|
25.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 80/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/454
tad-9 ta’ Lulju 2014
dwar l-għajnuna mill-Istat SA.34823 (2012/C), SA.36004 (2013/NN), SA.37965 (2013/N), SA.37966 (2013/N), SA.37967 (2013/N) implimentata mill-Ġreċja għal Alpha Bank Group b’rabta ma’:
|
— |
Rikapitalizzazzjoni u ristrutturar ta’ Alpha Bank S.A.; |
|
— |
Riżoluzzjoni ta’ Cooperative Bank of Western Macedonia permezz ta’ ordni ta’ trasferiment lil Alpha Bank S.A. |
|
— |
Riżoluzzjoni ta’ Evia Cooperative Bank permezz ta’ ordni ta’ trasferiment lil Alpha Bank S.A. |
|
— |
Riżoluzzjoni ta’ Cooperative Bank of Dodecanese permezz ta’ ordni ta’ trasferiment lil Alpha Bank S.A. |
(notifikata bid-dokument C(2014) 4662)
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,
Wara li stiednet lill-Istati Membri u lil partijiet interessati oħrajn sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom skont dawk id-dispożizzjonijiet,
Billi,
1. PROĊEDURA
1.1. PROĊEDURA RELATATA MA’ ALPHA BANK
|
(1) |
Permezz ta’ deċiżjoni tad-19 ta’ Novembru 2008, il-Kummissjoni approvat skema intitolata “Miżuri ta’ Appoġġ għall-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu fil-Greċja” (l-“Iskema ta’ Appoġġ lill-Banek Griegi”) maħsuba biex tiżgura l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja Griega. L-Iskema ta’ Appoġġ lill-Banek Griegi tippermetti li l-għajnuna tingħata taħt it-tliet miżuri kostitwenti tagħha, jiġifieri miżura ta’ rikapitalizzazzjoni, miżura ta’ garanzija u miżura ta’ self obbligazzjonarju tal-gvern (1). F’Mejju 2009, l-Alpha Bank Group (“il-Bank”) kien rikapitalizzat mill-Greċja taħt il-miżura ta’ rikapitalizzazzjoni. |
|
(2) |
Il-premessa 14 tad-Deċiżjoni tad-19 ta’ Novembru 2008 irreġistrat li għandu jiġi nnotifikat pjan ta’ ristrutturar lill-Kummissjoni fir-rigward tal-benefiċjarji tal-miżura ta’ rikapitalizzazzjoni. |
|
(3) |
Fit-2 ta’ Lulju 2010, l-awtoritajiet Griegi ssottomettew pjan ta’ ristrutturar fir-rigward tal-Bank lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni rreġistrat dak il-pjan u l-aġġornamenti sussegwenti tiegħu, kif ukoll informazzjoni addizzjonali sottomessa mill-awtoritajiet Griegi bħala l-Każ SA.30342 (PN 26/2010) u mbagħad il-Każ SA.32786 (2011/PN). |
|
(4) |
Il-Bank ibbenefika ripetutament mill-garanziji tal-Istat fuq strumenti ta’ dejn u mis-self obbligazzjonarju tal-gvern taħt l-Iskema ta’ Appoġġ lill-Banek Griegi (2). Huwa bbenefika wkoll minn assistenza ta’ likwidità f’emerġenza ggarantita mill-Istat (“ELA garantita mill-Istat”). |
|
(5) |
Fl-20 ta’ April 2012, il-Fond Elleniku għall-Istabbiltà Finanzjarja (“HFSF”) ipprovda lill-Bank b’ittra li fiha impenja ruħu li jipparteċipa f’żieda ppjanata tal-kapital azzjonarju tal-Bank. Fit-28 ta’ Mejju 2012, l-HFSF ta rikapitalizzazzjoni tranżitorja ta’ EUR 1 900 miljun lill-Bank (“l-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja”). |
|
(6) |
F’Mejju 2012, l-awtoritajiet Griegi nnotifikaw lill-Kummissjoni bl-ittra ta’ impenn li ġiet ipprovduta mill-HFSF lill-Bank. Il-Kummissjoni rreġistratha bħala għajnuna mhux innotifikata (il-Każ SA.34823 (2012/NN)) minħabba li l-miżura kienet diġà ġiet implimentata. |
|
(7) |
Permezz ta’ deċiżjoni tas-27 ta’ Lulju 2012, il-Kummissjoni fetħet proċedura ta’ investigazzjoni formali fuq l-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja (“id-Deċiżjoni ta’ Ftuħ ta’ Alpha”) (3). |
|
(8) |
Fit-12 ta’ Ottubru 2012, l-HFSF ta l-kunsens tiegħu lill-Bank għall-akkwiżizzjoni ta’ Emporiki Bank minn Crédit Agricole S.A. (“Crédit Agricole”). Fis-16 ta’ Ottubru 2012, Crédit Agricole u l-Bank iffirmaw ftehim ta’ xiri ta’ ishma. |
|
(9) |
Qabel dik id-data, l-awtoritajiet Griegi kienu infurmaw lis-servizzi tal-Kummissjoni dwar l-evoluzzjoni tal-proċess, kif ukoll dwar it-termini tal-akkwiżizzjoni potenzjali ta’ Emporiki Bank. |
|
(10) |
Fit-23 ta’ Novembru 2012, is-servizzi tal-Kummissjoni bagħtu ittra lill-awtoritajiet Griegi, li kienet tinkludi l-valutazzjoni preliminari tagħhom tal-akkwiżizzjoni. |
|
(11) |
F’Diċembru 2012, l-HFSF ta t-tieni rikapitalizzazzjoni tranżitorja ta’ EUR 1 042 miljun lill-Bank (“it-tieni rikapitalizzazzjoni tranżitorja”). Fil-21 ta’ Diċembru 2012, l-HFSF ipprovda wkoll lill-Bank b’ittra ta’ impenn għall-parteċipazzjoni tiegħu f’żieda tal-kapital azzjonarju tal-Bank u fl-istrumenti tal-kapital konvertibbli li għandhom jinħarġu, għal ammont totali massimu ta’ EUR 1 629 miljun (4). L-awtoritajiet Griegi nnotifikaw dawk il-miżuri lill-Kummissjoni fis-27 ta’ Diċembru 2012 (5). |
|
(12) |
F’Mejju 2013, il-Bank ħabbar it-tlestija b’suċċess tal-emissjoni bi drittijiet preferenzjali tiegħu ta’ EUR 457,1 miljun u l-allokazzjoni tal-ishma kollha offruti fi tqegħida privata addizzjonali ta’ EUR 92,9 miljun. Fit-3 ta’ Ġunju 2013, l-HFSF ikkonverta l-ewwel u t-tieni rikapitalizzazzjonijiet tranżitorji f’ekwità u injetta EUR 1 079 miljun oħrajn ta’ kapital fil-Bank (ir-“rikapitalizzazzjoni tar-Rebbiegħa 2013”). |
|
(13) |
Fid-19 ta’ Diċembru 2013, l-awtoritajiet Griegi ppreżentaw informazzjoni lill-Kummissjoni rigward it-termini tar-rikapitalizzazzjoni tar-rebbiegħa 2013. |
|
(14) |
Fit-12 ta’ Ġunju 2014, l-awtoritajiet Griegi ssottomettew pjan ta’ ristrutturar finali għall-Bank (“il-pjan ta’ ristrutturar”) lill-Kummissjoni. Fl-istess data, huma pprovdew informazzjoni dwar l-ELA garantita mill-Istat. Huma indikaw li kellhom il-ħsieb li jkomplu jipprovdu lill-Bank b’appoġġ ta’ likwidità, kif ukoll b’garanziji mill-Istat fuq l-istrumenti tad-dejn u s-self obbligazzjonarju tal-gvern taħt l-Iskema ta’ Appoġġ lill-Banek Griegi. (6). |
|
(15) |
Il-Kummissjoni kellha għadd numeruż ta’ laqgħat, telekonferenzi u skambji ta’ ittri elettroniċi ma’ rappreżentanti tal-awtoritajiet Griegi u mal-Bank. |
|
(16) |
Il-Greċja taċċetta li, b’mod eċċezzjonali, din id-Deċiżjoni tiġi adottata bil-lingwa Ingliża biss. |
1.2. PROĊEDURA RELATATA MAL-APPOĠĠ MILL-ISTAT MOGĦTI LIT-TLIET BANEK KOOPERATTIVI
|
(17) |
Fit-3 ta’ Diċembru 2013, il-Greċja għarrfet lill-Kummissjoni bir-riżoluzzjoni antiċipata tat-tliet banek kooperattivi (“it-tliet Banek Kooperattivi”), jiġifieri l-Co-operative Bank of Dodecanese (“Dodecanese Bank”), il-Co-operative Bank of Evia (“Evia Bank”) u l-Co-operative Bank of Western Macedonia (“Western Macedonia Bank”). |
|
(18) |
Fl-4 ta’ Diċembru 2013, is-servizzi tal-Kummissjoni talbu lill-Greċja sabiex tissottometti informazzjoni dwar ir-riżoluzzjoni antiċipata tat-tliet Banek Kooperattivi. |
|
(19) |
Fil-5 ta’ Diċembru 2013, il-Greċja ssottomettiet l-informazzjoni mitluba lis-servizzi tal-Kummissjoni. |
|
(20) |
Fit-8 ta’ Diċembru 2013, il-Bank of Greece pproċeda bir-riżoluzzjoni tat-tliet Banek Kooperattivi u bit-trasferiment tal-obbligazzjonijiet magħżula tat-tliet Banek Kooperattivi lill-Bank. |
|
(21) |
Fis-17 ta’ Diċembru 2013, il-Greċja nnotifikat l-appoġġ mill-Istat stipulat fil-qafas tar-riżoluzzjoni tat-tliet Banek Kooperattivi. |
2. DESKRIZZJONI
2.1. IL-BANK U D-DIFFIKULTAJIET TIEGĦU
2.1.1. Il-kuntest ġenerali tas-settur bankarju Grieg
|
(22) |
Il-prodott domestiku gross (“PDG”) reali tal-Greċja naqas b’20 % mill-2008 sal-2012, kif jidher fit-Tabella 1. B’riżultat ta’ dan, il-banek Griegi ffaċċjaw rata ta’ inadempjenza li kompliet tiżdied b’mod rapidu fuq is-self mogħti lill-familji u lill-kumpaniji Griegi (7). Dawk l-iżviluppi affettwaw ir-rendiment tal-assi tal-banek Griegi b’mod negattiv u wasslu għal ħtiġijiet kapitali. Tabella 1 It-Tkabbir Reali tal-PDG fil-Greċja, 2008-2013
|
|||||||||||||||||||||||
|
(23) |
Barra minn hekk, fi Frar 2012, il-Greċja implimentat skambju ta’ bonds fis-settur privat magħruf bħala Parteċipazzjoni tas-Settur Privat (“il-programm PSI”). Il-banek Griegi kienu involuti fil-programm PSI, li matulu l-gvern Grieg offra lid-detenturi tal-bonds privati eżistenti b’titoli ġodda (inklużi Bonds tal-Gvern Grieg (“GGBs”) ġodda, titoli marbuta mal-PDG u noti ta’ ħlas tal-PSI maħruġa mill-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja (“EFSF”)) inkambju għall-GGBs eżistenti, bi skont nominali ta’ 53,5 % u maturitajiet itwal (8). L-awtoritajiet Griegi ħabbru r-riżultati ta’ dak l-iskambju ta’ bonds fid-9 ta’ Marzu 2012 (9). L-iskambju rriżulta f’telf sinifikanti għad-detenturi tal-bonds (stmat mill-Bank of Greece bħala 78 % tal-ammont nominali tal-GGBs l-antiki bħala medja għall-banek Griegi) u ħtiġijiet kapitali li kienu rreġistrati b’mod retroattiv fir-rapporti finanzjarji tal-banek Griegi għall-2011. Tabella 2 Telf totali tal-banek Griegi ewlenin minħabba l-PSI (f’miljuni ta’ EUR)
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(24) |
Minħabba li l-banek Griegi ffaċċjaw nuqqasijiet ta’ kapital sostanzjali b’riżultat tal-programm PSI u r-reċessjoni kontinwa, il-Memorandum ta’ Politiki Ekonomiċi u Finanzjarji (“MPEF”) tat-Tieni Programm ta’ Aġġustament għall-Greċja bejn il-gvern Grieg, l-Unjoni Ewropea, il-Fond Monetarju Internazzjonali (“FMI”) u l-Bank Ċentrali Ewropew (“BĊE”), datat il-11 ta’ Marzu 2012, għamel fondi disponibbli għar-rikapitalizzazzjoni ta’ dawk il-banek. L-awtoritajiet Griegi stmaw li l-ħtiġijiet tar-rikapitalizzazzjoni u l-ispejjeż tar-riżoluzzjoni totali tal-bank, li għandhom jiġu ffinanzjati taħt dak il-programm, kienu ta’ EUR 50 biljun (11). Dak l-ammont kien ikkalkolat fuq il-bażi ta’ test tal-istress imwettaq mill-Bank of Greece għall-perjodu li beda f’Diċembru 2011 u li ġie fi tmiemu f’Diċembru 2014 (“it-test tal-istress tal-2012”), li kien jiddependi fuq il-previżjoni tat-telf mis-self imwettqa minn Blackrock (12). Il-fondi għar-rikapitalizzazzjoni tal-banek Griegi huma disponibbli permezz tal-HFSF. It-Tabella 3 tiġbor fil-qosor il-kalkolazzjoni tal-ħtiġijiet kapitali għall-banek Griegi ewlenin kif jirriżultaw mit-test tal-istress tal-2012. Tabella 3 Test tal-istress tal-2012: Il-ħtiġijiet kapitali tal-banek Griegi ewlenin (f’miljuni ta’ EUR)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(25) |
Skont l-MPEF, “il-banek li jissottomettu pjanijiet vijabbli ta’ ġbir tal-kapital jingħataw l-opportunità li japplikaw għal u jirċievu appoġġ pubbliku b’mod li jippreserva inċentivi fis-settur privat għall-injezzjoni ta’ kapital u b’hekk jitnaqqas il-piż għall-kontribwenti” (13). Il-Bank of Greece sab li kienu biss l-akbar erba’ banek (Eurobank, National Bank of Greece, Piraeus Bank u Alpha Bank) li ssottomettew pjanijiet vijabbli ta’ ġbir tal-kapital (14). Huma rċevew l-ewwel rikapitalizzazzjoni mill-HFSF f’Mejju 2012. |
|
(26) |
Id-depożiti domestiċi fil-banek fil-Greċja naqsu b’37 % b’kollox bejn l-aħħar tal-2009 u Ġunju 2012 minħabba r-reċessjoni u l-inċertezza politika. Dawk il-banek kellhom iħallsu rati ta’ mgħax ogħla sabiex jippruvaw iżommu d-depożiti. L-ispejjeż tad-depożiti żdiedu, filwaqt li l-marġini tal-imgħax nett tal-banek naqas. Minħabba li l-banek Griegi ma komplewx joperaw fis-swieq tal-finanzjament tal-operaturi, huma saru kompletament dipendenti fuq il-finanzjament tal-Eurosistema (15), li porzjon dejjem jikber minnu kien fil-forma ta’ ELA garantita mill-Istat mogħtija mill-Bank of Greece. |
|
(27) |
Fit-3 ta’ Diċembru 2012, il-Greċja nediet programm ta’ xiri lura fuq il-GGBs ġodda riċevuti mill-investituri fil-qafas tal-programm PSI, bi prezzijiet li jvarjaw minn 30,2 % sa 40,1 % tal-valur nominali tagħhom (16). Il-banek Griegi pparteċipaw f’dak il-programm ta’ xiri lura li kkristallizza t-telf ulterjuri fuq il-karti tal-bilanċ tagħhom, minħabba li ħafna mit-telf tal-kontabbiltà (jiġifieri, id-differenza bejn il-valur fis-suq u l-valur nominali) irreġistrat fuq dawk il-GGBs ġodda fiż-żmien tal-programm PSI kien sar definittiv u irriversibbli (17). |
|
(28) |
F’Diċembru 2012, l-akbar erba’ banek Griegi rċevew it-tieni rikapitalizzazzjoni tranżitorja mill-HFSF. |
|
(29) |
Fir-rebbiegħa tal-2013, ir-rikapitalizzazzjoni tranżitorja tal-erba’ banek ġiet ikkonvertita f’rikapitalizzazzjoni permanenti f’ishma ordinarji, bl-HFSF iżomm aktar minn 80 % tal-parteċipazzjoni azzjonarja ta’ kull wieħed mill-erba’ banek. Għall-banek li rnexxielhom jattiraw ammont stabbilit minn qabel ta’ kapital privat (il-Bank, Piraeus Bank S.A. u National Bank of Greece S.A.), l-HFSF irċieva ishma mingħajr dritt ta’ vot, filwaqt li l-investituri privati ngħataw ċertifikati tal-ishma tal-HFSF. |
|
(30) |
F’Lulju 2013, il-Bank of Greece kkummissjona konsulent sabiex iwettaq studju dijanjostiku fuq il-portafolli tas-self tal-banek Griegi kollha. Dak il-konsulent wettaq projezzjonijiet tat-telf ta’ kreditu (“CLPs”) fuq il-kotba tas-self domestiċi kollha tal-banek Griegi, kif ukoll fuq is-self li jġorr riskju Grieg fil-fergħat barranin u s-sussidjarji fuq medda ta’ tliet snin u nofs u fuq orizzont tul il-ħajja ta’ self. L-analiżi pprovdiet CLPs taħt żewġ xenarji makroekonomiċi, xenarju bażi u xenarju avvers. Is-CLPs għall-portafolli tas-self barranin ġew stmati mill-Bank of Greece permezz ta’ kontribut mill-konsulent. |
|
(31) |
Abbażi tal-valutazzjoni tas-CLPs mill-konsulent, fil-ħarifa 2013, il-Bank of Greece nieda eżerċizzju ġdid ta’ test tal-istress (“it-test tal-istress tal-2013”) sabiex jivvaluta r-robustezza tal-pożizzjoni kapitali tal-banek Griegi kemm taħt xenarju bażi kif ukoll taħt xenarju avvers. Il-Bank of Greece wettaq il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet kapitali bl-appoġġ tekniku tat-tieni konsulent. |
|
(32) |
Il-komponenti ewlenin tal-valutazzjoni tal-ħtiġijiet kapitali skont it-test tal-istress tal-2013 kienu (i) is-CLPs (18) fuq il-portafolli tas-self tal-banek fuq bażi kkonsolidata għar-riskju Grieg u għar-riskju barrani, nett tar-riżervi tas-self eżistenti, u (ii) il-profittabbiltà operattiva stmata tal-banek għall-perjodu minn Ġunju 2013 sa Diċembru 2016, abbażi ta’ aġġustament konservattiv tal-pjanijiet ta’ ristrutturar li ġew sottomessi lill-Bank of Greece matul ir-raba’ kwart tal-2013. It-Tabella 4 tiġbor fil-qosor il-kalkolazzjoni tal-ħtiġijiet kapitali għall-banek Griegi ewlenin fuq bażi kkonsolidata taħt ix-xenarju bażi għal dak it-test tal-istress tal-2013. Tabella 4 Test tal-istress tal-2013: Il-ħtiġijiet kapitali tal-banek Griegi fuq bażi kkonsolidata fix-xenarju bażi (f’miljuni ta’ EUR)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(33) |
Fis-6 ta’ Marzu 2014, il-Bank of Greece ħabbar ir-riżultati tat-test tal-istress tal-2013 u talab lill-banek sabiex jissottomettu, sa nofs April 2014, il-pjanijiet tagħhom għall-ġbir tal-kapital sabiex ikopru l-ħtiġijiet kapitali taħt ix-xenarju bażi. |
|
(34) |
Bejn l-aħħar ta’ Marzu 2013 u l-bidu ta’ Mejju 2014, il-banek ipproċedew b’żidiet kapitali. |
2.1.2. Il-benefiċjarju
|
(35) |
Il-Bank jipprovdi servizzi bankarji universali primarjament fil-Greċja u fl-Ewropa tax-Xlokk (Ċipru, ir-Rumanija, il-Bulgarija, is-Serbja, l-Albanija u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (“FYROM”) kif ukoll fir-Renju Unit. Huwa joffri firxa sħiħa ta’ prodotti u servizzi bankarji u finanzjarji lil unitajiet domestiċi u negozji. Huwa attiv fl-operazzjonijiet bankarji privati, korporattivi u għall-konsumaturi, fil-ġestjoni tal-assi, fit-teżor u fl-operazzjonijiet bankarji ta’ investiment. Il-Bank huwa inkorporat fil-Greċja u l-ishma tiegħu huma elenkati fuq il-Borża ta’ Ateni. Fit-30 ta’ Settembru 2012, b’kollox il-Bank kien iħaddem 17 119-il ruħ, u madwar terz minnhom kienu impjegati fix-Xlokk tal-Ewropa u fir-Renju Unit, filwaqt li ż-żewġ terzi li jifdal kienu impjegati fil-Greċja (22). |
|
(36) |
Il-Bank ipparteċipa fil-programm PSI, fejn kellu ċ-ċans jiskambja GGBs u self relatat mal-Istat b’valur nominali ta’ EUR 6 043 miljun. Il-ħlas totali tiegħu relatat mal-PSI kien jammonta għal madwar EUR 4 786 miljun qabel it-taxxa u kien kompletament irreġistrat fil-kontijiet tiegħu għall-2011. (23). Matul il-programm ta’ xiri lura ta’ Diċembru 2012, il-Bank biegħ il-GGBs ġodda li kien irċieva fil-qafas tal-PSI bi skont qawwi għall-valur nominali. Dak il-bejgħ ikkristallizza t-telf tiegħu fuq il-GGBs il-ġodda. |
|
(37) |
Il-figuri ewlenin tal-Bank f’Diċembru 2010, Diċembru 2011, Diċembru 2012 u Diċembru 2013 (dejta kkonsolidata) huma ppreżentati fit-Tabella 5. Tabella 5 Figuri ewlenin ta’ Alpha Bank, 2010, 2011, 2012 u 2013
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(38) |
It-Tabella 5 tispjega li, minbarra t-telf qawwi li rreġistra fl-2011 minħabba l-programm PSI (EUR 4 786 miljun (25)), il-Bank sofra minn tnaqqis fid-dħul (minħabba, fost raġunijiet oħrajn, l-ispejjeż ogħla tad-depożiti) u minn telf għoli u dejjem jiżdied minn indeboliment fuq il-portafolli tas-self tiegħu fil-Greċja u barra l-pajjiż. Il-pożizzjoni tal-likwidità tal-Bank intlaqtet ħażin mill-ħruġ tad-depożiti u l-proporzjon self-depożitu tiegħu laħqet 152 % fil-31 ta’ Diċembru 2011. (26), filwaqt li 34 % tal-karta bilanċjali tagħha ġew iffinanzjati mill-Eurosistema f’dik id-data (27). |
|
(39) |
Skont it-test tal-istress tal-2013, il-Bank of Greece kkalkula l-ħtiġijiet kapitali tal-Bank għal EUR 262 miljun għax-xenarju bażi. |
|
(40) |
F’Marzu 2014, il-Bank ipproċeda b’żieda fil-kapital ta’ EUR 1,2 biljun sabiex ikopri l-ħtiġijiet kapitali msemmija fil-premessa 39 u sabiex iħallas lura l-ishma privileġġati miżmuma mill-Greċja li jammontaw għal EUR 940 miljun (28). B’kuntrast għaż-żieda fil-kapital ta’ Eurobank ta’ April 2014, l-HFSF ma impenjax ruħu li jinjetta kapital fiż-żieda fil-kapital tal-Bank f’każ ta’ domanda privata insuffiċjenti. Iż-żieda fil-kapital ta’ dan tal-aħħar inkisbet permezz ta’ offerta ta’ ekwità mingħajr prelazzjoni (jiġifieri żieda fil-kapital b’kanċellazzjoni tad-drittijiet ta’ prelazzjoni tal-azzjonisti) lill-investituri internazzjonali u permezz ta’ offerta pubblika fil-Greċja. Il-prezz tas-sottoskrizzjoni kien iffissat bħala EUR 0,66 għal kull sehem. |
|
(41) |
Wara ż-żieda fil-kapital, fis-17 ta’ April 2014, il-Bank ħabbar li huwa kien feda l-ishma privileġġati lill-Greċja, għal ammont totali ta’ EUR 940 miljun. |
2.2. L-AKKWIŻIZZJONIJIET MILL-BANK TAL-ATTIVITAJIET BANKARJI GRIEGI
2.2.1. L-akkwiżizzjoni ta’ Emporiki Bank
|
(42) |
Emporiki Bank ġie stabbilit fl-1882. |
|
(43) |
Fis-sena 2000, għall-ewwel Crédit Agricole Group akkwiżixxa sehem ta’ 6,7 % f’Emporiki Bank. Emporiki Bank sar sussidjarju ta’ Crédit Agricole fl-2006, meta akkwiżixxa interess kontrollanti. Dak iż-żmien Crédit Agricole żied il-parteċipazzjoni azzjonarja tiegħu għal 94,99 % f’Emporiki Bank. |
|
(44) |
Emporiki Bank kien jopera fl-attivitajiet bankarji kollha (għall-konsumatur, korporattivi) kif ukoll fl-ibbankjar tal-investimenti, l-immaniġġjar ta’ assi, l-immaniġġjar ta’ portafolji u fis-servizzi finanzjarji ġenerali. Offra s-servizzi tiegħu fil-Greċja permezz tan-netwerk tiegħu ta’ 323 fergħa u barra pajjiżu permezz tal-fergħa tiegħu f’Ċipru kif ukoll permezz tas-sussidjarji f’Ċipru, il-Bulgarija, l-Albanija u r-Rumanija (29). Fil-31 ta’ Diċembru 2012, huwa kellu 4 230 impjegat. |
|
(45) |
Il-Bank ipparteċipa fil-programm PSI, fejn skambja GGBs u titoli eleġibbli oħrajn b’valur nominali ta’ EUR 766 miljun. Kif jidher fit-Tabella 2, il-ħlas totali tiegħu relatat mal-PSI kien jammonta għal madwar EUR 590 miljun qabel it-taxxa u kien kompletament irreġistrat fil-kontijiet tiegħu għall-2011. Kif jidher fit-Tabella 3, kien stmat li l-ħtiġijiet kapitali ta’ Emporiki Bank kienu ta’ EUR 2 475 miljun u ġew ikkalkolati fuq il-bażi ta’ test tal-istress tal-2012 imwettaq mill-Bank of Greece għall-perjodu li beda fil-31 ta’ Diċembru 2011 u li ntemm fil-31 ta’ Diċembru 2014, li kien jiddependi fuq il-previżjoni tat-telf mis-self imwettqa minn Blackrock. |
|
(46) |
Fit-12 ta’ Ottubru 2012, l-HFSF ta l-kunsens tiegħu lill-Bank għall-akkwiżizzjoni ta’ Emporiki Bank minn Crédit Agricole. |
|
(47) |
Fis-16 ta’ Ottubru 2012, Crédit Agricole u l-Bank iffirmaw il-“Ftehim ta’ Xiri ta’ Ishma datat is-16 ta’ Ottubru 2012 bejn Crédit Agricole S.A. u Alpha Bank S.A. għall-bejgħ u x-xiri ta’ Emporiki Bank of Greece S.A.”. Wara t-tlestija tad-diliġenza finanzjarja dovuta, Crédit Agricole injetta ammont ta’ kapital aggregat ta’ EUR 2 893 miljun, filwaqt li ssottoskriva bis-sħiħ għal bond konvertibbli ta’ EUR 150 miljun maħruġ mill-Bank (30). Imbagħad il-Bank kellu jakkwiżixxi l-Emporiki Bank kompletament rikapitalizzat għal euro. Skont il-ftehim ta’ akkwist tal-ishma, il-Bank ma xtarax is-sussidjarji barranin ta’ Emporiki Bank, li baqgħu taħt Crédit Agricole, għajr il-fergħa ta’ Ċipru ta’ Emporiki Bank, li kienet tammonta għal EUR 0,5 biljun f’assi u li kienet parti mill-perimetru mixtri mill-Bank. |
|
(48) |
Fil-31 ta’ Diċembru 2012, wara r-rikapitalizzazzjoni minn Crédit Agricole, il-proporzjon tal-adegwatezza kapitali ta’ Emporiki Bank kien ta’ 17,6 % filwaqt li l-proprozjon tal-Grad 1 tiegħu kien ta’ 13,5 %. |
|
(49) |
Fl-1 ta’ Frar 2013, il-Bank ħabbar li lesta t-trasferiment tal-kapital azzjonarju kollu ta’ Emporiki Bank lill-Bank (31). |
|
(50) |
Il-figuri ewlenin ta’ Emporiki Bank f’Diċembru 2010, Diċembru 2011, Diċembru 2012 u Jannar 2013 huma ppreżentati fit-Tabella 6. Tabella 6 Figuri ewlenin ta’ Emporiki Bank, 2010, 2011, 2012 u Jannar 2013
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
2.2.2. L-akkwiżizzjoni ta’ obbligazzjonijiet magħżula tat-tliet Banek Kooperattivi
|
(51) |
Fit-8 ta’ Diċembru 2013, il-Bank of Greece iddeċieda li jipproċedi bir-riżoluzzjoni tat-tliet Banek Kooperattivi, Dodecanese Bank, Evia Bank u Western Macedonia Bank. |
|
(52) |
Il-Bank of Greece kompla b’Xiri u Suppożizzjoni (32) fejn id-depożiti kollha, inklużi d-depożiti interbankarji, u l-pretensjonijiet u l-obbligazzjonijiet lejn il-Fond Elleniku ta’ Garanzija tad-Depożiti u l-Investimenti iżda ebda self ma jiġi ttrasferit lil akkwirent. Il-Bank of Greece kkuntattja l-erba’ banek sistemiċi Griegi peress li, skont il-Bank of Greece, id-depożiti għandhom jiġu ttrasferiti sabiex l-istituzzjonijiet jiġu rikapitalizzati bis-sħiħ. Il-Bank u l-Eurobank biss issottomettew offerti vinkolanti, fil-5 ta’ Diċembru 2013. Il-Bank of Greece qies li l-offerta tal-Bank hija l-aqwa waħda. Il-Bank offra ammont li jilħaq it-2,1 % tad-depożiti ttrasferiti bħala kunsiderazzjoni. |
2.2.2.1. Dodecanese Bank
|
(53) |
Dodecanese Bank ġie stabbilit fl-1994. |
|
(54) |
Fit-22 ta’ Lulju 2013, il-Bank of Greece talab lil Dodecanese Bank sabiex jikseb lura l-proporzjon tal-Grad 1 Ewlieni tiegħu. Dodecanese Bank kompla b’żieda ta’ kapital permezz ta’ offerta pubblika ta’ ishma kooperattivi. Skont iċ-ċirkulari tal-offerta, il-proporzjon tal-Grad 1 Ewlieni tad-Dodecanese Bank, ikkalkolat fuq il-bażi tad-dejta finanzjarja tal-bank fit-30 ta’ Ġunju 2013, kien stmat għal 3,5 % u, għalhekk, kien inqas mir-rekwiżiti minimi tal-adegwatezza kapitali stipulati mill-Bank of Greece. Madankollu, il-ġbir ta’ kapital ma rnexxilux jattira domanda għolja biżżejjed mingħand l-investituri. |
|
(55) |
Għal dik ir-raġuni, fit-8 ta’ Diċembru 2013, il-Bank of Greece pproċeda bir-riżoluzzjoni ta’ Dodecanese Bank. Il-liċenzja ta’ Dodecanese Bank ġiet irtirata u tqiegħed f’likwidazzjoni (33). Obbligazzjonijiet magħżula ta’ Dodecanese Bank ġew ittrasferiti lill-Bank (34). Skont il-Bank of Greece (35), il-valur ġust tal-assi ttrasferiti ammonta għal madwar EUR 6 miljun filwaqt li l-valur ġust tal-obbligazzjonijiet ittrasferiti ammonta għal EUR 255 miljun, bid-differenza tkun id-diskrepanza tal-likwidità (36) ta’ EUR 249 miljun Id-diskrepanza tal-likwidità ġiet koperta mill-HFSF skont l-Artikolu 63(D)(13) tal-Liġi 3601/2007. F’Diċembru 2013, l-HFSF ħareġ żewġ terzi mid-diskrepanza tal-likwidità sħiħa, jiġifieri EUR 166 miljun, f’Noti tal-EFSF filwaqt li ħa impenn li jħallas l-ammont li jifdal ta’ EUR 83 miljun mal-istabbiliment finali tad-diskrepanza tal-likwidità. Fis-16 ta’ Ġunju 2014, il-Bank of Greece stabbilixxa li d-diskrepanza tal-likwidità finali ta’ Dodecanese Bank kienet tammonta għal EUR 258,5 miljun. L-HFSF se jkopri l-parti mhux maħruġa tad-diskrepanza tal-likwidità. |
|
(56) |
Fit-30 ta’ Settembru 2013, Dodecanese Bank impjega 132 persuna u kellu 11-il fergħa. Fil-qafas tar-riżoluzzjoni, il-Bank ma ħa f’idejh l-ebda fergħa ta’ Dodecanese Bank iżda indika li beħsiebu jżomm preżenza fiżika f’żoni fejn ma teżisti ebda sovrapożizzjoni tan-netwerk (jiġifieri, f’erba’ gżejjer b’ebda bank alternattiv) billi jikri l-erba’ fergħat żgħar immexxijin mil-likwidatur. L-impjegati ta’ Dodecanese Bank ingħataw is-sensja u ntgħażlu mill-ġdid b’mod selettiv mill-Bank. |
