31975L0107



Official Journal L 042 , 15/02/1975 P. 0014 - 0020
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 1 P. 0214
Greek special edition: Chapter 13 Volume 3 P. 0045
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 1 P. 0214
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 4 P. 0067
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 4 P. 0067


Id-Direttiva tal-Kunsill

tad-19 ta’ Diċembru 1974

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward ta' fliexken użati bħala reċipjenti ta’ kejl

(75/107/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew [1];

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Billi f’diversi Stati Membri l-manifattura u l-ittestjar ta’ fliexken użati bħala reċipjenti ta’ kejl huma s-suġġett ta’ regoli mandatarji li jvarjaw minn Stat Membru għall-ieħor, u b'hekk jostakolaw il-kummerċ ta’ dan it-tip ta’ flixkun; billi disposizzjonijiet bħal dawn għandhom għalhekk jiġu approssimati;

Billi l-fliexken użati bħala reċipjenti ta’ kejl għandu jkollhom karatteristiċi metroloġiċi speċjali u huwa meħtieġ li għal dan l-għan ikunu speċifikati l-iżbalji massimi permissibbli fil-kapaċità nominali tagħhom u li jkun stabbilit metodu ta’ referenza biex jiġu vverifikati żbalji bħal dawn;

Billi huwa essenzjali li l-fliexken użati bħala reċipjenti ta’ kejl għandhom, kif stabbilit f’din id-Direttiva, ikollhom mhux biss indikazzjoni tal-kapaċità nominali tagħhom iżda wkoll l-informazzjoni meħtieġa għall-mili tagħhom,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Din id-Direttiva għandha tapplika għal reċipjenti li b’mod komuni huma magħrufin bħala fliexken, magħmulin mill-ħġieġ jew minn kwalunkwe sostanza oħra li jkollha ebusija u stabbilità tali li din tkun toffri l-istess garanziji metroloġiċi daqs il-ħġieġ, meta reċipjenti bħal dawn:

1. ikollhom tapp jew ikunu ddisinjati sabiex ikollhom tapp u huma maħsubin għall-ħażna, it-trasport jew il-kunsinna ta’ likwidi,

2. ikollhom kapaċità nominali ta’ bejn il-0.05 litri u l-ħames litri, it-tnejn inklużi,

3. ikollhom karatteristiċi metroloġiċi (il-karatteristiċi tad-disinn u uniformità tal-manifattura) b’tali mod li dawn ikunu jistgħu jintużaw bħala reċipjenti ta’ kejl, i.e. meta dawn jimtlew sa livell speċifikat jew sa perċentaġġ speċifikat tal-kapaċità tax-xifer tagħhom il-kontenut tagħhom ikun jista’ jitkejjel bi preċiżjoni suffiċjenti.

Dawn ir-reċipjenti għandhom jissejħu fliexken li jservu bħala reċipjenti ta' kejl.

Artikolu 2

Huma biss dawk il-fliexken li jservu bħala reċipjenti ta' kejl li jissodisfaw il-kriterji ta’ din id-Direttiva li jistgħu jiġu mmarkati bis-sinjal tal-KEE li għalih hemm provdut fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 5 ta' l-Anness I.

Dawn għandhom ikunu suġġetti għal kontroll metroloġiku taħt il-kondizzjonijiet speċifikati fl-Annessi.

Artikolu 3

L-Istati Membri ma jistgħux jirrifjutaw, jipprojbixxu jew jirrestrinġu l-marketing u l-użu bħala reċipjenti ta’ kejl ta' dawk il-fliexken li jissodisfaw il-kriterji u t-testijiet stabbiliti f’din id-Direttiva għal raġunijiet li jikkonċernaw il-volum tagħhom, il-kalkolazzjoni tal-volum tagħhom jew il-metodi li bihom dawn ikunu ġew ivverifikati.

Artikolu 4

1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva fi żmien tmintax-il xahar min-notifika tagħha, u għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni b'dan.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-test tad-disposizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, id-19 ta’ Diċembru 1974.

