestri. |
|
▼M3 ————— |
|||
|
▼M7 ————— |
|||
|
95. |
Savanhu, Tendai |
Viċi Segretarju taż-ZANU-PF, għat-Trasport u l-Assistenza Soċjali, imwieled fil-21.3.1968. |
Membru tal-Politburo taż-ZANU-PF assoċjat mal-fazzjoni tal-Gvern taż-ZANU-PF. Organizza milizzji biex jiġu attakkati partitarji tal-MDC f’Mbare, mexxa l-vjolenza u l-kaos, fi Frar 2011. Involut fis-sekwestru ta’ nisa tal-MDC f’Ġunju 2008. |
|
96. |
Sekeramayi, Sydney (magħruf ukoll bħala Sidney) Tigere |
Ministru tal-Istat għas-Sigurtà Nazzjonali fl-Uffiċċju tal-President. Ex-Ministru tad-Difiża, imwieled fit-30.3.1944. ID 63-358166W43 |
Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF u membru tal-Kmand Operattiv Konġunt taż-ZANU-PF |
|
▼M7 ————— |
|||
|
98. |
Shamu, Webster Kotiwani |
Ministru tal-Midja, l-Informazzjoni u l-Pubbliċità; ex-Ministru tal-Istat għall-Implimentazzjoni tal-Politika (ex-Ministru tal-Istat għall-Implimentazzjoni tal-Politika fl-Uffiċċju tal-President), imwieled fis-6.6.1945. Passaport AN203141. ID 63-676065N32 |
Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF involut f’attivitajiet li interferew mal-libertà tal-istampa fl-2009. |
|
▼M7 ————— |
|||
|
100. |
Shiri, Perence (magħruf ukoll bħala Bigboy) Samson Chikerema |
Marixxall tal-Ajru (Forza tal-Ajru), imwieled fl-1.11.1955. ID 29-098876M18 |
Uffiċjal militari anzjan u membru tal-Kmand Operattiv Konġunt taż-ZANU-PF u kompliċi fil-formazzjoni jew id-direzzjoni tal-politika oppressiva tal-istat. Involut fi vjolenza politika f’Chiadzwa f’Ottubru 2008. |
|
101. |
Shungu, Etherton |
Brigadier Ġenerali, Mashonaland Central. |
Uffiċjal militari anzjan tal-Kommissarjat taż-ZANU-PF, involut direttament fil-kampanja ta’ terrur li seħħet qabel u matul l-elezzjonijiet f’Bindura fl-2008. |
|
102. |
Sibanda, Chris |
Kurunell, Bulawayo Province. |
Involut direttament fil-kampanja ta’ terrur li seħħet qabel u matul l-elezzjonijiet f’Byo fl-2008. |
|
103. |
Sibanda, Jabulani |
Ex-President, Assoċjazzjoni Nazzjonali tal-Veterani tal-Gwerra, imwieled fil-31.12.1970. |
Rabtiet mal-fazzjoni tal-Gvern taż-ZANU-PF u kompliċi fil-formazzjoni jew id-direzzjoni tal-politika oppressiva tal-istat. Involut fi vjolenza kontra partitarji tal-MDC f’Makoni, Bikita, Masvingo u Guto b’mod partikolari fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ programm ta’ assistenza fl-2010. |
|
104. |
Sibanda, Misheck Julius Mpande |
Segretarju tal-Kabinett (suċċessur għal Charles Utete), imwieled fit-3.5.1949. ID 63-685365X67 |
Assoċjat mal-fazzjoni tal-Gvern taż-ZANU-PF. F’Marzu 2010 ta’ istruzzjonijiet lill-Ministri u lis-segretarji tal-kabinett biex jirrapportaw lill-politiċi taż-ZANU-PF u mhux lill-Prim Ministru Morgan Tsvangirai. |