2.2.2.2. Evia Bank
|
(57) |
Evia Bank ġie stabbilit fl-1995. |
|
(58) |
Fit-22 ta’ Lulju 2013, il-Bank of Greece talab lil Evia Bank sabiex jikseb lura l-proporzjon tal-Grad 1 Ewlieni tiegħu. Evia Bank kompla b’żieda kapitali permezz ta’ offerta pubblika ta’ ishma kooperattivi. Skont iċ-ċirkulari tal-offerta, il-proporzjon tal-Grad 1 Ewlieni ta’ Evia Bank kien stmat għal 1,8 %, ikkalkolat fuq il-bażi tad-dejta finanzjarja tal-bank fit-30 ta’ Ġunju 2013 u, għalhekk, kien inqas mir-rekwiżiti minimi tal-adegwatezza kapitali stipulati mill-Bank of Greece. Madankollu, il-ġbir ta’ kapital ma rnexxilux jattira domanda għolja biżżejjed mingħand l-investituri. |
|
(59) |
Għal dik ir-raġuni, fit-8 ta’ Diċembru 2013, il-Bank of Greece ipproċeda bir-riżoluzzjoni ta’ Evia Bank. Il-liċenzja ta’ Evia Bank ġiet irtirata u Evia Bank tqiegħed f’likwidazzjoni (37). Obbligazzjonijiet magħżula ta’ Evia Bank ġew ittrasferiti lill-Bank (38). Skont il-Bank of Greece (39), il-valur ġust tal-assi ttrasferiti ammonta għal EUR 2 miljuni filwaqt li l-valur ġust tal-obbligazzjonijiet ittrasferiti ammonta għal EUR 98 miljun, bid-differenza tkun id-diskrepanza tal-likwidità ta’ EUR 96 miljun. Id-diskrepanza tal-likwidità ġiet koperta mill-HFSF skont l-Artikolu 63(D)(13) tal-Liġi 3601/2007. F’Diċembru 2013, l-HFSF ħareġ żewġ terzi mid-diskrepanza tal-likwidità totali, jiġifieri EUR 64 miljun, f’Noti tal-EFSF, filwaqt li ħa impenn li jħallas l-ammont li jifdal ta’ EUR 32 miljun mal-istabbiliment finali tad-diskrepanza tal-likwidità. Fis-16 ta’ Ġunju 2014, il-Bank of Greece stabbilixxa li d-diskrepanza tal-likwidità finali ta’ Evia Bank kienet tammonta għal EUR 105 miljun. L-HFSF se jkopri l-parti mhux maħruġa tad-diskrepanza tal-likwidità. Fit-30 ta’ Settembru 2013, Evia Bank impjega 59 persuna u kellu 4 fergħat. Il-Bank ma ħa ebda fergħa ta’ Evia Bank. L-impjegati ta’ Evia Bank ingħataw is-sensja u ntgħażlu mill-ġdid b’mod selettiv mill-Bank. |
2.2.2.3. Western Macedonia Bank
|
(60) |
Fl-1995, twaqqfet l-Għaqda Kooperattiva għall-Kreditu tal-Iżvilupp tal-Prefattura ta’ Kozani. Mill-2008, il-Kooperattiva bdiet topera bl-isem il-ġdid “Cooperative Bank of Western Macedonia”. |
|
(61) |
Fit-22 ta’ Lulju 2013, il-Bank of Greece talab lill-Western Macedonia Bank sabiex jikseb lura l-proporzjon tal-Grad 1 Ewlieni tiegħu. Il-Western Macedonia Bank kompla bil-ġbir ta’ kapital permezz ta’ offerta pubblika ta’ ishma kooperattivi. Skont iċ-ċirkulari tal-offerta, il-proporzjon tal-Grad 1 Ewlieni tal-Western Macedonia Bank kien stmat għal -11 %, ikkalkolat fuq il-bażi tad-dejta finanzjarja tal-bank fit-30 ta’ Settembru 2013 u, għalhekk, kien inqas mir-rekwiżiti minimi tal-adegwatezza kapitali stipulati mill-Bank of Greece. Madankollu, il-ġbir ta’ kapital ma rnexxilux jattira domanda għolja biżżejjed mingħand l-investituri. |
|
(62) |
Għal dik ir-raġuni, fit-8 ta’ Diċembru 2013, il-Bank of Greece ipproċeda bir-riżoluzzjoni ta’ Western Macedonia Bank. Il-liċenzja tal-Western Macedonia Bank ġiet irtirata u Evia Bank tqiegħed f’likwidazzjoni (40). Obbligazzjonijiet magħżula ta’ Western Macedonia Bank ġew ittrasferiti lill-Bank (41). Skont il-Bank of Greece (42), il-valur ġust tal-assi ttrasferiti ammonta għal EUR 2 miljun filwaqt li l-valur ġust tal-obbligazzjonijiet ittrasferiti ammonta għal EUR 84 miljun, bid-differenza tkun id-diskrepanza tal-likwidità ta’ EUR 82 miljun. Id-diskrepanza tal-likwidità ġiet koperta mill-HFSF skont l-Artikolu 63(D)(13) tal-Liġi 3601/2007. F’Diċembru 2013, l-HFSF ħareġ żewġ terzi mid-diskrepanza tal-likwidità totali, jiġifieri EUR 55 miljun, f’Noti tal-EFSF, filwaqt li ħa impenn li jħallas l-ammont li jifdal ta’ EUR 27 miljun mal-istabbiliment finali tad-diskrepanza tal-likwidità. |
|
(63) |
Fit-30 ta’ Settembru 2013, Western Macedonia Bank impjega 36 persuna u kellu 3 fergħat. Il-Bank ma ħa ebda fergħa ta’ Western Macedonia Bank. L-impjegati ta’ Western Macedonia Bank ingħataw is-sensja u ġew impjegati mill-ġdid b’mod selettiv mill-Bank. |
|
(64) |
Il-figuri ewlenin tat-tliet Banek Korporattivi huma ppreżentati fit-Tabella 7. Tabella 7 Dejta ewlenija tat-tliet Banek Kooperattivi (f’miljuni ta’ EUR)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
2.2.3. Akkwiżizzjoni ta’ Citibank Greece
|
(65) |
Citibank International ġie stabbilit fl-1812. Citibank twaqqaf fil-Greċja fl-1964 primarjament sabiex jaqdi l-ħtiġijiet tas-setturi marittimi u korporattivi. Fl-1980, Citibank Greece beda jespandi fl-operazzjonijiet bankarji għall-konsumatur. Bħalissa, Citibank Greece huwa attiv kemm fin-negozju fil-livell tal-konsumatur kif ukoll korporattiv u għandu netwerk ta’ 20 fergħa madwar il-pajjiż. |
|
(66) |
Fid-29 ta’ Mejju 2014, l-HFSF irċieva talba mingħand il-Bank għal kunsens għall-akkwiżizzjoni ta’ Citibank Greece, inkluż Diners Club Greece (“Diners”) (43). |
|
(67) |
Il-Bank esprima l-intenzjoni tiegħu li jixtri l-attivitajiet ta’ Citibank Greece, inkluż is-self lill-klijenti (għal ammont totali nett ta’ EUR 442 miljun u 1 115-il miljun f’self improduttiv (“NPL”) kompletament imħassar), id-depożiti tal-klijenti (total ta’ EUR 1 067 miljun), assi mmaniġġjati (EUR 1 186 miljun), il-fergħat għall-konsumatur, in-netwerk ta’ ATMs (44) u l-impjegati (45). Barra minn hekk, il-Bank esprima l-intenzjoni tiegħu li jixtri 100 % mill-kapital azzjonarju ordinarju ta’ Diners. |
|
(68) |
Il-prezz ġie stabbilit għal EUR 2 miljuni. |
|
(69) |
Fil-5 ta’ Ġunju 2014, l-HFSF ta l-kunsens tiegħu għall-akkwiżizzjoni ta’ Citibank Greece mill-Bank. |
2.3. IL-MIŻURI TA’ GĦAJNUNA
2.3.1. Miżuri ta’ għajnuna mogħtija lill-Bank taħt l-Iskema ta’ Appoġġ lill-Banek Griegi (miżuri L1 u A)
|
(70) |
Il-Bank kiseb diversi forom ta’ għajnuna taħt l-Iskema ta’ Appoġġ lill-Banek Griegi, taħt il-miżura ta’ rikapitalizzazzjoni, il-miżura ta’ garanzija u l-miżura ta’ self obbligazzjonarju tal-gvern. |
2.3.1.1. L-appoġġ ta’ likwidità mogħti mill-Istat taħt il-garanzija u l-miżuri ta’ self obbligazzjonarju mill-gvern (il-miżura L1)
|
(71) |
Il-Bank ibbenefika u qiegħed ikompli jibbenefika minn għajnuna taħt il-miżura ta’ garanzija u l-miżura ta’ self obbligazzjonarju tal-gvern. Dik l-għajnuna sejra tiġi deskritta f’din id-Deċiżjoni bħala l-“miżura L1”. Fit-30 ta’ Novembru 2011, il-garanziji mogħtija lill-Bank ammontaw għal madwar EUR 14,0-il biljun. Fit-30 ta’ Settembru 2011, il-Bank irċieva self ta’ bonds tal-gvern li jammontaw għal EUR 1,6 biljun (46). |
|
(72) |
Fil-pjan ta’ ristrutturar għall-Bank, li ġie sottomess mill-awtoritajiet Griegi lill-Kummissjoni fit-12 ta’ Ġunju 2014, l-awtoritajiet Griegi wrew l-intenzjoni tagħhom li jkomplu jagħtu garanziji u jsellfu bonds tal-gvern taħt l-Iskema ta’ Appoġġ lill-Banek Griegi matul il-perjodu tar-ristrutturar. |
2.3.1.2. Rikapitalizzazzjoni mill-Istat mogħtija taħt il-miżura ta’ rikapitalizzazzjoni (il-miżura A)
|
(73) |
F’Mejju 2009, il-Bank irċieva injezzjoni kapitali ta’ EUR 940 miljun (il-miżura A) taħt il-miżura ta’ rikapitalizzazzjoni tal-Iskema Griega ta’ Appoġġ għall-Banek. Dik l-injezzjoni ta’ kapital kienet ekwivalenti għal madwar 2 % tal-assi mwieżna għar-riskju (47) (“RWA”) tal-Bank f’dak iż-żmien. |
|
(74) |
Ir-rikapitalizzazzjoni ħadet il-forma ta’ ishma privileġġati sottoskritti mill-Greċja, li kellhom kupun ta’ 10 % u maturità ta’ ħames snin. |
|
(75) |
Il-Bank feda l-ishma privileġġati fis-17 ta’ April 2014, kif deskritt fil-premessa 41. |
2.3.2. ELA garantita mill-Istat (il-miżura L2)
|
(76) |
ELA hija miżura eċċezzjonali li tippermetti li istituzzjoni finanzjarja solventi, li tkun qiegħda tiffaċċja problemi ta’ likwidità temporanji, tirċievi finanzjament mill-Eurosistema mingħajr ma tali operazzjoni tkun parti mill-politika monetarja unika. Ir-rata tal-imgħax imħallsa minn istituzzjoni finanzjarja għal ELA hija […] (*1) punti bażi ogħla mill-imgħax li tħallas għal rifinanzjament regolari mill-Bank Ċentrali. |
|
(77) |
Il-Bank of Greece huwa responsabbli mill-programm ta’ ELA, li jfisser li kull spiża tal-provvediment ta’ ELA, u r-riskji li jirriżultaw minnhom, jinġarru mill-Bank of Greece. Il-Greċja tat garanzija lill-Bank of Greece mill-Istat li tapplika għall-ammont totali ta’ ELA mogħtija mill-Bank of Greece. (48). L-adozzjoni tal-Artikolu 50, paragrafu 7 tal-Liġi 3943/2011, li emendat l-Artikolu 65, paragrafu 1 tal-Liġi 2362/1995, ippermettiet li l-Ministru tal-Finanzi jagħti garanziji f’isem l-Istat lill-Bank of Greece bil-għan li jissalvagwardja l-pretensjonijiet tal-Bank of Greece kontra l-istituzzjonijiet ta’ kreditu. Il-banek li jibbenefikaw minn ELA għandhom iħallsu miżata ta’ garanzija lill-Istat li tammonta għal […] punti bażi. |
|
(78) |
Fil-31 ta’ Diċembru 2011, il-Bank ibbenifika minn EUR 6,7 biljun ta’ ELA garantita mill-Istat (49), filwaqt li fil-31 ta’ Diċembru 2012, il-Bank ibbenefika minn EUR 23,6 biljun ta’ ELA garantita mill-Istat (50). |
2.3.3. Miżuri ta’ għajnuna mogħtija lill-Bank permezz tal-HFSF (il-miżuri B1, B2, B3 u B4)
|
(79) |
Sa mill-2012, il-Bank ibbenifika minn diversi miżuri ta’ appoġġ kapitali mogħtija mill-HFSF. It-Tabella 8 tipprovdi ħarsa ġenerali lejn dawk il-miżuri ta’ għajnuna. Tabella 8 Il-miżuri ta’ għajnuna mogħtija lill-Bank permezz tal-HFSF
|
2.3.3.1. L-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja (il-miżura B1)
|
(80) |
Il-premessi 14 sa 32 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ ta’ Alpha (51) ddeskrivew fid-dettall l-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja ta’ Mejju 2012 (il-miżura B1). L-isfond u l-karatteristiċi ewlenin ta’ dik il-miżura huma stabbiliti f’din it-Taqsima. |
|
(81) |
Fl-20 ta’ April 2012, l-HFSF ipprovda ittra lill-Bank li fiha impenja ruħu li sejjer jipparteċipa f’żieda ppjanata ta’ kapital azzjonarju tal-Bank għal ammont sa EUR 1,9 biljun. |
|
(82) |
Taħt il-miżura B1, l-HFSF ittrasferixxa EUR 1,9 biljun ta’ bonds tal-EFSF lill-Bank fit-28 ta’ Mejju 2012, b’konformità mad-dispożizzjonijiet għar-rikapitalizzazzjonijiet tranżitorji stipulati fil-Liġi 3864/2010, li tistabbilixxi l-HFSF (“il-Liġi dwar l-HFSF”). Il-bonds tal-EFSF ittrasferiti lill-Bank kienu noti b’rati varjabbli b’maturitajiet ta’ sitta u għaxar snin u b’data tal-ħruġ tad-19 ta’ April 2012. Fil-premessa 48 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ ta’ Alpha, il-Kummissjoni stabbilixxiet li “Ir-rikapitalizzazzjoni tranżitorja ffinalizzata fit-28 ta’ Mejju 2012 hija l-implimentazzjoni tal-obbligu mwettaq fl-ittra ta’ impenn u, b’hekk, hija kontinwazzjoni tal-istess għajnuna”. Il-Bank of Greece kkalkula kemm l-ammonti pprovduti fl-ittra ta’ impenn kif ukoll dawk ipprovduti fl-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja bil-għan li jiżgura li l-Bank laħaq proporzjon kapitali totali ta’ 8 % mill-31 ta’ Diċembru 2011, li hija d-data tar-reġistrazzjoni retroattiva tar-rikapitalizzazzjoni tranżitorja fir-reġistri tal-Bank. Kif jista’ jidher mit-Tabella 3, il-miżura B1 kienet tkopri biss parti limitata mill-ħtiġijiet kapitali totali identifikati mit-test tal-istress tal-2012. Il-Bank kien mistenni li jiġġenera aktar kapital permezz ta’ żieda kapitali futura u r-rikapitalizzazzjoni tranżitorja kienet intiża biss biex tippreserva l-eliġibbiltà tal-Bank għall-finanzjament tal-BĊE sakemm saret dik iż-żieda kapitali. |
|
(83) |
Għall-perjodu bejn id-data tal-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja u d-data tal-konverżjoni tal-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja f’ishma ordinarji u strumenti finanzjarji konvertibbli oħrajn, il-ftehim ta’ qabel is-sottoskrizzjoni bejn il-Bank u l-HFSF stipula li l-Bank ikollu jħallas lill-HFSH miżata annwali ta’ 1 % fuq il-valur nominali tan-noti tal-EFSF u li kull pagament ta’ kupuni u imgħax akkumulat għan-noti tal-EFSF għal dak il-perjodu għandu jitqies bħala kontribuzzjoni kapitali addizzjonali mill-HFSF lill-Bank (52). |
2.3.3.2. It-tieni rikapitalizzazzjoni tranżitorja (il-miżura B2)
|
(84) |
Il-Bank irreġistra aktar telf fil-ħarifa tal-2012. Għalhekk, il-kapital tiegħu reġa’ waqa’ taħt ir-rekwiżiti kapitali minimi sabiex huwa jkun jista’ jibqa’ eliġibbli għal rifinanzjament mill-BĊE. |
|
(85) |
B’riżultat ta’ dan, saret neċessarja t-tieni rikapitalizzazzjoni tranżitorja. Fil-21 ta’ Diċembru 2012, l-HFSF implimenta t-tieni rikapitalizzazzjoni tranżitorja ta’ EUR 1 042 miljun (il-miżura B2), li għal darba oħra tħallset permezz tat-trasferiment tal-bonds tal-EFSF lill-Bank. |
2.3.3.3. L-ittra ta’ impenn tal-21 ta’ Diċembru 2012 (il-miżura B3)
|
(86) |
Minbarra t-tieni rikapitalizzazzjoni tranżitorja, fil-21 ta’ Diċembru 2012, l-HFSF ipprovda lill-Bank b’ittra ta’ impenn għall-parteċipazzjoni tiegħu fiż-żieda tal-kapital azzjonarju tal-Bank u fl-istrumenti konvertibbli li għandhom jinħarġu, għal ammont totali sa EUR 1 629 miljun (il-miżura B3). |
|
(87) |
It-total taż-żewġ rikapitalizzazzjonijiet tranżitorji (il-miżuri B1 u B2) u tal-ammont addizzjonali impenjat f’Diċembru 2012 (il-miżura B3) kien ifisser li l-HFSF impenja ruħu li jkopri l-ħtiġijiet kapitali totali identifikati skont it-test tal-istress tal-2012 (EUR 4 571 miljun (53)). |
2.3.3.4. Il-parteċipazzjoni tal-HFSF fir-rikapitalizzazzjoni tar-Rebbiegħa 2013 (il-miżura B4)
|
(88) |
Fis-16 ta’ April 2013, il-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti tal-Bank approvat żieda fil-kapital azzjonarju tal-Bank. Fl-1 ta’ Mejju 2013, il-Bank ħabbar is-sottoskrizzjoni sħiħa tal-offerta tad-drittijiet ta’ EUR 457 miljun u t-tnedija ta’ tqegħida privata għal ammont li jasal sa EUR 93 miljun, bil-prezz ta’ 0,44 EUR għal kull sehem ġdid (54). |
|
(89) |
Il-Bank ħabbar li temm l-emissjoni bi drittijiet preferenzjali kif ukoll l-allokazzjoni sħiħa tat-tqegħida privata fit-3 ta’ Ġunju 2013 (55). Għaldaqstant, il-parteċipazzjoni privata totali fiż-żieda tal-kapital azzjonarju tal-Bank laħqet l-ammont ta’ EUR 550 miljun. |
|
(90) |
Dakinhar, il-Bank ħabbar ukoll li l-HFSF ser jissottoskrivi 9 138 636 364 sehem bil-prezz ta’ EUR 0,44 għal kull sehem. B’hekk, sar-rikapitalizzazzjoni tal-ħarifa tal-2013, l-HFSF injetta fil-Bank kapital li b’kollox jammonta għal EUR 4 021 miljun fil-forma ta’ ishma ordinarji (miżura B4). Dak l-ammont huwa daqs is-somma tal-miżuri B1, B2 u B3, wara li jitnaqqas l-ammont tal-parteċipazzjoni privata. L-ishma miżmumin mill-HFSF tawh setgħa tal-vot limitata peress li l-parteċipazzjoni privata totali kienet laħqet it-12 % tal-ġbir tal-kapital. Il-liġi tal-HFSF stipulat li l-investituri privati jżommu l-kontroll fuq il-Bank jekk jinjettaw iktar minn 10 % tal-kapital meħtieġ mill-Bank. Madankollu, l-HFSF żamm id-drittijiet sħaħ tal-vot għal deċiżjonijiet korporattivi importanti. |
|
(91) |
Permezz tal-ġbir tal-kapital azzjonarju tal-Bank (miżura B4), l-ewwel u t-tieni rikapitalizzazzjonijiet tranżitorji (miżuri B1 u B2) ġew ikkonvertiti f’rikapitalizzazzjoni permanenti u twettaq parzjalment l-impenn li tingħata għajnuna addizzjonali fil-kapital (miżura B3). |
|
(92) |
Il-prezz tal-ishma l-ġodda kien stabbilit bħala 50 % tal-prezz medju tal-istokks ippeżat skont il-volum fuq il-perjodu ta’ 50 jum tan-negozjar qabel id-determinazzjoni tal-prezz tal-offerta. Minħabba qsim invers ta’ ishma (56) deċiż mil-laqgħa ġenerali straordinarja tal-azzjonisti fis-16 ta’ April 2012 (57), il-prezz ta’ ishma ġodda kien iffissat għal EUR 0,44 għal kull sehem. |
|
(93) |
Immedjatament wara r-rikapitalizzazzjoni tar-Rebbiegħa 2013, l-HFSF sar l-azzjonarju prinċipali tal-Bank b’sehem ta’ 83,66 % (58). L-HFSF ħareġ 1 233 503 482 ċertifikat u ta lill-investituri privati ċertifikat wieħed għal kull sehem sottoskritt, għall-ebda kunsiderazzjoni (59). Kull ċertifikat jagħti d-dritt li jinxtraw 7,40 ishma tal-HFSF, f’intervalli magħżula u bi prezzijiet tal-eżerċitar. L-ewwel data tal-eżerċizzju kienet l-10 ta’ Diċembru 2013, u mbagħad iċ-ċertifikati jistgħu jiġu eżerċitati darbtejn fis-sena sal-10 ta’ Diċembru 2017. Il-prezz tal-eżerċizzju huwa ugwali għall-prezz tas-sottoskrizzjoni ta’ EUR 0,44 miżjud b’rata tal-imgħax annwali (4 % għall-ewwel sena, 5 % għat-tieni sena, 6 % għat-tielet sena, 7 % għar-raba’ sena u mbagħad 8 % annwalizzata għall-aħħar sitt xhur) (60). |
|
(94) |
Il-liġi dwar l-HFSF kif emendata fl-2014 tistabbilixxi li huma biss il-prezzijiet tal-eżerċitar taċ-ċertifikati li jistgħu jiġu aġġustati f’każ ta’ ħruġ ta’ drittijiet. Barra minn hekk, kull aġġustament bħal dan iseħħ ex post u biss sal-ammont tar-rikavat irrealizzat mill-bejgħ tad-drittijiet ta’ prelazzjoni tal-HFSF. Ma huwa previst ebda aġġustament f’każ ta’ żieda fil-kapital azzjonarju mhux preventiva. |
2.3.4. Miżuri ta’ għajnuna mill-Istat lit-tliet Banek Kooperattivi
|
(95) |
Kif diġà ntqal fis-Taqsima 2.2.2, id-diskrepanzi tal-likwidità ta’ Dodecanese Bank, Evia Bank u Western Macedonia Bank ġew stmati mill-Bank of Greece għal EUR 249 miljun, EUR 96 miljun u EUR 82 miljun rispettivament. Għalhekk, l-ammont totali tad-diskrepanzi tal-likwidità ġie stmat għal EUR 427 miljun. Kienu koperti mill-HFSF, li ta ammont korrispondenti ta’ bonds tal-EFSF lill-Bank. |
2.4. IL-PJAN TA’ RISTRUTTURAR
|
(96) |
Fit-12 ta’ Ġunju 2014, il-Greċja ssottomettiet il-pjan ta’ ristrutturar tal-Bank, li spjega kif il-Bank, bħala entità kkombinata li rriżultat mill-akkwiżizzjoni ta’ Emporiki Bank u d-depożiti tat-tliet Banek Kooperattivi, kien beħsiebu jikseb lura l-vijabbiltà tiegħu fit-tul. |
2.4.1. Operazzjonijiet domestiċi
|
(97) |
Permezz tal-pjan ta’ ristrutturar, il-Bank se jiffoka fuq l-attivitajiet bankarji prinċipali tiegħu fil-Greċja. Filwaqt li l-operazzjonijiet internazzjonali tiegħu kienu jammontaw għal iktar minn 20 % tal-assi totali f’Diċembru 2009 u għal 15 % tal-assi totali f’Ġunju 2013 (61), dak il-proporzjon għandu jonqos għal madwar […] fi tmiem l-2018 (62). |
|
(98) |
Il-prijorità ewlenija tal-Bank hija li l-operazzjonijiet bankarji Griegi jinġiebu lura għall-profittabbiltà u l-vijabbiltà. Għal dak il-għan, il-pjan ta’ ristrutturar jinkludi għadd ta’ miżuri li huma mmirati biex itejbu l-effikaċja operattiva u l-marġini tal-imgħax nett tal-Bank, kif ukoll miżuri li jsaħħu l-pożizzjoni kapitali u l-istruttura tal-karta bilanċjali tiegħu. |
|
(99) |
Fir-rigward tal-effikaċja operattiva, il-Bank diġà beda programm vast ta’ razzjonalizzazzjoni qabel sew l-akkwiżizzjoniijet ta’ Emporiki Bank u t-tliet Banek Kooperattivi. Mill-31 ta’ Diċembru 2010 sat-30 ta’ Settembru 2012, il-Bank naqqas l-impronta tiegħu fil-Greċja. Naqqas il-fergħat tiegħu minn 458 fl-2010 għal 426 fl-2012 (63) u naqqas ukoll il-forza tax-xogħol fl-attivitajiet bankarji u mhux bankarji fil-Greċja b’bosta mijiet ta’ impjegati tul l-istess perjodu (64). |
|
(100) |
Minn Diċembru 2012 sa Diċembru 2017, il-Bank għandu l-pjan li jkompli jnaqqas in-numru ta’ fergħat fil-Greċja minn 739 għal […]. In-numru ta’ impjegati f’attivitajiet bankarji u mhux bankarji fil-Greċja ser jonqos minn 11 435 għal […] (65). |
|
(101) |
L-effikaċja miżjuda f’termini tal-fergħat u l-persunal sabiex l-ispiża totali tal-attivitajiet Griegi tal-Bank titnaqqas b’[…] % minn EUR 1 345 miljun fuq bażi proforma fl-2012 għal EUR […] miljun fl-2017 (66). B’riżultat ta’ dan, il-proporzjon spejjeż-dħul mistenni tal-attivitajiet bankarji Griegi tiegħu se jinżel taħt […] % fi tmiem il-perjodu tar-ristrutturar. |
|
(102) |
Il-pjan ta’ ristrutturar jiddeskrivi wkoll kif il-Bank se jnaqqas l-ispejjeż tal-finanzjament tiegħu, li huwa kruċjali għat-treġġigħ lura tal-vijabbiltà. Il-Bank qiegħed jistenna li jkun jista’ jħallas rati tal-imgħax aktar baxxi fuq id-depożiti tiegħu fl-isfond tal-ambjent aktar stabbli u, b’mod partikolari, l-istabbilizzazzjoni u l-irkupru mbassra tal-ekonomija Griega, li mistennija terġa’ tikber mill-2014 ‘il quddiem. L-imgħax imħallas fuq id-depożiti (medja ta’ depożiti b’terminu, depożiti ta’ domanda u rati ta’ tfaddil) huwa mistenni li jonqos fil-Greċja. Dak it-tnaqqis jinkiseb primarjament billi jitħallsu rati ferm aktar baxxi fuq id-depożiti b’terminu. Bl-istess mod, id-dipendenza tal-Bank fuq ELA ggarantit mill-Istat u finanzjament usa’ mill-Eurosistema se tonqos minn 32 % tal-assi totali tiegħu fl-2012 għal […] % biss fl-2017 (67). |
|
(103) |
Il-pjan ta’ ristrutturar jantiċipa li l-Bank se jsaħħaħ ukoll il-karta bilanċjali tiegħu. Il-proporzjon self-depożitu nett tiegħu fil-Greċja se jonqos għal […] % fl-2018 (minn 131 % fl-2012 (68)), filwaqt li l-adegwatezza kapitali tiegħu mistennija tkompli titjieb. |
|
(104) |
Prijorità oħra tal-Bank hija l-immaniġġjar tas-self improduttiv. Il-Bank se jtejjeb il-proċessi tal-krediti tiegħu kemm fir-rigward tal-oriġini tas-self (kopertura kollaterali aħjar, limiti mnaqqsa) kif ukoll fir-rigward tal-immaniġġjar ta’ self improduttiv. Il-proporzjon tal-NPL se jilħaq qrib […] % fl-2014 u mbagħad se jibda jonqos, b’rata mistennija ta’ madwar […] % fi tmiem il-perjodu tar-ristrutturar (69). L-ispiża tar-riskju (indebolimenti) se tonqos minn EUR 2 799 miljun fl-2012 fuq bażi proforma (jiġifieri inkluż Emporiki Bank) għal EUR […] miljun fl-2018 (70), minħabba l-irkupru tal-ekonomija Griega. |
|
(105) |
It-titjib tal-effikaċja operattiva, iż-żieda tal-marġini tal-imgħax nett u l-ispiża dejjem tonqos tar-riskju għandhom jippermettu li l-Bank ikun profittabbli fil-Greċja mill-2015 ‘il quddiem. Ir-redditu fuq l-ekwità ser jilħaq […] % fil-Greċja fl-2018 (71). |
2.4.2. Attivitajiet bankarji internazzjonali
|
(106) |
Il-Bank diġà beda d-diżingranaġġ u r-ristrutturar tan-netwerk internazzjonali tiegħu. Biegħ is-sussidjarja Ukrena tiegħu f’Awwissu 2013. In-numru ta’ fergħat fix-Xlokk tal-Ewropa tnaqqas minn 622 fl-2009 għal 488 fl-2012 (72). |
|
(107) |
Il-Bank ser ikompli bir-ristrutturar u d-diżingranaġġ tan-netwerk internazzjonali tiegħu. Il-Bank beħsiebu jillimita d-daqs tal-assi internazzjonali tiegħu għal EUR […]. Biex jilħaq dik il-mira, il-Bank ser jikkunsidra kull taħlita ta’ divestimenti jew diżingranaġġ tal-portafoll tiegħu. Id-daqs fil-mira tal-assi internazzjonali tal-Bank jirrappreżenta tnaqqis ta’ […] % tal-assi barranin tiegħu fil-31 ta’ Diċembru 2012 […]. |
|
(108) |
Il-pjan ta’ ristrutturar jenfasizza l-ħtieġa li titnaqqas id-dipendenza tas-sussidjarji barranin fuq il-kumpanija prinċipali Griega tagħhom fir-rigward tal-pożizzjoni ta’ likwidità. Finanzjament fi ħdan l-istess grupp għas-sussidjarji barranin ser jonqos minn EUR 4 172 miljun għal EUR […] miljun mill-2013 sal-2017 (73). |
|
(109) |
Sabiex itejjeb il-profittabbiltà tal-attivitajiet barranin tiegħu, il-Bank qiegħed jippjana li jimplimenta programm ta’ tnaqqis sinifikanti tal-ispejjeż fin-netwerk internazzjonali, bi tnaqqis fin-numru ta’ fergħat u impjegati. Pereżempju, fl-[…],[…] fergħa minn […] ser jagħlqu filwaqt li l-forza tax-xogħol ser tonqos b’[…] impjegat (-[…]) bejn l-2012 u l-2018 (74). |
|
(110) |
B’riżultat ta’ dan, ir-redditu fuq l-ekwità ser jilħaq […] (75). |
2.4.3. Il-ġbir tal-kapital privat u l-kontribuzzjoni mill-azzjonisti eżistenti u mill-kredituri subordinati
|
(111) |
Il-Bank irnexxielu jiġbor ammonti sinifikanti ta’ kapital fis-suq u b’hekk naqqas l-ammont ta’ għajnuna mill-Istat li kienet meħtieġa mill-Bank. |
|
(112) |
L-ewwel nett, fl-2009, il-Bank ġabar xi kapital privat bi ħruġ ta’ drittijiet b’valur ta’ EUR 986 miljun (76). Kif issemma’ fil-premessa 89, il-Bank irnexxielu jiġbor ukoll kapital mingħand investituri privati permezz tar-rikapitalizzazzjoni tar-Rebbiegħa 2013. L-azzjonisti eżistenti minn qabel kienu wkoll dilwiti ħafna mir-rikapitalizzazzjoni tar-Rebbiegħa 2013, minħabba li l-HFSF irċieva 83,66 % tal-ishma tal-Bank wara r-rikapitalizzazzjoni tar-Rebbiegħa 2013, u kien fadlilhom biss 4,9 % tal-parteċipazzjoni azzjonarja. Mill-2008 ‘il quddiem ma tħallas ebda dividend fi flus kontanti. |
|
(113) |
F’Marzu 2014, il-Bank ġabar EUR 1,2 biljun ta’ kapital mis-suq biex ikopri l-ħtiġijiet kapitali addizzjonali tiegħu u biex iħallas lura l-ishma privileġġati miżmuma mill-Greċja. Dawk l-ishma l-ġodda nħarġu bi prezz ogħla għal kull sehem milli kien ħallas għalihom l-HFSF fir-rikapitalizzazzjoni tar-Rebbiegħa 2013. |
|
(114) |