Għall-Kunsill

Il-President

J.P.Fourcade

[1] ĠU Nru C 56, tat-2.6.1972, p. 35.

[2] ĠU Nru C 123, tas-27.11.1972, p. 7.

--------------------------------------------------

ANNESS I

1. Fliexken li jservu bħala reċipjenti ta' kejl għandhom ikunu kkaratterizzati b’dawn il-kapaċitajiet li ġejjin li jkunu dejjem speċifikati għal temperatura ta’ 20ºC:

1.1. il-kapaċità nominali Vn huwa l-volum li jkun immarkat fuq il-flixkun; dan huwa l-volum ta’ likwidu li l-flixkun huwa meqjus li jkun fih meta dan ikun mimli fil-kondizzjonijiet ta’ użu li għalihom kien maħsub;

1.2. il-kapaċità tax-xifer ta’ flixkun huwa l-volum ta’ likwidu li dan ikun fih meta dan ikun mimli sax-xifer;

1.3. il-kapaċità attwali ta’ flixkun huwa l-volum ta’ likwidu li jkun hemm fil-fatt fih meta dan ikun mimli eżattament taħt il-kondizzjonijiet li jikkorrispondu teoretikament mal-kapaċità nominali;

2. Hemm żewġ metodi ta’ kif jimtlew il-fliexken li jservu bħala reċipjenti ta' kejl:

(1) sa livell kostanti,

(2) sa vakwità kostanti.

Id-distanza ta’ bejn il-livell ta’ mili teoretiku għall-kapaċità nominali u l-livell tax-xifer u d-differenza bejn il-kapaċità tax-xifer u l-kapaċità nominali, magħrufa bħala l-volum ta’ espansjoni jew vakwità, għandhom ikunu kostanti b'mod perċettibbli għall-fliexken kollha ta' l-istess għamla, jiġifieri, għall-fliexken kollha magħmulin fuq l-istess disinn.

3. Biex ikun possibbli, waqt li jiġu kkunsidrati l-inċertezzi tas-soltu ta’ waqt il-mili, li jitkejjel il-volum tal-kontenut ta’ dawn il-fliexken bi preċiżjoni suffiċjenti, b'mod partikolari bl-eżattezza meħtieġa mid-Direttivi dwar l-imballaġġ minn qabel, l-iżbalji massimi permissibbli (pożittivi jew negattivi) fil-kapaċità ta’ flixkun li jservi bħala reċipjent ta' kejl, i.e. l-ikbar differenzi awtorizzati (pożittivi jew negattivi) f’temperatura ta’ 20ºĊ u taħt il-kondizzjonijiet ta’ kontroll stabbiliti fl-Anness II, bejn il-kapaċità attwali u il-kapaċità nominali Vn għandhom ikunu skond it-tabella li ġejja:

Kapacità nominali Vn f’millilitri | Żbalji massimi permissibbli |

bħala % ta’ Vn | f’millilitri |

Minn 50 sa 100 | — | 3 |

Minn 100 sa 200 | 3 | — |

Minn 200 sa 300 | — | 6 |

Minn 300 sa 500 | 2 | — |

Minn 500 sa 1000 | — | 10 |

Minn 1000 sa 5000 | 1 | — |

L-iżball massimu permissibbli fil-kapaċità sax-xifer għandu jkun l-istess bħall-iżball massimu permissibbli fil-kapaċità nominali korrispondenti.

L-isfruttar sistematiku tat-tolleranzi għandu jkun projbit.

4. Fil-prattika, il-kapaċità attwali ta’ flixkun li jservi bħala reċipjent ta' kejl għandha tkun ivverifikata billi tiġi stabbilita l-kwantità ta’ ilma f’temperatura ta’ 20ºĊ li l-flixkun ikun fih attwalment meta dan ikun mimli sal-livell li jkun jikkorrispondi teoretikament għall-kapaċità nominali. Din tista’ tkun ivverifikata wkoll indirettament b’metodu li jkollu eżattezza ekwivalenti.