|
105. |
Sibanda, Phillip Valerio (magħruf ukoll bħala Valentine) |
Kmandant tal-Armata Nazzjonali taż-Żimbabwe, Logutenent Ġeneral, imwieled fil-25.8.1956 jew 24.12.1954. ID 63-357671H26 |
Personalità anzjana tal-armata b’rabtiet mal-Gvern u kompliċi fil-formazzjoni jew id-direzzjoni tal-politika oppressiva tal-istat, waqt li tefa’ t-tort fuq l-NGOs għall-inkwiet f’Settembru 2009. |
|
106. |
Sigauke, David |
Brigadier Ġenerali, Mash West Province. |
Personalità anzjana tal-armata involut direttament fil-kampanja ta’ terrur li seħħet qabel u matul l-elezzjonijiet, inkluż vjolenza u tortura ta’ ċittadini fil-kampijiet għat-tiftix tad-djamanti u hedded b’kolp ta’ stat jekk l-MDC jirbaħ l-elezzjonijiet. Konness ma’ vjolenza f’Chinhoyi fl-2008. |
|
107. |
Sikosana, (magħruf ukoll bħala Sikhosana) Absolom |
Segretarju tal-Politburo taż-ZANU-PF għall-Affarijiet taż-Żgħażagħ. |
Membru tal-Politburo taż-ZANU-PF assoċjat mal-fazzjoni tal-Gvern taż-ZANU-PF. Hedded li juża l-vjolenza fl-2011 jekk ma jitneħħewx is-sanzjonijiet. |
|
108. |
Tarumbwa, Nathaniel Charles |
Brigadier Ġenerali, Manicaland u Mutare South. Imwieled 6.10.1960. ID 63-849216W75 |
Uffiċjal militari anzjan involut direttament fil-kampanja ta’ terrur li seħħet qabel u matul l-elezzjonijiet. Inkarigat mill-bażi ta’ tortura f’Makoni West, Mutasa Central fl-2007/2008. |
|
109. |
Tomana, Johannes |
Avukat Ġenerali. Imwieled 9.9.1967. ID 50-036322F50 |
Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF. |
|
110. |
Veterai, Edmore |
Assistent Kummissarju Anzjan tal-Pulizija, Uffiċjal Kmandant ta’ Ħarare.Imwieled 20.11.1962. ID 08-260467S04 |
Membru anzjan tal-forzi tas-sigurtà u b’responsabbiltà wiesgħa għal vjolazzjonijiet serji tal-libertà għal laqgħat paċifiċi, u involut fl-invażjoni ta’ Farm Thirty. |
|
▼M3 ————— |
|||
|
112. |
Zimondi, Paradzai Willings |
Direttur tal-Ħabsijiet, imwieled fl-4.3.1947. ID 75-145185Z47 |
Membru tal-Kmand Konġunt Operattiv, u kompliċi fil-formazzjoni jew id-direzzjoni ta’ politika oppressiva tal-istat. Responsabbli għall-finanzjament ta’ milizzji fl-2008 u pprovdilhom akkomodazzjoni. Ordna lill-uffiċjali tal-ħabsijiet li jivvutaw lil Mugabe, u responsabbli għal abbużi tad-drittijiet tal-bniedem fil-ħabsijiet. |
II. Entitajiet
|
|
Isem |
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni |
Raġunijiet għall-indikazzjoni |
|
1. |
Cold Comfort Farm Trust Cooperative |
7 Cowie Road, Tynwald, Ħarare, Żimbabwe. |
Proprjetà ta’ Didymus Mutasa, Grace Mugabe involuta wkoll. |
|
2. |
Comoil (PVT) Ltd |
