<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T‑422/11</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62011TJ0422</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:927">EU:T:2014:927</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>16</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>16</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20141105">5.11.2014</DATE> — KAWŻA T‑422/11</P><P>COMPUTER RESOURCES INTERNATIONAL (LUXEMBOURG) vs IL-KUMMISSJONI</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (Id-Disa’ Awla)</P><P><DATE ISO="20141105">5 ta’ Novembru 2014</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Kuntratti pubbliċi għal servizzi</KEYWORD><KEYWORD>Proċedura ta’ sejħa għal offerti</KEYWORD><KEYWORD>Provvista ta’ servizzi informatiċi għall-iżvilupp u manutenzjoni ta’ softwer, ta’ konsulenza u ta’ assistenza għal tipi differenti ta’ applikazzjonijiet informatiċi</KEYWORD><KEYWORD>Ċaħda tal-offerta ta’ offerent</KEYWORD><KEYWORD>Offerta anormalment baxxa</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 139(1) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ motivazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Għażla tal-bażi legali</KEYWORD><KEYWORD>Użu ħażin ta’ poter</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑422/11,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Computer Resources International (Luxembourg) SA</HT>, stabbilita f’Dommeldange (il-Lussemburgu), irrappreżentata minn S. Pappas, avukat,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, inizjalment irrappreżentata minn S. Delaude u D. Calciu, sussegwentement minn S. Delaude, bħala aġenti, assistiti minn E. Petritsi, avukat,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħaal suġġett talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea tat-<DATE ISO="20110722">22 ta’ Lulju 2011</DATE> li ma tagħżilx l-offerti sottomessi mill-konsorzju ffurmat mir-rikorrenti u minn kumpannija oħra għall-lottijiet Nru 1 u 3 bħala parti mill-proċedura għal sejħa għal offerti AO 10340, dwar il-provvista ta’ servizzi informatiċi għall-iżvilupp u manutenzjoni ta’ softwer, ta’ konsulenza u ta’ assistenza għal tipi differenti ta’ applikazzjonijiet informatiċi (ĠU 2011/S 66‑106099), u li tagħti l-kuntratti qafas lil offerenti oħra,</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (Id-Disa’ Awla),</P><P>komposta minn O. Czúcz, li qed jaġixxi bħala President, I. Pelikánová u A. Popescu (Relatur), Imħallfin,</P><P>Reġistratur: C. Kristensen, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20140625">25 ta’ Ġunju 2014</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz ta’ avviż ta’ kuntratt tal-<DATE ISO="20110405">5 ta’ April 2011</DATE>, ippubblikat fis-Suppliment għall-<HT TYPE="ITALIC">Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> (ĠU 2011/S 66-106099), u ġiet ippubblikata rettifika fil-<HT TYPE="ITALIC">Ġurnal Uffiċjali</HT> (ĠU 2011/S 70-113065), l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (UP) nieda s-sejħa għal offerti AO 10340 (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Servizzi informatiċi — żvilupp ta’ softwer, manutenzjoni, konsulenza u assistenza għal tipi differenti ta’ applikazzjonijiet tat-teknoloġija tal-informatika<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Skont l-avviż ta’ kuntratt, is-servizzi inkwistjoni kienu maqsuma f’erba’ lottijiet, it-tnejn li huma affettwati minn dan ir-rikors huma l-lott Nru 1, dwar l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>[is-]sostenn u [l-]applikazzjonijiet amministattivi speċjalizzati<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> u l-lott Nru 3, għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>katini ta’ produzzjoni u ta’ riċezzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-għan tas-sejħa għal offerti huwa li jiġu konklużi, għal kull lott, kuntratti qafas ġodda għal servizzi sabiex jissostitwixxu l-kuntratti qafas li waslu li jiskadu. Fl-ispeċifikazzjoni tal-kuntratt, l-UP kien speċifika li, għal kull lott, l-offerenti kienu ntgħażlu skont il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>mekkaniżmu ta’ kaskata<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> u li l-kuntratti qafas ser jiġu ffirmati, għal tul ta’ erba’ snin, mal-offerenti li ppreżentaw it-tliet offerti l-iktar vantaġġużi ekonomikament, ikklassifikati skont il-valur għall-flus taghhom.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-avviż tal-kuntratt u l-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt jipprevedu li, għal kull lott, l-offerti ġew evalwati skont il-kriterji stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt. Kull offerta kellha tkun evalwata sabiex jiġi ddeterminat sa fejn hija kienet tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti, peress li t-tliet offerti magħżula kienu dawk li jirrappreżentaw l-aħjar valur għall-flus. Il-kwalità, jiġifieri l-evalwazzjoni teknika, kienet tammonta għal 50 % u l-prezz, jiġifieri l-evalwazzjoni finanzjarja, għal 50 % (punt 2.9 tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt).</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti, Computer Resources International (Luxembourg) SA, u Intrasoft International SA ippreżentaw, flimkien f’konsorzju (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>konsorzju<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), offerti għal-lottijiet Nri 1 u 3 (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>offerti tar-rikorrenti<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20110627">27 ta’ Ġunju 2011</DATE>, l-UP bagħat lir-rikorrenti, għall-konsorzju, talba għal informazzjoni, li fiha talabha tispjega l-metodu ta’ kalkolu tal-prezz għal kull persuna kuljum fl-offerti finanzjarji tagħha. Din il-kwistjoni ġiet indirizzata fil-kuntest ta’ eżami ta’ dan il-prezz, li fir-rigward tiegħu l-UP kien indika li huwa seta’ jitqies anormalment baxx fis-sens tal-Artikolu 139 tar-Regolament (KE, Euratom) tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, tat-<DATE ISO="20021223">23 ta’ Diċembru 2002</DATE>, li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolamenti Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 145, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Regoli Ddettaljati għall-Implementazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20110629">29 ta’ Ġunju 2011</DATE>, ir-rikorrenti rrispondiet, bħala r-rappreżentant tal-konsorzju, għat-talba għal informazzjoni mill-UP tas-<DATE ISO="20110627">27 ta’ Ġunju 2011</DATE> (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>risposta tad-<DATE ISO="20110629">29 ta’ Ġunju 2011</DATE><QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>), u sostniet li l-prezz għal kull bniedem kuljum fl-offerti tagħha seta’ jiġi spjegat mill-organizzazzjoni interna tal-konsorzju u t-titjib tal-bilanċ bejn l-attivitajiet ta’ dan tal-aħħar fil-Lussemburgu u dawk fir-Rumanija. Hija indikat, barra minn hekk, li l-konsorzju kien osserva l-leġiżlazzjoni Lussemburgiża u dik Rumena dwar l-impjiegi, speċjalment fir-rigward tas-salarju minimu. Hija żiedet li, fir-rigward tal-attivitajiet tal-konsorzju fir-Rumanija, fid-dawl tat-tul ta’ erba’ snin tal-kuntratt, is-salarju minimu kien irduppjat sabiex tiġi kkunsidrata l-inflazzjoni f’dan l-Istat Membru. Barra minn hekk, hija pprovdiet lill-UP informazzjoni ddettaljata dwar l-osservanza, fl-offerti tagħha, taż-żewġ leġiżlazzjonijiet nazzjonali fil-qasam tal-impjieg.</TXT></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20110722">22 ta’ Lulju 2011</DATE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>), l-UP informa lir-rikorrenti, bħala rappreżentant tal-konsorzju, minn naħa, biċ-ċaħda tal-offerti tagħha għal-lottijiet Nru 1 u 3, minħabba n-natura anormalment baxxa, u, min-naħa l-oħra, bl-isem tal-offerenti li l-offerti tagħhom kienu ntgħażlu. Hija ppreċiżat ukoll li l-konsorzju seta’ jitlob iktar spjegazzjoni addizzjonali fuq l-imsemmija ċaħda.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20110725">25 ta’ Lulju 2011</DATE>, ir-rikorrenti informa lill-UP bin-nuqqas ta’ qbil tagħha mad-deċiżjoni kkontestata, filwaqt li talbet ċertu numru ta’ spjegazzjonijiet, b’mod partikolari dwar il-kriterji li abbażi tagħhom l-offerti tagħha kienu tqiesu bħala anormalment baxxi. Ir-rikorrenti talbet ukoll lill-UP li tibgħatilha, għal-lottijiet Nru 1 u 3, l-evalwazzjonijiet tekniċi tal-offerti tagħha u dawk tal-offerenti magħżula skont il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>mekkaniżmu ta’ kaskata<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> kif ukoll il-marki mogħtija lil dawn l-offerti. Barra minn hekk, ir-rikorrenti talbet li jiġi kkonfermat li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>l-offerta anormalment baxxi tikkonċerna biss il-prezzijiet extramurali biss [jiġifieri l-prezzijiet tas-servizzi li għandhom jiġu pprovduti barra l-bini tal-UP], peress li l-prezzijiet intramurali [, jiġifieri l-prezzijiet tas-servizzi li għandhom jiġu pprovduti fil-bini tal-UP, kienu] l-istess bħal dawk li [kienu] ġew proposti u aċċettati<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> fl-offerti sottomessi bħala parti mill-proċeduri għal sejħa għal offerti preċedenti u li kienu aċċettati mill-awtorità kontraenti. Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti ddikjarat li l-prezzijiet tagħha extramurali medji fi ħdan il-preżenti proċedura ta’ sejħa għal offerti kienu ogħla mill-prezzijiet medji proposti f’sejħa għal offerti preċedenti, li fil-kuntest tagħha huma ma kinux ġew miċħuda bħala li kienu anormalment baxxi.