Fl-20 ta’ April 2012, il-Bank offra li jixtri lura titoli tal-Grad 1, titoli tal-Grad 2 superjuri u titoli tal-Grad 2 inferjuri bi prezzijiet tax-xiri ta’ 40 %, 60 % u 60 % tal-valur nominali rispettiv tagħhom fi flus kontanti. Dak il-prezz ta’ riakkwist ġie stabbilit fuq il-bażi tal-valur tas-suq tal-istrumenti u fih primjum ta’ mhux iktar minn għaxar punti perċentwali, li żdied sabiex l-investituri jitħeġġu jieħdu sehem fir-riakkwist. Fis-7 ta’ Mejju 2012, il-Bank ħabbar ir-riżultati tar-riakkwist (77). Il-parteċipazzjoni aggregata laħqet is-66 %, bi gwadann kapitali ġenerali ta’ EUR 333 miljun. Fid-19 ta’ April 2013, il-Bank ħabbar eżerċizzju ieħor ta’ mmaniġġjar tal-obbligazzjonijiet għal ammont nominali pendenti ta’ EUR 316-il miljun. Il-Bank offra li jixtri lura titoli tal-Grad 1, titoli tal-Grad 2 superjuri u titoli tal-Grad 2 inferjuri bi prezzijiet tax-xiri ta’ 35 %, 55 % u 55 % tal-valur nominali rispettiv tagħhom fi flus kontanti. Il-prezz tar-riakkwist ġie stabbilit fuq il-bażi tal-valur tas-suq tal-istrumenti u fih primjum ta’ mhux iktar minn għaxar punti perċentwali, li żdied sabiex l-investituri jitħeġġu sabiex jieħdu sehem fir-riakkwist. Ir-rata ta’ aċċettazzjoni kienet ta’ 58 % u l-gwadann kapitali kien ta’ EUR 103 miljun. |
|
(115) |
Bis-saħħa taż-żewġ riakkwisti, l-ammont pendenti tad-dejn subordinat u ibridu naqas minn EUR 985 miljun għal EUR 134 miljun. |
2.5. IMPENJI TAL-AWTORITAJIET GRIEGI
|
(116) |
Fit-12 ta’ Ġunju 2014, il-Greċja impenjat ruħha li l-Bank u l-affiljati tiegħu se jimplimentaw il-pjan ta’ ristrutturar sottomess fl-istess data u ta impenjat ruħha wkoll fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar. Dawk l-impenji ulterjuri, li huma elenkati fl-Anness, huma miġburin fil-qosor f’din it-Taqsima. |
|
(117) |
L-ewwel nett, il-Greċja impenjat ruħha li l-Bank se jirristruttura l-operazzjonijiet kummerċjali tiegħu fil-Greċja, billi stabbilixxiet numru massimu ta’ fergħat u impjegati kif ukoll ammont massimu ta’ spejjeż totali li għandu jkun hemm konformità magħhom fil-31 ta’ Diċembru 2017 (78). |
|
(118) |
Il-Greċja impenjat ruħha wkoll li l-Bank sejjer inaqqas l-ispiża tad-depożiti miġbura fil-Greċja u li sejjer jikkonforma mal-proporzjon massimu ta’ self għal depożiti netti sal-31 ta’ Diċembru 2017. (79). |
|
(119) |
Fir-rigward tas-sussidjarji barranin tal-Bank, il-Greċja impenjat ruħha li l-Bank ma jipprovdix appoġġ kapitali addizzjonali sakemm ma jiġux issodisfati kundizzjonijiet predefiniti. Il-Greċja impenjat li l-Bank inaqqas b’mod sinifikanti l-ingranaġġ tal-assi internazzjonali tiegħu sat-30 ta’ Ġunju 2018 (80). |
|
(120) |
Il-Greċja impenjat ruħha li l-Bank jagħmel żvestiment ta’ numru ta’ titoli u jnaqqas id-daqs tal-portafoll tal-ekwità privata tiegħu. Barra minn hekk, il-Bank mhuwiex se jixtri titoli fi grad mhux ta’ investiment, b’xi eċċezzjonijiet limitati (81). |
|
(121) |
Il-Greċja impenjat ruħha diversi drabi fir-rigward tal-governanza korporattiva tal-Bank. Hija impenjat li tillimita r-rimunerazzjoni tal-impjegati u tal-maniġers tal-Bank, sabiex tagħmel lill-Bank jikkonforma mal-liġijiet Griegi dwar il-governanza korporattiva u stabbilixxiet struttura organizzattiva effiċjenti u adegwata (82). |
|
(122) |
Il-Greċja impenjat ruħha wkoll li l-Bank jinforza politika ta’ kreditu ta’ kwalità għolja, sabiex jiżgura li d-deċiżjonijiet dwar l-għoti u r-ristrutturar tas-self ikunu mmirati biex jimmassimizzaw il-vijabbiltà u l-profittabbiltà tal-Bank. Il-Greċja impenjat ruħha li l-Bank jikkonforma mal-istandards għoljin li jirrigwardjaw il-monitoraġġ tar-riskju ta’ kreditu, kif ukoll ir-ristrutturar tas-self (83). |
|
(123) |
Għadd ta’ impenji jittrattaw l-operazzjonijiet tal-Bank mal-mutwatarji konnessi. Dawk l-impenji għandhom l-għan li jiżguraw li l-Bank ma jiddevjax mill-prattiki bankarji prudenti meta jagħti jew jirristruttura self lill-impjegati, lill-maniġers u lill-azzjonisti tiegħu, kif ukoll lil entitajiet pubbliċi, partiti politiċi u kumpaniji tal-midja (84). |
|
(124) |
Fl-aħħar nett, il-Greċja impenjat ruħha li l-Bank jikkonforma ma’ xi limitazzjonijiet komportamentali, bħal projbizzjoni fuq il-kupuni u d-dividendi, projbizzjoni fuq l-akkwiżizzjoni u projbizzjoni fuq ir-reklamar tal-għajnuna mill-Istat (85). |
|
(125) |
Dawk l-impenji se jiġu mmonitorjati sal-31 ta’ Diċembru 2018 minn trustee tal-monitoraġġ. |
|
(126) |
Separatament, il-Greċja indikat li hija se tfittex l-approvazzjoni tal-Kummissjoni qabel kull xiri lura taċ-ċertifikati mill-Bank jew minn kull entità tal-Istat, inkluż l-HFSF (86). |
3. IR-RAĠUNIJIET GĦALL-BIDU TAL-PROĊEDURA TA’ INVESTIGAZZJONI FORMALI FUQ L-EWWEL RIKAPITALIZZAZZJONI TRANŻITORJA
|
(127) |
Fis-27 ta’ Lulju 2012, il-Kummissjoni fetħet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali sabiex tivverifika jekk il-kondizzjonijiet tal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008 (87) ġewx issodisfati fir-rigward tal-adegwatezza, in-neċessità u l-proporzjonalità tal-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja pprovduta mill-HFSF favur il-Bank (il-miżura B1). |
|
(128) |
Fir-rigward tal-adegwatezza tal-miżura, il-Kummissjoni, fid-dawl tal-fatt li l-għajnuna waslet wara rikapitalizzazzjoni u għajnuna ta’ likwidità minn qabel u minħabba l-perjodu ta’ salvataġġ imtawwal, esprimiet dubji dwar jekk itteħdux l-azzjonijiet kollha possibbli mill-Bank sabiex jevita li terġa’ tkun meħtieġa għajnuna fil-ġejjieni (88). Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma kinitx ċara dwar min ser ikun qiegħed jikkontrolla l-Bank ladarba l-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja tiġi sostitwita minn rikapitalizzazzjoni permanenti (89) billi l-Bank jista’ jsib ruħu taħt il-kontroll tal-Istat jew ta’ sidien privati minoritarji. Il-Kummissjoni indikat li tixtieq tkun żgura li l-kwalità tal-maniġment tal-Bank u b’mod partikolari l-proċess ta’ għoti b’self tiegħu ma titgħarraq fl-ebda każ. |
|
(129) |
Fir-rigward tan-neċessità tal-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja, fil-premessa 66 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ ta’ Alpha, il-Kummissjoni staqsiet jekk itteħdux il-miżuri kollha possibbli sabiex jiġi evitat li l-Bank jerġa’ jkollu bżonn l-għajnuna fil-ġejjieni. Minbarra dan, billi t-tul tal-perjodu tar-rikapitalizzazzjoni tranżitorja kien inċert, il-Kummissjoni ma setgħetx tikkonkludi jekk dan kienx suffiċjenti u konformi mal-prinċipji tar-rimunerazzjoni u tal-kondiviżjoni tal-piżijiet skont ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat. Barra minn hekk, billi t-termini tal-konverżjoni tal-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja f’rikapitalizzazzjoni permanenti ma kinux magħrufa fiż-żmien li ġiet adottata d-Deċiżjoni tal-Ftuħ ta’ Alpha, il-Kummissjoni ma setgħetx tivvalutahom. |
|
(130) |
Fir-rigward tal-proporzjonalità tal-miżura, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk is-salvagwardji (il-projbizzjoni fuq ir-reklamar tal-għajnuna mill-Istat, il-projbizzjoni fuq il-kupuni u d-dividendi, il-projbizzjoni fuq opzjoni eżerċitabbli u l-projbizzjoni fuq ix-xiri lura kif deskritti fil-premessa 71 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ ta’ Alpha) kinux suffiċjenti b’rabta mal-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja. Barra minn hekk, fil-premessa 72 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ ta’ Alpha, il-Kummissjoni ddikjarat li d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni jistgħu jkunu kkawżati minn nuqqas ta’ regoli li jimpedixxu lill-HFSF milli jikkoordina l-akbar erba’ banek Griegi (jiġifieri, il-Bank, Eurobank, National Bank of Greece u Piraeus Bank) u n-nuqqas ta’ salvagwardji adegwati sabiex jiġi evitat milli huma jikkondividu informazzjoni kummerċjalment sensittiva. Għaldaqstant, il-Kummissjoni pproponiet li jinħatar trustee tal-monitoraġġ, li jkun fiżikament preżenti fil-Bank. |
4. KUMMENTI MILL-PARTIJIET INTERESSATI DWAR IL-PROĊEDURA TA’ INVESTIGAZZJONI FORMALI FUQ L-EWWEL RIKAPITALIZZAZZJONI TRANŻITORJA
4.1. KUMMENTI MILL-BANK
|
(131) |
Fit-30 ta’ Awwissu 2012, il-Kummissjoni rċeviet kummenti mill-Bank dwar id-Deċiżjoni tal-Ftuħ ta’ Alpha. |
|
(132) |
Fir-rigward tal-adegwatezza tal-miżura, il-Bank innota li huwa sistematikament importanti kemm fil-Greċja kif ukoll fis-swieq bankarji li huwa jopera fihom. Żiedet ukoll li l-mudell tan-negozju tiegħu huwa vijabbli u dan intwera matul l-istorja eċċellenti tiegħu. |
|
(133) |
Il-Bank osserva wkoll li ż-żewġ mewġiet ta’ rikapitalizzazzjoni kienu prodott sekondarju ta’ ambjent ekonomiku li kien sejjer lura bil-kbir u li l-miżuri ta’ għajnuna addizzjonali ttieħdu minħabba l-kriżi finanzjarja kompliet titgħarraq. Iddikjara li sa dak iż-żmien kien l-inqas riċevitur proporzjonat ta’ għajnuna mill-Istat minn fost l-ikbar banek Griegi. Il-Bank osserva li f’termini ta’ jekk il-miżuri kollha possibbli ttiħdux minnufih sabiex tiġi evitata ħtieġa ulterjuri ta’ għajnuna mill-Bank fil-ġejjieni, il-pjan ta’ ristrutturar kien ser jipprovdi dettalji estensivi dwar il-miżuri ta’ qsim tal-piżijiet li diġà huma implimentati, għaddejjin u ppjanati. Il-Bank osserva wkoll li dawk il-miżuri żguraw li l-ebda azzjonist ma tħalla barra. Flimkien mal-bażi b’saħħitha eżistenti tan-negozju u s-solidità tal-proċess ta’ valutazzjoni tal-kapital, ser jikkontribwixxu sabiex jiżguraw li l-Bank huwa kapitalizzat b’mod adegwat, u dan iwassal għal ritorn lejn il-vijabbiltà u, fl-aħħar, ħelsien mill-għajnuna mill-Istat. |
|
(134) |
Barra minn hekk, il-Bank laqa’ ċ-ċarezza fit-termini tar-rikapitalizzazzjoni permanenti, li fil-fehma tiegħu għandhom jirriflettu bis-sħiħ ir-raġunijiet għaliex kien jeħtieġ l-għajnuna mill-Istat. Osserva wkoll li r-rikapitalizzazzjoni tindirizza t-telf ta’ kapital li jirriżulta mill-parteċipazzjoni tiegħu fil-programm tal-PSI, avveniment ferm straordinarju u imprevedibbli. Sostna l-fehma li ma ħax riskji eċċessivi fix-xiri ta’ dejn sovran fil-kuntest tal-istandards tal-Greċja u tal-Ewropa. Iddikjara li mingħajr il-PSI kien jevita l-bżonn ta’ rikapitalizzazzjoni fl-2012 u kien ikun f’pożizzjoni tajba sabiex iħallas lura l-azzjonijiet privileġġjati skont it-termini kuntrattwali tagħhom. Barra minn hekk, ikkummenta li anki wara li rreġistra telf ta’ kapital sinifikanti minħabba l-parteċipazzjoni tal-Bank fil-PSI, kien għad kellu valur nett pożittiv tal-assi. |
|
(135) |
Il-Bank żied li qed jopera fuq bażi soda ħafna u kien ferm proattiv fl-implimentazzjoni tal-miżura sabiex jaħdem b’suċċess matul perjodu ta’ stress estrem. Ikkummenta li mill-bidu tal-kriżi ma daħal f’ebda politika kummerċjali aggressiva jew riskju żejjed filwaqt li ffoka fuq l-immaniġġjar tar-riskju ta’ kreditu, indirizza l-iżbilanċi fil-profil ta’ finanzjament tiegħu permezz tad-diżingranaġġ ordinat u mmaniġġja b’mod attiv il-bażi tal-ispejjeż tiegħu billi rrazzjonalizza l-pjattaforma operazzjonali u ottimizza l-infiq fl-akkwisti. |
|
(136) |
Barra minn hekk, huwa saħaq fuq il-qsim konsiderevoli tal-piżijiet bejn il-partijiet interessati. Indika wkoll is-salvagwardji sinifikanti disponibbli għas-settur uffiċjali sabiex jiġi evitat teħid eċċessiv ta’ riskji minn banek rikapitalizzati u sabiex tiġi ssorveljata mill-qrib l-implimentazzjoni xierqa tal-pjanijiet ta’ ristrutturar, bħall-ħatra ta’ rappreżentanti tal-Ministeru tal-Finanzi u l-HFSF fil-bord tad-diretturi tal-Bank u l-kumitati rispettivi. Saħaq ukoll li l-HFSF kien ser jissorvelja l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar, u li s-sospensjoni tad-drittijiet tal-vot tal-HFSF kienet taqa’ fil-każ ta’ falliment materjali. |
|
(137) |
Għal dawk ir-raġunijiet, il-Bank emmen li t-tifsila u l-patti tar-rikapitalizzazzjoni permanenti għandhom jipprovdu inċentivi sodi sabiex l-azzjonisti eżistenti u ġodda jieħdu sehem fiż-żidiet ta’ kapitali li kienu ser isiru. |
|
(138) |
Rigward il-ħtieġa tal-miżura, il-Bank osserva li l-miżura ta’ għajnuna indirizzat id-defiċit kapitali kkaġunat mill-PSI sabiex il-bank ikkonforma mal-proporzjonijiet minimi tal-adegwatezza kapitali imposti mill-Bank of Greece, baqa’ jkollu aċċess għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-BĊE u seta’ jsostni l-klijenti tiegħu u l-ekonomija Griega fi żminijiet ibsin. |
|
(139) |
Rigward il-proporzjonalità tal-miżura, il-Bank iddikjara l-intenzjoni tiegħu li ma jużax l-għajnuna tiegħu biex ifixkel il-kompetizzjoni. Saħaq ukoll li ma kienx daħal f’xi politika kummerċjali aggressiva minn meta beda jirċievi l-għajnuna mill-Istat. Osserva wkoll li peress li l-banek il-kbar kollha tal-Greċja kienu qed jirċievu l-għajnuna u peress li l-aptit tal-atturi barranin fis-suq Grieg għar-riskju Grieg kien qed jonqos, il-possibbiltà li xi riċevitur ifixkel il-kompetizzjoni a skapitu ta’ riċevitur mhux megħjun tnaqqset kemm jista’ jkun. |
4.2. KUMMENTI MINN BANK GRIEG IEĦOR
|
(140) |
Fit-3 ta’ Jannar 2013, il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand bank Grieg rigward id-Deċiżjoni tal-Ftuħ ta’ Alpha. Dak il-bank Grieg ikkummenta li r-rikapitalizzazzjoni tal-banek Griegi mill-HFSF kienet tikkostitwixxi, fil-prinċipju, pass mixtieq lejn sistema bankarja aktar b’saħħitha u vijabbli u ma esprima ebda oġġezzjoni għar-rikapitalizzazzjoni tal-Bank. |
|
(141) |
Madankollu, filwaqt li esprima l-appoġġ kollu tiegħu għall-prinċipju tar-rikapitalizzazzjoni tal-banek Griegi mill-HFSF, dak il-bank Grieg spjega li, sabiex jitnaqqsu d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u tiġi evitata d-diskriminazzjoni, huwa kien qiegħed jistenna li r-rikapitalizzazzjoni mill-HFSF tkun miftuħa għall-banek kollha li joperaw fil-Greċja taħt kondizzjonijiet simili. |
5. KUMMENTI MILL-GREĊJA DWAR IL-PROĊEDURA TA’ INVESTIGAZZJONI FORMALI FUQ L-EWWEL RIKAPITALIZZAZZJONI TRANŻITORJA
|
(142) |
Fil-5 ta’ Settembru 2012, il-Greċja ssottomettiet il-kummenti tagħha, li tħejjew mill-Bank of Greece u mill-HFSF dwar id-Deċiżjoni tal-Ftuħ ta’ Alpha. |
5.1. KUMMENTI MILL-BANK OF GREECE
|
(143) |
Rigward l-adegwatezza tal-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja, il-Bank of Greece nnota wkoll li l-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja kienet temporanja, meta wieħed iqis li l-proċess ta’ rikapitalizzazzjoni sejjer jiġi konkluż b’żidiet ta’ kapital azzjonarju mill-erba’ banek ikkonċernati. |
|
(144) |
Il-Bank of Greece osserva wkoll li r-rikapitalizzazzjoni tal-akbar banek Griegi hija parti mir-ristrutturar fuq perjodu ta’ żmien itwal tas-settur bankarju Grieg. Huwa nnota li kieku bank kellu jibqa’ f’idejn il-privat, il-maniġment probabbilment kien jibqa’ l-istess, filwaqt li jekk bank isir tal-Istat (jiġifieri jsir proprjetà tal-HFSF), l-HFSF ikun jista’ jaħtar maniġment ġdid li, f’kull każ, jiġi vvalutat mill-Bank of Greece. Il-Bank of Greece rrimarka li huwa jivvaluta l-qafas tal-governanza korporattiva, l-adegwatezza tal-ġestjoni u l-profil tar-riskju ta’ kull bank fuq bażi kontinwa bil-għan li jiżgura li ma jitteħdux riskji eċċessivi. Huwa rrimarka wkoll li l-HFSF kien diġà ħatar rappreżentanti fil-Bordijiet tad-Diretturi tal-banek rikapitalizzati. |
|
(145) |
Fir-rigward tan-neċessità tal-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja, il-Bank of Greece osserva li r-rikapitalizzazzjoni tal-Bank kienet limitata sabiex b’hekk jiġi żgurat li jintlaħqu r-rekwiżiti kapitali minimi applikabbli (8 %). Huwa ddikjara wkoll li l-perjodu ta’ żmien imtawwal qabel ir-rikapitalizzazzjonijiet kien dovut għad-deterjorazzjoni qawwija tal-ambjent operattiv fil-Greċja u għall-impatt tal-programm PSI, għall-kumplessità tal-proġett kollu u għall-ħtieġa li tiġi mmassimizzata l-parteċipazzjoni tal-investituri privati fiż-żidiet ta’ kapital azzjonarju. |
|
(146) |
Fir-rigward tal-proporzjonalità tal-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja, il-Bank of Greece rrimarka li l-implimentazzjoni sħiħa tal-pjan ta’ ristrutturar li għandu jiġi sottomess lill-Kummissjoni kienet salvagwardjata mill-fatt li s-sospensjoni tad-drittijiet tal-vot tal-HFSF titneħħa jekk il-pjan ta’ ristrutturar jinkiser b’mod sostantiv. Il-Bank of Greece osserva wkoll li d-diffikultajiet tal-Bank la kienu dovuti għal sottovalutazzjoni tar-riskji mill-maniġment tal-Bank u lanqas għal azzjonijiet kummerċjalment aggressivi. |
5.2. KUMMENTI MILL-HFSF
|
(147) |
Fir-rigward tal-adegwatezza tal-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja, sabiex tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-interferenza potenzjali mill-Istat f’każ li l-Istat jipprovdi ammonti għoljin ta’ għajnuna mill-Istat permezz tal-HFSF u l-HFSF ikollu drittijiet sħaħ tal-vot, l-HFSF iddikjara li l-banek iffinanzjati mill-HFSF mhumiex meqjusa bħala entitajiet pubbliċi jew taħt il-kontroll tal-Istat u li mhux ser ikunu kkontrollati mill-Istat wara li jkunu ġew rikapitalizzati b’mod permanenti mill-HFSF. L-HFSF irrimarka li huwa entità ġuridika indipendenti għal kollox li hija rregolata mil-liġi privata b’awtonomija li tieħu deċiżjoni. L-HFSF mhuwiex soġġett għal kontroll mill-gvern, skont l-Artikolu 16(C)(2) tal-liġi dwar l-HFSF, li jgħid li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li lilhom l-HFSF ikun ipprovda appoġġ kapitali mhumiex parti mis-settur pubbliku usa’. Huwa rrefera wkoll għall-istruttura governattiva tal-HFSF. |
|
(148) |
Fir-rigward tal-intervent tal-HFSF fil-ġestjoni tal-Bank, l-HFSF indika li huwa jirrispetta l-awtonomija tal-Bank u li mhux se jinterferixxi fil-ġestjoni ta’ kuljum tiegħu minħabba li r-rwol tiegħu huwa limitat għal dak stipulat fil-Liġi dwar l-HFSF. Huwa ddikjara li mhux ser ikun hemm interferenza jew koordinazzjoni mill-Istat u li d-deċiżjonijiet tal-Bank fir-rigward tal-proċess tas-self (fost l-oħrajn fuq il-kollateral, l-ipprezzar u s-solvenza tal-mutwatarji) għandhom jittieħdu fuq il-bażi ta’ kriterji kummerċjali. |
|
(149) |
L-HFSF irrimarka li l-Liġi dwar l-HFSF u l-ftehim ta’ qabel is-sottoskrizzjoni kien fihom salvagwardji xierqa maħsuba biex iwaqqfu lill-azzjonisti privati eżistenti milli jieħdu riskji eċċessivi. Huwa għamel referenza għal elementi bħal (i) il-ħatra tar-rappreżentanti tal-HFSF bħala membri mhux eżekuttivi indipendenti tal-Bord tad-Diretturi tal-Bank u l-preżenza tagħhom fil-kumitati, (ii) it-twettiq ta’ diliġenza dovuta mill-HFSF fil-Bank u (iii) il-fatt li, wara r-rikapitalizzazzjoni finali, id-drittijiet tal-vot tiegħu sejrin ikunu ristretti biss sakemm il-Bank ikun konformi mat-termini tal-pjan ta’ ristrutturar. |
|
(150) |
L-HFSF qal li hemm miżuri xierqa fis-seħħ li huma maħsuba biex jiggarantixxu li l-banek li fihom jipparteċipa l-HFSF ma jikkondividux informazzjoni kummerċjalment sensittiva bejniethom. Dawn jinkludu l-ħatra ta’ rappreżentanti differenti tal-HFSF f’dawk il-banek, il-mandati indirizzati lil dawk ir-rappreżentanti li jissalvagwardjaw speċifikament kontra l-fluss tal-informazzjoni minn rappreżentant għal ieħor u struzzjonijiet interni ċari lil dawk ir-rappreżentanti sabiex ma jittrażmettux informazzjoni kummerċjalment sensittiva tal-banek. Barra minn hekk, l-HFSF qal li huwa ma jeżerċitax id-drittijiet tiegħu fir-rigward tal-banek b’mod li jista’ jipprevjeni, jirrestrinġi, ifixkel jew inaqqas jew jimpedixxi b’mod sinjifikanti l-kompetizzjoni effettiva. Fl-aħħar nett, l-HFSF irrimarka li l-membri tal-Bord tad-Diretturi tiegħu, flimkien mal-impjegati tiegħu, huma soġġetti għal regoli stretti ta’ kunfidenzjalità u doveri fiduċjarji, kif ukoll huma marbutin b’dispożizzjonijiet li jikkonċernaw is-segretezza professjonali fir-rigward tal-affarijiet tiegħu. |
6. VALUTAZZJONI TAL-GĦAJNUNA MILL-ISTAT RELATATA MAL-AKKWIŻIZZJONI TA’ PASSIVI MAGĦŻULA TAT-TLIET BANEK KOOPERATTIVI
|
(151) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni trid tivvaluta jekk l-appoġġ mill-Istat marbut mar-riżoluzzjoni tat-tliet Banek Kooperattivi (jiġifieri l-finanzjament tad-diskrepanzi ta’ likwidità li ppermettew li jsir it-trasferiment tad-depożiti, inklużi obbligazzjonijiet interbankarji, u l-pretensjonijiet u l-obbligazzjonijiet kontra l-HDIGF) jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107 (1) tat-Trattat. Skont dik id-dispożizzjoni, għajnuna mill-Istat hija kull għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat f’kull forma li tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni, billi tiffavorixxi ċerti impriżi sakemm taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
|
(152) |
Il-Kummissjoni ser tibda billi tivvaluta jekk il-benefiċjarji potenzjali li ġejjin ibbenefikawx minn vantaġġ: (i) il-Banek Kooperattivi u l-“attivitajiet” potenzjalment ittrasferiti lill-Bank; u (ii) il-Bank. |
(i)
|
(153) |
Fir-rigward tal-Banek Kooperattivi, il-Kummissjoni tosserva li Dodecanese Bank, Evia Bank u Western Macedonia Bank tqiegħdu f’likwidazzjoni u l-liċenzji bankarji tagħhom ġew irtirati. Għalhekk, mhux ser jibqgħu jwettqu attivitajiet ekonomiċi fis-suq bankarju. |
|
(154) |
L-għajnuna mill-Istat, jiġifieri l-finanzjament tad-diskrepanzi ta’ likwidità, tikkostitwixxi għajnuna għall-pretensjonijiet u l-obbligazzjonijiet ittrasferiti skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat biss jekk flimkien kienu jikkostitwixxu impriża. Il-kunċett ta’ impriża jinkludi kull entità li twettaq attività ekonomika, ikun xi jkun l-istatus legali u l-mod li bih hija ffinanzjata. Kull attività li tikkonsisti fl-offerta ta’ prodotti jew servizzi f’suq partikolari titqies li hija attività ekonomika. Għalhekk, sabiex jiġi konkluż jekk hemmx għajnuna lil impriża, għandu jiġi vvalutat jekk it-trasferiment tal-pretensjonijiet u l-obbligazzjonijiet jinvolvix it-trasferiment ta’ attività ekonomika. |
|
(155) |
Kif intqal fit-Taqsima 2.2.2, wara r-riżoluzzjoni tal-Banek Kooperattivi, id-depożiti, l-obbligazzjonijiet interbankarji u l-pretensjonijiet u l-obbligazzjonijiet biss lejn il-HDIGF ġew ittrasferiti lill-Bank. It-tliet Banek Kooperattivi kienu jħaddmu 227 impjegat u kellhom 18-il fergħa b’kollox. Ta’ min jinnota li ma kien hemm ebda trasferiment awtomatiku ta’ fergħat jew kuntratti tax-xogħol jew self bejn it-tliet Banek Kooperattivi u l-Bank. Għalhekk, il-fatt li s-self mhuwiex ittrasferit lill-Bank iżda jibqa’ mat-tliet Banek Kooperattivi f’likwidazzjoni, il-fatt li ma hija ttrasferita ebda fergħa u n-nuqqas ta’ trasferiment awtomatiku tal-kuntratti tax-xogħol jikkontribwixxu (90) għall-konklużjoni li ma hemm ebda trasferiment ta’ attività ekonomika. L-obbligazzjonijiet ittrasferiti (jiġifieri d-depożiti) ma jistgħux jitqiesu li huma l-benefiċjarji tal-appoġġ mill-Istat, peress li ma jikkostitwixxux “impriża”. |
|
(156) |
Fi ftit kliem, it-tliet entitajiet ġuridiċi eżistenti tqiegħdu f’likwidazzjoni u ma għadhomx iwettqu l-ebda attività bankarja. Fl-istess ħin, l-assi u l-obbligazzjonijiet ittrasferiti ma jikkostitwixxux attività ekonomika. |
|
(157) |
Għalhekk, ġie konkluż li l-għotja ta’ bonds tal-EFSF mill-HFSF lill-Bank sabiex tiġi koperta d-diskrepanza ta’ likwidità tal-assi u l-obbligazzjonijiet akkwistati tat-tliet Banek Kooperattivi ma tippermettix li jitkomplew l-attivitajiet ekonomiċi ta’ dan tal-aħħar. Għalhekk, l-appoġġ tal-HFSF la jikkostitwixxi għajnuna lill-entitajiet likwidati u lanqas għajnuna lill-assi u l-obbligazzjonijiet ittrasferiti. |
(ii)
|
(158) |
Fir-rigward ta’ jekk il-bejgħ tal-assi u l-obbligazzjonijiet tat-tliet Banek Kooperattivi jinvolvix għajnuna mill-Istat lill-Bank, il-Kummissjoni trid tivvaluta jekk humiex issodisfati ċerti rekwiżiti u, b’mod partikolari jekk (i) il-proċess ta’ bejgħ huwiex miftuħ, bla kundizzjonijiet u nondiskriminatorju; (ii) il-bejgħ iseħħx bit-termini tas-suq; u (iii) l-Istat jiksibx l-ogħla prezz tal-bejgħ għall-assi u l-obbligazzjonijiet involuti (91). |
|
(159) |
Kif intqal fil-premessa 52 il-Bank of Greece kkuntattja biss lill-erba’ banek sistemiċi tal-Greċja għall-irkant tal-assi u l-obbligazzjonijiet magħżulin tat-tliet Banek Kooperattivi, billi qies li d-depożiti għandhom jiġu ttrasferiti lil istituzzjonijiet kompletament rikapitalizzati. Il-Bank u l-Eurobank biss issottomettew offerti vinkolanti. Alpha Bank intgħażel bħala l-aħjar offerent f’offerta kompetittiva organizzata mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni, li ħadet f’kunsiderazzjoni l-prezz propost u l-ħila ta’ teħid tal-kontroll u integrazzjoni b’ħeffa u bla intoppi tad-depożiti mixtrija. |
