European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/2475

4.11.2026

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2026/2475

tas-26 ta’ Ottubru 2026

li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika fir-rigward tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni li żżid att tal-Unjoni li għadu kif ġie adottat mal-Anness 2 tal-Qafas ta’ Windsor

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 50(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari mal-Artikolu 218(9) tiegħu,,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (1) (il-“Ftehim dwar il-Ħruġ”) ġie konkluż mill-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/135 (2) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 2020.

(2)

Skont l-Artikolu 13(4) tal-Qafas ta’ Windsor (3), li jifforma parti integrali mill-Ftehim dwar il-Ħruġ, il-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 164(1) tiegħu (il-“Kumitat Konġunt”) għandu s-setgħa li jadotta deċiżjonijiet biex jemenda l-Annessi rilevanti tal-Qafas ta’ Windsor billi jżid atti tal-Unjoni li jkunu għadhom kif ġew adottati li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Qafas ta’ Windsor, iżda li la jemendaw u lanqas jissostitwixxu l-atti tal-Unjoni elenkati fl-Annessi tal-Qafas ta’ Windsor.

(3)

Ir-Regolament (UE) 2025/2455 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) huwa att tal-Unjoni li għadu kif ġie adottat li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Qafas ta’ Windsor li jenħtieġ li jiżdied mal-Anness 2 tal-Qafas ta’ Windsor. Madankollu, id-dispożizzjonijiet li ġejjin tar-Regolament (UE) 2025/2455 jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Qafas ta’ Windsor u għalhekk jenħtieġ li ma jiżdidux mal-Anness 2 tal-Qafas ta’ Windsor: l-Artikolu 25; il-punti 1, 2, 5, 6, 8, 20, 22, 23, 27-31, 38, 43-45, 52, 53, 59, 66 u 67 tal-Anness I; il-punti 3, 8, 10, 12, 14, 25, 29 u 32 tal-Anness III; il-kampijiet tad-data fl-Anness IV relatati ma’ dawk il-punti preċedenti elenkati fir-rigward tal-Annessi I u III; u l-punt 2 tal-Anness V għar-Regolament (UE) 2025/2455.

(4)

Il-Kumitat Konġunt, fil-laqgħa tiegħu li jmiss, huwa skedat li jadotta deċiżjoni skont l-Artikolu 13(4) tal-Qafas ta’ Windsor dwar iż-żieda tar-Regolament (UE) 2025/2455 mal-Anness 2 tal-Qafas ta’ Windsor.

(5)

Id-deċiżjoni prevista tal-Kumitat Konġunt ser, jekk tiġi adottata, tipproduċi effetti legali għall-Unjoni. Għalhekk huwa meħtieġ li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt fir-rigward tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni li żżid att tal-Unjoni li għadu kif ġie adottat mal-Anness 2 tal-Qafas ta’ Windsor,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 164(1) tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (il-“Kumitat Konġunt”) hija stabbilita fl-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-26 ta’ Ottubru 2026.

Għall-Kunsill

Il-President

M. HEYDON


(1)   ĠU L 29, 31.1.2020, p. 7, ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/withd_2020/sign.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/135 tat-30 ta’ Jannar 2020 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU L 29, 31.1.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/135/oj).

(3)  Id-Dikjarazzjoni Konġunta Nru 1/2023 tal-Unjoni u tar-Renju Unit fil-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika tal-24 ta’ Marzu 2023 (ĠU L 102, 17.4.2023, p. 87).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2025/2455 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2025 li jistabbilixxi pjattaforma komuni tad-data dwar is-sustanzi kimiċi, li jistabbilixxi regoli biex jiġi żgurat li d-data li tinsab fiha tkun traċċabbli, aċċessibbli, interoperabbli u riutilizzabbli u li jistabbilixxi qafas ta’ monitoraġġ u prospettiva għas-sustanzi kimiċi (ĠU L, 2025/2455, 12.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/2455/oj).