5. Kull manifattur ta’ fliexken li jservu bħala reċipjent ta’ kejl għandu jissottometti għall-approvazzjoni tad-dipartiment kompetenti, marka li biha huwa jkun jista’ jiġi identifikat.

Meta dan id-dipartiment ikun ta l-approvazzjoni tiegħu, huwa għandu jinforma lid-dipartimenti kompetenti ta’ l-Istati Membri l-oħra kif ukoll lill-Kummissjoni dwar dan fi żmien xahar.

Il-manifattur għandu, fuq ir-responsabbiltà tiegħu, iwaħħal is-sinjal ε (epsilon bil-maqlub) imsemmi fl-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 71/316/KEE [1] tas-26 ta’ Lulju 1971 dwar id-disposizzjonijiet komuni kemm għall-istrumenti tal-kejl kif ukoll għall-metodi ta’ kontroll metroloġiku, kif emendata l-aħħar bl-Att [2] li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta’ adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati, li jiċċertifika li l-flixkun ikun jissodisfa l-kriterji ta’ din id-Direttiva u l-Annessi tagħha. Madankollu, id-data, l-oriġini u n-numru tar-referenza li għalihom hemm provdut fis-sub-sezzjoni 6.3 fl-Anness I, għall-istess Direttiva ma għandhomx ikunu meħtieġa.

Is-sinjal għandu jkun minn ta’ lanqas għoli 3 mm

6. Id-dipartimenti kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jivverifikaw li l-fliexken li jservu bħala reċipjent ta’ kejl ikunu konformi mad-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva billi jieħdu kampjuni fuq il-post tal-manifattura jew, jekk dan ma jkunx prattiku, fil-bini ta' l-impurtatur jew ta' l-aġent tiegħu stabbilit fil-Komunità.

Din il-verifika statistika tal-kampjun għandha ssir skond il-metodi aċċettati ta’ spezzjoni ta’ kwalità. L-effettività tagħha għandha tkun kumparabbli għal dik tal-metodu tar-referenza speċifikat fl-Anness II.

7. Din id-Direttiva ma għandhiex tipprekludi kwalunkwe verifiki li jistgħu jsiru mid-dipartimenti kompetenti ta’ l-Istati Membri fil-kors tal-kummerċ.

8. Flixkun li jservi bħala reċipjent ta’ kejl għandu jkollu dawn l-indikazzjonijiet li ġejjin li jridu jkunu viżibbli, jinqraw faċilment u ma jitħassrux:

8.1. fuq il-ġenb tiegħu, fuq ix-xifer t’isfel jew fuq il-qiegħ:

8.1.1. indikazzjoni tal-kapaċità nominali tiegħu f’litri, f’ċentilitri jew millilitri f’figuri li jkunu minn ta’ lanqas 6 mm għoljin, jekk il-kapaċità nominali hija iktar minn 100 ċl, 4 mm għoljin jekk din tkun minn 100 ċl sa, iżda ma tinkludix 20 ċl, u 3 mm għoljin jekk din ma tkunx aktar minn 20 ċl, segwiti mis-simbolu ta' l-unità ta’ kejl użat jew, fejn ikun xieraq, bl-isem ta' l-unità f’konformità mad-disposizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 71/354/KEE [3] tat-18 ta’ Ottubru 1971 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar l-unitajiet ta’ kejl, kif emendata bl-Att dwar il-kondizzjonijiet ta' adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati;

8.1.2. il-marka ta' l-identifikazzjoni tal-manifattur stipulata fl-ewwel paragrafu tas-Sezzjoni 5;

8.1.3. is-sinjal stipulat fit-tielet paragrafu tas-Sezzjoni 5;