|
(160) |
Il-pakkett għall-bejgħ kien jinkludi biss depożiti mingħajr ebda infrastruttura. Għalhekk, ix-Xerrej seta’ jkun biss bank b’infrastruttura u netwerk ta’ fergħat fil-Greċja, biex jaqdi lid-depożitanti. |
|
(161) |
Billi l-Kummissjoni ma għandhiex raġuni għaliex temmen li l-bejgħ ma seħħx bit-termini tas-suq, hija tikkonkludi li l-għajnuna lill-Bank tista’ tiġi eskluża, skont il-punt 80 tal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2013, punt 20 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar u l-prattika deċiżjonali tal-Kummissjoni (92). |
(iii)
|
(162) |
L-appoġġ mill-Istat involut fil-bejgħ tat-tliet Banek Kooperattivi ma jiffavorixxi lil ebda attività ekonomika jew impriża. Għalhekk, il-miżura ma tikkostitwix għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
7. VALUTAZZJONI TAL-GĦAJNUNA MOGĦTIJA LILL-BANK
7.1. L-EŻISTENZA U L-AMMONT TA’ GĦAJNUNA
|
(163) |
Il-Kummissjoni trid tistabbilixxi l-eżistenza tal-għajnuna mill-Istat lill-Bank skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
7.1.1. L-eżistenza tal-għajnuna fil-miżuri mogħtija taħt l-Iskema ta’ Appoġġ lill-Banek Griegi (il-miżuri L1 u A)
7.1.1.1. L-appoġġ ta’ likwidità mogħti mill-Istat taħt il-garanzija u l-miżuri ta’ self obbligazzjonarju mill-gvern (il-miżura L1)
|
(164) |
Il-Kummissjoni diġà stabbiliet fid-deċiżjonijiet li japprovaw u jestendu l-Iskema ta’ Appoġġ lill-Banek Griegi (93) li l-appoġġ ta’ likwidità mogħti taħt dik l-iskema jikkostitwixxi għajnuna. L-appoġġ ta’ likwidità mogħti fil-ġejjieni taħt l-Iskema wkoll ikun jikkostitwixxi għajnuna. |
7.1.1.2. Rikapitalizzazzjoni mill-Istat mogħtija taħt il-miżura ta’ rikapitalizzazzjoni (il-miżura A)
|
(165) |
Fid-Deċiżjoni tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-Iskema ta’ Appoġġ lill-Banek Griegi, il-Kummissjoni diġà stabbiliet li r-rikapitalizzazzjonijiet li għandhom jingħataw taħt il-miżura ta’ rikapitalizzazzjoni tagħha jikkostitwixxu għajnuna. Il-Bank irċieva EUR 940 miljun permezz ta’ ishma privileġġati, li rrappreżentaw 2 % tal-RWA tal-Bank f’dik id-data. |
7.1.2. L-eżistenza tal-għajnuna fl-ELA garantita mill-Istat (il-miżura L2)
|
(166) |
Fil-punt 51 tal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008, il-Kummissjoni ċċarat li l-għoti ta’ fondi tal-banek ċentrali lill-istituzzjonijiet finanzjarji ma jikkostitwixxi ebda għajnuna jekk jiġu ssodisfati erba’ kondizzjonijiet kumulattivi fir-rigward tas-solvenza tal-istituzzjoni finanzjarja, il-kollateralizzazzjoni tal-faċilità, ir-rata tal-imgħax mitluba lill-istituzzjoni finanzjarja u n-nuqqas ta’ kontrogaranzija mill-Istat. Billi l-ELA garantita mill-Istat lill-Bank ma tikkonformax ma’ dawk l-erba’ kondizzjonijiet kumulattivi, b’mod partikolari minħabba li hija garantita mill-Istat u tingħata flimkien ma’ miżuri ta’ appoġġ oħrajn, hija tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. |
|
(167) |
L-ELA garantita mill-Istat hija konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat. L-ewwel nett, minħabba li l-miżura tinkludi garanzija mill-Istat favur il-Bank of Greece, kull telf jitħallas mill-Istat. Għalhekk, il-miżura tinvolvi r-riżorsi Statali. L-ELA tippermetti li l-banek jiksbu finanzjament fi żmien meta ma jkollhom ebda aċċess għas-suq tal-finanzjament tal-operaturi u għall-operazzjonijiet regolari ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema. Għalhekk, l-ELA garantita mill-Istat tagħti vantaġġ lill-Bank. Minħabba li l-ELA hija limitata għas-settur bankarju, il-miżura hija selettiva. Minħabba li l-ELA garantita mill-Istat tippermetti lill-Bank ikompli jopera fis-suq u tevita li dan jisfa inadempjenti u jkollu joħroġ mis-suq, hija titqies bħala li tfixkel il-kompetizzjoni. Billi l-Bank huwa attiv fi Stati Membri oħrajn u billi l-istituzzjonijiet finanzjarji minn Stati Membri oħrajn joperaw jew potenzjalment ikunu interessati li joperaw fil-Greċja, il-vantaġġ mogħti lill-Bank jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
|
(168) |
ELA garantita mill-Istat (il-miżura L2) tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. L-ammont ta’ ELA garantita mill-Istat varja matul iż-żmien. Fil-31 ta’ Diċembru 2012, hija kienet tammonta għal madwar EUR 23,6 biljun. |
7.1.3. L-eżistenza tal-għajnuna fil-miżuri mogħtija permezz tal-HFSF (il-miżuri B1, B2, B3 u B4)
7.1.3.1. L-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja (il-miżura B1)
|
(169) |
Fit-Taqsima 5.1 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ ta’ Alpha, il-Kummissjoni diġà kkonkludiet li l-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Il-kapital riċevut kien jammonta għal EUR 1,9 biljun. |
7.1.3.2. It-tieni rikapitalizzazzjoni tranżitorja (il-miżura B2)
|
(170) |
Il-miżura B2 ġiet implimentata bir-riżorsi tal-HFSF, li, kif ġie spjegat fil-premessa 47 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ ta’ Alpha, jinvolvu r-riżorsi Statali. |
|
(171) |
Fir-rigward tal-eżistenza ta’ vantaġġ, il-miżura B2 żiedet il-proporzjon tal-kapital tal-Bank għal livell li ppermettielu jkompli jiffunzjona fis-suq u jikseb aċċess għall-finanzjament mill-Eurosistema. Barra minn hekk, ir-rimunerazzjoni tal-miżura B2 kienet tikkonsisti fl-imgħax akkumulat fuq in-noti tal-EFSF u fi ħlas addizzjonali ta’ 1 %. Minħabba li r-rimunerazzjoni hija evidentement aktar baxxa mir-rimunerazzjoni ta’ strumenti kapitali simili fis-suq, ċertament li l-Bank ma kienx ikun jista’ jiġbor dak il-kapital fuq tali termini fis-suq. Għalhekk, il-miżura B2 tat vantaġġ lill-Bank mir-riżorsi Statali. Minħabba li l-miżura tpoġġiet disponibbli biss għall-Bank, hija kienet selettiva fin-natura tagħha. |
|
(172) |
Bħala riżultat tal-miżura B2, il-pożizzjoni tal-Bank issaħħet minħabba li l-Bank ġie pprovdut bir-riżorsi finanzjarji sabiex ikun jista’ jkompli jikkonforma mar-rekwiżiti kapitali, sitwazzjoni li b’hekk wasslet għal distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. Billi l-Bank huwa attiv fi Stati Membri oħrajn u billi l-istituzzjonijiet finanzjarji minn Stati Membri oħrajn joperaw jew potenzjalment ikunu interessati li joperaw fil-Greċja, x’aktarx li l-miżura B2 taffettwa wkoll il-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
|
(173) |
Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-miżura B2 tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Hija kienet innotifikata bħala għajnuna mill-awtoritajiet nazzjonali. Il-kapital riċevut kien jammonta għal EUR 1 042 miljun. |
7.1.3.3. Ittra ta’ impenn (il-miżura B3)
|
(174) |
Permezz tal-miżura B3, l-HFSF impenja ruħu li jipprovdi l-kapital addizzjonali meħtieġ sabiex jikkompleta r-rikapitalizzazzjoni tal-Bank sal-ammont mitlub mill-Bank of Greece fil-qafas tat-test tal-istress tal-2012. L-HFSF jirċievi r-riżorsi tiegħu mill-Istat. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-ittra timpenja r-riżorsi tal-Istat. Iċ-ċirkostanzi li fihom l-HFSF jista’ jagħti appoġġ lill-istituzzjonijiet finanzjarji huma definiti b’mod preċiż u limitati mil-liġi. Għaldaqstant, l-użu ta’ dawk ir-riżorsi Statali huwa r-responsabbiltà tal-Istat. L-HFSF impenja ruħu li jipprovdi sa massimu ta’ EUR 1 629 miljun ta’ kapital addizzjonali. |
|
(175) |
L-ittra ta’ impenn tat vantaġġ lill-Bank minħabba li rriassigurat lid-depożituri li l-Bank ser ikun jista’ jiġbor l-ammont kollu tal-kapital li kellu jiġbor, jiġifieri, l-HFSF jipprovdi l-kapital f’każ li l-Bank jonqos milli jiġbru u jpoġġih fis-suq. Dak l-impenn iffaċilita wkoll il-ġbir ta’ kapital privat mis-suq, billi l-investituri ġew riassigurati li, jekk il-Bank ma jkunx jista’ jsib parti mill-kapital mis-suq, dan jiġi pprovdut mill-HFSF. Ebda investitur privat ma kien ikun lest li jaċċetta li jimpenja ruħu li jinjetta kapital qabel ikunu magħrufa t-termini tar-rikapitalizzazzjoni u, f’dak iż-żmien, il-Bank ma kellu ebda aċċess għas-suq kapitali. Dak il-vantaġġ huwa selettiv minħabba li ma ngħatax lill-banek kollha li joperaw fil-Greċja. |
|
(176) |
Billi l-Bank huwa attiv fi swieq bankarji oħrajn tal-Unjoni Ewropea u billi l-istituzzjonijiet finanzjarji minn Stati Membri oħrajn joperaw fil-Greċja, il-miżura B3 x’aktarx li taffettwa wkoll il-kummerċ bejn l-Istati Membri u tfixkel il-kompetizzjoni. |
|
(177) |
Għalhekk, il-miżura B3 tikkostitwixxi għajnuna u ġiet innotifikata bħala għajnuna mill-Istat mill-awtoritajiet Griegi nhar is-27 ta’ Diċembru 2012. |
7.1.3.4. Il-parteċipazzjoni tal-HFSF fir-rikapitalizzazzjoni tar-Rebbiegħa 2013 (il-miżura B4)
|
(178) |
Il-parteċipazzjoni tal-HFSF fir-rikapitalizzazzjoni tar-Rebbiegħa 2013 (il-miżura B4), hija l-konverżjoni tal-ewwel u tat-tieni rikapitalizzazzjonijiet tranżitorji (il-miżuri B1 u B2) u l-implimentazzjoni parzjali tal-ittra ta’ impenn (il-miżura B3) f’rikapitalizzazzjoni permanenti ta’ EUR 4 021 miljun f’ishma ordinarji. Il-fatt li mhux l-ammont sħiħ ta’ kapital impenjat bil-miżura B3 kellu fil-fatt jiġi injettat huwa dovut għall-ġbir ta’ EUR 550 miljun f’kapital mingħand investituri privati. Billi l-miżura B4 hija l-konverżjoni tal-għajnuna diġà mogħtija, hija xorta waħda tinvolvi riżorsi Statali, iżda hija ma żżidx l-ammont nominali tal-għajnuna. Madankollu, hija żżid il-vantaġġ għall-Bank (u, għalhekk, id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni), minħabba li hija rikapitalizzazzjoni permanenti u mhux rikapitalizzazzjoni temporanja bħal fil-każ tal-miżuri B1 u B2. Meta mqabbla mal-miżura B3, li hija sempliċi impenn u mhux rikapitalizzazzjoni proprja, il-miżura B4 żiedet l-adegwatezza tal-kapital tal-Bank u għalhekk hija iktar vantaġġuża. |
|
(179) |
Il-Kummissjoni tinnota li dan l-appoġġ ma ngħatax lill-banek kollha li joperaw fil-Greċja. Għalhekk il-vantaġġ mogħti lill-Bank huwa wieħed selettiv. Fir-rigward tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ, il-Kummissjoni tinnota, pereżempju, li l-għajnuna ppermettiet li l-Bank iwettaq l-operazzjonijiet tiegħu fi Stati Membri oħrajn. Likwidazzjoni tal-Bank kienet twassal għat-terminazzjoni tal-attivitajiet tiegħu barra l-pajjiż, permezz tal-likwidazzjoni ta’ dawk l-attivitajiet jew permezz tal-bejgħ tagħhom. Għalhekk, il-miżura tfixkel il-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. Il-miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. |
7.1.3.5. Konklużjoni dwar il-miżura B1, B2, B3 u B4
|
(180) |
Il-miżuri B1, B2, B3 u B4 jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. L-ammont ta’ għajnuna mill-Istat inkluż fil-miżuri B1, B2, B3 u B4 huwa ta’ EUR 4 571 miljun. Kif indikat fit-Taqsima 7.1.3.4, parti biss mill-ammont impenjat f’Diċembru 2012 (il-miżura B3) ġiet ikkonvertita f’injezzjoni propja ta’ kapital (il-miżura B4). Għaldaqstant, l-ammont ta’ appoġġ mill-Istat li fil-fatt tħallas kien jammonta għal EUR 4 021 miljun. |
|
(181) |
Il-punt 31 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar jindika li, minbarra l-ammont assolut ta’ għajnuna, il-Kummissjoni għandha tieħu f’kunsiderazzjoni l-għajnuna “fir-rigward tal-assi mwieżna għar-riskji tal-bank”. Il-miżuri B1, B2, B3 u B4 ingħataw matul perjodu ta’ sena, minn April 2012 sa Mejju 2013. Matul dak il-perjodu, l-RWA tal-Bank inbidel, u żdied wara l-akkwiżizzjoni ta’ Emporiki Bank. Għalhekk, qamet il-mistoqsija dwar liema livell ta’ RWA għandu jintuża u, b’mod partikolari, jekk l-għajnuna mill-Istat għandhiex tiġi vvalutata b’referenza għall-RWA li kien jeżisti fil-bodu tal-perjodu jew fi tmiem il-perjodu. Il-miżuri B1, B2, B3 u B4 għandhom l-għan li jkopru ħtieġa kapitali identifikata mill-Bank of Greece f’Marzu 2012 (it-test tal-istress tal-2012). Fi kliem ieħor, il-ħtiġijiet kapitali li dawk il-miżuri ta’ appoġġ mill-Istat għandhom l-għan li jindirizzaw kienu diġà jeżistu f’Marzu 2012. Għalhekk, il-Kummissjoni tal-fehma li l-ammont ta’ għajnuna inkluż fil-miżuri B1, B2, B3 u B4 għandu jitqabbel mal-RWA tal-Bank fil-31 ta’ Marzu 2012. Il-fatt li l-Bank akkwiżixxa Emporiki Bank, ferm wara Marzu 2012, ma għandux iwassal għal tnaqqis fil-proporzjon tal-“għajnuna għall-RWA”. Tabilħaqq, l-għajnuna ma tkunx qed ixxekkel inqas għaliex il-Bank ikun għamel akkwiżizzjoni li żżid l-RWA tiegħu. Huwa mfakkar ukoll li, wara Marzu 2012 u sar-rikapitalizzazzjoni tar-Rebbiegħa 2013, il-Bank of Greece ma qiesx l-akkwiżizzjoni magħmula mill-banek Griegi sabiex jaġġusta l-ħtiġijiet kapitali tagħhom ‘il fuq jew ‘l isfel. Dak l-element ikompli juri li l-miżuri B1, B2, B3 u B4 kienu miżuri ta’ għajnuna relatati mal-perimetru tal-Bank minħabba li kien diġà jeżisti fil-31 ta’ Marzu 2012. |
|
(182) |
L-ewwel u t-tieni rikapitalizzazzjonijiet tranżitorji u l-ittra ta’ impenn flimkien ammontaw għal EUR 4 571 miljun. Dak l-ammont jirrappreżenta 10,3 % tal-RWA tal-Bank fil-31 ta’ Marzu 2012 (94). |
|
(183) |
Billi l-Bank irnexxielu jattira kapital privat, l-ammont attwali injettat mill-HFSF fil-Bank ammonta biss għal EUR 4 021 miljun, li jirrappreżenta 9,1 % tal-RWA tal-Bank fil-31 ta’ Marzu 2012. |
7.1.4. Konklużjoni dwar l-eżistenza u l-ammont totali tal-għajnuna riċevuta
|
(184) |
Il-miżuri A, B1, B2, B3, u B4 jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
7.2. IL-BAŻI ĠURIDIKA GĦALL-VALUTAZZJONI TAL-KOMPATIBBILTÀ
|
(185) |
L-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni sabiex issib li l-għajnuna hija kompatibbli mas-suq intern jekk din tkun intiża “sabiex tirrimedja taħwid serju fl-ekonomija ta’ Stat Membru”. |
|
(186) |
Il-Kummissjoni rrikonoxxiet li l-kriżi finanzjarja globali tista’ toħloq taħwid serju fl-ekonomija ta’ Stat Membru u li l-miżuri li jappoġġjaw lill-banek jistgħu jirrimedjaw dak it-taħwid. Dan kien ikkonfermat fil-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008, fil-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni u fil-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar. Il-Kummissjoni xorta waħda tqis li r-rekwiżiti għall-għajnuna mill-Istat li għandha tiġi approvata skont l-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat huma ssodisfati fid-dawl tal-istress li reġa’ tfaċċa fis-swieq finanzjarji. Il-Kummissjoni kkonfermat dik il-fehma billi adottat il-Komunikazzjoni dwar l-Estensjoni tal-2011 (95) u l-Komunikazzjoni Bankarja tal-2013 |
|
(187) |
Fir-rigward tal-ekonomija Griega, fid-deċiżjonijiet tagħha li japprovaw u jestendu l-Iskema ta’ Appoġġ lill-Banek Griegi, kif ukoll fl-approvazzjonijiet minnha tal-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Greċja lil banek individwali (96), il-Kummissjoni rrikonoxxiet li teżisti theddida ta’ taħwid serju fl-ekonomija Griega u li l-appoġġ mill-Istat lill-banek huwa xieraq sabiex jiġi rrimedjat dak it-taħwid. Għalhekk, il-bażi ġuridika għall-valutazzjoni tal-miżuri ta’ għajnuna għandha tkun l-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat. |
|
(188) |
Matul il-kriżi finanzjarja, il-Kummissjoni żviluppat kriterji ta’ kompatibbiltà għat-tipi differenti ta’ miżuri ta’ għajnuna. Il-prinċipji għall-valutazzjoni tal-miżuri ta’ għajnuna ġew stipulati għall-ewwel darba fil-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008. |
|
(189) |
B’konformità mal-punt 15 tal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008, sabiex għajnuna tkun kompatibbli skont l-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat, hija trid tikkonforma mal-kriterji ġenerali għall-kompatibbiltà:
|
|
(190) |
Il-gwida għall-miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni tista’ tinstab fil-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni u fil-Komunikazzjoni dwar l-Estensjoni tal-2011. |
|
(191) |
Il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar tiddefinixxi l-approċċ adottat mill-Kummissjoni fir-rigward tal-valutazzjoni tal-pjanijiet ta’ ristrutturar, b’mod partikolari l-ħtieġa tar-ritorn għall-vijabbiltà, tal-iżgurar ta’ kontribuzzjoni xierqa mill-benefiċjarju u tal-limitazzjoni tad-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. |
|
(192) |
Dak il-qafas kien ikkumplimentat mill-Komunikazzjoni Bankarja tal-2013, li tapplika għall-miżuri ta’ għajnuna nnotifikati wara l-31 ta’ Lulju 2013. |
7.2.1. Il-bażi ġuridika għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-appoġġ ta’ likwidità lill-Bank (il-miżura L1)
|
(193) |
L-appoġġ ta’ likwidità diġà riċevut mill-Bank kien approvat b’mod definittiv permezz tad-deċiżjonijiet suċċessivi li jawtorizzaw il-miżuri taħt l-Iskema ta’ Appoġġ lill-Banek Griegi u l-emendi u l-estensjonijiet tagħha (97). Kull appoġġ ta’ likwidità fil-ġejjieni għall-Bank ser ikollu jingħata taħt skema li tkun debitament approvata mill-Kummissjoni. It-termini ta’ din l-għajnuna ser ikollhom jiġu awtorizzati mill-Kummissjoni qabel tingħata u, għalhekk, ma għandhomx bżonn jiġu vvalutati aktar f’din id-deċiżjoni. |
7.2.2. Il-bażi ġuridika għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-ishma privileġġati (il-miżura A)
|
(194) |
Ir-rikapitalizzazzjoni mogħtija fl-2009 fil-forma ta’ ishma privileġġati (il-miżura A) ingħatat taħt il-miżura ta’ rikapitalizzazzjoni approvata fl-2008 bħala parti mill-Iskema ta’ Appoġġ lill-Banek Griegi skont il-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008. Għalhekk, hija ma għandhiex bżonn tiġi vvalutata mill-ġdid skont il-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008 u għandha tiġi vvalutata biss skont il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar. |
7.2.3. Il-bażi ġuridika għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-ELA garantita mill-Istat (il-miżura L2)
|
(195) |
Il-kompatibbiltà tal-ELA garantita mill-Istat (il-miżura L2) għandha l-ewwel tiġi vvalutata fuq il-bażi tal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008 u l-Komunikazzjoni dwar l-Estensjoni tal-2011. Kull ELA garantita mill-Istat mogħtija wara l-1 ta’ Awwissu 2013 taqa’ taħt il-Komunikazzjoni Bankarja tal-2013. |
7.2.4. Il-bażi ġuridika għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tar-rikapitalizzazzjonijiet mill-HFSF (il-miżuri B1, B2, B3 u B4)
|
(196) |
Il-kompatibbiltà tar-rikapitalizzazzjonijiet mill-HFSF (il-miżuri B1, B2, B3 u B4), b’mod partikolari fir-rigward tar-rimunerazzjoni, għandha l-ewwel tiġi vvalutata fuq il-bażi tal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008, il-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni u l-Komunikazzjoni dwar l-Estensjoni tal-2011. Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ ta’ Alpha, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar il-kompatibbiltà tal-miżura B1 ma’ dawk il-Komunikazzjonijiet. Billi ġew implimentati qabel il-31 ta’ Lulju 2013, dawk il-miżuri ma jaqgħux taħt il-Komunikazzjoni Bankarja tal-2013. Il-kompatibbiltà tar-rikapitalizzazzjonijiet mill-HFSF (il-miżuri B1, B2, B3 u B4) għandha tiġi vvalutata fuq il-bażi tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar ukoll. |
7.3. IL-KONFORMITÀ TAL-MIŻURA L2 MAL-KOMUNIKAZZJONI BANKARJA TAL-2008, MAL-KOMUNIKAZZJONI DWAR L-ESTENSJONI TAL-2011 U MAL-KOMUNIKAZZJONI BANKARJA TAL-2013
|
(197) |
Sabiex għajnuna tkun kompatibbli skont l-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat, hija għandha tikkonforma mal-kriterji ġenerali għall-kompatibbiltà: l-adegwatezza, in-neċessità u l-proporzjonalità. |
|
(198) |
Minħabba li l-banek Griegi ma baqgħux joperaw aktar fis-swieq tal-operaturi u saru kompletament dipendenti fuq il-finanzjament mill-bank ċentrali, kif ġie indikat fil-premessa 26, u billi l-Bank ma setax jidħol għal self ta’ ammont suffiċjenti ta’ fondi permezz tal-operazzjonijiet standard ta’ rifinanzjament regolari, il-Bank ħtieġ ELA garantita mill-Istat sabiex jikseb likwidità suffiċjenti bil-għan li jevita li jisfa inadempjenti. Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-miżura L2 hija mekkaniżmu xieraq sabiex jirrimedja taħwid serju li seta’ jiġi kkawżat mill-inadempjenza tal-Bank. |
|
(199) |
Billi l-ELA garantita mill-Istat tinvolvi spiża relattivament għolja ta’ finanzjament għall-Bank, il-Bank għandu biżżejjed inċentiv sabiex jevita li jkollu jiddependi fuq dak is-sors ta’ finanzjament sabiex jiżviluppa l-attivitajiet tiegħu. Il-Bank kellu jħallas rata ta’ imgħax ta’ […] bps ogħla mill-operazzjonijiet regolari ta’ rifinanzjament mal-Eurosistema. Barra minn hekk, il-Bank kellu jħallas miżata ta’ garanzija ta’ […] bps lill-Istat. Bħala riżultat, l-ispiża totali tal-ELA garantita mill-Istat għall-Bank hija ferm ogħla mill-ispejjeż normali tar-rifinanzjament mill-BĊE. B’mod partikolari, id-differenza bejn tal-ewwel u tal-aħħar hija ogħla mil-livell tal-miżata ta’ garanzija mitluba mill-Komunikazzjoni dwar l-Estensjoni tal-2011. B’riżultat ta’ dan, ir-rimunerazzjoni totali mitluba mill-Istat tista’ titqies bħala suffiċjenti. Fir-rigward tal-ammont tal-ELA garantita mill-Istat, dan jiġi rivedut regolarment mill-Bank of Greece u mill-BĊE fuq il-bażi tal-ħtiġijiet proprji tal-Bank. Huma jimmonitorjaw mill-qrib l-użu tagħha u jiżguraw li hija tkun limitata għall-minimu neċessarju. Għalhekk, il-miżura L2 ma tipprovdix lill-Bank b’likwidità żejda li tista’ tintuża sabiex tiffinanzja attivitajiet li jfixklu l-kompetizzjoni. Hija limitata għall-ammont minimu neċessarju. |
|
(200) |
Tali skrutinju mill-qrib tal-użu tal-ELA garantita mill-Istat u l-verifika regolari li l-użu tagħha huwa limitat għall-minimu jiżguraw ukoll li l-likwidità tkun proporzjonata u li ma twassalx għal distorsjoni bla bżonn tal-kompetizzjoni. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-Greċja impenjat ruħha li l-Bank se jimplimenta miżuri ta’ ristrutturar li jnaqqsu d-dipendenza tiegħu fuq il-finanzjament mill-bank ċentrali u li l-Bank se jikkonforma mal-limitazzjonijiet fl-imġiba, kif ġie analizzat fit-Taqsima 7.6. Dawk il-fatturi jiżguraw li d-dipendenza fuq l-appoġġ ta’ likwidità se tintemm mill-aktar fis possibbli u li tali għajnuna hija proporzjonata. |
|
(201) |
Għalhekk, il-miżura L2 tikkonforma mal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008 u mal-Komunikazzjoni dwar l-Estensjoni tal-2011. Billi l-Komunikazzjoni Bankarja tal-2013 ma introduċietx aktar rekwiżiti fir-rigward tal-garanziji, il-miżura L2 tikkonforma wkoll mal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2013. |
7.4. IL-KONFORMITÀ TAL-MIŻURI B1, B2, B3 U B4 MAL-KOMUNIKAZZJONI BANKARJA TAL-2008, MAL-KOMUNIKAZZJONI DWAR IR-RIKAPITALIZZAZZJONI U MAL-KOMUNIKAZZJONI DWAR L-ESTENSJONI TAL-2011
|
(202) |
Kif ġie indikat fil-premessa 189 u b’konformità mal-punt 15 tal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008, sabiex għajnuna tkun kompatibbli skont l-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat, hija għandha tikkonforma mal-kriterji ġenerali għall-kompatibbiltà (98): l-adegwatezza, in-neċessità u l-proporzjonalità. |
|
(203) |
Il-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni u l-Komunikazzjoni dwar l-Estensjoni tal-2011 jelaboraw ulterjorment fuq il-livell ta’ rimunerazzjoni meħtieġ għall-injezzjonijiet ta’ kapital mill-Istat. |
7.4.1. Adegwatezza tal-Miżuri
|
(204) |
Fir-rigward tal-adegwatezza tar-rikapitalizzazzjonijiet tal-HFSF (il-miżuri B1, B2, B3 u B4), il-Kummissjoni tqishom xierqa minħabba li jippermettu lill-Bank ikun konformi mar-rekwiżiti kapitali. Mingħajr ir-rikapitalizzazzjonijiet mill-HFSF, il-Bank ma kienx ikun jista’ jwettaq l-attivitajiet tiegħu u kien jitlef l-aċċess għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-BĊE. |
|
(205) |
F’dak ir-rigward, fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ ta’ Alpha l-Kummissjoni nnotat li l-Bank huwa wieħed mill-akbar istituzzjonijiet bankarji fil-Greċja, kemm f’termini ta’ self kif ukoll f’termini ta’ ġbir ta’ depożiti. Bħala tali, il-Bank huwa bank sistematikament importanti għall-Greċja. Konsegwentement, inadempjenza mill-Bank kienet toħloq taħwid serju fl-ekonomija Griega. Taħt dawk iċ-ċirkostanzi prevalenti, l-istituzzjonijiet finanzjarji fil-Greċja kellhom diffikultajiet sabiex jiksbu aċċess għall-finanzjament. Dak in-nuqqas ta’ finanzjament illimita l-abbiltà tagħhom li jipprovdu self lill-ekonomija Griega. F’dak il-kuntest, it-taħwid fl-ekonomija seta’ jiġi aggravat mill-inadempjenza tal-Bank. Barra minn hekk, il-miżuri B1, B2, B3 u B4 waslu prinċipalment minħabba l-programm PSI, avveniment straordinarju u imprevedibbli ferm u mhux bħala riżultat ta’ tmexxija ħażina jew teħid ta’ riskji eċċessivi mill-Bank. Għalhekk, il-miżuri huma primarjament maħsubin biex jindirizzaw ir-riżultati tal-programm PSI u jikkontribwixxu sabiex tinżamm l-istabbiltà finanzjarja fil-Greċja. |
