Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni tal-Komunità Ewropea fir-rigward ta' l-adattament għall-progress tekniku tar-Regolament 51 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti /* KUMM/2006/0150 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 05.04.2006 KUMM(2006) 150 finali Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni tal-Komunità Ewropea fir-rigward ta' l-adattament għall-progress tekniku tar-Regolament 51 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI Minn mindu r-Regolament UN/ECE Nru 51 dwar l-istorbju tal-vetturi mmotorizzati (karozzi, trakkijiet u karozzi tal-linja) daħal fis-seħħ, il-valuri ta' limitu applikabbli tnaqqsu diversi drabi, u l-aħħar darba li sar dan kien fl-1995. Dan l-aħħar tnaqqis ma kellux l-effetti mistennija, u l-istudji sussegwenti wrew li l-metodu tal-kejl m'għadux jirrifletti mġibet id-dinja reali tas-sewqan. Għalhekk ġie deċiż li, qabel ma jerġgħu jitnaqqsu l-valuri ta' limitu, l-ewwelnett jeħtieġ li jiġi elaborat ċiklu tat-test ġdid u l-kundizzjonijiet tas-seqan għat-test ta' l-istorbju jitqarrbu lejn il-kundizzjonjiet tas-sewqan fil-ħajja reali. Grupp ta' ħidma fi ħdan il-UN/ECE issa ħejja emenda għar-Regolament 51. L-emenda mfassla għandha tibdel il-protokoll tat-test eżistenti b'metodu ta' kejl aħjar li jirriproduċi l-livelli ta' storbju ġġenerati mill-vetturi matul is-sewqan normali fit-traffiku urban. Il-grupp iddiskuta wkoll valuri ta' limitu ġodda u jipproponi li jintroduċihom b'perjodi ta' tranżizzjoni relattivament twal. Filwaqt li l-Kummissjoni temmen li l-metodu tat-test il-ġdid jista' jkun wieħed xieraq, tħoss li l-grupp ta' ħidma kien qed jipprova jdaħħlu bil-għaġla u li ma saritx evalwazzjoni ta' l-impatt kif suppost. L-istess jgħodd għall-valuri ta' limitu. Il-Kummissjoni għalhekk opponiet id-dokument mill-grupp ta' ħidma u tipproponi dan it-titjib: 1. Għandha ssir evalwazzjoni ta' l-impatt qabel il-metodu tat-test il-ġdid, u aktar u aktar kwalunkwe valuri ta' limitu ġodda, jistgħu jiġu adottati. 2. Il-Kummissjoni offriet li twettaq l-evalwazzjoni ta' l-impatt. 3. Sabiex il-Kummissjoni tikseb data rapreżentattiva għal evalwazzjoni ta' l-impatt soda, tipproponi li l-manifatturi tal-vetturi jwettqu l-metodu ta' kejl l-antik kif ukoll dak ġdid biswit xulxin. Il-metodu l-antik ikompli jkun meħtieġ sabiex tinkiseb l-approvazzjoni tat-tip u l-metodu l-ġdid jintuża għal skopijiet ta' monitoraġġ. 4. Malli tinġabar biżżejjed data rappreżentattiva, il-Kummissjoni tikkonkludi l-evalwazzjoni ta' l-impatt tagħha u tipproponi l-valuri ta' limitu. Il-proċess ta' monitoraġġ imbagħad jieqaf. Il-proposta preżenti tillimita d-dewmien u l-ambitu tal-proċess ta' monitoraġġ. Biex nieħdu eżempju, ċerti kategoriji ta' approvazzjonijiet se jkunu esklużi mill-monitoraġġ u dawn se jkunu limitati għal sentejn. Il-proposta tressqet lill-'Kumitat għall-Adattament għall-Progress Tekniku' (CATP) fl-14 ta' Frar 2006. Matul din il-laqgħa l-Kumitat ma kienx ta fehma favorevoli għall-proposta tal-Kummissjoni. Huwa għalhekk propost, f'konformità mal-proċedura tal-Komitoloġija, li l-abbozz jitressaq quddiem il-Kunsill għal aktar taħdit. Fi żmien tliet xhur minn meta jasallu, il-Kunsill għandu jaġixxu b'maġġoranza kwalifikata fir-rigward tal-proposta. Jekk ma' tmiem dan il-perjodu, il-Kunsill la jkun adotta l-att u lanqas ma jkun esprima oppożizzjoni lejh, il-proposta għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE. Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni tal-Komunità Ewropea fir-rigward ta' l-adattament għall-progress tekniku tar-Regolament 51 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta' Novembru 1997 bil-ħsieb ta' l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa li tikkonċerna l-addozzjoni tal-preskrizzjonijet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li[iema] jistgħu jkunu ffittjati ma' u/jew ikunu wżati ma' vetturi bir-roti u l-kondizzjonijet reċiproċi ta' l-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta' dawn il-preskrizzjonijet[1] ("Ftehim Rivedut ta' l-1958"), u partikolarment l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 4(2) tiegħu Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[2], Billi: (1) Meta proposta għall-adattament ta' Regolament tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti anness mal-"Ftehim Rivedut ta' l-1958" – Regolament li jorbot lill-Komunità permezz tad-dispożizzjonijiet ta' l-Anness II tad-Deċiżjoni 97/836/KE jew li miegħu tkun issieħbet sussegwentement il-Komunità – jittella' għall-vot fil-Kumitat Amministrattiv imwaqqaf skond l-Artikolu 1(2) ta' l-Artikolu msemmi, il-vot li għandha titfa' l-Kummissjoni jista' jiġi adottat skond il-proċedura applikabbli għall-adattamenti tekniċi tad-Direttivi marbuta ma' l-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi motorizzati. (2) Fid-dawl ta' l-esperjenza u l-iżviluppi tekniċi, ir-rekwiżiti marbuta ma' ċerti elementi jew fatturi koperti mir-Regolament UN/ECE 51 jeħtieġu li jiġu adattati. (3) Abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kummissjoni tressqet quddiem il-Kumitat dwar l-Adattament għall-Progress Tekniku li twaqqaf mid-Direttiva tal-kunsill 70/156/KEE tas-6 ta' Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom Il-Kumitat ma tax opinjoni favorevoli dwar l-abbozz tad-Deċiżjoni fil-laqgħa tiegħu ta' l-14 ta' Frar 2006. Għalhekk, skond il-proċedura tal-Komitoloġija, il-Kummissjoni kellha tressaq proposta għall-miżuri li għandhom jittieħdu lill-Kunsill. IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 L-abbozz ta' l-emenda għar-Regolament ta' l-UN/ECE msemmi fl-anness huwa b'dan approvat. Artikolu 2 Il-Komunità Ewropea rappreżentata mill-Kummissjoni għandha tivvota favur l-abbozz ta' l-emenda għar-Regolament imsemmi fl-Artiikolu 1 fil-vot li għandu jsir fil-laqgħa tal-Kumitat Amministrattiv fit-22 jew it-23 ta' Ġunju 2006 matul il-139 laqgħa tal-"Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi " ta' l-UN/ECE jew, kif jixraq, meta jittellgħu għall-vot f'laqgħa aktar tard. Magħmula fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President ANNESS Il-Vot tal-Komunità Ewropea jirrigwarda dan id-dokument: Regolament Nru 51 | TRANS/WP.29/2006/31 TRANS/WP.29/2006/31/Add. 1 | [1] ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78. [2] ĠU C [...] [...], p. [...]