Block D, Emerald Hill Office, Emerald Park, Ħarare, Żimbabwe. 2nd Floor, Travel Plaza, 29 Mazoe Street, Box CY22344, Causeway, Ħarare, Żimbabwe. |
Proprjetà ta’ Saviour Kasukuwere. |
|
▼M3 ————— |
|||
|
4. |
Famba Safaris |
4 Wayhill Lane, Umwisdale, Ħarare, Żimbabwe; PO Box CH273, Chisipite, Ħarare, Żimbabwe. |
L-azzjonista prinċipali huwa Webster Shamu. |
|
5. |
Jongwe Printing and Publishing Company (PVT) Ltd (magħrufa wkoll bħala Jongwe Printing and Publishing Co., magħrufa wkoll bħala Jongwe Printing and Publishing Company) |
14 Austin Road, Coventry Road, Workington, PO Box 5988, Ħarare, Żimbabwe. |
Il-fergħa tal-pubblikazzjoni assoċjata mal-fazzjoni tal-Gvern taż-ZANU-PF |
|
6. |
M & S Syndicate (PVT) Ltd |
First Floor, Victory House, 88 Robert Mugabe Road, Ħarare, Żimbabwe; PO Box 1275, Ħarare, Żimbabwe. |
Kumpannija tal-Investiment assoċjata mal-fazzjoni tal-Gvern taż-ZANU-PF |
|
7. |
OSLEG Ltd (magħrufa wkoll bħala Operation Sovereign Legitimacy) |
Lonhoro House, Union Avenue, Ħarare, Żimbabwe. |
Ikkontrollata mill-armata taż-Żimbabwe. Assoċjata mal-Ministeru tad-Difiża u mal-fazzjoni tal-Gvern taż-ZANU-PF. |
|
8. |
Swift Investments (PVT) Ltd |
730 Cowie Road, Tynwald, Ħarare, Żimbabwe; PO Box 3928, Ħarare, Żimbabwe. |
Assoċjata mal-fazzjoni tal-Gvern taż-ZANU-PF. |
|
9. |
Zidco Holdings (magħrufa wkoll bħala Zidco Holdings (PVT) Ltd) |
PO Box 1275, Ħarare, Żimbabwe. |
Kumpannija holding finanzjarja assoċjata mal-fazzjoni tal-Gvern taż-ZANU-PF. |
|
10. |
Zimbabwe Defence Industries |
10th floor, Trustee House, 55 Samora Machel Avenue, PO Box 6597, Ħarare, Żimbabwe. |
Assoċjata mal-Ministeru tad-Difiża u mal-fazzjoni tal-Gvern taż-ZANU-PF. |
|
▼M5 ————— |
|||
ANNESS II
PERSUNI U ENTITAJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 10(3)
I. Persuni
|
|
Isem (u kwalunkwe psewdonimu) |
|
1. |
Abu Basutu, Titus MJ |
|
2. |
Buka (a.k.a. Bhuka), Flora |
|
3. |
Bvudzijena, Wayne |
|
4. |
Charamba, George |
|
5. |
Chidarikire, Faber Edmund |
|
6. |
Chigwedere, Aeneas Soko |
|
7. |
Chihota, Phineas |
|
8. |
Chinamasa, Patrick Anthony |
|
▼M7 ————— |
|
|
10. |
Chinotimba, Joseph |
|
11. |
Chipwere, Augustine |
|
12. |
Chombo, Ignatius Morgan Chiminya |
|
13. |
Dinha, Martin |
|
14. |
Goche, Nicholas Tasunungurwa |
|
15. |
Gono, Gideon |
|
16. |
Gurira, Cephas T. |
|
17. |
Gwekwerere, Stephen |
|
18. |
Kachepa, Newton |
|
▼M7 ————— |
|
|
20. |
Kasukuwere, Saviour |
|
21. |
Kazangarare, Jawet |
|
22. |
Khumalo, Sibangumuzi |
|
23. |
Kunonga, Nolbert (a.k.a. Nobert) |
|
24. |
Kwainona, Martin |
|
25. |
Langa, Andrew |
|
26. |
Mabunda, Musarashana |
|
27. |
Machaya, Jason (a.k.a. Jaison) Max Kokerai |
|
28. |
Made, Joseph Mtakwese |
|