|
(206) |
Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ ta’ Alpha, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk itteħdux minnufih il-miżuri kollha possibbli sabiex jiġi evitat li l-Bank jerġa’ jiġi bżonn l-għajnuna fil-ġejjieni. Kif ġie indikat fil-premessi (121) u (122) ta’ din id-Deċiżjoni, il-Greċja impenjat ruħha li timplimenta għadd ta’ azzjonijiet relatati mal-governanza korporattiva u l-operazzjonijiet kummerċjali tal-Bank. Kif ġie deskritt fil-premessi (99) u (106), il-Bank irristruttura wkoll l-attivitajiet tiegħu b’mod sinjifikanti, tant li diġà ġie implimentat ħafna tnaqqis tal-ispejjeż. Għalhekk, id-dubji tal-Kummissjoni ttaffew. |
|
(207) |
Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ ta’ Alpha, il-Kummissjoni esprimiet ukoll dubji dwar jekk kienx hemm biżżejjed salvagwardji f’każ li l-Bank jaqa’ taħt il-kontroll tal-Istat jew f’każ li l-azzjonisti privati jżommu l-kontroll waqt li l-maġġoranza tal-proprjetà tinżamm mill-Istat. L-impenji deskritti fil-premessi (121) u (122) ta’ din id-Deċiżjoni jiżguraw li l-operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Bank jitmexxew fuq bażi kummerċjali u li n-negozju ta’ kuljum jiġi protett minn interferenza Statali. Il-qafas tar-relazzjoni miftiehem bejn l-HFSF u l-Bank jiżgura wkoll li l-interessi tal-Istat bħala l-azzjonist prinċipali jiġu mħarsa kontra t-teħid ta’ riskji eċċessivi mill-maniġment tal-Bank. |
|
(208) |
Għalhekk, il-miżuri B1, B2, B3 u B4 jiżguraw li tinżamm l-istabbiltà finanzjarja fil-Greċja. Qed jittieħdu azzjonijiet sinifikanti sabiex inaqqsu t-telf fil-ġejjieni u sabiex jiżguraw li l-attivitajiet tal-Bank ma jiġux ipperikolati minn governanza mhux xierqa. Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni ssib li l-miżuri B1, B2, B3 u B4 huma xierqa. |
7.4.2. Neċessità – limitazzjoni tal-għajnuna għall-minimu
|
(209) |
Skont il-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008, il-miżura ta’ għajnuna, fl-ammont u l-forma tagħha, trid tkun neċessarja sabiex tilħaq l-għan tagħha. Dan jimplika li l-injezzjoni ta’ kapital trid tkun tal-ammont minimu neċessarju sabiex tilħaq l-għan. |
|
(210) |
L-ammont ta’ appoġġ kapitali kien ikkalkolat mill-Bank of Greece fil-qafas ta’ test tal-istress bil-għan li jiġi żgurat li l-kapital fil-Grad 1 Ewlieni jibqa’ ‘l fuq minn ċertu livell matul il-perjodu 2012-2014, kif rifless fit-Tabella 3. Għalhekk ma jipprovdix lill-Bank b’xi eċċess ta’ kapital. Kif ġie spjegat fil-premessa (206), ittieħdu azzjonijiet sabiex inaqqsu r-riskju li l-Bank ikun jeħtieġ għajnuna addizzjonali fil-ġejjieni. |
|
(211) |
Fir-rigward tar-rimunerazzjoni tal-ewwel u tat-tieni rikapitalizzazzjonijiet tranżitorji (il-miżuri B1 u B2), il-Kummissjoni tfakkar li dawn ingħataw f’Mejju 2012 u Diċembru 2012, rispettivament, u li tħallsu in natura fil-forma ta’ noti tal-EFSF. Bħala rimunerazzjoni, l-HFSF irċieva l-imgħax akkumulat fuq in-noti tal-EFSF flimkien ma’ ħlas ta’ 1 % mid-data tal-iżborżament tan-noti tal-EFSF sad-data tar-rikapitalizzazzjoni tar-Rebbiegħa 2013 (99). Kif ġie enfasizzat fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ ta’ Alpha, dik ir-rimunerazzjoni hija aktar baxxa mill-medda ta’ bejn 7 % u 9 % kif definita fil-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni. Madankollu, il-perjodu ta’ rimunerazzjoni baxxa kien limitat għal sena waħda għall-miżura B1 u ħames xhur għall-miżura B2 (jiġifieri, sal-konverżjoni tar-rikapitalizzazzjoni tranżitorja f’rikapitalizzazzjoni standard f’ishma ordinarji, jiġifieri l-miżura B4). Filwaqt li l-ewwel u t-tieni rikapitalizzazzjonijiet tranżitorji ma wasslux għad-dilwizzjoni tal-azzjonisti eżistenti, ir-rikapitalizzazzjoni tar-Rebbiegħa 2013, li kienet il-konverżjoni tal-ewwel u tat-tieni rikapitalizzazzjonijiet tranżitorji, wasslet għal dilwizzjoni qawwija tal-azzjonisti eżistenti minn qabel, minħabba li s-sehem tagħhom fl-ekwità tal-Bank niżel għal 4,9 %. Is-sitwazzjoni anormali li pprevaliet mid-data tal-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja mbagħad ġiet fi tmiemha. Għaldaqstant, id-dubji mqajma fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ ta’ Alpha ttaffew. |
|
(212) |
It-tieni nett, minħabba s-sors atipiku tad-diffikultajiet tal-Bank, fejn it-telf kien ġej primarjament minn rinunzja tad-dejn favur l-Istat (il-programm PSI u x-xiri lura tad-dejn, li jipprovdu vantaġġ sinjifikanti lill-Istat, jiġifieri, tnaqqis tad-dejn) u mill-konsegwenzi ta’ reċessjoni mtawla fl-ekonomija domestika tiegħu, il-Kummissjoni tista’ taċċetta devjazzjoni temporanja bħal din mir-rekwiżiti tar-rimunerazzjoni standard stabbiliti fil-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni (100). |
|
(213) |
Fir-rigward tal-miżura B3, kien impenn sabiex jiġi pprovdut il-kapital. Dak l-impenn magħmul f’Diċembru 2012 ġie implimentat f’injezzjoni proprja ta’ kapital f’Mejju-Ġunju 2013, ħames xhur wara biss. Għal dik ir-raġuni u għar-raġunijiet imsemmija fil-premessa 212, huwa aċċettabbli li ma tħallset ebda rimunerazzjoni għal dak l-impenn. |
|
(214) |
Fir-rigward tal-miżura B4, skont il-punt 8 tal-Komunikazzjoni dwar l-Estensjoni tal-2011, l-injezzjonijiet ta’ kapital għandhom jiġu sottoskritti bi skont suffiċjenti għall-prezz tal-ishma, aġġustat għall-effett ta’ dilwizzjoni, sabiex b’hekk tingħata assigurazzjoni raġonevoli ta’ rimunerazzjoni adegwata għall-Istat. Filwaqt li r-rikapitalizzazzjoni ma pprevediet ebda skont sinjifikanti għall-prezz tal-ishma kif aġġustat għall-effett ta’ dilwizzjoni, fil-fatt kien impossibbli li jinkiseb skont sinjifikanti għall-prezz teoretiku qabel il-ħruġ ta’ drittijiet. (101). Qabel ir-rikapitalizzazzjoni tar-Rebbiegħa 2013, il-kapitalizzazzjoni tas-suq tal-Bank kienet biss ta’ ftit mijiet ta’ miljuni ta’ euros. F’ċirkostanzi bħal dawn, tqum il-kwistjoni dwar jekk l-azzjonisti eżistenti kellhomx jiġu eliminati għal kollox. Il-Kummissjoni tinnota li l-prezz tal-ħruġ kien stabbilit bi skont ta’ 50 % għall-prezz medju tas-suq fuq il-perjodu ta’ ħamsin jum qabel id-determinazzjoni tal-prezz tal-ħruġ. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li d-dilwizzjoni tal-azzjonisti eżistenti kienet kbira ħafna, billi wara r-rikapitalizzazzjoni huma kellhom biss 4,9 % tal-parteċipazzjoni azzjonarja tal-Bank. Għalhekk, l-applikazzjoni ta’ skont ulterjuri fuq il-prezz tas-suq seta’ kellha impatt żgħir fuq ir-rimunerazzjoni tal-HFSF. Fid-dawl tas-sitwazzjoni speċifika tal-banek Griegi spjegata fil-premessa (212) u minħabba l-fatt li l-ħtieġa għall-għajnuna ġejja minn rinunzja tad-dejn favur l-Istat, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-prezz tal-ħruġ tal-ishma sottoskritti mill-Istat kien baxx biżżejjed. |
|
(215) |
L-HFSF ħareġ ukoll ċertifikati u ta ċertifikat wieħed għal kull sehem ġdid sottoskritt minn investitur privat li jipparteċipa fir-rikapitalizzazzjoni tar-Rebbiegħa 2013. L-HFSF ta dawk iċ-ċertifikati mingħajr ebda kunsiderazzjoni. Kif ġie spjegat fil-premessa (93), kull ċertifikat jinkorpora d-dritt li jinxtraw 7,40 ishma tal-HFSF f’intervalli magħżula u bi prezzijiet tal-eżerċitar. Il-prezz tal-eżerċitar huwa ugwali għall-prezz tas-sottoskrizzjoni tal-HFSF miżjud b’marġini annwali u kumulattiv (4 % għall-ewwel sena, 5 % għat-tieni sena, 6 % għat-tielet sena, 7 % għar-raba’ sena u mbagħad 8 % annwalizzati għall-aħħar sitt xhur). Ir-rimunerazzjoni riċevuta mill-HFSF fuq l-ishma li jippossjedi hija de facto limitata għal dawk il-livelli. Dik ir-rimunerazzjoni hija aktar baxxa mill-medda ta’ bejn 7 % u 9 % kif definita fil-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni. Madankollu, minħabba li dawk iċ-ċertifikati kienu fattur ewlieni fis-suċċess tal-ħruġ ta’ dritt u tal-kollokament privat imnedija mill-Bank qabel ir-rikapitalizzazzjoni tar-Rebbiegħa 2013, il-Kummissjoni hija tal-fehma li dawn ippermettew li l-Bank inaqqas l-ammont ta’ għajnuna b’EUR 550 miljun. Tabilħaqq, minħabba l-proporzjon ta’ kapital baxx tal-Bank qabel ir-rikapitalizzazzjoni u l-inċertezza għolja li kienet prevalenti f’dak iż-żmien, is-simulazzjonijiet li kienu disponibbli wrew li mingħajr iċ-ċertifikati, l-investituri privati ma jiksbux redditu suffiċjenti u għaldaqstant ma jipparteċipawx. Għar-raġunijiet spjegati fil-premessi 205 u 212, minħabba li l-HFSF jirċievi rimunerazzjoni pożittiva minima jekk jiġu eżerċitati ċ-ċertifikati u minħabba li kien objettiv tal-MPEF li jattira investituri privati sabiex jinżammu xi banek taħt maniġment privat, kif ukoll sabiex jiġu evitati sitwazzjonijiet fejn is-settur bankarju kollu jkun ikkontrollat mill-HFSF, il-Kummissjoni tista’ taċċetta tali devjazzjoni mir-rekwiżiti tar-rimunerazzjoni standard stabbiliti fil-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni. Dik l-aċċettazzjoni hija bbażata wkoll fuq il-fatt li l-liġi tal-HFSF, kif emendata f’Marzu 2014, ma tipprevedi ebda aġġustament taċ-ċertifikati f’każ ta’ żieda fil-kapital azzjonarju mhux ta’ prelazzjoni, kif ukoll li f’każ ta’ ħruġ ta’ drittijiet, huwa biss il-prezz tal-eżerċitar skont iċ-ċertifikat li jista’ jiġi aġġustat u l-aġġustament jista’ jsir biss ex post u biss sal-ammont tar-rikavat realizzat mill-bejgħ ta’ drittijiet ta’ prelazzjoni tal-HFSF. Barra minn hekk, l-impenn tal-Greċja li tfittex l-approvazzjoni tal-Kummissjoni qabel kull xiri lura taċ-ċertifikati maħruġa mill-HFSF jippermetti li l-Kummissjoni tiżgura li kull xiri lura fil-ġejjieni ma jkomplix inaqqas ir-rimunerazzjoni tal-HFSF u jżid ir-rimunerazzjoni tad-detenturi taċ-ċertifikati. |
|
(216) |
Fir-rigward tal-fatt li l-ishma tal-HFSF huma ishma mingħajr id-dritt ta’ votazzjoni, il-Kummissjoni tfakkar li l-ħtieġa għall-għajnuna ma tiġix primarjament mit-teħid ta’ riskji eċċessivi. Barra minn hekk, kien objettiv tal-MPEF li jżomm xi banek taħt maniġment privat. Barra minn hekk, il-qafas tar-relazzjoni u l-introduzzjoni awtomatika mill-ġdid tad-drittijiet ta’ votazzjoni f’każ ta’ nuqqas ta’ implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar jipprovdu salvagwardji kontra t-teħid ta’ riskji eċċessivi fil-ġejjieni minn maniġers privati. Fl-aħħar nett, il-PSI u x-xiri lura f’Diċembru 2012 huma tip ta’ rimunerazzjoni lill-Istat, minħabba li d-dejn ta’ dan tal-aħħar lejn il-Bank tnaqqas b’diversi biljuni ta’ euros. Għal dawn ir-raġunijiet kollha, il-Kummissjoni tista’ taċċetta li l-HFSF jirċievi ishma mingħajr id-dritt ta’ votazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura B4 kienet meħtieġa. Bħala konklużjoni, il-miżuri B1, B2, B3 u B4 huma meħtieġa bħala għajnuna ta’ salvataġġ kemm fl-ammont kif ukoll fil-forma tagħhom. |
7.4.3. Proporzjonalità – miżuri li jillimitaw l-effetti konsegwenzjali negattivi
|
(217) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-Bank irċieva ammont kbir ħafna ta’ għajnuna mill-Istat. Għalhekk, dik is-sitwazzjoni tista’ twassal għal distorsjonijiet serji fil-kompetizzjoni. Madankollu, il-Greċja impenjat ruħha li timplimenta għadd ta’ miżuri li huma maħsuba biex inaqqsu l-effetti konsegwenzjali negattivi. B’mod partikolari, l-impenji jistabbilixxu li l-operazzjonijiet tal-Bank ikomplu jitmexxew fuq bażi kummerċjali, kif ġie spjegat fil-premessi 121 u 122. Il-Greċja impenjat ruħha wkoll li ddaħħal projbizzjoni fuq l-akkwiżizzjonijiet u li tagħmel numru ta’ divestimenti, kif deskritt fil-premessi 123 sa 124. Il-limiti għad-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni se jkomplu jiġu vvalutati fit-Taqsima 7.6. |
|
(218) |
Fil-Bank inħatar ukoll trustee tal-monitoraġġ sabiex jimmonitorja l-implimentazzjoni korretta tal-impenji dwar il-governanza korporattiva u l-operazzjonijiet kummerċjali. Dan jevita kull bidla detrimentali fil-prattika kummerċjali tal-Bank u b’hekk jitnaqqsu l-effetti konsegwenzjali negattivi potenzjali. |
|
(219) |
Fl-aħħar nett, fit-12 ta’ Ġunju 2014 ġie sottomess pjan ta’ ristrutturar komprensiv ġdid lill-Kummissjoni. Dak il-pjan ta’ ristrutturar se jiġi vvalutat fit-Taqsima 7.6. |
|
(220) |
Bħala konklużjoni, id-dubji mqajma fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ ta’ Alpha ttaffew. Il-miżuri B1, B2, B3 u B4 huma proporzjonati fid-dawl tal-punt 15 tal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008. |
7.4.4. Konklużjoni dwar il-konformità tar-rikapitalizzazzjonijiet tal-HFSF mal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008, mal-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni u mal-Komunikazzjoni dwar l-Estensjoni tal-2011
|
(221) |
B’hekk ġie konkluż li r-rikapitalizzazzjonijiet tal-HFSF (il-miżuri B1, B2, B3 u B4) huma xierqa, neċessarji u proporzjonati, fid-dawl tal-punt 15 tal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008, tal-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni u tal-Komunikazzjoni dwar l-Estensjoni tal-2011. |
7.5. IL-KONFORMITÀ TAL-AKKWIŻIZZJONIJIET MAL-KOMUNIKAZZJONI DWAR IR-RISTRUTTURAR
|
(222) |
Il-punt 23 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar jispjega li l-akkwiżizzjonijiet ta’ impriżi minn banek megħjuna ma jistgħux jiġu ffinanzjati permezz ta’ għajnuna mill-Istat sakemm dan ma jkunx essenzjali għat-treġġigħ lura tal-vijabbiltà ta’ impriża. Barra minn hekk, il-punti 40 u 41 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar jgħidu li l-banek ma għandhomx jużaw l-għajnuna mill-Istat għall-akkwiżizzjoni ta’ negozji kompetituri, sakemm l-akkwiżizzjoni ma tkunx parti minn proċess ta’ konsolidazzjoni meħtieġ għat-treġġigħ lura tal-istabbiltà finanzjarja jew għall-iżgurar ta’ kompetizzjoni effettiva. Barra minn hekk, l-akkwiżizzjonijiet jistgħu jipperikolaw jew jikkomplikaw it-treġġigħ lura tal-vijabbiltà. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk l-akkwiżizzjonijiet magħmula mill-Bank jistgħux jiġu rrikonċiljati mal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar. |
7.5.1. Il-konformità tal-akkwiżizzjoni ta’ Emporiki Bank mal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar
7.5.1.1. L-effett tal-akkwiżizzjoni ta’ Emporiki Bank fuq il-vijabbiltà fit-tul tal-Bank
|
(223) |
F’termini tal-profittabilità operatorja, l-akkwiżizzjoni ta’ Emporiki Bank issaħħaħ it-treġġigħ lura tal-Bank lejn vijabbiltà fit-tul peress li l-fużjoni taż-żewġ banek fl-istess suq ġeografiku tippermetti li l-Bank jagħmel sinerġiji importanti, pereżempju fil-forma ta’ tnaqqis ta’ persunal, għeluq ta’ fergħat u tnaqqis fl-ispejjeż ġenerali. Il-Bank jakkwista l-klijenti u d-depożiti, filwaqt li jnaqqas l-ispejjeż tad-distribuzzjoni b’mod sinifikanti. Dan jagħlaq numru sinifikanti ta’ fergħat tal-entità kombinata, minbarra li qed jirrazzjonalizza l-funzjonijiet tal-kwartieri ġenerali. |
|
(224) |
F’termini tal-pożizzjonijiet ta’ likwidità, l-akkwiżizzjoni għandha effett pożittiv fuq il-Bank. Tabilħaqq, il-proporzjon self-depożitu tal-entità akkwistata kien ta’ madwar 115 %, ferm inqas mill-proporzjon self-depożitu għoli ħafna tal-Bank (102). Għalhekk, hija tikkontribwixxi għal titjib sinifikanti fit-titjib tal-proporzjon self-depożitu tal-Bank. |
|
(225) |
Minn perspettiva statika, it-tranżazzjoni kellha wkoll impatt pożittiv fuq il-proporzjon ta’ kapital tal-Bank, peress li l-Bank jixtri bank ferm kapitalizzat għal korrispettiv ta’ euro. Fil-31 ta’ Marzu 2012, il-proporzjon tal-adegwatezza kapitali proforma tal-entità kombinata kien ta’ 11,8 % filwaqt li l-proporzjon tal-adegwatezza kapitali tal-Bank kienet ta’ 8,8 % biss. B’mod simili, il-proporzjon tal-Grad 1 Ewlieni proforma tal-entità kombinata kien ta’ 11,1 % filwaqt li l-proporzjon tal-Grad 1 Ewlieni tal-Bank kien ta’ 7,9 %. Il-kapital għoli ta’ Emporiki Bank jiġproteġi kontra telf fil-ġejjieni li jista’ jiġġarrab fit-test tal-istress, kif jidher fit-Tabella 3. L-osservazzjoni statika taż-żieda fil-proporzjon kapitali tal-Bank issopravalutat l-effett pożittiv tal-pożizzjoni kapitali fit-tul tiegħu. Għalhekk, l-akkwiżizzjoni hija pożittiva għat-treġġigħ lura tal-vijabbiltà fit-tul tal-Bank. |
7.5.1.2. L-effett tal-akkwiżizzjonijiet fuq l-ammont ta’ għajnuna meħtieġa mill-Bank
|
(226) |
Skont il-punt 23 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, l-għajnuna għar-ristrutturar ma għandhiex tintuża għall-akkwiżizzjoni ta’ kumpaniji oħrajn, iżda sempliċiment biex tkopri l-ispejjeż tar-ristrutturar li huma meħtieġa sabiex titreġġa’ lura l-vijabbiltà tal-Bank. F’dan il-każ, għalkemm l-akkwiżizzjoni għandha implikazzjonijiet pożittivi għall-vijabbiltà tal-Bank, mhijiex essenzjali għall-vijabbiltà tiegħu skont it-tifsira tal-punt 23 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar. |
|
(227) |
Il-Bank ħallas biss korrispettiv ta’ euro sabiex xtara Emporiki Bank. Għalhekk, il-prezz tax-xiri ma kienx iffinanzjat minn għajnuna mill-Istat. Dak il-fatt jimplika wkoll li l-ħlas tal-prezz tax-xiri ma ħoloqx xi ħtieġa ta’ kapital għall-Bank. Barra minn hekk, Emporiki Bank kien ikkapitalizzat b’moda adegwat (jiġifieri sal-livell meħtieġ skont it-test tal-istress tal-2012 li jidher fit-Tabella 3). B’hekk, l-akkwiżizzjoni x’aktarx ma toħloq l-ebda ħtieġa kapitali fil-ġejjieni għall-Bank. |
|
(228) |
Bħala konklużjoni, minħabba patti mhux tas-soltu (xiri b’EUR 1 ta’ bank kapitalizzat bis-sħiħ sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tat-test tal-istress), b’mod eċċezzjonali l-akkwiżizzjoni ta’ Emporiki Bank ma tmurx kontra r-rekwiżit li tiġi minimizzata l-għajnuna. |
7.5.1.3. L-effett distortiv tal-akkwiżizzjonijiet fuq il-kompetizzjoni
|
(229) |
B’konformità mal-punti 39 u 40 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, l-għajnuna mill-Istat ma għandhiex tintuża għad-detriment tal-kumpaniji mhux megħjuna u, b’mod partikolari, għall-akkwist ta’ negozji kompetituri. Il-punt 41 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar jgħid ukoll li l-akkwiżizzjonijiet jistgħu jiġu awtorizzati jekk ikunu parti minn proċess ta’ konsolidazzjoni meħtieġ għat-treġġigħ lura tal-istabbiltà finanzjarja jew għall-iżgurar ta’ kompetizzjoni effettiva. F’ċirkostanzi bħal dawn, il-proċess tal-akkwiżizzjoni għandu jkun ġust u l-akkwiżizzjoni għandha tiżgura l-kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni effettiva fis-suq rilevanti. |
|
(230) |
Emporiki Bank ma kienx meqjus bħala vijabbli fuq bażi awtonoma mill-Bank of Greece, skont eżami tal-vijabbiltà mwettaq minn konsulent estern fil-bidu tal-2012. Kien qed jagħmel telf kbir għal Crédit Agricole li, għalhekk, ried ibigħu. Jekk tali bejgħ ma kienx possibbli, Crédit Agricole setgħet tikkunsidra li tħallih ifalli. Għalhekk, it-transizzjoni tista’ titqies bħala parti minn proċess ta’ konsolidazzjoni li huwa meħtieġ għat-treġġigħ lura tal-istabbiltà finanzjarja tat-tip deskritt fil-punt 41 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar. |
|
(231) |
Ma kien hemm ebda offerent mhux megħjun li ssottometta offerta valida sabiex jakkwista lil Emporiki Bank, u l-proċess tal-bejgħ kien wieħed miftuħ, trasparenti u mhux diskriminatorju. Għalhekk, ma tħalla barra ebda offerent mhux megħjun mill-Bank. Minħabba li dik l-akkwiżizzjoni kienet awtorizzata mill-Awtorità tal-Kompetizzjoni Ellenika, l-eżitu tal-proċess tal-bejgħ ma jipperikolax il-kundizzjoniijet ta’ kompetizzjoni effettiva fil-Greċja. |
|
(232) |
Barra minn hekk, il-ħtieġa ta’ għajnuna mill-Bank ma tirriżultax mill-ġestjoni ħażina jew it-teħid ta’ riskji li mhumiex xierqa. Finalment, kif inhu konkluż fil-premessa 227, ma ntużat ebda għajnuna mill-Istat biex tiġi ffinanzjata din l-akkwiżizzjoni (xiri b’EUR 1 ta’ bank kapitalizzat sal-livell meħtieġ biex jgħaddi mit-test tal-istress tal-Bank of Greece). |
|
(233) |
Fid-dawl ta’ dawk l-elementi, jista’ jiġi konkluż li l-akkwiżizzjoni ta’ Emporiki Bank hija konformi mat-Taqsima 4 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar. |
7.5.1.4. Konklużjoni dwar l-akkwiżizzjoni ta’ Emporiki Bank
|
(234) |
Fid-dawl tas-sitwazzjoni unika tal-banek Griegi u l-ispeċifiċitajiet tal-akkwiżizzjoni ta’ Emporiki Bank, qiegħed jiġi konkluż li l-akkwiżizzjoni hija konformi mar-rekwiżiti stipulati fil-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar. |
7.5.2. Il-konformità tal-akkwiżizzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet magħżula tat-tliet Banek Kooperattivi mal-Komunikazzjoni tar-Ristrutturar
7.5.2.1. L-effett tal-akkwiżizzjoni fuq il-vijabbiltà fit-tul tal-Bank
|
(235) |
L-akkwiżizzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet magħżula tat-tliet Banek Kooperattivi se ssaħħaħ il-vijabilità tal-Bank għal żmien twil. |
|
(236) |
B’mod iktar preċiż, l-integrazzjoni tad-depożiti tat-tliet Banek Kooperattivi fil-karta bilanċjali tal-Bank tejbet il-profil ta’ likwidità tiegħu. Il-proporzjon self-depożitu nett ta’ Alpha Bank S.A. naqas b’madwar 1,5 % u d-dipendenza ta’ Alpha Bank S.A. fuq l-Eurosistema naqset. |
|
(237) |
Barra minn hekk, l-akkwiżizzjonijiet taw lill-Bank l-opportunità li jsaħħaħ id-dħul tiegħu billi jifrex il-klijentela tiegħu fuq bosta żoni ġeografiċi. Il-Bank ma ħax taħt idejh xi infrastruttura jew netwerk ta’ fergħat li jiswewh ħafna flus. U l-Bank lanqas ma ħa xi self taħt idejh. Għalhekk ma żiedx ir-riskju jew ir-rekwiżiti kapitali tiegħu. |
7.5.2.2. L-effett tal-akkwiżizzjoni fuq l-ammont ta’ għajnuna meħtieġa mill-Bank
|
(238) |
B’konformità mal-punt 23 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, l-għajnuna għar-ristrutturar ma għandhiex tintuża għall-akkwiżizzjoni ta’ kumpaniji oħrajn, iżda sempliċiment biex tkopri l-ispejjeż tar-ristrutturar li huma meħtieġa sabiex titreġġa’ lura l-vijabbiltà tal-Bank. F’dan il-każ, għalkemm l-akkwiżizzjoni għandha implikazzjonijiet pożittivi għall-vijabbiltà tal-Bank, mhijiex essenzjali għall-vijabbiltà tiegħu skont it-tifsira tal-punt 23 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar. |
|
(239) |
Il-korrispettiv imħallas mill-Bank għall-akkwiżizzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet ittrasferiti lit-tliet Banek Kooperattivi kollha ġie stabbilit għal 2,1 % tal-valur tad-depożiti ttrasferiti u kien jammonta għal madwar EUR 9 miljun, ekwivalenti għal 0,01 % tal-karta bilanċjali totali tal-Bank fil-ħin tal-akkwiżizzjoni. Għalhekk, dak il-korrispettiv jista’ itqies waħda żgħira ħafna. Barra minn hekk, il-Bank diġà kien ġabar EUR 550 miljun f’kapital privat matul ir-rikapitalizzazzjoni tar-Rebbiegħa 2013. |
|
(240) |
Ġie konkluż li l-prezz tal-akkwiżizzjoni tal-assi u tal-obbligazzjonijiet ittrasferiti (prinċipalment depożiti) tat-tliet Banek Kooperattivi kien tant baxx li ma waqqafx l-għajnuna milli tkun limitata għall-minimu neċessarju. |
7.5.2.3. L-effett distortiv tal-akkwiżizzjonijiet fuq il-kompetizzjoni
|
(241) |
Kif ġie ddikjarat fil-premessa 229, b’konformità mal-punti 39 u 40 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, l-għajnuna mill-Istat ma għandhiex tintuża għad-detriment tal-kumpaniji mhux megħjuna u, b’mod partikolari, għall-akkwist ta’ negozji kompetituri, għajr taħt ċirkostanzi speċifiċi. |
|
(242) |
Il-Bank of Greece qies li t-tliet Banek Kooperattivi ma kinux vijabbli u li l-adozzjoni tal-miżuri ta’ riżoluzzjoni kienet meħtieġa sabiex tinżamm stabbiltà finanzjarja. Għalhekk, l-akkwiżizzjonijiet jistgħu jitqiesu bħala parti minn proċess ta’ konsolidazzjoni li huwa meħtieġ għat-treġġigħ lura tal-istabbiltà finanzjarja tat-tip deskritt fil-punt 41 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar. |
|
(243) |
Barra minn hekk, ebda offerent mhux megħjun ma ssottometta xi offerta valida biex jixtri l-assi u l-obbligazzjonijiet tat-tliet Banek Kooperattivi, u l-unika offerta oħra saret minn bank li kien irċieva saħansitra iktar għajnuna. Barra minn hekk, id-daqs tal-assi u l-obbligazzjonijiet akkwistati kien żgħir, u ma bidilx l-istruttura tas-suq. (103). |
|
(244) |
Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni tqis li dawn iċ-ċirkustanzi eċċezzjonali jiġġustifikaw l-awtorizzazzjoni tal-akkwiżizzjonijiet, b’konformità mal-punt 41 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar |
7.5.2.4. Konklużjoni dwar l-akkwiżizzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet magħżula tat-tliet Banek Kooperattivi.