8.2. Fil-qiegħ jew fuq ix-xifer ta’ taħt, b’tali mod li tkun evitata konfużjoni ma' l-indikazzjoni ta’ qabel, f’figuri ta' l-istess għoli minimu bħal dawk li jesprimu l-kapaċità nominali korrispondenti, skond il-metodu jew il-metodi ta’ mili li għalihom huwa maħsub il-flixkun:

8.2.1. indikazzjoni tal-kapaċità sax-xifer espressa f’ċentilitri iżda mhux segwita bis-simbolu ċl,

8.2.2. u/jew indikazzjoni tad-distanza f’millilitri mil-livell tax-xifer sal-livell tal-mili li jikkorrispondi għall-kapaċità nominali, segwita bis-simbolu mm.

Jistgħu jidhru indikazzjonijiet oħra fuq il-flixkun sakemm dawn ma jwasslux biex ikun hemm xi konfużjoni ma' l-indikazzjonijiet obbligatorji.

[1] ĠU Nru L 202, tas-6.9.1971, p. 1.

[2] ĠU Nru L 73, tas-27.3.1972, p. 14.

[3] ĠU Nru L 243, tad-29.10.1971, p. 29.

--------------------------------------------------

ANNESS II

Dan l-Anness jistabbilixxi l-proċeduri għal verifiki ta’ statistika tal-fliexken li jservu bħala reċipjenti ta' kejl sabiex jissodisfaw il-kriterji ta' l-Artikolu 2 tad-Direttiva u s-Sezzjoni 6 ta' l-Anness I.

1. IL-METODU TAT-TEĦID TAL-KAMPJUNI

Kampjun ta’ fliexken li jservu bħala reċipjenti ta' kejl ta' l-istess għamla u ta' l-istess manifattura għandhom jittieħdu minn batch li jkun jikkorrispondi, fil-prinċipju, għal produzzjoni ta’ siegħa.

Jekk ir-riżultat tal-verifika fuq batch li jkun jikkorrispondi għal produzzjoni ta’ siegħa ma jkunx wieħed sodisfaċenti, jista’ jsir it-tieni test ibbażat jew fuq kampjun ieħor minn batch li jikkorrispondi għal perjodu itwal ta’ produzzjoni jew, fejn il-produzzjoni kienet soġġetta għal verifika li hija rikonoxxuta mid-dipartimenti kompetenti ta' l-Istat Membru, fuq ir-riżultati rreġistrati fuq il-karti tal-verifika tal-manifattur.

In-numru ta’ fliexken li jservu bħala reċipjenti ta' kejl li jikkostitwixxu l-kampjun għandu jkun 35 jew 40, jiddependi fuq liema miż-żewġ metodi ta’ kif jiġu applikati r-riżultati, deskritti fid-dettal fis-Sezzjoni 3 taħt, ikun ġie magħżul minn kull Stat Membru.

2. IL-KEJL TAL-KAPAĊITÀ TAL-FLIEXKEN LI JSERVU BĦALA REĊIPJENTI TA' KEJL LI JIKKOSTITWIXXU L-KAMPJUN

Dawn il-fliexken għandhom jintiżnu vojta.

Dawn għandhom jimtlew bl-ilma b’temperatura ta’ 20ºC ta' densità magħrufa, sal-livell tal-mili li huwa adatt għall-metodu tal-verifika użat.

Dawn imbagħad għandhom jintiżnu meta jkunu mimlija.

Il-verifika għandha ssir permezz ta’ strument ta’ kejl legali, li jkun adatt biex iwettaq l-operazzjonijiet meħtieġa.

L-iżball fil-kejl tal-kapaċità ma għandux ikun akbar minn wieħed minn kull ħamsa ta' l-iżball massimu permissibbli li jikkorrispondi għall-kapaċità nominali tal-flixkun li jservi bħala reċipjent ta’ kejl.

3. L-APPLIKAZZJONI TAR-RIŻULTATI

3.1. L-użu tal-metodu ta’ devjazzjoni standard

In-numru ta’ fliexken li jservu bħala reċipjenti ta' kejl fil-kampjun huwa ta’ 35.

