7.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 93/31


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 2/2011

tal-11 ta' Frar 2011

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertfikazzjoni) u l-Anness IV (l-enerġija) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa 'l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 124/2009 tal-4 ta' Diċembru 2009 (1).

(2)

L-Anness IV tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 69/2010 tal-11 ta' Ġunju 2010 (2).

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 859/2009 tat- 18 ta' Settembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 244/2009 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għar-radjazzjoni ultravjola minn bozoz tad-dar li ma jitfgħux id-dawl f'direzzjoni waħda biss [non-directional household lamps] (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dan li ġej għandu jiżdied fil-punt 10 (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 244/2009) tal-Kapitolu IV tal-Anness II mal-Ftehim:

“, kif emendat permezz ta':

—

32009 R 0859: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 859/2009 tat-18 ta' Settembru 2009 (ĠU L 247, 19.9.2009, p. 3).”

Artikolu 2

Dan li ġej għandu jiżdied fil-punt 33 (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 244/2009) tal-Anness IV mal-Ftehim:

“, kif emendat permezz ta':

—

32009 R 0859: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 859/2009 tat-18 ta' Settembru 2009 (ĠU L 247, 19.9.2009, p. 3).”

Artikolu 3

It-testi għar-Regolament (KE) Nru 859/2009 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-12 ta' Frar 2011, kemm-il darba ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Frar 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 62, 11.3.2010, p. 9.

(2)   ĠU L 244, 16.9.2010, p. 22.

(3)   ĠU L 247, 19.9.2009, p. 3.

(*1)  Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.