|
(245) |
Ġie konkluż li, fid-dawl tal-ispeċifiċitajiet tal-akkwiżizzjonijiet tal-assi u tal-obbligazzjonijiet magħżula tat-tliet Banek Kooperattivi, dawn l-akkwiżizzjonijiet huma konformi mar-rekwiżiti stipulati fil-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar. |
7.5.3. Il-konformità tal-akkwiżizzjoni ta’ Citibank Greece mal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar
7.5.3.1. L-effett tal-akkwiżizzjoni fuq il-vijabbiltà fit-tul tal-Bank
|
(246) |
L-akkwiżizzjoni ta’ Citibank Greece, inkluż Diners, ser ittejjeb il-vijabbiltà fit-tul tal-Bank. Il-Bank akkwista self iggarantit sew mill-bank. Barra minn hekk, ir-reġistru tas-self nett huwa ferm iżgħar mid-depożiti akkwistati. |
|
(247) |
L-integrazzjoni tad-depożiti ta’ Citibank Greece fil-karta bilanċjali tal-Bank ser ittejjeb il-profil ta’ finanzjament medju u fit-tul tal-Bank filwaqt li, fl-istess ħin, issaħħaħ il-profittabilità tal-Bank. |
|
(248) |
Barra minn hekk, bl-akkwiżizzjoni, il-Bank ser isaħħaħ il-frankiġja u l-ħiliet ta’ ġbir ta’ depożiti tiegħu, u b’hekk jikseb mudell tan-negozju bbilanċjat u sostenibbli. |
|
(249) |
Fl-aħħar nett, is-sinerġiji importanti li mistennija jsiru – f’termini ta’ funzjonijiet ċentrali, servizzi informatiċi u spejjeż operatorji – ser jikkontribwixxu għall-vijabbiltà fit-tul tal-Bank. |
|
(250) |
Għalhekk, l-akkwiżizzjoni hija pożittiva għat-treġġigħ lura tal-vijabbiltà fit-tul tal-Bank. |
7.5.3.2. L-effett tal-akkwiżizzjoni fuq l-ammont ta’ għajnuna meħtieġa mill-Bank
|
(251) |
Skont il-punt 23 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, l-għajnuna għar-ristrutturar ma għandhiex tintuża għall-akkwiżizzjoni ta’ kumpaniji oħrajn, iżda sempliċiment biex tkopri l-ispejjeż tar-ristrutturar li huma meħtieġa sabiex titreġġa’ lura l-vijabbiltà tal-Bank. F’dan il-każ, għalkemm l-akkwiżizzjoni għandha implikazzjonijiet pożittivi għall-vijabbiltà tal-Bank, mhijiex essenzjali għall-vijabbiltà tiegħu skont it-tifsira tal-punt 23 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar. |
|
(252) |
Il-Bank ħallas biss korrispettiv ta’ EUR 2 miljun (104) biex jixtri lil Citibank Greece u Diners. |
|
(253) |
Il-portafoll akkwistat jinkludi għadd kbir ta’ self li huwa kompletament imħassar. Tabilħaqq, il-valutazzjoni ta’ dak il-portafoll il-ġdid ta’ self tista’ tpaċi l-ħtieġa limitata ta’ kapital li tirriżulta mill-integrazzjoni tagħhom fil-karta bilanċjali tal-Bank. |
|
(254) |
Barra minn hekk, il-Bank tella’ EUR 1,2 biljun ta’ kapital privat bi prezz għal kull sehem ogħla mill-prezz għal kull sehem li bih l-HFSF issottoskriva fir-rikapitalizzazzjoni tar-Rebbiegħa 2013. |
|
(255) |
F’dawk iċ-ċirkustanzi speċifiċi, ma jistax jiġi ddikjarat li l-akkwiżizzjoni kienet iffinanzjata bl-għajnuna mill-Istat. L-akkwiżizzjoni mhijiex ser iżżid il-bżonn ta’ għajnuna jew tnaqqas ir-remunerazzjoni tal-għajnuna eżistenti. |
7.5.3.3. L-effett distortiv tal-akkwiżizzjoni fuq il-kompetizzjoni
|
(256) |
Kif indikat fil-premessa 241, l-għajnuna mill-Istat ma għandhiex tintuża għad-detriment tal-kumpaniji mhux megħjuna, b’mod partikolari, għall-akkwist ta’ negozji kompetituri. |
|
(257) |
Il-prezz tax-xiri mħallas għal Citibank Greece kien baxx ħafna u l-Bank ġabar ammont kbir ta’ kapital privat bi prezz għoli għal kull sehem. Għalhekk, ma jistax jitqies li l-għajnuna ntużat sabiex tiġi ffinanzjata l-akkwiżizzjoni. |
|
(258) |
Barra minn hekk, peress li ebda offerent mhux megħjun ma ssottometta xi offerta sabiex jixtri l-perimetru tal-attivitajiet akkwistati mill-Bank, ma hemm ebda esklużjoni ta’ investituri mhux megħjuna. |
|
(259) |
Bħala konklużjoni, fid-dawl tal-elementi fil-premessi 257 u 258, l-akkwiżizzjoni ma taqax taħt il-projbizzjoni fil-punti 39 u 40 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tfakkar li l-bżonn ta’ għajnuna tal-Bank mhijiex ġejja minn ġestjoni ħażina jew teħid ta’ riskji żejda. |
7.5.3.4. Konklużjoni dwar l-akkwiżizzjoni ta’ Citibank Greece
|
(260) |
Ġie konkluż li, fid-dawl tas-sitwazzjoni unika tal-Bank (105) u l-ispeċifiċitajiet tal-akkwiżizzjoni ta’ Citibank Greece, dik l-akkwiżizzjoni hija konformi mar-rekwiżiti stipulati fil-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar. |
7.6. IL-KONFORMITÀ TAL-MIŻURI A, B1, B2, B3 U B4 MAL-KOMUNIKAZZJONI DWAR IR-RISTRUTTURAR
7.6.1. Sorsi tad-diffikultajiet u l-konsegwenzi fuq il-valutazzjoni skont il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar
|
(261) |
Kif ġie indikat fit-Taqsimiet 2.1.1 u 2.1.2, id-diffikultajiet iffaċċjati mill-Bank ġejjin primarjament mill-kriżi sovrana Griega u mir-reċessjoni profonda fil-Greċja u fin-Nofsinhar tal-Ewropa. Fir-rigward tal-fattur imsemmi l-ewwel, il-gvern Grieg tilef l-aċċess għas-swieq finanzjarji u finalment kellu jinnegozja ftehim mal-kredituri domestiċi u internazzjonali tiegħu, il-programm PSI, li rriżulta f’telf impost fuq il-pretensjonijiet miżmuma kontra l-Istat b’53,3 %. Barra minn hekk, 31,5 % tal-pretensjonijiet ġew skambjati għall-GGBs ġodda b’rati tal-imgħax aktar baxxi u maturitajiet itwal. Dawk il-GGBs inxtraw lura mill-Istat mingħand il-banek Griegi f’Diċembru 2012 bi prezz ta’ bejn 30,2 % u 40,1 % tal-valur nominali tagħhom, sabiex b’hekk kien ikkristallizzat telf ulterjuri għall-banek Griegi. Minbarra l-impatt tal-programm PSI u x-xiri lura tad-dejn fuq il-pożizzjoni kapitali tiegħu, il-Bank osserva wkoll ħruġ enormi ta’ depożiti bejn l-2010 u nofs l-2012 minħabba r-riskju li l-Greċja tista’ toħroġ miż-żona tal-euro bħala konsegwenza ta’ dejn pubbliku insostenibbli u minħabba r-reċessjoni ekonomika. |
|
(262) |
Il-miżuri B1, B2, B3 u B4 jammontaw għal EUR 4 571 miljun, li huwa inqas mill-ammont tat-telf ipprenotat wara l-programm PSI (EUR 4 786 miljun). F’dan il-każ, u jekk id-diffikultajiet ma jirriżultawx primarjament minn imġiba ta’ teħid ta’ riskji eċċessivi, il-punt 14 tal-Komunikazzjoni dwar l-Estensjoni tal-2011 tistipula li l-Kummissjoni ser tnaqqas ir-rekwiżiti tagħha. |
|
(263) |
L-akbar parti mill-ħtiġijiet kapitali tirriżulta mill-espożizzjoni regolari ta’ istituzzjoni finanzjarja għar-riskju sovran tal-pajjiż domestiku tagħha. Dak il-fatt kien enfasizzat ukoll fil-premessi 58 u 69 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ ta’ Alpha. Il-Kummissjoni tosserva wkoll li l-espożizzjoni tal-Bank għar-riskju sovran Grieg kienet iżgħar minn dik tal-banek Griegi prinċipali oħrajn, għalhekk ma jistax jitqies li akkumula espożizzjoni eċċessiva għal dejn sovran. Bħala konsegwenza, hemm inqas ħtieġa għall-Bank li jindirizza l-kwistjonijiet ta’ periklu morali fil-pjan ta’ ristrutturar tiegħu milli għal istituzzjonijiet finanzjarji megħjuna oħrajn, li akkumulaw f’riskji eċċessivi. Għalhekk, billi l-miżuri ta’ għajnuna huma inqas distortivi, il-miżuri meħuda sabiex jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni għandhom isiru inqas stretti b’mod proporzjonali. Minħabba li l-programm PSI u x-xiri lura tad-dejn jikkostitwixxu rinunzja tad-dejn favur l-Istat, ir-rimunerazzjoni tal-Istat għar-rikapitalizzazzjoni tal-banek tista’ tkun aktar baxxa. |
|
(264) |
Madankollu, peress li l-ekonomija Griega ċkienet b’madwar 25 % mill-2008 ‘l hawn u peress li l-Bank xtara bank inqas vijabbli fil-forma ta’ Emporiki Bank, il-Bank irid jadatta l-organizzazzjoni tiegħu, l-istruttura tal-ispejjeż tiegħu u n-netwerk kummerċjali tiegħu għal dak l-ambjent il-ġdid, sabiex jikseb lura l-profittabilità. Għaldaqstant, minkejja n-nuqqas ta’ kwistjoni dwar il-periklu morali, il-Bank irid jirrazzjonalizza l-operazzjonijiet tiegħu fil-Greċja biex jiggarantixxi l-vijabbiltà tiegħu fit-tul. |
|
(265) |
It-tieni sors ta’ telf importanti għall-Bank kien is-self tiegħu lill-unitajiet domestiċi u l-korporazzjonijiet Griegi. Il-Kummissjoni hija tal-fehma li dak it-telf huwa primarjament dovut għall-kontrazzjoni tal-PDG ta’ madwar 25 % fuq medda ta’ ħames snin matul ir-reċessjoni profonda u mtawla b’mod eċċezzjonali, filwaqt li mhumiex dovuti għal prattiki ta’ self riskjużi mill-Bank. B’riżultat ta’ dan, l-għajnuna mogħtija sabiex tkopri dak it-telf ma toħloq ebda periklu morali, li huwa l-każ meta l-għajnuna tipproteġi lil bank mill-konsegwenzi ta’ mġiba riskjuża fil-passat. Għalhekk, l-għajnuna hija inqas distortiva (106). |
|
(266) |
Madankollu, parti mill-ħtiġijiet kapitali u mit-telf fuq is-self tal-Bank ġejja minn xi sussidjarji internazzjonali. Pereżempju, fl-2012, l-attivitajiet f’Ċipru, ir-Rumanija, is-Serbja, il-FYROM u l-Bulgarija kienu qed jagħmlu t-telf, filwaqt li l-attivitajiet fl-Albanija laħqu biss punt ta’ ekwilibriju. It-testijiet tal-istress imwettqa fl-2012 sabiex jiddeterminaw il-ħtiġijiet kapitali tal-Bank indikaw li l-projezzjonijiet tat-telf tal-kreditu fuq is-self barrani kienu jammontaw għal EUR 921 miljun fix-xenarju bażi u EUR 1 201 miljun fix-xenarju avvers. L-assi barranin wasslu wkoll għal tnaqqis gradwali fil-likwidità minħabba li l-finanzjament intragrupp ammonta għal bosta biljuni ta’ euros. |
|
(267) |
Bħala konklużjoni, minħabba li, fost l-akbar erba’ banek Griegi, il-Bank kellu l-inqas sehem ta’ GGBs fil-ħin tal-PSI u minħabba li t-telf li rriżulta mill-PSI kien ikbar mill-għajnuna rċevuta permezz tal-miżuri B, B2, B3 u B4, jista’ jiġi konkluż li ħafna mit-telf u l-ħtieġa għall-għajnuna jaqgħu taħt il-punt 14 tal-Komunikazzjoni dwar l-Estensjoni tal-2011, li jippermetti li l-Kummissjoni tħeffef ir-rekwiżiti tagħha. Parti mill-ħtieġa għall-għajnuna ġejja mit-telf mis-self tal-Greċja minħabba r-riċessjoni profonda u twila b’mod eċċezzjonali u mhux minn self riskjuż. Tali għajnuna ma toħloq ebda periklu morali u, għalhekk, hija inqas distortiva. |
|
(268) |
Fl-aħħar nett, parti limitata mill-ħtieġa għall-għajnuna ġejja mit-teħid ta’ riskju mill-Bank stess fir-rigward tas-sussidjarji barranin tiegħu. |
7.6.2. Vijabbiltà
|
(269) |
Pjan ta’ ristrutturar irid jiżgura li l-istituzzjoni finanzjarja tkun tista’ treġġa’ lura l-vijabbiltà fit-tul tagħha sal-aħħar tal-perjodu tar-ristrutturar (it-Taqsima 2 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar). Fil-każ inkwistjoni, il-perjodu tar-ristrutturar huwa definit bħala l-perjodu bejn id-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u l-31 ta’ Diċembru 2018. |
|
(270) |
B’konformità mal-punti 9, 10 u 11 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, il-Greċja ssottomettiet pjan ta’ ristrutturar komprensiv u ddettaljat li jipprovdi informazzjoni kompleta dwar il-mudell kummerċjali tal-Bank. Il-pjan jidentifika wkoll il-kawżi tad-diffikultajiet iffaċċjati mill-Bank, kif ukoll il-miżuri meħuda bil-għan li jindirizzaw il-kwistjonijiet kollha ta’ vijabbiltà li kellu jiffaċċja. B’mod partikolari, il-pjan ta’ ristrutturar jiddeskrivi l-istrateġija magħżula għall-preservazzjoni tal-effikaċja operattiva tal-Bank u għall-indirizzar tal-livell għoli ta’ NPL, tal-likwidità vulnerabbli u l-pożizzjonijiet kapitali tiegħu, kif ukoll in-negozji barranin tiegħu, li, matul dawn l-aħħar snin, kellhom jiddependu fuq il-kumpanija prinċipali tagħhom għall-fondi u l-kapital. |
7.6.2.1. Attivitajiet bankarji Griegi
|
(271) |
Fir-rigward tal-likwidita’ u d-dipendenza tal-Bank fuq il-finanzjament tal-Eurosistema, il-pjan ta’ ristrutturar jipprevedi tkabbir limitat tal-karta bilanċjali fil-Greċja, filwaqt li l-bażi tad-depożiti għandha terġa’ tikber. Id-dipendenza fuq l-ELA garantita mill-Istat, li diġà naqset, mistennija tkompli tonqos aktar, sitwazzjoni li għandha tgħin lill-Bank inaqqas l-ispiża tal-finanzjament tiegħu. |
|
(272) |
L-impenn tal-proporzjon self-depożiti msemmi fil-premessa 118 jiggarantixxi li l-istruttura tal-karta bilanċjali tal-Bank tkun sostenibbli sal-aħħar tal-perjodu tar-ristrutturar. Il-bejgħ tat-titoli u ta’ attivitajiet mhux ewlenin oħrajn isaħħaħ ukoll il-pożizzjoni tal-likwidità tal-Bank. Minħabba l-pożizzjoni tal-likwidità stressanti tal-Bank, il-Kummissjoni tista’ taċċetta t-talba tal-awtoritajiet Griegi li jkunu awtorizzati sabiex jipprovdu likwidità lill-Bank taħt il-miżuri ta’ garanzija u self obbligazzjonarju tal-gvern fi ħdan l-Iskema ta’ Appoġġ lill-Banek Griegi u taħt l-ELA garantita mill-Istat. |
|
(273) |
Bil-għan li tnaqqas l-ispejjeż tal-finanzjament tagħha, il-Greċja pprovdiet ukoll impenn li l-Bank għandu jkompli jnaqqas ir-rati tal-imgħax li qiegħed iħallas fuq id-depożiti fil-Greċja, kif deskritt fil-premessa 118. Il-kisba ta’ tali tnaqqis fl-ispiża tad-depożiti se tkun kontribuzzjoni kruċjali għat-titjib tal-profittabbiltà ta’ qabel il-proviżjonament tal-Bank. |
|
(274) |
Sa mill-bidu tal-kriżi, il-Bank beda jirrazzjonalizza n-netwerk kummerċjali tiegħu fil-Greċja, permezz ta’ tnaqqis fin-numru ta’ fergħat u impjegati (107). Sal-2017, l-ispejjeż totali tal-Bank mistennija jonqsu bi […] % ulterjuri meta mqabbla mal-2013. Bil-għan li tilħaq dik il-mira, il-Greċja impenjat ruħha li l-Bank se jnaqqas il-fergħat u l-impjegati tiegħu fil-Greċja għal […] u […] rispettivament sal-31 ta’ Diċembru 2017, bi spejjeż totali massimi (108) fil-Greċja ta’ EUR […] miljun. Il-proporzjon spejjeż-dħul mistenni għandu jinżel taħt […] % fi tmiem il-perjodu tar-ristrutturar. Il-Kummissjoni tqis li l-pjan tar-ristrutturar jippreserva l-effikaċja tal-Bank fl-ambjent tas-suq il-ġdid. |
|
(275) |
Qasam ewlieni ieħor huwa t-trattament tal-NPL, hekk kif fil-31 ta’ Diċembru 2013 dawn kienu jammontaw għal 32.4 % tal-portafoll (109). Il-Bank jippjana li jsaħħaħ il-politika kreditizja tiegħu (il-limiti, il-kopertura kollaterali) u li jiffoka fuq l-attività prinċipali sabiex inaqqas it-telf tiegħu. Il-Greċja impenjat ruħha wkoll li l-Bank jikkonforma mal-istandards għoljin fir-rigward tal-politika kreditizja tiegħu sabiex iġestixxi r-riskji u sabiex inaqqas il-valur għall-Bank f’kull stadju tal-proċess tal-kreditu, kif deskritt fil-premessa 122. |
7.6.2.2. Governanza korporattiva
|
(276) |
Punt ieħor ta’ attenzjoni huwa l-governanza tal-Bank minħabba li l-HFSF jippossjedi 69,9 % (110) tal-ishma tal-Bank wara l-ġbir ta’ kapital azzjonarju tal-2014, iżda b’setgħa ta’ votazzjoni limitata. Barra minn hekk, uħud mill-investituri privati li jikkontrollaw il-Bank għandhom ukoll ċertifikati u b’hekk jiggwadanjaw il-benefiċċju sħiħ li kieku l-prezz tal-ishma jogħla matul il-perjodu tar-ristrutturar. Minħabba li s-sitwazzjoni tista’ toħloq periklu morali, fl-2013 intlaħaq qbil fuq qafas tar-relazzjoni speċifiku bejn il-Bank u l-HFSF. Dak il-ftehim jipproteġi l-ħidma ta’ kuljum tal-Bank minn kull interferenza mill-azzjonisti prinċipali tiegħu, filwaqt li jiggarantixxi li l-HFSF ikun jista’ jissorvelja l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar u jipprevjeni t-teħid ta’ riskji eċċessivi mill-maniġment tal-Bank permezz ta’ proċeduri ta’ konsultazzjoni xierqa. Il-Bank impenja ruħu wkoll li jissorvelja mill-qrib l-espożizzjoni tiegħu għall-mutwatarji konnessi. Il-Kummissjoni tinnota b’mod pożittiv il-fatt li l-HFSF jerġa’ jikseb id-drittijiet tal-vot awtomatikament jekk il-Bank ma jimplimentax il-pjan ta’ ristrutturar tiegħu. |
7.6.2.3. Attivitajiet internazzjonali
|
(277) |
Uħud mill-attivitajiet internazzjonali tal-Bank ġabu fix-xejn il-kapital, il-likwidità u l-profitabilità tal-Bank fil-passat, kif spjegat fil-premessa 266. |
|
(278) |
Il-pjan ta’ ristrutturar jantiċipa li l-Bank ser ikompli jiffoka mill-ġdid fuq is-suq domestiku tiegħu. Il-Bank diġà biegħ l-impriża sussidjarja tiegħu fl-Ukraina. Huwa beda jirrazzjonalizza wkoll lis-sussidjarji l-oħrajn, bil-għan li jsaħħaħ il-proċess tas-sottoskrizzjoni tas-self u jnaqqas id-diskrepanza tal-likwidità tas-sussidjarji. Huwa qiegħed jippjana razzjonalizzazzjoni ulterjuri tan-netwerk tiegħu fl-impriżi sussidjarji miżmuma, kif deskritt fil-premessa (109). |
|
(279) |
L-ammont totali ta’ assi barranin ser jonqos b’tal-inqas […] % oħrajn sal-31 ta’ Diċembru 2017 (meta mqabbel ma’ Diċembru 2012). |
|
(280) |
Il-profittabilità ġenerali tal-attivitajiet internazzjonali ser terġa’ tinkiseb minn […] ‘l hemm. |
|
(281) |
Għalhekk, il-Kummissjoni temmen li l-Bank se jirristruttura u jnaqqas dawk in-negozji barranin b’mod suffiċjenti sabiex jevita li jiġi espost għal ħtiġijiet kapitali addizzjonali u għal nuqqas ta’ likwidità fil-ġejjieni. L-impenn deskritt fil-premessa (119) sabiex joqgħod lura milli jinjetta ammonti kbar ta’ kapital fis-sussidjarji internazzjonali tal-Bank jiżgura wkoll li s-sussidjarji barranin ma jirrappreżentaw ebda theddida għall-kapital jew għal-likwidità. |
7.6.2.4. Konklużjoni dwar il-vijabbiltà
|
(282) |
Ix-xenarju bażi, kif deskritt fit-Taqsima 2.4, juri li, fl-aħħar tal-perjodu tar-ristrutturar, il-Bank ser ikun jista’ jikseb ritorn li jippermettilu jkopri l-ispejjeż kollha tiegħu u jipprovdi ritorn xieraq fuq l-ekwità, billi jieħu f’kunsiderazzjoni l-profil tar-riskju tiegħu. Fl-istess ħin, il-pożizzjoni kapitali tal-Bank hija pproġettata li tibqa’ f’livell sodisfaċenti. |
|
(283) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tieħu nota tax-xenarju avvers deskritt fil-pjan ta’ ristrutturar tal-Bank kif sottomess mill-awtoritajiet Griegi. Dak ix-xenarju avvers huwa bbażat fuq sett ta’ suppożizzjonijiet maqbula mal-HFSF. Huwa jieħu f’kunsiderazzjoni reċessjoni itwal u aktar profonda, kif ukoll deflazzjoni aktar severa tal-prezzijiet tal-proprjetà immobbli. (111). Il-pjan ta’ ristrutturar juri li l-Bank kapaċi jirreżisti ammont raġonevoli ta’ stress minħabba li, fix-xenarju avvers, huwa jibqa’ profittabbli u kapitalizzat sewwa fl-aħħar tal-perjodu tar-ristrutturar. |
|
(284) |
L-ammont ta’ kapital addizzjonali li nġabar fl-2014, jiġifieri EUR 1,2 biljun, huwa biżżejjed sabiex ilaħħaq max-xenarju bażi tat-test tal-istress tal-2013 fil-perjodu tar-ristrutturar u sabiex jitħallsu lura l-ishma privileġġati, kif fil-fatt għamel il-Bank f’April 2014 (112). Il-Bank ser jissottometti pjan tal-kapital kontinġenti wkoll lill-Bank of Greece bil-miżuri li għandhom jiġu implimentati jekk l-ambjent ekonomiku jmur għall-agħar. Il-Kummissjoni tfakkar li fil-valutazzjoni tal-ħtiġijiet kapitali taħt ix-xenarju bażi, il-Bank of Greece diġà introduċa bosta aġġustamenti li wasslu għal żieda fil-ħtiġijiet kapitali stmati mqabbla mal-ħtiġijiet kapitali stmati mill-Bank fi ħdan ix-xenarju bażi tiegħu stess. Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-ħtiġijiet kapitali stmati mill-Bank of Greece taħt ix-xenarju bażi jassumu ċertu livell ta’ stress. Sabiex tkun tista’ tikkonkludi li l-Bank huwa vijabbli, il-Kummissjoni ma tirrikjedix li l-Bank ikollu biżżejjed kapital bil-quddiem sabiex ikopri l-ħtiġijiet kapitali stmati mill-Bank of Greece taħt xenarju stressanti, minħabba li l-livell stmat tal-aħħar jirrappreżenta livell għoli ta’ stress u minħabba li l-ġbir tal-kapital ta’ Marzu 2014 juri li l-Bank reġa’ kiseb l-aċċess għas-swieq kapitali. |
|
(285) |
Barra minn hekk, huwa pożittiv li l-Bank mhuwiex ser jagħmel investimenti addizzjonali f’dokument mhux fi grad ta’ investiment, fatt li għandu jgħinu sabiex jippreserva l-kapital u l-pożizzjoni tal-likwidità tiegħu. |
|
(286) |
Għaldaqstant ġie konkluż li l-Bank ħa miżuri suffiċjenti biex jikseb lura l-vijabbiltà tiegħu fit-tul. |
7.6.3. Kontribuzzjoni proprja u kondiviżjoni tal-piżijiet
|
(287) |
Kif ġie ddikjarat fil-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, jeħtieġ li l-banek u l-partijiet interessati tagħhom jikkontribwixxu għar-ristrutturar kemm jista’ jkun sabiex jiżguraw li l-għajnuna tkun limitata għall-minimu neċessarju. Għaldaqstant, il-banek għandhom jużaw ir-riżorsi proprji tagħhom biex jiffinanzjaw ir-ristrutturar, pereżempju billi jbigħu l-assi, filwaqt li l-azzjonisti għandhom jassorbu t-telf tal-bank, fejn ikun possibbli. |
7.6.3.1. Kontribuzzjoni proprja mill-Bank: divestimenti u tnaqqis tal-ispejjeż
|
(288) |
Il-Bank diġà żvesta negozji barranin żgħar (fl-Ukraina) u wettaq id-diżingranaġġ ta’ parti mill-portafoll tiegħu sabiex isaħħaħ kemm l-adegwatezza kapitali kif ukoll il-pożizzjoni tal-likwidità tiegħu. Pereżempju l-Bank għamel diżingranaġġ ta’ EUR 1,9 biljun f’assi barranin mill-2009 sal-2013 (113). |
|
(289) |
Il-pjan ta’ ristrutturar jipprevedi l-bejgħ ta’ aktar assi fix-Xlokk tal-Ewropa, kif deskritt fil-premessa 107. Meta wieħed iqis id-diżingranaġġ u d-divestimenti diġà implimentati, kif ukoll wara l-implimentazzjoni ta’ dawk l-impenji, il-Bank ser ikun naqqas b’mod sinifikanti l-impronta ġeografika tiegħu fix-Xlokk tal-Ewropa. It-tnaqqis fl-assi internazzjonali tal-Bank iwassal ukoll għal tnaqqis sinjifikanti fir-riskju kontinġenti li tkun meħtieġa l-għajnuna fil-ġejjieni. Għalhekk, dan qiegħed jgħin sabiex l-ammont tal-għajnuna jitnaqqas għall-minimu. |
|
(290) |
Il-Bank biegħ l-attivitajiet tal-assigurazzjoni tiegħu fl-2007. Għalhekk, ma għandu ebda attività importanti f’dak is-suq li tista’ tinbiegħ biex tiġġenera riżorsi. |
|
(291) |
Bil-għan li jillimita l-ħtiġijiet kapitali tiegħu, il-Bank mhuwiex se juża l-kapital sabiex jappoġġja jew iżid is-sussidjarji barranin tiegħu, kif deskritt fil-premessa 119. Barra minn hekk, l-impenji magħmula mill-Greċja jispeċifikaw li l-Bank ma jagħmilx akkwiżizzjonijiet għaljin ulterjuri. |
|
(292) |
Il-Bank involva ruħu wkoll fi programm ambizzjuż ta’ tnaqqis tal-ispejjeż, kif indikat fit-taqsima 2.4.2. L-ispejjeż tiegħu se jkomplu jonqsu sal-2017. Il-forza tax-xogħol tiegħu qiegħda titnaqqas u s-salarji qegħdin jiġu aġġustati ‘l isfel. Il-Greċja impenjat ruħha wkoll illi tillimita r-rimunerazzjoni tal-maniġers tal-Bank, […]. |
7.6.3.2. Kondiviżjoni tal-piżijiet mill-azzjonisti storiċi u kapital ġdid miġbur fis-suq
|
(293) |
L-azzjonisti storiċi tal-Bank kienu dilwiti permezz tal-ħruġ tad-drittijiet fl-2009 (114) u għal darba oħra permezz tar-rikapitalizzazzjoni tal-HFSF (il-miżura B4) u l-ġbir tal-kapital privat tal-2013 u ta’ Marzu 2014. Pereżempju, is-sehem li kellhom l-azzjonisti tal-Bank, li f’dak iż-żmien kien jinkludi lill-investituri li injettaw il-flus fl-2009, tnaqqas minn 100 % qabel ir-rikapitalizzazzjoni tar-Rebbiegħa 2013 għal 4,9 % biss wara dik ir-rikapitalizzazzjoni. Barra minn hekk, il-Bank ma ħallas ebda dividend fi flus kontanti mill-2008 ‘il quddiem. Minbarra dik il-kondiviżjoni tal-piżijiet mill-azzjonisti storiċi, il-Bank ġabar ammont sinjifikanti ta’ kapital privat minn mindu bdiet il-kriżi fl-2008, jiġifieri EUR 986 miljun fl-2009, EUR 550 miljun fl-2013 u EUR 1 200 miljun fl-2014. |
7.6.3.3. Kondiviżjoni tal-piżijiet mid-detenturi tad-dejn subordinat
|
(294) |
Id-detenturi tad-dejn subordinat tal-Bank ikkontribwew għall-ispejjeż tar-ristrutturar tal-Bank. Il-Bank wettaq bosta eżerċizzji ta’ ġestjoni tal-obbligazzjonijiet bil-għan li jiġġenera l-kapital. L-ammont totali ta’ obbligazzjonijiet skambjati laħaq it-EUR 828 miljun, bi gwadann ta’ kapital ta’ EUR 436 miljun, kif spjegat fil-premessa 114. |
|
(295) |
L-istrumenti li sa issa għadhom pendenti huma soġġetti għall-projbizzjoni fuq il-kupuni msemmija fil-premessa (124). Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li kondiviżjoni tal-piżijiet adegwata mill-investituri ibridi privati tal-bank hija garantita u li r-rekwiżiti tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar f’dak ir-rigward qegħdin jiġu ssodisfati. |
7.6.3.4. Konklużjoni dwar il-kontribuzzjoni proprja u l-kondiviżjoni tal-piżijiet
|
(296) |
Meta mqabbla mar-rikapitalizzazzjoni Statali totali riċevuta, il-kontribuzzjoni proprja u l-kondiviżjoni tal-piżijiet, speċjalment fil-forma tal-bejgħ tal-assi u t-tnaqqis tal-ktieb tas-self, huma ferm inqas minn dak li l-Kummissjoni ġeneralment tqis bħala biżżejjed. It-tnaqqis jikkonċerna biss l-attivitajiet barranin (115), li jammontaw għal parti limitata tal-Bank (116) u r-ristrutturar ma jipprevedi ebda tnaqqis fid-daqs tal-kotba tas-self u tad-depożiti fil-Greċja. Madankollu, minħabba l-elementi diskussi fit-Taqsima 7.6.1 u, b’mod partikolari, il-fatti li Alpha Bank huwa l-bank li l-inqas irċieva għajnuna fost il-banek il-kbar Griegi u li l-għajnuna riċevuta tikkwalifika għall-eżenzjoni stipulata fil-punt 14 tal-Komunikazzjoni dwar l-Estensjoni tal-2011, li permezz tagħha l-Kummissjoni tista’ taċċetta inqas kontribuzzjoni proprja u kondiviżjoni tal-piżijiet, il-pjan ta’ ristrutturar jista’ jitqies li jipprevedi kontribuzzjoni proprja suffiċjenti u miżuri ta’ kondiviżjoni tal-piżijiet. |
7.6.4. Miżuri maħsuba sabiex jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni
|
(297) |
Il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar tirrikjedi pjan ta’ ristrutturar li jipproponi miżuri intiżi biex jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u jiggarantixxu settur bankarju kompetittiv. Barra minn hekk, dawk il-miżuri għandhom jindirizzaw ukoll il-kwistjonijiet ta’ periklu morali u jiżguraw li l-għajnuna mill-Istat ma tintużax sabiex tiffinanzja mġiba anti-kompetittiva. |
|
(298) |
Il-Punt 31 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar jiddikjara li meta jiġi vvalutat l-ammont ta’ għajnuna u d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni li jirriżultaw, il-Kummissjoni trid tikkunsidra kemm l-ammont relattiv kif ukoll dak assolut tal-għajnuna mill-Istat riċevuta, kif ukoll il-livell tal-kondiviżjoni tal-piżijiet u l-pożizzjoni tal-istituzzjoni finanzjarja fis-suq wara r-ristrutturar. F’dak ir-rigward, il-Kummissjoni tfakkar li l-Bank irċieva appoġġ kapitali mill-Istat ekwivalenti għal 12 % tal-RWA tiegħu (117). Barra minn hekk, fit-30 ta’ Novembru 2011, il-Bank kiseb garanziji ta’ likwidità li jammontaw għal EUR 14-il biljun u self obbligazzjonarju tal-gvern għal ammont ta’ EUR 1,6 biljun fit-30 ta’ Settembru 2011, li flimkien irrappreżentaw 25 % tal-karta bilanċjali tal-Bank f’dik id-data. Barra minn hekk, il-Bank irċieva ELA garantita mill-Istat. Il-miżuri li jillimitaw id-distorsjonijiet potenzjali tal-kompetizzjoni huma ġġustifikati fid-dawl tal-ammont kbir tal-għajnuna. Barra minn hekk, is-sehem mis-suq tal-Bank fil-Greċja huwa kbir, b’ishma tas-suq ta’ 15 % għal self u 13 % għal depożiti fil-31 ta’ Diċembru 2012. L-akkwiżizzjoni ta’ Emporiki Bank u, sa ċertu punt iktar limitat, tat-tliet Banek Kooperattivi u tal-attivitajiet fil-Greċja ta’ Citibank żiedet is-sehem mis-suq tal-Bank. Wara l-akkwiżizzjoni ta’ Emporiki Bank, is-sehem mis-suq tal-Bank f’depożiti kien jammonta għal 21 % fit-30 ta’ Ġunju 2013, filwaqt li l-ishma mis-suq tiegħu f’ipoteki residenzjali, self lill-konsumaturi u self lil negozji kienu 23 %, 20 % u 21 % rispettivament (118). Wara li akkwiżixxa l-attivitajiet fil-Greċja ta’ Citibank, is-sehem mis-suq tal-Bank fid-depożiti żdied b’inqas minn 1 %. |
|
(299) |
Il-Kummissjoni tfakkar li d-diffikultajiet tal-Bank irriżultaw prinċipalment minn xokkijiet esterni bħall-kriżi sovrana Griega u r-reċessjoni mtawla li ħarbtet l-ekonomija Griega sa mill-2008, kif ġie nnotat diġà fil-premessa (69) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ ta’ Alpha. Il-ħtieġa li jiġu indirizzati l-kwistjonijiet ta’ periklu morali hija mnaqqsa minħabba li l-Bank ma ħax riskji eċċessivi. Kif ġie diskuss fit-Taqsima 7.6.1 ta’ din id-Deċiżjoni, l-effett distortiv tal-miżuri ta’ għajnuna huwa inqas fid-dawl ta’ dawk il-fatturi, bħalma hija l-ħtieġa għal miżuri intiżi biex jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. Għal dawk ir-raġunijiet, il-Kummissjoni tista’ taċċetta b’mod eċċezzjonali li, minkejja l-ammont għoli ta’ għajnuna u s-sehem għoli mis-suq, il-pjan ta’ ristrutturar ma jipprevedi ebda tnaqqis tal-karta bilanċjali u tas-self fil-Greċja. |
|
(300) |
Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li r-rikapitalizzazzjonijiet tal-Istat ippermettew lill-Bank ikompli bl-attivitajiet bankarji tiegħu fis-swieq barranin. |
|
(301) |
F’dak ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li, minbarra d-diżingranaġġ u r-ristrutturar tagħha implimentati diġà, il-Bank se jkompli jirristruttura u jwettaq diżingranaġġ tal-assi barranin tiegħu sat-30 ta’ Ġunju 2018 (119) apparti l-impenn tiegħu li ma jużax l-għajnuna sabiex jiffinanzja t-tkabbir ta’ dawk l-attivitajiet. Għalhekk, l-għajnuna ma għandhiex tintuża sabiex tfixkel il-kompetizzjoni f’dawk is-swieq barranin. |
|
(302) |
Il-Greċja impenjat ruħha wkoll li tagħmel projbizzjoni fuq l-akkwiżizzjonijiet, sabiex b’hekk tiżgura li l-Bank ma jużax l-għajnuna mill-Istat riċevuta għall-akkwist ta’ negozju ġdid. Dik il-projbizzjoni tikkontribwixxi sabiex tiżgura li l-għajnuna tintuża strettament biex tappoġġja t-treġġigħ lura tal-vijabbiltà tal-attivitajiet bankarji Griegi u mhux, pereżempju, għal tkabbir fis-swieq barranin. |
|
(303) |
L-impenn li jitnaqqas l-imgħax imħallas fuq id-depożiti Griegi minn livelli għoljin b’mod insostenibbli jiggarantixxi wkoll li l-għajnuna ma tintużax sabiex tiffinanzja strateġiji insostenibbli ta’ ġbir tad-depożiti li jfixklu l-kompetizzjoni fis-suq Grieg. Bl-istess mod, l-impenn li jiġu implimentati linji gwida stretti fir-rigward tal-ipprezzar tas-self ġdid, abbażi ta’ valutazzjoni xierqa tar-riskju tal-kreditu, jipprevjeni lill-Bank milli jfixkel il-kompetizzjoni fis-suq Grieg bi strateġiji ta’ pprezzar inadegwati fuq is-self lill-klijenti. |
|
(304) |
Meta wieħed iqis is-sitwazzjoni speċifika deskritta fit-Taqsima 7.6.1 u l-miżuri previsti fil-pjan ta’ ristrutturar, il-Kummissjoni hija tal-fehma li hemm biżżejjed salvagwardji li jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. |
7.7. MONITORAĠĠ
|
(305) |
B’konformità mat-Taqsima 5 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, jinħtieġu rapporti regolari li jippermettu li l-Kummissjoni tivverifika li l-pjan ta’ ristrutturar qiegħed jiġi implimentat kif suppost. Kif ġie ddikjarat fl-impenji mogħtija mill-Greċja (120), il-Greċja tiżgura li sal-aħħar tal-perjodu tar-ristrutturar, jiġifieri, il-31 ta’ Diċembru 2018, it-Trustee tal-Monitoraġġ, li nħatar mill-Bank bl-approvazzjoni tal-Kummissjoni, jissorvelja l-impenji mogħtija mill-Greċja fuq ir-ristrutturar tal-attivitajiet fil-Greċja u barra minnha, kif ukoll fuq il-governanza korporattiva u l-operazzjonijiet kummerċjali. Għalhekk jista’ jiġi konkluż li l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar ser tiġi ssorveljata kif xieraq. |
8. KONKLUŻJONI
|
(306) |
Ġie konkluż li l-Greċja implimentat b’mod illegali l-miżuri ta’ għajnuna B1, B2, B3 u B4 bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, minħabba li dawn ġew implimentati qabel l-approvazzjoni formali tagħhom mill-Kummissjoni. Madankollu, il-Kummissjoni ssib li l-pjan ta’ ristrutturar, meta kkunsidrat flimkien mal-impenji fl-Anness, jiżgura t-treġġigħ lura tal-vijabbiltà fit-tul tal-Bank, huwa suffiċjenti fir-rigward tal-kondiviżjoni tal-piżijiet u l-kontribuzzjoni proprja u huwa adattat u proporzjonali sabiex ipaċi l-effetti ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni tal-miżuri ta’ għajnuna eżaminati f’din id-Deċiżjoni. Il-pjan ta’ ristrutturar u l-impenji sottomessi jissodisfaw il-kriterji tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar u l-miżuri ta’ għajnuna jistgħu għaldaqstant jitqiesu kompatibbli mas-suq intern, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-miżuri li ġejjin implimentati mill-Greċja jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat:
|
(a) |
l-assistenza ta’ likwidità f’każ ta’ emerġenza pprovduta lil Alpha Bank S.A. mill-Bank of Greece u garantita mill-Greċja (il-miżura L2); |
|
(b) |
it-tieni rikapitalizzazzjoni tranżitorja ta’ EUR 1 042 miljun mogħtija mill-Fond Elleniku tal-Istabbilità Finanzjarja Hellenic Financial Stability Fund (“HFSF” - Hellenic Financial Stability Fund) lil Alpha Bank S.A. f’Diċembru 2012 (il-miżura B2); |
|
(c) |
l-ittra ta’ impenn ta’ EUR 1 629 miljun mogħtija mill-HFSF lil Alpha Bank S.A. fil-21 ta’ Diċembru 2012 (il-miżura B3); |
|
(d) |
ir-rikapitalizzazzjoni ta’ EUR 4 021 miljun mogħtija mill-HFSF lil Alpha Bank S.A. fir-Rebbiegħa 2013 (il-miżura B4). |
2. Il-finanzjament mill-HFSF tad-diskrepanza tal-likwidità totali ta’ EUR 427 miljun, fil-qafas tat-trasferiment ta’ ċerti assi u obbligazzjonijiet tal-Cooperative Bank of Dodecanese, l-Evia Cooperative Bank u l-Cooperative Bank of Western Macedonia lil Alpha Bank S.A. f’Diċembru 2013, ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.
