|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2024/447 |
1.2.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/447
tad-29 ta’ Jannar 2024
dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja dwar il-kooperazzjoni bejn l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) u l-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Armenja kompetenti għall-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 16(2) u l-Artikolu 85, flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
L-Artikoli 47(1) u 52(1) tar-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) jipprevedu li l-Eurojust tista’ tistabbilixxi u żżomm kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi abbażi ta’ strateġija ta’ kooperazzjoni. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 56(2)(c) tar-Regolament (UE) 2018/1727, Eurojust tista’ tittrasferixxi data personali lil awtorità ta’ pajjiż terz dment li, fost oħrajn, ftehim internazzjonali jkun ġie konkluż bejn l-Unjoni u dak il-pajjiż terz skont l-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) li jipprevedi salvagwardji adegwati fir-rigward tal-protezzjoni tal-privatezza u d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-individwi. |
|
(3) |
Fl-1 ta’ Marzu 2021, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati mar-Repubblika tal-Armenja għal ftehim dwar il-kooperazzjoni bejn l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) u l-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Armenja kompetenti għall-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali. |
|
(4) |
In-negozjati dwar il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja dwar il-kooperazzjoni bejn l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) u l-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Armenja kompetenti għall-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali (“il-Ftehim”) ġew iffinalizzati b’suċċess f’Ottubru 2022. |
|
(5) |
Il-Ftehim jippermetti t-trasferiment ta’ data personali bejn l-Eurojust u l-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Armenja, bil-ħsieb li jiġu miġġielda l-kriminalità serja u t-terroriżmu u li tiġi protetta s-sigurtà tal-Unjoni u taċ-ċittadini tagħha. |
|
(6) |
Il-Ftehim jiżgura r-rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni, b’mod partikolari d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja, id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali, u d-dritt għal rimedju effettiv u proċess ġust stabbiliti rispettivament fl-Artikoli 7, 8 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, rispettivament. B’mod partikolari, il-Ftehim jinkludi salvagwardji adegwati għall-protezzjoni ta’ data personali trasferita mill-Eurojust skont il-Ftehim. |
|
(7) |
L-Irlanda hija marbuta bir-Regolament (UE) 2018/1727 u għalhekk qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. |
|
(8) |
F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-TFUE, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha. |
|
(9) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ta l-opinjoni 52/2023 tiegħu fil-11 ta’ Diċembru 2023. |
|
(10) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Ftehim jiġi ffirmat f’isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja dwar il-kooperazzjoni bejn l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) u l-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Armenja kompetenti għall-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali (“il-Ftehim”) huwa b’dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni ta’ dan il-Ftehim (2).
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jaħtar il-persuna(i) li jkollha/jkollhom is-setgħa li tiffirma/jiffirmaw il-Ftehim f’isem l-Unjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Jannar 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
H. LAHBIB
(1) Ir-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust), u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI, (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 138).
(2) It-test tal-Ftehim ser jiġi ppublikat flimkien mad-deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/447/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)