|
18.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 37/60 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/221
tas-16 ta’ Frar 2022
li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nefqa mġarrba mir-Renju Unit fil-qafas tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)
(notifikata bid-dokument C(2022) 798)
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52 tiegħu, flimkien mal-Artikoli 131 u 138 tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
Wara li kkonsultat il-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, il-Kummissjoni għandha twettaq il-verifiki meħtieġa, tikkomunika lir-Renju Unit ir-riżultati ta’ dawk il-verifiki, tieħu nota tal-kummenti pprovduti mir-Renju Unit, tibda diskussjoni bilaterali sabiex ikun jista’ jintlaħaq ftehim u tikkomunika formalment il-konklużjonijiet tagħha lir-Renju Unit. |
|
(2) |
Ir-Renju Unit kellu l-opportunità jitlob li titnieda proċedura ta’ konċiljazzjoni, iżda ma talabhiex. |
|
(3) |
F’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, tista’ tiġi ffinanzjata biss nefqa agrikola li tkun iġġarrbet b’tali mod li ma jkunx inkiser id-dritt tal-Unjoni. |
|
(4) |
Fid-dawl tal-verifiki li twettqu u tal-eżitu tad-diskussjoni bilaterali, parti min-nefqa li ddikjara r-Renju Unit ma tissodisfax dan ir-rekwiżit, u għalhekk ma tistax tiġi ffinanzjata fil-qafas tal-FAEG u tal-FAEŻR. |
|
(5) |
Jenħtieġ li jiġu indikati l-ammonti li mhumiex meqjusa bħala ammonti li jistgħu jitħallsu mill-FAEG u mill-FAEŻR. Dawk l-ammonti mhumiex marbutin man-nefqa mġarrba aktar minn erbgħa u għoxrin xahar qabel in-notifika bil-miktub tal-Kummissjoni dwar ir-riżultati tal-verifiki lir-Renju Unit. |
|
(6) |
Jenħtieġ li l-ammonti esklużi mill-finanzjament tal-Unjoni skont din id-Deċiżjoni jqisu wkoll kull tnaqqis jew sospensjoni f’konformità mal-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 minħabba li tali tnaqqis jew sospensjonijiet huma ta’ natura provviżorja u mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet li jittieħdu skont l-Artikoli 51 jew 52 ta’ dak ir-Regolament. |
|
(7) |
Rigward il-każijiet koperti minn din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni nnotifikat lir-Renju Unit dwar il-valutazzjoni tal-ammonti li jridu jiġu esklużi minħabba nuqqas ta’ konformità mad-dritt tal-Unjoni, permezz ta’ rapport ta’ sinteżi li nħareġ dwar is-suġġett (2). |
|
(8) |
Din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax il-konklużjonijiet finanzjarji li tista’ tasal għalihom il-Kummissjoni abbażi tas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’kawżi pendenti fl-Il-Ħamis, 30 ta’ Settembru 2021, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-ammonti stabbiliti fl-Anness li huma marbutin man-nefqa li ġarrbu l-aġenziji tal-pagamenti akkreditati tar-Renju Unit u li ġew iddikjarati fil-qafas tal-FAEG u tal-FAEŻR għandhom jiġu esklużi mill-finanzjament tal-Unjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Frar 2022.
Għall-Kummissjoni
Janusz WOJCIECHOWSKI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.
(2) Ares(2021)7820062
ANNESS
Deċiżjoni: 68 - RU biss
Partita tal-Baġit: 6200
|
Stat Membru |
Miżura |
SF |
Raġuni |
Tip |
% ta’ Korrezzjoni |
Munita |
Ammont |
Tnaqqis |
Impatt Finanzjarju |
|
GB |
Skema ta’ Pagament Bażiku |
2019 |
Errur magħruf għall-popolazzjoni tal-FAEG — SF 2019 |
TA’ DARBA |
|
EUR |
- 798,94 |
0,00 |
- 798,94 |
|
|
|
|
|
|
Total għar-Renju Unit: |
EUR |
- 798,94 |
0,00 |
- 798,94 |
|
Munita |
Ammont |
Tnaqqis |
Impatt Finanzjarju |
|
EUR |
- 798,94 |
0,00 |
- 798,94 |
Partita tal-Baġit: 6201
|
Stat Membru |
Miżura |
SF |
Raġuni |
Tip |
% ta’ Korrezzjoni |
Munita |
Ammont |
Tnaqqis |
Impatt Finanzjarju |
|
GB |
Żvilupp Rurali, FAEŻR, miżuri soġġetti għas-SIAK |
2020 |
Rata ta’ Inkonformità – SIAK tal-FAEŻR |
TA’ DARBA |
|
EUR |
- 111 920,32 |
0,00 |
- 111 920,32 |
|
|
Żvilupp Rurali, FAEŻR, miżuri soġġetti għas-SIAK |
2019 |
Rata ta’ nuqqas ta’ konformità għall-FAEŻR — SIAK — M 10 |
TA’ DARBA |
|
EUR |
-41 582,00 |
0,00 |
-41 582,00 |
|
|
|
|
|
|
Total għar-Renju Unit: |
EUR |
- 153 502,32 |
0,00 |
- 153 502,32 |
|
Munita |
Ammont |
Tnaqqis |
Impatt Finanzjarju |
|
EUR |
- 153 502,32 |
0,00 |
- 153 502,32 |