3. Fid-dawl tal-pjan ta’ ristrutturar relatat mal-Alpha Bank Group (Alpha Bank u s-sussidjarji u l-fergħat kollha tiegħu), li ġie sottomess fit-12 ta’ Ġunju 2014, kif ukoll fid-dawl tal-impenji pprovduti mill-Greċja f’dik id-data, l-għajnuna mill-Istat li ġejja hija kompatibbli mas-suq intern:
|
(a) |
l-injezzjoni ta’ kapital ta’ EUR 940 miljun mogħtija mill-Greċja lil Alpha Bank S.A. f’Mejju 2009 taħt l-Iskema ta’ Rikapitalizzazzjoni (il-miżura A); |
|
(b) |
l-assistenza ta’ likwidità f’każ ta’ emerġenza pprovduta lil Alpha Bank S.A. mill-Bank of Greece u garantita mill-Greċja sa minn Lulju 2011, għal ammont ta’ EUR 23,6 biljun fil-31 ta’ Diċembru 2012 (il-miżura L2); |
|
(c) |
l-ewwel ir-rikapitalizzazzjoni tranżitorja ta’ EUR 1 900 miljun mogħtija mill-HFSF lil Alpha Bank S.A. f’Mejju 2012 (il-miżura B1). |
|
(d) |
it-tieni rikapitalizzazzjoni tranżitorja ta’ EUR 1 042 miljun mogħtija mill-HFSF lil Alpha Bank S.A. f’Diċembru 2012 (il-miżura B2); |
|
(e) |
l-ittra ta’ impenn ta’ EUR 1 629 miljun mogħtija mill-HFSF lil Alpha Bank S.A. fil-21 ta’ Diċembru 2012 (il-miżura B3); |
|
(f) |
ir-rikapitalizzazzjoni ta’ EUR 4 021 miljun mogħtija mill-HFSF lil Alpha Bank S.A. f’Mejju 2013 (il-miżura B4). |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ellenika.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Lulju 2014.
Għall-Kummissjoni
Joaquín ALMUNIA
Viċi President
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Novembru 2008 fl-għajnuna mill-Istat N 560/2008 “ Miżuri ta’ Appoġġ għall-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu fil-Greċja ” (ĠU C 125, 5.6.2009, p. 6). Hija ġiet attribwita n-numru SA.26678 (N 560/2008). Dik l-iskema kienet sussegwentement estiża u emendata kif deskritt fin-nota 2 f’qiegħ il-paġna.
(2) Fit-2 ta’ Settembru 2009, il-Greċja nnotifikat għadd ta’ emendi għall-miżuri ta’ appoġġ u estensjoni tal-31 ta’ Diċembru 2009, li kienu approvati fit-18 ta’ Settembru 2009 (Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Settembru 2009 fl-Għajnuna mill-Istat N 504/2009 “ Estensjoni u emendar tal-Miżuri ta’ Appoġġ għall-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu fil-Greċja ” (ĠU C 264, 6.11.2009, p. 5). Fil-25 ta’ Jannar 2010, il-Kummissjoni approvat it-tieni estensjoni tal-miżuri ta’ appoġġ sat-30 ta’ Ġunju 2010 (Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Jannar 2010 fl-Għajnuna mill-Istat N 690/2009 “ Estensjoni tal-Miżuri ta’ Appoġġ għall-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu fil-Greċja ” (ĠU C 57, 9.3.2010, p. 6). Fit-30 ta’ Ġunju 2010, il-Kummissjoni approvat għadd ta’ emendi għall-miżuri ta’ appoġġ u estensjoni sal-31 ta’ Diċembru 2010 (Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ġunju 2010 fl-Għajnuna mill-Istat N 260/2010 “ Estensjoni tal-Miżuri ta’ Appoġġ għall-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu fil-Greċja ” (ĠU C 238, 3.9.2010, p. 3). Fil-21 ta’ Diċembru 2010, il-Kummissjoni approvat estensjoni tal-miżuri ta’ appoġġ sat-30 ta’ Ġunju 2010 (Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Diċembru 2010 fl-għajnuna mill-Istat SA 31998 (2010/N) “ Ir-raba’ estensjoni tal-Miżuri ta’ Appoġġ għall-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu fil-Greċja ” (ĠU C 53, 19.2.2011, p. 2). Fl-4 ta’ April 2011, il-Kummissjoni approvat emenda (Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ April 2011 fl-Għajnuna mill-Istat SA.32767 (2011/N) “ Emenda għall-Miżuri ta’ Appoġġ għall-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu fil-Greċja ” (ĠU C 164, 2.6.2011, p. 8). Fis-27 ta’ Ġunju 2011, il-Kummissjoni approvat estensjoni tal-miżuri ta’ appoġġ sal-31 ta’ Diċembru 2011 (Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Ġunju 2011 fl-għajnuna mill-Istat SA.33153 (2011/N) “ Il-ħames estensjoni tal-miżuri ta’ Appoġġ għall-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu fil-Greċja ” (ĠU C 274, 17.9.2011, p. 6). Fis-6 ta’ Frar 2012, il-Kummissjoni approvat estensjoni tal-miżuri ta’ appoġġ sat-30 ta’ Ġunju 2012 (Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Frar 2012 fl-għajnuna mill-Istat SA.34149 (2011/N) “ Is-sitt estensjoni tal-Miżuri ta’ Appoġġ għall-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu fil-Greċja ” (ĠU C 101, 4.4.2012, p. 2). Fis-6 ta’ Lulju 2012, il-Kummissjoni approvat estensjoni tal-miżuri ta’ appoġġ sal-31 ta’ Diċembru 2012 (Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Lulju 2012 fl-għajnuna mill-Istat SA.35002 (2012/N) - il-Greċja “ Estensjoni tal-Miżuri ta’ Appoġġ għall-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu fil-Greċja ” (ĠU C 77, 15.3.2013, p. 14). Fit-22 ta’ Jannar 2013, il-Kummissjoni approvat estensjoni tal-Iskema ta’ Garanzija u tal-Iskema ta’ Self Obbligazzjonarju sat-30 ta’ Ġunju 2013 (Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Jannar 2013 fil-każ dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.35999 (2012/N) - il-Greċja “ Estensjoni tal-Iskema ta’ Garanzija u tal-Iskema ta’ Self Obbligazzjonarju għall-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu fil-Greċja ” (ĠU C 162, 7.6.2013, p. 6). Fil-25 ta’ Lulju 2013, il-Kummissjoni approvat estensjoni tal-Iskema ta’ Garanzija u tal-Iskema ta’ Self Obbligazzjonarju sal-31 ta’ Diċembru 2013 (Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Lulju 2013 fil-każ dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.36956 (2013/N) - il-Greċja “ Estensjoni tal-Iskema ta’ Garanzija u tal-Iskema ta’ Self Obbligazzjonarju għall-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu fil-Greċja ” (ĠU C 141, 9.5.2014, p. 3). Fl-14 ta’ Jannar 2014, il-Kummissjoni approvat estensjoni tal-Iskema ta’ Garanzija u tal-Iskema ta’ Self Obbligazzjonarju sat-30 ta’ Ġunju 2014 (Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Jannar 2014 fil-każ dwar l-Għajnuna mill-Istat SA. 37958 (2013/N) - il-Greċja “ Estensjoni tal-Iskema ta’ Garanzija u tal-Iskema ta’ Self Obbligazzjonarju għall-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu fil-Greċja ”, li għadha ma ġietx ippubblikata).
(3) Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Lulju 2012 fl-Għajnuna mill-Istat SA.34823 (2012/C) (ex 2012 NN), “Rikapitalizzazzjoni ta’ Alpha Bank minn Hellenic Financial Stability Fund” (ĠU C 357, 20.11.2012, p. 36).
(4) Stqarrija għall-istampa tal-HFSF, l-24 ta’ Diċembru 2012, disponibbli onlajn fuq: http://www.hfsf.gr/files/press_release_20121224_en.pdf.
(5) Dawk il-miżuri ġew irreġistrati mill-Kummissjoni bħala l-Każ SA.36004 (2013/NN).
(6) In-notifika ġiet irreġistrata bin-numru SA.34823 (2012/C) (ex 2012 NN).
(7) Il-Kummissjoni Ewropea – id-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji. It-Tieni Programm ta’ Aġġustament Ekonomiku għall-Greċja - Marzu 2012, p. 17, disponibbli onlajn fuq http://ec.europa.eu/economy_finance/publications/occasional_paper/2012/pdf/ocp94_en.pdf.
(8) Ara t-Taqsima II “Ir-ristrutturar tad-Dejn Sovran Grieg” tar-Rapport dwar ir-Rikapitalizzazzjoni u r-Ristrutturar tas-Settur Bankarju Grieg, Bank of Greece, Diċembru 2012, disponibbli onlajn fuq: http://www.bankofgreece.gr/BogEkdoseis/Report_on_the_recapitalisation_and_restructuring.pdf.
(9) Stqarrija għall-istampa tal-Ministeru tal-Finanzi tad-9 ta’ Marzu 2012, disponibbli onlajn fuq: http://www.pdma.gr/attachments/article/80/9%20MARCH%202012%20-%20RESULTS.pdf.
(10) Il-proporzjon tal-Grad 1 Ewlieni ta’ bank huwa wieħed mill-proporzjonijiet kapitali regolatorji ssorveljati mis-superviżur bankarju fil-qafas tad-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital.
(11) Ara n-nota 7 f’qiegħ il-paġna, p. 106.
(12) Ara n-nota 8 f’qiegħ il-paġna.
(13) Ara n-nota 7 f’qiegħ il-paġna, p. 104.
(14) Ara n-nota 8 f’qiegħ il-paġna.
(15) Il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali flimkien jikkostitwixxu l-Eurosistema, li hija s-sistema tal-banek ċentrali taż-żona tal-euro.
(16) Stqarrija għall-istampa tal-Ministeru tal-Finanzi tat-3 ta’ Diċembru 2012, disponibbli onlajn fuq: http://www.pdma.gr/attachments/article/248/Press%20Release%20-%20December%2003.pdf.
Dak ix-xiri lura tad-dejn tiegħu stess bi prezz ferm taħt il-valur nominali ġġenera tnaqqis sinifikanti tad-dejn għall-Greċja.
(17) Fin-nuqqas ta’ tali xiri lura, il-valur fis-suq ta’ dawk il-GGBs ġodda seta’ jiżdied skont l-evoluzzjoni ta’ parametri tas-suq bħar-rati tal-imgħax u l-probabbiltà ta’ inadempjenza tal-Greċja.
(18) Inkluż it-telf mistenni mill-produzzjoni tas-self ġdida fil-Greċja matul il-perjodu minn Ġunju 2013 sa Diċembru 2016.
(19) L-impatt tas-CLPs għal riskju barrani ġie kkalkolat wara t-taxxa barranija u b’kunsiderazzjoni tal-impenji ta’ ċessjoni li ġew ipprovduti lid-Direttorat Ġenerali għall-Politika dwar il-Kompetizzjoni f’dak iż-żmien.
(20) Ir-riżervi tat-telf mis-self ta’ NBG fit-30 ta’ Ġunju 2013 proforma tad-dispożizzjonijiet ta’ First Business Bank u Probank.
(21) Ir-riżervi tat-telf mis-self ta’ Eurobank fit-30 ta’ Ġunju 2013 proforma tad-dispożizzjonijiet ta’ New Hellenic Postbank u New Proton Bank, li ġew akkwistati f’Awwissu 2013.
(22) http://www.alpha.gr/files/investorrelations/IFRS_Alphagroup_Q3_2013_en.pdf.
(23) Ara t-Tabella 2.
(24) Għall-2010, l-2011 u l-2012, dawk l-ammonti ta’ ekwità jinkludu EUR 940 miljun f’ishma privileġġjati ggarantiti mill-Greċja fl-2009; għall-2012, dawk l-ammonti ma jinkludux iż-żewġ rikapitalizzazzjonijiet tranżitorji riċevuti mill-Bank fl-2012, li jammontaw għal EUR 2 942 miljun. L-ammont ta’ ekwità għall-2012 jinkludi r-rikapitalizzazzjoni privata u l-HFSF tal-2012 u l-2013 sħaħ, li b’kollox kienu jammontaw għal EUR 4 571 miljun.
(25) Ara t-Tabella 2.
(26) Sottomissjoni ta’ informazzjoni minn Alpha Bank lill-Kummissjoni, 25 ta’ Ġunju 2013.
(27) Rapporti Finanzjarji 2011, http://www.alpha.gr/files/investorrelations/GROUP_IAS_FY_2011_en1.pdf.
(28) Ara t-Taqsima 2.3.1.2 dwar ir-rikapitalizzazzjoni mill-Istat mogħtija taħt il-miżura ta’ rikapitalizzazzjoni.
(29) Rapporti Finanzjarji Konsolidati tal-31 ta’ Diċembru 2011 ta’ Emporiki Bank, p. 9.
(30) Ir-rapport Finanzjarju Annwali tal-HFSF għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, p. 8, disponibbli onlajn fuq: http://www.hfsf.gr/files/hfsf_annual_report_2012_en.pdf.
(31) http://www.alpha.gr/files/deltia_typou/Deltio_Typou_20130201EN.pdf.
(32) Xiri u Suppożizzjoni hija proċedura ta’ riżoluzzjoni li tikkonsisti fl-identifikazzjoni, f’entità ġuridika taħt likwidazzjoni, tal-assi u l-obbligazzjonijiet ta’ kwalità għolja u l-irkant tagħhom sabiex jiġu ttrasferiti lil kumpanija vijabbli.
(33) Ara d-Deċiżjoni 97/3/8.2.2013 tal-Kumitat għall-Kreditu u l-Assigurazzjoni tal-Bank of Greece.
(34) Ara d-Deċiżjoni 14/4/8.12.2013 tal-Kumitat għall-Miżuri tar-Riżoluzzjoni tal-Bank of Greece.
(35) Ara d-Deċiżjoni 14/5/8.12.2013 tal-Kumitat għall-Miżuri tar-Riżoluzzjoni tal-Bank of Greece.
(36) Għaldaqstant, it-terminu “diskrepanza tal-likwidità” jista’ jqarraq peress li jiddeskrivi miżura ta’ appoġġ kapitali u mhux appoġġ ta’ likwidità.
(37) Ara d-Deċiżjoni 97/2/8.2.2013 tal-Kumitat għall-Kreditu u l-Assigurazzjoni tal-Bank of Greece.
(38) Ara d-Deċiżjoni 14/1/8.12.2013 tal-Kumitat għall-Miżuri tar-Riżoluzzjoni tal-Bank of Greece.
(39) Ara d-Deċiżjoni 14/2/8.12.2013 tal-Kumitat għall-Miżuri tar-Riżoluzzjoni tal-Bank of Greece.
(40) Ara d-Deċiżjoni 97/1/8.2.2013 tal-Kumitat għall-Kreditu u l-Assigurazzjoni tal-Bank of Greece.
(41) Ara d-Deċiżjoni 14/7/8.12.2013 tal-Kumitat għall-Miżuri tar-Riżoluzzjoni tal-Bank of Greece.
(42) Ara d-Deċiżjoni 14/8/8.12.2013 tal-Kumitat għall-Miżuri tar-Riżoluzzjoni tal-Bank of Greece.
(43) Diners Club International hija kumpanija tal-karti tal-kreditu li twaqqfet fl-1950 u ġiet stabbilita fil-Greċja fl-1959. Diners Club Greece hija proprjetà ta’ Citibank International u Citibank Overseas Investment Corporation.
(44) ATM (Automated Teller Machine) hija magna bankarja elettronika li biha l-klijenti jkunu jistgħu jagħmlu tranżazzjonijiet bażiċi mingħajr l-għajnuna ta’ rappreżentant tal-fergħa (jew “teller”), bħal biex jiġbdu l-flus.
(45) Sottomissjoni ta’ informazzjoni lill-awtoritajiet Griegi datata l-24 ta’ Ġunju 2014
(46) Pjan ta’ ristrutturar ta’ Alpha Bank, Ġunju 2014, p. 64.
(47) It-terminu “ assi mwieżna għar-riskji ” jirreferi għal aggregat regolatorju li jkejjel l-espożizzjoni għar-riskji ta’ istituzzjoni finanzjarja u li jintuża mis-superviżuri sabiex jimmonitorjaw l-adegwatezza kapitali tal-istituzzjonijiet finanzjarji.
(*1) Informazzjoni kunfidenzjali
(48) Skont l-ittra tal-Bank of Greece tas-7 ta’ Novembru 2011, “ Il-Garanziji japplikaw fuq l-ammont totali ta’ Assistenza ta’ Likwidità f’Emerġenza (ELA) ”.
(49) Informazzjoni pprovduta minn Bank of Greece fis-7 ta’ April 2014.
(50) Tbassir finanzjarju mehmuż mal-Pjan ta’ ristrutturar ta’ Alpha Bank, Ġunju 2014.
(51) Ara n-nota 4 f’qiegħ il-paġna.
(52) Il-ftehim ta’ qabel is-sottoskrizzjoni stabbilixxa li: “ Ir-Riskju Effettiv pagabbli lill-Bank jinkludi l-bonds tal-EFSF u kull pagament ta’ kupuni u imgħax akkumulat għall-bonds tal-EFSF għall-perjodu mill-ħruġ tal-bonds sal-konverżjoni tal-Avvanz f’kapital azzjonarju u strumenti finanzjarji konvertibbli oħrajn kif preskritt hawnhekk ”.
(53) Ara t-Tabella 3.
(54) http://www.alpha.gr/files/investorrelations/deltio_typou_20130501EN.pdf.
(55) http://www.alpha.gr/files/investorrelations/Deltio_Typou_20130603EN.pdf.
(56) Il-qsim ta’ ishma huwa azzjoni korporattiva li fiha kumpanija taqsam l-ishma eżistenti tagħha f’diversi ishma.
(57) http://www.alpha.gr/files/investorrelations/EA20130416EN.pdf.
(58) http://www.hfsf.gr/files/HFSF_activities_Jan_2013_Jun_2013_en.pdf.
(59) http://www.alpha.gr/files/investorrelations/1306010_Warrants_en.pdf.
(60) Ara n-nota 43 f’qiegħ il-paġna. Pereżempju, il-prezz tal-eżerċizzju fl-10 ta’ Diċembru 2013 kien EUR 0,4488, fl-10 ta’ Ġunju 2014 kien EUR 0,4576, fl-10 ta’ Diċembru 2014 se jkun EUR 0,4686, fl-10 ta’ Ġunju 2015 se jkun EUR 0,4796 u jibqa’ jiżdied b’dan il-mod. Ara t-tħabbira ta’ Alpha Bank tal-10 ta’ Ġunju 2013 dwar il-“Final Terms of Listing and Characteristics of the Titles representing shares ownership rights (Warrants) that resulted from the concluded share capital increase”, disponibbli onlajn fuq: http://www.alpha.gr/files/investorrelations/1306010_Warrants_en.pdf.
(61) Pjan ta’ ristrutturar ta’ Alpha Bank, Ġunju 2014, p. 22.
(62) Il-Bank ħa impenn li jillimita l-ammont ta’ assi barranin għal EUR […] biljun, filwaqt li l-assi totali tal-Bank ser jammontaw għal EUR […] biljun fl-2018 skont il-projezzjonijiet finanzjarji.
(63) Pjan ta’ ristrutturar ta’ Alpha Bank, Ġunju 2014, p. 132, qabel l-akkwist ta’ Emporiki Bank.
(64) Pjan ta’ ristrutturar ta’ Alpha Bank, Ġunju 2014, p. 129.
(65) Pjan ta’ ristrutturar ta’ Alpha Bank, Ġunju 2014, pp. 102-103. Iż-żieda fin-numru ta’ fergħat u impjegati bejn Settembru 2012 u Diċembru 2013 hija dovuta għall-akkwiżizzjoni ta’ Emporiki Bank.
(66) Pjan ta’ ristrutturar ta’ Alpha Bank, Ġunju 2014, p. 103.
(67) Tbassir finanzjarju mehmuż mal-Pjan ta’ ristrutturar ta’ Alpha Bank, Ġunju 2014, ċifra għal Alpha Bank Greece.
(68) Pjan ta’ ristrutturar ta’ Alpha Bank, Ġunju 2014, p. 105.
(69) Pjan ta’ ristrutturar ta’ Alpha Bank, Ġunju 2014, p. 96.
(70) Pjan ta’ ristrutturar ta’ Alpha Bank, Ġunju 2014, p. 96.
(71) Tbassir finanzjarju mehmuż mal-Pjan ta’ ristrutturar ta’ Alpha Bank, Ġunju 2014, ċifri għal operazzjonijiet Griegi.
(72) Pjan ta’ ristrutturar ta’ Alpha Bank, Ġunju 2014, p. 132.
(73) Tbassir finanzjarju mehmuż mal-Pjan ta’ ristrutturar ta’ Alpha Bank, Ġunju 2014.
(74) Pjan ta’ ristrutturar ta’ Alpha Bank, Ġunju 2014, Taqsima 5.4.2.
(75) Pjan ta’ ristrutturar ta’ Alpha Bank, Ġunju 2014, Taqsima 5.4.2.
(76) http://www.alpha.gr/files/investorrelations/EA20091130EN.pdf.
(77) http://www.alpha.gr/files/investorrelations/EA20120507EN.pdf.
(78) Ara l-Anness, il-Kapitolu II.
(79) Ara l-Anness, il-Kapitolu II.
(80) Ara l-Anness, il-Kapitolu II.
(81) Ara l-Anness, il-Kapitolu II.
(82) Ara l-Anness, il-Kapitolu III, it-Taqsima A.
(83) Ara l-Anness, il-Kapitolu III, it-Taqsima A.
(84) Ara l-Anness, il-Kapitolu III, it-Taqsima A.
(85) Ara l-Anness, il-Kapitolu III, it-Taqsima C.
(86) “Fl-aħħar nett, fir-rigward taċ-ċertifikati maħruġa mill-HFSF, għandu jiġi ċċarat li r-Repubblika Ellenika se tfittex l-approvazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea qabel kull xiri lura taċ-ċertifikati minn Alpha Bank jew minn kull entità tal-Istat (inkluż l-HFSF), sabiex b’hekk il-Kummissjoni Ewropea tkun tista’ tivverifika li x-xiri lura previst taċ-ċertifikati ma jmurx kontra r-rekwiżiti tar-rimunerazzjoni tal-Istat skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.”
(87) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni - L-applikazzjoni ta’ regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għal miżuri meħuda fejn jidħlu istituzzjonijiet finanzjarji fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja globali attwali (ĠU C 270, 25.10.2008, p. 2).
(88) Il-Premessa 59 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ ta’ Alpha.
(89) Il-Premessa 63 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ ta’ Alpha.
(90) Ara l-premessa 146 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Novembru 2008 fil-Kawża tal-għajnuna mill-Istat SA. 510/2008 – Italia “Vendita dei beni della compagnia aerea ALITALIA” (ĠU C 46, 25.2.2009, p. 6).
(91) Ara l-punt 80 tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni, mill-1 ta’ Awwissu 2013, ta’ regoli dwar l-għajnuna mill-Istat li huma maħsuba biex jappoġġjaw il-miżuri favur il-banek fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja (“Komunikazzjoni Bankarja 2013”) (ĠU C 216, 30.7.2013, p. 1).
(92) Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25.1.2010 fil-każ tal-għajnuna mill-Istat NN 19/2009 – Għajnuna ta’ ristrutturar lil Dunfermline Building Society, premessa 47; id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Ottubru 2010 fil-każ tal-għajnuna mill-Istat N 560/2009 – Għajnuna għal-likwidazzjoni ta’ Fionia bank, il-premessa 55; id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Novembru 2010 fil-każ tal-għajnuna mill-Istat N 392/2010 – Ristrutturar ta’ CajaSur, il-premessa 52.
(93) Ara n-noti 1 u 2 f’qiegħ il-paġna.
(94) L-RWA tal-Bank fil-31 ta’ Marzu 2012 kien ta’ EUR 44,2 biljun.
(95) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni, mill-1 ta’ Jannar 2012, ta’ regoli dwar l-għajnuna mill-Istat li huma maħsuba biex jappoġġjaw il-miżuri favur l-istituzzjonijiet finanzjarji fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja (“Komunikazzjoni ta’ Estensjoni tal-2011”) (ĠU C 356, 6.12.2011, p. 7).
(96) Ara n-nota 6 f’qiegħ il-paġna.
(97) Ara n-nota 6 f’qiegħ il-paġna.
(98) Ara l-premessa 41 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ NN 51/2008 Skema ta’ garanzija għall-banek fid-Danimarka (ĠU C 273, 28.10.2008, p. 2).
(99) Ara l-premessa (83): l-imgħaxijiet akkumulati jitqiesu bħala kontribuzzjoni addizzjonali mill-HFSF u, għalhekk, naqqsu l-ħlas li kellu jagħmel l-HFSF lill-Bank sabiex iħallas ir-rikapitalizzazzjoni tar-Rebbiegħa 2013.
(100) Ara wkoll it-Taqsima 7.5.1.
(101) Il-prezz teoretiku qabel il-ħruġ ta’ drittijiet (theoretical ex-right price – “TERP”) huwa metodoloġija ġeneralment aċċettata fis-suq għall-kwantifikazzjoni tal-effett ta’ dilwizzjoni taż-żieda tal-kapital azzjonarju.
(102) Ara t-Tabella 5.
(103) L-akkwiżizzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet ittrasferiti tal-Western Macedonia Bank u Evia Bank ma ġietx innotifikata lill-Kummissjoni tal-Kompetizzjoni Ellenika peress li l-fatturat tal-parti ttrasferita ta’ kull Bank Kooperattiv ma kienx jaqbeż il-livell limitu ta’ EUR 15-il miljun, kif stipulat mill-Artikolu 6(1) tal-Liġi 3959/2011 flimkien mal-Artikolu 10(3)(a) tal-istess liġi.
(104) Il-korrispettiv ġie kkalkulat filwaqt li ġiet issupponuta attrizzjoni tad-depożiti ta’ 30 % bejn l-iffirmar u l-għeluq tat-tranżazzjoni. Il-kunsiderazzjoni ser tiġi aġġustata ex post skont l-attrizzjoni propja osservata qabel l-għeluq.
(105) Ara wkoll it-Taqsimiet 7.5.1. u 7.5.2.
(106) Ara l-punt (28) tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar u ara l-premessa 320 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/823/UE tal-5 ta’ April 2011 dwar il-miżuri C 11/09 (ex NN 53b/08, NN 2/10 u N 19/10) implimentati mill-Istat Olandiż għal ABN AMRO Group NV (maħluq wara l-fużjoni bejn Fortis Bank Nederland u ABN AMRO N) (ĠU L 333, 15.12.2011, p. 1).
(107) Ara l-premessa 99.
(108) Inklużi l-kontribuzzjonijiet għall-Fond ta’ Garanzija ta’ Depożiti u Investiment (“TEKE”).
(109) Tbassir finanzjarju mehmuż mal-Pjan ta’ ristrutturar ta’ Alpha Bank, Ġunju 2014, ċifri għal Alpha Bank S.A.
(110) HFSF, Annual financial report for the year ended 31 December 2013 , p. 68, disponibbli fuq: http://www.hfsf.gr/files/hfsf_annual_report_2013_en.pdf.
(111) Il-projezzjonijiet finanzjarji rrapportati fil-pjan ta’ ristrutturar ivarjaw mill-eżitu tat-test tal-istress imwettaq mill-Bank of Greece, peress li dan tal-aħħar ma kienx imsejjes fuq l-istess sett ta’ suppożizzjonijiet u kkalkola aġġustamenti oħrajn li saru mill-Bank of Greece.
(112) http://www.alpha.gr/files/deltia_typou/deltio_typou_170414EN.pdf.
(113) Pjan ta’ ristrutturar ta’ Alpha Bank, Ġunju 2014, p. 107.
(114) Ara l-premessa 116.
(115) Kif indikat fl-impenji (ara l-Anness, il-Kapitolu 2, il-punt 7), dak it-tiċkin jista’ jinkiseb bit-tnaqqis tal-karti bilanċjali tal-entitajiet barranin miżmumin u/jew bil-bejgħ ta’ entitajiet barranin.
(116) Id-daqs tal-miżura proposta ta’ kontribuzzjoni proprja irid jitqabbel mad-daqs tal-Bank qabel l-akkwiżizzjonijiet ta’ Emporiki Bank, id-depożiti tat-tliet Banek Kooperattivi u Citibank Greece għar-raġuni spjegata fit-Taqsima 7.1.3.5.
(117) Meta wieħed iqis biss l-għajnuna effettivament imħallsa, li hija l-aktar vantaġġjuża u, għalhekk, l-aktar li tfixkel il-kompetizzjoni, l-ammont tal-għajnuna jitnaqqas għal 11 % tal-RWA tal-Bank.
(118) Pjan ta’ ristrutturar ta’ Alpha Bank, Ġunju 2014, p. 36.
(119) Ara l-Anness, il-Kapitolu II.
(120) Ara l-premessa 129.
ANNESS
ALPHA BANK – IMPENJI MIR-REPUBBLIKA ELLENIKA
Ir-Repubblika Ellenika (“ HR ” - Hellenic Republic) tiżgura li Alpha Bank (“ il-Bank ”) jimplimenta l-pjan ta’ ristrutturar sottomess f’Ġunju 2014. Il-pjan ta’ ristrutturar huwa bbażat fuq suppożizzjonijiet makroekonomiċi kif ipprovduti mill-Kummissjoni Ewropea (il-“Kummissjoni”) fl-Appendiċi, kif ukoll fuq suppożizzjonijiet regolatorji.
B’dan, ir-Repubblika Ellenika tipprovdi l-impenji li ġejjin (l-“Impenji”), li huma parti integrali mill-pjan ta’ ristrutturar. L-impenji jinkludu l-impenji rigward l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar (l-“Impenji tar-Ristrutturar”) u l-Impenji dwar il-Governanza Korporattiva u l-Operazzjonijiet Kummerċjali.
L-impenji jidħlu fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-pjan ta’ ristrutturar (id-“Deċiżjoni”).
Il-perjodu tar-ristrutturar jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2018. L-impenji japplikaw matul il-perjodu ta’ ristrutturar sakemm l-impenn individwali ma jiddikjarax mod ieħor.
Dan it-test jiġi interpretat fid-dawl tad-Deċiżjoni fil-qafas ġenerali tal-liġi tal-Unjoni u b’referenza għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 (1).
KAPITOLU I. DEFINIZZJONIJIET
Għall-finijiet tal-Impenji, it-termini li ġejjin ifissru:
(1) Bank: Alpha Bank S.A. u s-sussidjarji kollha tiegħu. Għalhekk, huwa jinkludi l-Alpha Bank Group kollu bis-sussidjarji u l-fergħat Griegi u mhux Griegi kollha tiegħu, kemm dawk fis-settur bankarju kif ukoll dawk li mhumiex.
(2) Offerta kapitali miżjuda b’mod gradwali fis-settur bankarju: offerta li tirriżulta f’żieda fil-proporzjon tal-kapital regolatorju tal-Bank, b’kunsiderazzjoni tal-elementi rilevanti kollha, b’mod partikolari l-profitt/it-telf ipprenotat fuq it-tranżazzjoni u t-tnaqqis tal-RWA li jirriżulta mill-bejgħ (jekk meħtieġ ikkoreġut għaż-żieda tal-RWA li tirriżulta mil-links tal-finanzjament li jifdal).
(3) Għeluq: id-data tat-trasferiment tat-titolu ġuridiku tan-Negozju tad-Divestiment lill-Akkwirent.
(4) Negozju ta’ Divestiment: in-negozji u l-assi kollha li l-Bank jimpenja ruħu li jbigħ.
(5) Data Effettiva: id-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni.
(6) Tmiem il-perjodu tar-ristrutturar: il-31 ta’ Diċembru 2018.
(7) Assi barranin jew assi mhux Griegi: assi relatati mal-attivitajiet ta’ klijenti barra l-Greċja, indipendentement mill-pajjiż fejn jitniżżlu l-assi. Pereżempju, l-assi mniżżla fil-kotba fil-Lussemburgu iżda relatati mal-attivitajiet ta’ klijenti fil-Greċja mhumiex inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-definizzjoni. Għall-kuntrarju, l-assi mniżżla fil-kotba fil-Lussemburgu jew fil-Greċja iżda relatati mal-attivitajiet ta’ klijenti f’pajjiżi oħrajn tal-SEE jitqiesu bħala assi barranin u huma inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-definizzjoni.
(8) Negozji barranin: sussidjarji u fergħat bankarji u mhux bankarji barranin tal-Bank.
(9) Sussidjarji barranin: is-sussidjarji bankarji u mhux bankarji kollha tal-Bank barra mill-Greċja.
(10) Attivitajiet bankarji Griegi: l-attivitajiet bankarji Griegi tal-Bank, indipendentement mill-pajjiż fejn jitniżżlu l-assi.
