|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/268 |
2.2.2026 |
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar azzjoni futura rigward iż-żejt Russu
Biex ikunu evitati riskji essenzjali għas-sigurtà u ċerti dipendenzi tal-enerġija li jkollna jekk jissokta l-kummerċ tal-enerġija mal-Federazzjoni Russa, il-Kummissjoni Ewropea tibqa’ impenjata li tiżgura t-tneħħija gradwali tal-importazzjonijiet kollha fl-UE taż-żejt mingħand il-Federazzjoni Russa sa tmiem l-2027, bi qbil mad-Dikjarazzjoni ta’ Versailles.
Il-Kummissjoni biħsiebha tressaq proposta leġiżlattiva fil-bidu tal-2026 biex tipprojbixxi l-importazzjonijiet fl-UE taż-żejt mingħand il-Federazzjoni Russa mingħajr iżjed dewmien, u sa mhux aktar tard minn tmiem l-2027.
Il-Kummissjoni se tanalizza bir-reqqa l-impatt potenzjali ta’ terminazzjoni malajr tal-importazzjonijiet taż-żejt fuq is-sigurtà tal-provvista, l-ekonomija u l-kompetittività tal-aktar Stati Membri affettwati.
Il-Kummissjoni se taħdem b’mod attiv, bi spirtu ta’ solidarjetà, ma’ dawk affettwati direttament u ma’ Stati Membri rilevanti oħra, biex jinstabu miżuri xierqa li jnaqqsu kemm jista’ jkun ir-riskji possibbli identifikati fil-valutazzjoni, li jiffaċilitaw l-aċċess għal provvisti alternattivi.
ELI: http://data.europa.eu/eli/stat/2026/268/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)