3.1.1. Ikkalkula kif ġej (ara 3.1.4.):

3.1.1.1. x

-tal-kapacitajiet attwali xi tal-fliexken fil-kampjun,

3.1.1.2 id-devjazzjoni standard stmata s tal-kapaċitajiet attwali xi tal-fliexken fil-batch.

3.1.2. Ikkalkula kif ġej:

3.1.2.1. Il-limitu ta’ fuq Ts: is-somma tal-kapaċità indikata (ara l-Anness I, Sezzjoni 8) u ta’ l-iżball massimu permissibbli li jikkorrispondi għal din il-kapaċità.

3.1.2.2. Il-limitu ta’ isfel Ti: id-differenza bejn il-kapaċità indikata (ara l-Anness I, Sezzjoni 8) u l-iżball massimu permissibbli li jikkorrispondi għal din il-kapaċità.

3.1.3. Kriterji ta’ aċċettazzjoni:

Il-batch għandu jigi ddikjarat li jikkonforma mad-Direttiva jekk in-numri

x

u s jivverifikaw simultanjament it-tliet inekwazzjonijiet li gejjin:

x

+ k · s ≤ T

s

x

− k · s ≥ T

s

s ≤ F

Ts − Ti

Fejn | k = 1.57 |

U | F = 0.266 |

3.1.4. x

- u d-devjazzjoni standard stmata s tal-batch.

Ikkalkula kif ġej:

- x = Σx

i

- x

=

Σx

i35

- Σx

i2

- Σx

Σx

35

- SC = ∑x

−

135Σxi2

- v =

SC34

s =

v

3.2. L-użu tal-metodu tal-medda medja

In-numru ta’ fliexken li jservu bħala reċipjenti ta' kejl fil-kampjun huwa ta’ 40.

3.2.1. Ikkalkula kif ġej (ara 3.2.4.):

3.2.1.1. x

-tal-kapaċitajiet attwali x tal-fliexken fil-kampjun,

3.2.1.2. R

-tal-kapaċitajiet attwali xi tal-flixken fil-kampjun.

3.2.2. Ikkalkula kif ġej:

3.2.2.1. il-limitu ta’ fuq Ts is-somma tal-kapaċità indikata (ara l-Anness I, Sezzjoni 8) u l-iżball massimu permissibbli li jikkorrispondi għal din il-kapaċità.

3.2.2.2. Il-limitu ta’ isfel Ti:

id-differenza bejn il-kapaċità indikata (ara l-Anness I, Sezzjoni 8) u l-iżball massimu permissibbli li jikkorrispondi għal din il-kapaċità.

3.2.3. L-aċċettazzjoni tal-kriterju:

x

- u

R

jivverifikaw simultanjament it-tlett ekwazzjonijiet li gejjin

≤ T

s

≥ T

i

R

≤ F′

Ts- Ti

Fejn k’ = 0668,

u F’ = 0628.

3.2.4. x

R

-tal-40 flixkun ta’ kejl fil-kampjun.

3.2.4.1. x

-, ikkalkula kif ġej:

- is-somma ta’ 40 kejlijiet ta’ kapaċita’ attwali xi:

Σx

- x

=

Σx

i40

3.2.4.2. R

-:

Iddividi l-kampjun, f’ordni kronloġika ta’ għażla, fi tmien sub-kampjuni ta’ ħames fliexken il-wieħed.

Ikkalkula kif ġej:

- il-medda ta’ kull wieħed mis-sub-kampjuni, i.e. id-differenza bejn il-kapaċità attwali ta' l-ikbar u l-iżgħar mill-ħames fliexken fis-sub-kampjun; b’hekk ikunu ġew stabbiliti 8 meded: R1; R2;… R8

- is-somma tal-meded tat-tminn sub-kampjuni:

ΣR

= R

+ R

+… + R

8

R

R

=

Σ R

i8

--------------------------------------------------