(11) Attivitajiet mhux bankarji Griegi: l-attivitajiet mhux bankarji Griegi tal-Bank, indipendentement mill-pajjiż fejn jitniżżlu l-assi.
(12) Sussidjarji Griegi: is-sussidjarji bankarji u mhux bankarji Griegi kollha tal-Bank.
(13) Trustee tal-Monitoraġġ: persuna jew persuni fiżika/fiżiċi jew ġuridika/ġuridiċi, indipendenti mill-Bank, approvata/i mill-Kummissjoni u maħtura mill-Bank; it-Trustee tal-Monitoraġġ għandu d-dover li jissorvelja l-konformità tal-Bank mal-Impenji.
(14) Akkwirent: persuna jew persuni fiżika/fiżiċi jew ġuridika/ġuridiċi għall-akkwist, b’mod sħiħ jew parzjalment, tan-Negozju ta’ Divestiment.
(15) Bejgħ: il-bejgħ ta’ 100 % tal-parteċipazzjoni azzjonarja miżmuma mill-Bank, sakemm l-Impenn individwali ma jiddikjarax mod ieħor.
Għall-finijiet tal-Impenji, is-singular ta’ dawk it-termini għandu jinkludi l-plural (u viċi versa), sakemm l-Impenji ma jistabbilixxux mod ieħor.
KAPITOLU II. IMPENJI TA’ RISTRUTTURAR
|
(1) |
In-numru ta’ fergħat fil-Greċja: In-numru ta’ fergħat fil-Greċja jammonta għal massimu ta’ […] fil-31 ta’ Diċembru 2017. |
|
(2) |
In-numru ta’ impjegati fil-Greċja: L-għadd ta’ Ekwivalenti għall-Full Time (l-“FTEs”) fil-Greċja (attivitajiet bankarji u mhux bankarji Griegi) għandu jammonta għal massimu ta’ […] fil-31 ta’ Diċembru 2017. |
|
(3) |
L-ispejjeż totali fil-Greċja: L-ispejjeż totali fil-Greċja (attivitajiet bankarji u mhux bankarji Griegi) jammontaw għal massimu ta’ EUR […] miljun fil-31 ta’ Diċembru 2017. |
|
(4) |
L-ispejjeż tad-depożiti fil-Greċja: Sabiex titreġġa’ lura l-profittabbiltà ta’ qabel il-proviżjonament tiegħu fis-suq Grieg, il-Bank inaqqas l-ispiża tal-finanzjament permezz tat-tnaqqis tal-ispiża tad-depożiti miġbura fil-Greċja (inklużi t-tfaddil, id-depożiti liberi u b’terminu u prodotti simili oħrajn offruti lill-klijenti u li l-ispejjeż tagħhom jitħallsu mill-Bank) […]. |
|
(5) |
Il-proporzjon self-depożiti nett fil-Greċja: Għall-attivitajiet bankarji Griegi, il-proporzjon self-depożiti totali nett jammonta għal massimu ta’ 119 % fil-31 ta’ Diċembru 2017. […] |
|
(6) |
Appoġġ lis-sussidjarji barranin: Għal kull impriża sussidjarja barranija, kumulattivament mid-Data Effettiva sat-30 ta’ Ġunju 2018, il-Bank ma jipprovdix ekwità addizzjonali jew kapital subordinat għal ammont akbar mill-ogħla bejn (i) […] % tal-RWA ta’ dik l-impriża sussidjarja kif ikkalkolat fil-31 ta’ Diċembru 2012 jew (ii) EUR […] miljun. Jekk il-Bank ikollu l-ħsieb li jinjetta ekwità jew dejn subordinat lill-impriża sussidjarja barranija għal ammont ogħla mil-limitu massimu definit, huwa jrid jitlob lill-Awtoritajiet Griegi sabiex ifittxu deċiżjoni tal-Kummissjoni bil-għan li jkun jista’ jemenda l-pjan ta’ ristrutturar.
[…]:
(…) |
|
(7) |
Diżingranaġġ tal-assi mhux Griegi sat-30 ta’ Ġunju 2018: Id-daqs totali tal-portafoll tal-assi barranin jitnaqqas għal ammont massimu ta’ EUR […] biljun sat-30 ta’ Ġunju 2018 (limitu tal-assi barranin).
(7.1) […] (7.2) […] |
|
(8) |
Il-bejgħ ta’ titoli: Il-portafoll tat-titoli elenkati, definit kif ġej, jiġi divestit bi […], filwaqt li l-portafoll tat-titoli mhux elenkati jiġi divestit bi […]: dan il-portafoll jinkludi l-investimenti tal-ekwità kollha akbar minn EUR […] miljun, kif ukoll l-investimenti kollha f’bonds subordinati u bonds ibridi. Dan l-Impenn ma japplikax għall-[…] ishma (EUR […] miljun). Għal sussidjarji u assoċjati mhux ewlenin ([…]), jekk, sa […], il-Bank ikun fittex b’mod attiv xerrejja potenzjali u ma tkun tista’ sseħħ ebda tranżazzjoni newtrali għall-kapital jew li tkattar il-kapital, f’dak il-każ l-iskadenza għad-divestiment ta’ dawk il-parteċipazzjonijiet tiġi posposta għal […]. |
|
(9) |
Daqs tal-portafoll tal-ekwità privata: Id-daqs tal-portafoll tal-ekwità privata jitnaqqas għal EUR […] miljun sal-31 ta’ Diċembru 2017. |
|
(10) |
Għal kull bejgħ, ir-Repubblika Ellenika timpenja ruħha li:
|
|
(11) |
Politika ta’ investiment: Sat-30 ta’ Ġunju 2017, il-Bank ma jakkwistax titoli fi grad mhux ta’ investiment.
Dan l-Impenn ma japplikax għat-titoli li ġejjin (it-Titoli Eżentati):
|
|
(12) |
Limitu massimu tas-salarju: Sa […], il-Bank ma jħallasx rimunerazzjoni annwali totali (paga, kontribuzzjoni tal-pensjoni, bonus) ogħla minn […] lil xi impjegat jew maniġer. F’każ ta’ injezzjoni ta’ kapital mill-HFSF, il-limitu massimu tar-rimunerazzjoni se jiġi evalwat mill-ġdid skont il-Komunikazzjoni Bankarja Ewropea tal-1 ta’ Awwissu 2013. |
KAPITOLU III. IMPENJI FUQ IL-GOVERNANZA KORPORATTIVA U L-OPERAZZJONIJIET KUMMERĊJALI – ESTENSJONI U EMENDI
|
(1) |
Il-Bank ikompli jimplimenta l-Impenji fuq il-Governanza Korporattiva u l-Operazzjonijiet Kummerċjali, kif sottomessi mir-Repubblika Ellenika fl-20 ta’ Novembru 2012, bl-emendi sussegwenti pprovduti fil-Kapitolu III tal-Impenji, sat-30 ta’ Ġunju 2018. |
|
(2) |
F’każ li Impenn individwali ma japplikax fil-livell tal-Bank, il-Bank ma jużax is-sussidjarji jew l-attivitajiet mhux koperti minn dak l-Impenn individwali sabiex jaħrab mill-Impenn. |
It-Taqsima A. It-twaqqif ta’ organizzazzjoni interna effikaċi u adegwata
|
(3) |
Il-Bank, minbarra s-sussidjarji barranin tiegħu, josserva f’kull ħin id-dispożizzjonijiet kollha tal-Liġi 3016/2002 dwar il-Governanza Korporattiva u tal-Liġi 2190/1920 dwar is-Sociétés Anonymes u, b’mod partikolari, id-dispożizzjonijiet b’rabta mal-funzjonijiet ta’ korpi korporattivi bħal-laqgħa tal-azzjonisti u l-Bord tad-Diretturi sabiex jiżgura distribuzzjoni ċara tar-responsabbiltajiet u t-trasparenza. Is-setgħat tal-laqgħa tal-azzjonisti jkunu ristretti għall-kompiti ta’ laqgħa ġenerali b’konformità mal-liġi dwar il-kumpaniji, b’mod partikolari fir-rigward tad-drittijiet relatati mal-informazzjoni. Jiġu annullati setgħat aktar estensivi, li jippermettu influwenza mhux xierqa fuq il-ġestjoni. Ir-responsabbiltà għall-ġestjoni operattiva ta’ kuljum tkun b’mod ċar f’idejn id-Diretturi eżekuttivi tal-Bank. |
|
(4) |
Il-Bank, minbarra s-sussidjarji barranin tiegħu, jikkonforma dejjem mal-Qafas tar-Relazzjoni tal-Fond Elleniku għall-Istabbiltà Finanzjarja (l-“HFSF”). |
|
(5) |
Il-Bank josserva d-dispożizzjonijiet tal-Att tal-Gvernatur 2577/9.3.2006 fis-seħħ, bil-għan li jżomm, fuq bażi individwali u kollettiva, struttura organizzattiva effettiva u Sistema ta’ Kontroll Intern adegwata, inklużi t-tliet pilastri ewlenin, jiġifieri l-funzjonijiet tal-Awditjar Intern, tal-Ġestjoni tar-Riskji u tal-Konformità u l-aqwa prattiki internazzjonali ta’ governanza korporattiva. |
|
(6) |
Il-Bank ikollu struttura organizzattiva effiċjenti, sabiex ikun jista’ jiżgura li d-dipartimenti tal-Awditjar Intern u tal-Ġestjoni tar-Riskju jkunu indipendenti b’mod sħiħ min-netwerks kummerċjali u jirrapportaw direttament lill-Bord tad-Diretturi. Kumitat tal-Awditjar u Kumitat tar-Riskju – maħluqa fi ħdan il-Bord tad-Diretturi –jivvalutaw il-kwistjonijiet kollha mqajma minn dawk id-dipartimenti rispettivi. Karta adegwata dwar l-Awditjar Intern u Karta adegwata dwar il-Ġestjoni tar-Riskju jispeċifikaw ir-rwoli, ir-responsabbiltajiet u r-riżorsi ta’ dawk id-dipartimenti. Dawk il-karti jikkonformaw mal-istandards internazzjonali u jiggarantixxu indipendenza sħiħa lid-dipartimenti. Politika Kreditizja tipprovdi gwida u struzzjonijiet rigward l-għoti tas-self, inkluż dwar l-ipprezzar tas-self u r-ristrutturar tas-self. |
|
(7) |
Il-Bank jippubblika u jibgħat lill-awtoritajiet kompetenti l-lista ta’ azzjonisti li għandhom mill-inqas 1 % ta’ ishma ordinarji. |
It-Taqsima B. Il-prattiki kummerċjali u l-monitoraġġ tar-riskji
Prinċipji ġenerali
|
(8) |
Il-Politika Kreditizja tispeċifika li l-klijenti kollha jiġu ttrattati b’mod ġust permezz ta’ proċeduri mhux diskriminatorji għajr dawk relatati mar-riskju ta’ kreditu u l-abbiltà li jħallsu. Il-Politika Kreditizja tiddefinixxi l-limiti massimi li l-għoti tas-self ‘il fuq minnhom għandu jiġi approvat minn maniġment f’livelli ogħla. Jiġu definiti limiti massimi simili rigward ir-ristrutturar tas-self u l-immaniġġjar tal-pretensjonijiet u l-litigazzjonijiet. Il-Politika Kreditizja tiċċentralizza f’ċentri magħżula l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-livell nazzjonali u tipprovdi salvagwardji ċari li jiżguraw l-implimentazzjoni konsistenti tal-istruzzjonijiet tagħha fi ħdan l-attivitajiet bankarji Griegi kollha. |
|
(9) |
Għall-attivitajiet bankarji Griegi kollha, il-Bank jinkorpora b’mod sħiħ ir-regoli tal-Politika Kreditizja fis-sistemi tagħhom ta’ żborżament u fluss tax-xogħol tar-rifinanzjament tas-self u tal-oriġini tas-self. |
Dispożizzjonijiet speċifiċi
|
(10) |
Id-dispożizzjonijiet speċifiċi elenkati fil-paragrafi (11) sa (18) tal-Kapitolu III tal-Impenji japplikaw għall-attivitajiet bankarji Griegi, sakemm ma jiġix iddikjarat espliċitament mod ieħor. |
|
(11) |
Il-Politika Kreditizja tesiġi li l-ipprezzar tas-self u tal-ipoteki jkun konformi ma’ linji gwida stretti. Dawk il-linji gwida jinkludu l-obbligu li jiġu rrispettati strettament it-tabelli standard tal-politika kreditizja fir-rigward tal-faxex (firxiet) tar-rati tal-imgħax skont il-maturità tas-self, il-valutazzjoni tar-riskju tal-kreditu tal-klijent, il-potenzjal tal-irkupru mistenni tal-kollateral mirhun (inkluż il-qafas taż-żmien għal likwidazzjoni potenzjali), ir-relazzjoni ġenerali mal-Bank (pereż. il-livell u l-istabbiltà tad-depożiti, l-istruttura tal-miżati u attivitajiet oħrajn ta’ bejgħ trasversali) u l-ispiża tal-finanzjament tal-Bank. Jiġu ġġenerati klassijiet speċifiċi ta’ assi ta’ self (pereż. self kummerċjali, ipoteki, garantiti/mhux garantiti, eċċ.) u l-qafas tal-ipprezzar tagħhom jiġi strutturat f’Tabella xierqa tal-Politika Kreditizja li tiġi aġġornata fuq bażi regolari mill-Kumitat tal-Kreditu. Kull eċċezzjoni trid tkun debitament awtorizzata mill-Kumitat tal-Kreditu, jew f’livell aktar baxx ta’ awtorità meta dan ikun permess mill-Politika Kreditizja. Tranżazzjonijiet imfassla apposta, bħal self sindakat jew finanzi ta’ proġett, għandhom jirrispettaw l-istess prinċipji, billi tingħata attenzjoni xierqa lill-fatt li dawn jistgħu ma jadattawx tajjeb fit-tabelli standardizzati tal-politika kreditizja. Il-ksur ta’ dik il-politika dwar l-ipprezzar jiġi rrapportat lit-Trustee tal-Monitoraġġ. |
|
(12) |
Id-Dipartiment tal-Ġestjoni tar-Riskji jkun responsabbli mill-valutazzjoni tar-riskju ta’ kreditu u mill-istima tal-kollateral. Meta jiġi biex jivvaluta l-kwalità tas-self, id-Dipartiment tal-Ġestjoni tar-Riskji jaġixxi b’mod indipendenti, billi jipprovdi l-opinjoni tiegħu bil-miktub bil-għan li jiżgura li l-kriterji użati fil-valutazzjoni jiġu applikati b’mod konsistenti matul iż-żmien u fost il-klijenti u fir-rigward tal-politika kreditizja tal-Bank. |
|
(13) |
Fir-rigward tas-self lil individwi u entitajiet ġuridiċi, għall-attivitajiet bankarji Griegi kollha, abbażi tal-aqwa prassi internazzjonali, il-Bank għandu japplika limiti individwali u aggregati stretti li jirregolaw l-ammont ta’ self massimu li jista’ jingħata għal riskju ta’ kreditu wieħed (jekk dan ikun permess skont il-liġi Griega u tal-UE). Dawk il-limiti jieħdu f’kunsiderazzjoni l-maturità tas-self u l-kwalità ta’ kull kollateral/titolu pprovdut u jiġu stabbiliti fl-isfond ta’ punti ta’ riferiment ewlenin, inkluż il-kapital. |
|
(14) |
L-għoti tas-self (2) sabiex il-mutwatarji jkunu jistgħu jakkwistaw ishma jew strumenti ibridi tal-Bank u ta’ banek oħrajn (3) jiġi pprojbit, irrispettivament minn min ikunu dawk il-mutwatarji (4). Din id-dispożizzjoni tapplika u tiġi ssorveljata fil-livell tal-Bank. |
|
(15) |
It-talbiet kollha għal self mill-mutwatarji mhux konnessi li jkunu akbar minn [[…] % tal-RWA tal-Bank] jew kull self li jżomm l-espożizzjoni għal grupp wieħed (definit bħala grupp ta’ mutwatarji konnessi li jirrappreżentaw riskju ta’ kreditu waħdieni) ogħla minn [[…] % tal-RWA tal-Bank] jiġu rrapportati lit-Trustee tal-Monitoraġġ, li jista’, jekk ma jidhirx li l-kundizzjonijiet ikunu ġew stabbiliti b’mod distakkat jew jekk ma tkunx ġiet ipprovduta biżżejjed informazzjoni lit-Trustee tal-Monitoraġġ, jipposponi l-għoti tal-linja ta’ kreditu jew tas-self bi […] jiem tax-xogħol. F’każijiet ta’ emerġenza, dak il-perjodu jista’ jitnaqqas għal […] jiem tax-xogħol, bil-kundizzjoni li tkun ġiet ipprovduta biżżejjed informazzjoni lit-Trustee tal-Monitoraġġ. Dak il-perjodu jippermetti lit-Trustee tal-Monitoraġġ jirrapporta l-każ lill-Kummissjoni u lill-HFSF qabel tittieħed kull deċiżjoni definittiva mill-Bank. |
|
(16) |
Il-Politika Kreditizja tagħti struzzjonijiet ċari dwar ir-ristrutturar tas-self. Hija tiddefinixxi b’mod ċar liema self huwa eliġibbli, taħt liema ċirkostanzi u tindika t-termini u l-kundizzjonijiet li jistgħu jiġu proposti lill-klijenti eliġibbli. Għall-attivitajiet bankarji Griegi kollha, il-Bank jiżgura li r-ristrutturar kollu għandu l-għan li jtejjeb l-irkupri futuri mill-Bank, sabiex b’hekk jiġi ssalvagwardjat l-interess tal-Bank. Il-politika dwar ir-ristrutturar f’ebda każ ma tipperikola l-profittabbiltà futura tal-Bank. Għal dak il-għan, id-Dipartiment tal-Ġestjoni tar-Riskji fi ħdan il-Bank ikun responsabbli sabiex jiżviluppa u jiskjera mekkaniżmi adegwati ta’ rapportar tal-effettività tar-ristrutturar, iwettaq analiżi profonda tal-aqwa prassi interni u/jew esterni, jirrapporta s-sejbiet tiegħu mill-inqas fuq bażi trimestrali lill-Kumitat tal-Kreditu u lill-Kumitat tar-Riskju tal-Bord, jissuġġerixxi titjib azzjonabbli għall-proċessi u l-politiki involuti u jissorvelja u jirrapporta l-implimentazzjoni tagħhom lill-Kumitat tal-Kreditu u lill-Kumitat tar-Riskju tal-Bord. |
|
(17) |
Għall-attivitajiet bankarji Griegi kollha, il-Bank jippromulga politika ta’ pretensjoni u litigazzjoni li jkollha l-għan li timmassimizza l-irkupru u li tipprevjeni kull diskriminazzjoni jew trattament preferenzjali fl-immaniġġjar tal-litigazzjonijiet. Il-Bank jiżgura li jittieħdu l-azzjonijiet kollha meħtieġa sabiex ikun jista’ jimmassimizza l-irkupri għall-Bank u jipproteġi l-pożizzjoni finanzjarja tiegħu fit-tul. Kull ksur fl-implimentazzjoni ta’ dik il-politika jiġi rrapportat lit-Trustee tal-Monitoraġġ. |
|
(18) |
Il-Bank jissorvelja r-riskju ta’ kreditu permezz ta’ sett żviluppat sewwa ta’ twissijiet u rapporti, li jippermettu lid-Dipartiment tal-Ġestjoni tar-Riskji: (i) jidentifika s-sinjali bikrija tal-indeboliment tas-self u l-avvenimenti ta’ inadempjenza; (ii) jivvaluta l-potenzjal ta’ rkupru tal-portafoll tas-self (inkluż iżda mhux limitat għal sorsi alternattivi ta’ ħlas lura, bħal kodebituri u garanti, kif ukoll il-kollateral mirhun jew disponibbli iżda mhux mirhun); (iii) jivvaluta l-espożizzjoni globali tal-Bank fuq bażi ta’ klijent individwali jew ta’ portafoll; u (iv) jipproponi azzjonijiet ta’ korrezzjoni u titjib lill-Bord tad-Diretturi, skont kif meħtieġ. It-Trustee tal-Monitoraġġ jingħata aċċess għal dik l-informazzjoni. |
Dispożizzjonijiet li japplikaw għall-mutwatarji konnessi
|
(19) |
Id-dispożizzjonijiet kollha li japplikaw għall-mutwatarji konnessi japplikaw fil-livell tal-Bank. |
|
(20) |
Fi ħdan il-Politika Kreditizja, tiġi ddedikata Taqsima speċifika għar-regoli li jirregolaw ir-relazzjonijiet mal-mutwatarji konnessi. Il-mutwatarji konnessi jinkludu impjegati, azzjonisti, diretturi, maniġers, kif ukoll il-konjuġi, it-tfal u l-aħwa tagħhom, kif ukoll kull entità ġuridika kkontrollata direttament jew indirettament minn impjegati ewlenin (jiġifieri impjegati involuti fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Politika Kreditizja), azzjonisti, diretturi jew maniġers jew il-konjuġi, it-tfal u l-aħwa tagħhom. Permezz ta’ estensjoni, kull istituzzjoni pubblika jew organizzazzjoni kkontrollata mill-gvern, kull kumpanija pubblika jew aġenzija tal-gvern titqies bħala mutwatarja konnessa. Il-partiti politiċi jiġu ttrattati wkoll bħala mutwatarji konnessi fil-Politika Kreditizja. Issir enfasi partikolari fuq id-deċiżjonijiet li jirrigwardjaw kull ristrutturar u tniżżil fil-valur tas-self lil impjegati, diretturi, azzjonisti u maniġers attwali jew preċedenti, u qraba tagħhom, kif ukoll fuq il-politiki segwiti fl-adegwatezza, fl-evalwazzjoni u fir-reġistrazzjoni tal-ipoteki u l-esklużjoni tal-kollateral tas-self. Id-definizzjoni ta’ mutwatarji konnessi kompliet tiġi speċifikata f’dokument separat. |
|
(21) |
Id-Dipartiment tal-Ġestjoni tar-Riskji jkun responsabbli għall-immappjar tal-gruppi konnessi kollha ta’ mutwatarji li jirrappreżentaw riskju ta’ kreditu waħdieni bil-għan li jissorveljaw kif suppost il-konċentrazzjoni tar-riskju ta’ kreditu. |
|
(22) |
Fir-rigward tas-self lil individwi u entitajiet ġuridiki, il-Bank, fuq il-bażi tal-aqwa prassi internazzjonali, japplika limiti individwali u aggregati stretti li jirregolaw l-ammont ta’ self massimu li jista’ jingħata għal riskju ta’ kreditu wieħed li jkun relatat mal-mutwatarji konnessi (jekk dan ikun permess skont il-liġi Griega u tal-UE). |
|
(23) |
Il-Bank jissorvelja separatament l-espożizzjoni tiegħu għall-mutwatarji konnessi, inklużi entitajiet fis-settur pubbliku u partiti politiċi. Il-produzzjoni ġdida tas-self (5) lil mutwatarji konnessi (% annwali tal-istokk Y-1 (6)) ma tkunx ogħla mill-produzzjoni ġdida tal-portafoll tas-self totali fil-Greċja (% annwali tal-istokk Y-1). Dak l-Impenn jiġi rrispettat separatament għal kull tip ta’ mutwatarju konness (impjegati, azzjonisti, maniġers, entitajiet pubbliċi, partit politiku). Il-valutazzjoni tal-kreditu tal-mutwatarji konnessi, kif ukoll il-kundizzjonijiet tal-ipprezzar u r-ristrutturar possibbli offrut lilhom, ma jkunux aktar vantaġġjużi meta mqabbla mal-kundizzjonijiet offruti lil mutwatarji simili iżda mhux konnessi, sabiex b’hekk jiġu assigurati kundizzjonijiet ekwi fl-ekonomija Griega. Dak l-obbligu ma japplikax għall-iskemi ġenerali eżistenti li minnhom jibbenifikaw l-impjegati, li joffrulhom self issussidjat. Il-Bank jirrapporta kull xahar dwar l-evoluzzjoni ta’ dik l-espożizzjoni, l-ammont tal-produzzjoni ġdida u t-talbiet riċenti akbar minn [[…]% tal-RWA tal-Bank] li għandhom jiġu indirizzati waqt il-laqgħa tal-kumitat tal-Kreditu. |
|
(24) |
Il-kriterji tal-kreditu applikati għall-impjegati/maniġers/azzjonisti ma jkunux inqas stretti minn dawk applikati għal mutwatarji mhux konnessi oħrajn. Jekk l-espożizzjoni tal-kreditu totali għal impjegat/maniġer/azzjonist wieħed taqbeż ammont ugwali għal [[…]] ta’ salarju fiss għas-self garantit u ammont ugwali għal [[…]] ta’ salarju fiss għas-self mhux garantit, l-espożizzjoni tiġi rrapportata fil-pront lit-Trustee tal-Monitoraġġ, li min-naħa tiegħu jista’ jintervjeni u jipposponi l-għoti tas-self skont il-proċedura deskritta fil-paragrafu (25) tal-Kapitolu III tal-Impenji. |
|
(25) |
It-talbiet kollha għal self mill-mutwatarji konnessi li jkunu akbar minn [[…]% tal-RWA tal-Bank] jew kull self li jżomm l-espożizzjoni għal grupp wieħed (definit bħala grupp ta’ mutwatarji konnessi li jirrappreżentaw riskju ta’ kreditu waħdieni) ogħla minn [[…]% tal-RWA tal-Bank] jiġu rrapportati lit-Trustee tal-Monitoraġġ, li jista’, jekk ma jidhirx li l-kundizzjonijiet ikunu ġew stabbiliti b’mod distakkat jew jekk ma tkunx ġiet ipprovduta biżżejjed informazzjoni lit-Trustee tal-Monitoraġġ, jipposponi l-għoti tal-linja ta’ kreditu jew tas-self bi […] jiem tax-xogħol. F’każijiet ta’ emerġenza, dak il-perjodu jista’ jitnaqqas għal […] jiem tax-xogħol, bil-kundizzjoni li tkun ġiet ipprovduta biżżejjed informazzjoni lit-Trustee tal-Monitoraġġ. Dak il-perjodu jippermetti lit-Trustee tal-Monitoraġġ jirrapporta l-każ lill-Kummissjoni u lill-HFSF qabel tittieħed kull deċiżjoni definittiva mill-Bank. |
|
(26) |
Ir-ristrutturar tas-self li jinvolvi mutwatarji konnessi jikkonforma mal-istess rekwiżiti applikabbli għall-mutwatarji mhux konnessi. Barra minn hekk, l-oqfsa u l-politiki stabbiliti li jittrattaw l-assi danneġġati jiġu vvalutati u mtejba, jekk ikun meħtieġ. Madankollu, huwa mistenni li s-self ristrutturat tal-mutwatarji konnessi jiġi rrapportat separatament, mill-inqas għal kull klassi tal-assi ta’ self u għal kull tip ta’ mutwatarju konness. |
Taqsima C: Restrizzjonijiet oħrajn
|
(27) |
Projbizzjoni fuq id-Dividendi, il-Kupuni, ir-Riakkwist, is-Sejħa u x-Xiri Lura: Sakemm il-Kummissjoni ma taqbilx mod ieħor għal eżenzjoni, ir-Repubblika Ellenika timpenja li:
|
|
(28) |
Projbizzjoni fuq l-Akkwiżizzjonijiet: Ir-Repubblika Ellenika timpenja li l-Bank ma jikseb l-ebda sehem f’ebda impriża, kemm jekk ikun assi jew trasferiment ta’ ishma. Dik il-projbizzjoni fuq l-akkwiżizzjonijiet tkopri kemm impriża li għandha l-forma ġuridika ta’ kumpanija, kif ukoll kull pakkett ta’ assi li jifforma negozju (7).
|
|
(29) |
Projbizzjoni fuq ir-reklamar: Ir-Repubblika Ellenika timpenja ruħha li l-Bank joqgħod lura minn reklamar li jirreferi għall-appoġġ mill-Istat u milli jadotta strateġiji kummerċjali aggressivi li ma jistgħux iseħħu mingħajr l-appoġġ tar-Repubblika Ellenika. |
KAPITOLU IV. TRUSTEE TA’ MONITORAĠĠ
|
(1) |
Ir-Repubblika Ellenika timpenja ruħha li l-Bank jemenda u jestendi l-mandat tat-Trustee tal-Monitoraġġ approvat mill-Kummissjoni u maħtur mill-Bank fis-16 ta’ Jannar 2013 sal-aħħar tal-perjodu tar-ristrutturar. Il-Bank iwessa’ wkoll il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak il-mandat sabiex jinkorpora l-monitoraġġ (i) tal-pjan ta’ ristrutturar u (ii) tal-Impenji kollha stipulati f’dan il-katalogu. |
|
(2) |
Erba’ ġimgħat wara d-Data Effettiva tal-Impenji, ir-Repubblika Ellenika tissottometti lill-Kummissjoni t-termini sħaħ tal-mandat emendat, li jinkludu d-dispożizzjonijiet kollha meħtieġa sabiex jippermettu lit-Trustee tal-Monitoraġġ jissodisfa d-doveri tiegħu skont dawk l-Impenji. |
|
(3) |
Id-dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-Trustee tal-Monitoraġġ huma speċifikati f’dokument separat. |
Is-Segretarju Ġenerali
Christina PAPAKONSTANTINOU
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1).
(2) Għall-fini ta’ dak l-Impenn, it-terminu “self” jiġi interpretat largo sensu, bħal kull tip ta’ finanzjament, pereż. faċilità ta’ kreditu, garanzija, eċċ.
(3) Għall-finijiet ta’ kjarifika, it-terminu “banek oħrajn” jirreferi għal kull bank – istituzzjoni finanzjarja fid-dinja.
(4) Għall-finijiet ta’ kjarifika, il-mutwatarji kollha, inklużi l-klijenti bankarji privati tal-Bank, huma koperti minn dak l-Impenn.
(5) Għall-finijiet ta’ kjarifika, il-produzzjoni ġdida tas-self tkopri wkoll ir-rifinanzjament tas-self u r-ristrutturar tas-self eżistenti.
(6) Għall-finijiet ta’ kjarifika, “% annwali tal-istokk Y-1” tirreferi għall-produzzjoni ġdida bħala perċentwal tal-istokk fi tmiem is-sena preċedenti. L-ammont ta’ RWA huwa dak li jiġi kkalkolat fl-aħħar tas-sena.
(7) Għall-finijiet ta’ kjarifika u ta’ dak l-Impenn, in-negozju tal-Ekwità Privata/Kapital ta’ Riskju tal-Bank jiġi eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak l-Impenn. F’dak ir-rigward, il-Bank jagħmel talba formali lill-Kummissjoni, li tinkludi pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għal dik l-entità.
(8) Għall-finijiet ta’ kjarifika u ta’ dak l-Impenn, id-daqs tal-karta bilanċjali huwa ugwali għall-assi totali tal-Bank.
(9) Għall-finijiet ta’ kjarifika, f’każ li l-approvazzjoni tal-Kummissjoni sabiex titneħħa l-projbizzjoni fuq l-akkwiżizzjonijiet tinkiseb skont il-punt a, tal-paragrafu (28), tal-Kapitolu III tal-Impenji, il-karta bilanċjali tal-Bank fid-Data Effettiva tal-Impenji tiġi kkalkolata sabiex jiġu inklużi wkoll l-assi tal-entitajiet akkwistati jew l-assi akkwistati fid-data tal-akkwiżizzjoni.
Appendiċi
Il-projezzjonijiet makroekonomiċi għall-operazzjonijiet domestiċi Griegi
|
% ta’ tkabbir annwali (sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor) |
2012 |
2013 |
2014 |
2015 |
2016 |
2017 |
Rata ta’ tkabbir kumulattiv għall-perjodu 2013-2017 |
|
PDG reali |
–6,4 |
–4,2 |
0,6 |
2,9 |
3,7 |
3,5 |
6,4 |
|
It-tkabbir tas-Self Nominali fil-Greċja |
–6,4 |
–4,2 |
0,6 |
2,9 |
3,7 |
3,5 |
6,4 |
|
Deflatur tal-PDG |
–0,8 |
–1,1 |
–0,4 |
0,4 |
1,1 |
1,3 |
1,3 |
|
Il-prezzijiet tal-proprjetà |
–11,7 |
–10 |
–5 |
0 |
2 |
3,5 |
|
|
Introjtu disponibbli nominali tal-unitajiet domestiċi |
–8,8 |
–9,5 |
–0,3 |
–0,4 |
2,6 |
3,6 |
–4,5 |
|
Depożiti fis-Settur Privat |
–7 |
1,3 |
1 |
3,4 |
5 |
5 |
16,6 |
|
Il-qgħad (%) |
24,2 |
27 |
26 |
24 |
21 |
18,6 |
|
|
Ir-rata ta’ rifinanzjament mill-BĊE (%) |
0,75 |
0,5 |
0,5 |
1 |
1,5 |
1,75 |
|
|
Il-quċċata tal-formazzjoni tal-NPL |
|
|
2H2014 |
|
|
|
|
|
3 xhur ta’ Euribor (medja, %) |
|
0,24 |
0,43 |
0,75 |
1,25 |
1,80 |
|
|
Aċċess għas-swieq kapitali – repos |
|
IVA-Ebda Limitu Massimu |
|
||||
|
Aċċess għas-suq kapitali – kopert/prijoritarju mhux assigurat |
|
IVA – sa EUR 500 miljun kull wieħed |
IVA – sa EUR 1 biljun kull wieħed |
IVA-Ebda Limitu Massimu |
|
||