29. |
Madzongwe, Edna (a.k.a. Edina) |
|
30. |
Maluleke, Titus |
|
31. |
Mangwana, Paul Munyaradzi |
|
32. |
Marumahoko, Reuben |
|
33. |
Masuku, Angeline |
|
34. |
Mathema, Cain Ginyilitshe Ndabazekhaya |
|
35. |
Mathuthu, Thokozile |
|
36. |
Matibiri, Innocent Tonderai |
|
37. |
Matiza, Joel Biggie |
|
38. |
Matonga, Brighton |
|
39. |
Mhandu, Cairo (a.k.a. Kairo) |
|
40. |
Mhonda, Fidellis |
|
▼M8 ————— |
|
|
42. |
Mnangagwa, Emmerson Dambudzo |
|
43. |
Mohadi, Kembo Campbell Dugishi |
|
44. |
Moyo, Jonathan |
|
45. |
Moyo, Sibusio Bussie |
|
46. |
Moyo, Simon Khaya |
|
47. |
Mpofu, Obert Moses |
|
48. |
Muchena, Henry |
|
49. |
Muchena, Olivia Nyembesi (a.k.a. Nyembezi) |
|
50. |
Muchinguri, Oppah Chamu Zvipange |
|
51. |
Mudede, Tobaiwa (a.k.a. Tonneth) |
|
52. |
Mujuru, Joyce Teurai Ropa |
|
53. |
Mumbengegwi, Simbarashe Simbanenduku |
|
54. |
Murerwa, Herbert Muchemwa |
|
55. |
Musariri, Munyaradzi |
|
56. |
Mushohwe, Christopher Chindoti |
|
57. |
Mutezo, Munacho |
|
58. |
Mutinhiri, Ambros (a.k.a. Ambrose) |
|
59. |
Mzembi, Walter |
|
60. |
Mzilikazi, Morgan S. |
|
61. |
Nguni, Sylvester |
|
62. |
Nhema, Francis |
|
63. |
Nyanhongo, Magadzire Hubert |
|
64. |
Nyoni, Sithembiso Gile Glad |
|
65. |
Rugeje, Engelbert Abel |
|
66. |
Rungani, Victor TC |
|
▼M7 ————— |
|
|
68. |
Savanhu, Tendai |
|
69. |
Sekeramayi, Sydney (a.k.a. Sidney) Tigere |
|
▼M7 ————— |
|
|
71. |
Shamu, Webster Kotiwani |
|
▼M7 ————— |
|
|
73. |
Shungu, Etherton |
|
74. |
Sibanda, Chris |
|
75. |
Sibanda, Misheck Julius Mpande |
|
76. |
Sigauke, David |
|
77. |
Sikosana, Absolom |
|
78. |
Tarumbwa, Nathaniel Charles |
|
79. |
Tomana, Johannes |
|
80. |
Veterai, Edmore |
|
81. |
Zimondi, Paradzai |
|
82. |
Bonyongwe, Happyton |
|
83. |
Chihuri, Augustine |
|
84. |
Chiwenga, Constantine |
|
85. |
Mutasa, Didymus Noel Edwin |
|
86. |
Nyikayaramba, Douglas |
|
87. |
Shiri, Perence (magħruf ukoll bħala Bigboy) Samson Chikerema |
|
88. |
Sibanda, Jabulani |
|
89. |
Sibanda, Phillip Valerio (magħruf ukoll bħala Valentine) |
II. Entitajiet
|
|
Isem |
|
1. |
Cold Comfort Farm Trust Co-operative |
|
2. |
Comoil (PVT) Ltd |
|
3. |
Famba Safaris |
|
4. |
Jongwe Printing and Publishing Company (PVT) Ltd (magħrufa wkoll bħala Jongwe Printing and Publishing Co., magħrufa wkoll bħala Jongwe Printing and Publishing Company) |
|
5. |
M & S Syndicate (PVT) Ltd |
|
6. |
OSLEG Ltd (magħrufa wkoll bħala Operation Sovereign Legitimacy) |
|
7. |
Swift Investments (PVT) Ltd |
|
8. |
Zidco Holdings (magħrufa wkoll bħala Zidco Holdings (PVT) Ltd) |
( 1 ) ĠU L 50, 20.2.2004, p. 66.
( 2 ) ĠU L 41, 16.2.2010, p. 6.
( 3 ) ĠU L 55, 24.2.2004, p. 1.