ABBOZZ

DEĊIŻJONI NRU …/2026 TAL-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT MILL-FTEHIM DWAR IL-ĦRUĠ TAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ MILL-UNJONI EWROPEA U MILL-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-ENERĠIJA ATOMIKA

ta’ …

li żżid att tal-Unjoni li għadu kif ġie adottat mal-Anness 2 tal-Qafas ta’ Windsor

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (1) (il-“Ftehim dwar il-Ħruġ”), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(4) tal-Qafas ta’ Windsor (2),

Billi:

(1)

L-Artikolu 13(4) tal-Qafas ta’ Windsor jagħti s-setgħa lill-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 164(1) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ (il-“Kumitat Konġunt”) jadotta deċiżjonijiet li jżidu atti tal-Unjoni li jkunu għadhom kif ġew adottati li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Qafas ta’ Windsor mal-Annessi rilevanti tal-Qafas ta’ Windsor.

(2)

Skont l-Artikolu 166(2) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, id-deċiżjonijiet adottati mill-Kumitat Konġunt huma vinkolanti għall-Unjoni u għar-Renju Unit. L-Unjoni u r-Renju Unit għandhom jimplimentaw tali deċiżjonijiet, li jkollhom l-istess effett legali tal-Ftehim dwar il-Ħruġ.

(3)

Ir-Regolament (UE) 2025/2455 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) huwa att tal-Unjoni li għadu kif ġie adottat li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Qafas ta’ Windsor li jenħtieġ li jiżdied mal-Anness 2 tal-Qafas ta’ Windsor. Madankollu, id-dispożizzjonijiet li ġejjin tar-Regolament (UE) 2025/2455 jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Qafas ta’ Windsor u għalhekk jenħtieġ li ma jiżdidux mal-Anness 2 tal-Qafas ta’ Windsor: l-Artikolu 25; il-punti 1, 2, 5, 6, 8, 20, 22, 23, 27-31, 38, 43-45, 52, 53, 59, 66 u 67 tal-Anness I; il-punti 3, 8, 10, 12, 14, 25, 29 u 32 tal-Anness III; il-kampijiet tad-data fl-Anness IV relatati ma’ dawk il-punti preċedenti elenkati fir-rigward tal-Annessi I u III; u l-punt 2 tal-Anness V għar-Regolament (UE) 2025/2455,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) 2025/2455 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2025 li jistabbilixxi pjattaforma komuni tad-data dwar is-sustanzi kimiċi, li jistabbilixxi regoli biex jiġi żgurat li d-data li tinsab fiha tkun traċċabbli, aċċessibbli, interoperabbli u riutilizzabbli u li jistabbilixxi qafas ta’ monitoraġġ u prospettiva għas-sustanzi kimiċi, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 25, il-punti 1, 2, 5, 6, 8, 20, 22, 23, 27-31, 38, 43-45, 52, 53, 59, 66 u 67 tal-Anness I, il-punti 3, 8, 10, 12, 14, 25, 29 u 32 tal-Anness III, il-kampijiet tad-data fl-Anness IV relatati ma’ dawk il-punti preċedenti elenkati fir-rigward tal-Annessi I u III, u l-punt 2 tal-Anness V tiegħu, għandhom jiżdiedu mal-Anness 2 tal-Qafas ta’ Windsor taħt il-punt 23 “Kimiċi u relatat”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara d-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi …, …

Għall-Kumitat Konġunt

Il-Kopresidenti


(1)   ĠU UE L 29, 31.1.2020, p. 7, ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/withd_2020/sign.

(2)  Id-Dikjarazzjoni Konġunta Nru 1/2023 tal-Unjoni u tar-Renju Unit fil-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika tal-24 ta’ Marzu 2023 (ĠU UE L 102, 17.4.2023, p. 87).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2025/2455 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2025 li jistabbilixxi pjattaforma komuni tad-data dwar is-sustanzi kimiċi, li jistabbilixxi regoli biex jiġi żgurat li d-data li tinsab fiha tkun traċċabbli, aċċessibbli, interoperabbli u riutilizzabbli u li jistabbilixxi qafas ta’ monitoraġġ u prospettiva għas-sustanzi kimiċi (ĠU UE L, 2025/2455, 12.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/2455/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/2475/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)