1.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 294/9


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-22 ta’ Ottubru 2008

li temenda l-Appendiċi tal-Anness VI tal-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija f’dak li għandu x’jaqsam ma’ stabbilimenti ta’ pproċessar tal-ħalib fil-Bulgarija

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6042)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/827/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat l-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u b’mod partikolari l-ewwel sottoparagrafu tal-paragrafu (f) tat-Taqsima B tal-Kapitolu 4 tal-Anness VI tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Bulgarija ngħatat perjodi ta’ tranżizzjoni bl-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija biex ċerti stabbilimenti ta’ pproċessar tal-ħalib jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li ġej mill-annimali (1).

(2)

L-Appendiċi tal-Anness VI tal-Att tal-Adeżjoni ġie emendat mid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2007/26/KE (2), 2007/689/KE (3), 2008/209/KE (4), 2008/331/KE (5), 2008/547/KE (6) u 2008/672/KE (7).

(3)

Il-Bulgarija pprovdiet garanziji li sitt stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib lestew il-proċess ta’ aġġornament tagħhom u issa huma konformi b’mod sħiħ mal-leġiżlzzjoni Komunitarja. Dawk l-istabbilimenti għandhom il-permess li jirċievi u jipproċessaw ħalib nej mhux konformi mingħajr separazzjoni. Dawn l-istabbilimenti għalhekk għandhom jiżdiedu mal-lista tal-Kapitolu I tal-Appendiċi tal-Anness VI.

(4)

L-Appendiċi tal-Anness VI tal-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Appendiċi tal-Anness VI tal-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija huwa emendat skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 22 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(2)   ĠU L 8, 13.1.2007, p. 35.

(3)   ĠU L 282, 26.10.2007, p. 60.

(4)   ĠU L 65, 8.3.2008, p. 18.

(5)   ĠU L 114, 26.4.2008, p. 97.

(6)   ĠU L 176, 4.7.2008, p. 11.

(7)   ĠU L 220, 15.8.2008, p. 27.


ANNESS

Fil-Kapitolu I tal-Appendiċi tal-Anness VI tal-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, jiżdiedu l-annotazzjonijiet li ġejjin:

Nru

Nru veterinarju

Isem tal-istabbiliment

Belt/Triq jew Raħal/Reġjun

“7.

BG 1212029

SD ‘Voynov i sie’

gr. Montana

ul. ‘N.Yo.Vaptsarov’ 8

8.

0712001

‘Ben Invest’ OOD

s. Kostenkovtsi, obsht. Gabrovo

9.

1512012

ET ‘Ahmed Tatarla’

s. Dragash voyvoda,

obsht. Nikopol

10.

2212027

‘Ekobalkan’ OOD

gr. Sofia

bul ‘Evropa’ 138

11.

2312030

ET ‘Favorit- D. Grigorov’

s. Aldomirovtsi

12.

2312031

ET ‘Belite kamani’

s. Dragotintsi”