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20110727">27 ta’ Lulju 2011</DATE>, l-UP ċaħad dawn il-kontestazzjonijiet, filwaqt li bagħat lir-rikorrenti siltiet mir-rapport ta’ evalwazzjoni, li waħda minnhom fiha r-raġunijiet għaliex l-offerti tagħha kienu meqjusa anormalment baxxi minħabba l-prezz tagħhom. Skont din is-silta, l-ispjegazzjonijiet mogħtija mir-rikorrenti, bħala rappreżentant tal-konsorzju, fir-risposta tad-<DATE ISO="20110629">29 ta’ Ġunju 2011</DATE> (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>ispjegazzjonijiet mogħtija fid-<DATE ISO="20110629">29 ta’ Ġunju 2011</DATE><QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>), li jikkonċernaw il-provvista ta’ servizzi kif ukoll il-post fejn jinsab il-persunal fir-Rumanija, kienet f’kontradizzjoni mal-offerti tagħha u, għaldaqstant, ma setgħux jiġi aċċettati. Is-siltiet l-oħra mir-rapport ta’ evalwazzjoni kellhom informazzjoni dwar l-evalwazzjoni tal-offerti tar-rikorrenti u dawk tal-offerenti magħżula. Barra minn hekk, l-UP qies li l-offerti tar-rikorrenti ma setgħux jitqabblu mal-offerti sottomessio bħala parti mill-proċeduri ta’ sejħa għal offerti preċedenti u li, fi kwalunkwe każ, xi paraguni magħmula mir-rikorrenti kienu żbaljati.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Proċedura u talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fil-<DATE ISO="20110805">5 ta’ Awwissu 2011</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentaw dan ir-rikors.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Permezz ta’ att separat, ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl-istess jum, ir-rikorrenti ressqet talba għal proċedura mħaffa skont l-Artikolu 104(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Peress li l-Kummissjoni Ewropea u l-UP kienu kkonfermaw, fuq talba tar-Reġistratur tal-Qorti Ġenerali, li l-Kummissjoni għandha titqies bħala l-uniku konvenuta f’din il-kawża, il-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20110928">28 ta’ Settembru 2011</DATE>, approvat ir-rettifika tal-isem tal-konvenut.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>B’digriet tal‑<DATE ISO="20111005">5 ta’ Ottubru 2011</DATE>, Computer Resources International (Luxembourg), T‑422/11 R (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:566">EU:T:2011:566</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il‑President tal‑Qorti Ġenerali ċaħad it‑talba għal miżuri provviżorji tar‑rikorrenti minħabba li hija ma kinitx ipprovat li kien hemm riskju li hija tbati dannu gravi u irreparabbli fl‑assenza tal‑miżuri provviżorji mitluba.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Peress illi kien hemm bidla fil-kompożizzjoni tal-Awli tal-Qorti Ġenerali, u l-Imħallef Relatur ġie assenjat lid-Disa’ Awla, din il-kawża ġiet għalhekk assenjata lil din l-Awla.</TXT></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Fuq rapport tal-Imħallef Relatur, il-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) iddeċidiet li tiftaħ il-proċedura orali. Peress li membru tad-Disa’ Awla ma setax jipparteċipa fid-deliberazzjoni, il-President tal-Qorti Ġenerali nnomina mħallef ieħor, skont l-Artikolu 32(3) tar-Regoli tal-Proċedura, sabiex jikkompleta l-Awla. It-trattazzjoni tal-partijiet u t-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet tal-Qorti Ġenerali nstemgħu fis-seduta tad-<DATE ISO="20140625">25 ta’ Ġunju 2014</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiddikjara r-rikors infondat;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi, ibbażati, l-ewwel nett, fuq il-ksur ta’ rekwiżit proċedurali essenzjali, it-tieni nett, fuq il-ksur tal-proċedura applikabbli, u t-tielet nett, fuq użu ħażin ta’ poter jew fuq bażi legali żbaljata.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitqies li l-UP għandu setgħa diskrezzjonali wiesgħa għal dak li jirrigwarda l-elementi li jridu jiġu kkunsidrati sabiex tittieħed deċiżjoni li jingħata kuntratt f’sejħa għal offerti u li l-istħarriġ tal-Qorti Ġenerali għandu jkun limitat għall-verifika li r-regoli tal-proċedura u tal-motivazzjoni huma osservati, kif ukoll tal-preċiżjoni materjali tal-fatti, tal-assenza ta’ żball gravi u ċar ta’ evalwazzjoni u ta’ użu ħażin ta’ poter (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<DATE ISO="20111213">13 ta’ Diċembru 2011</DATE>, Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni, T‑377/07, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:731">EU:T:2011:731</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 22 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-motiv li jirriżulta mill-ksur ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ formalità sostanzjali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li, skont l-Artikolu 139 tar-Regoli Ddettaljati għall-Implementazzjoni, ir-rifjut ta’ offerta għall-motiv li l-prezz propost fiha huwa anormalment baxx għandu jkun motivat b’mod speċifiku, peress li l-motivazzjoni għandha tikkorrispondi għall-motiv speċifiku li fuqu hija bbażata ċ-ċaħda. Issa, id-deċiżjoni kkontestata ma fiha ebda motivazzjoni relatata mal-motivi speċifiċi kkunsidrati mill-awtorità kontraenti sabiex tikkonkludi li l-offerti tar-rikorrenti kienu anormalment baxxi. Konsegwentement, id-deċiżjoni kkontestata tinjora formalità sostanzjali, peress li din il-lakuna ma tistax timtela b’riferiment għal dokumenti oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta l-fondatezza tal-argumentazzjoni tar-rikorrenti.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Għandu jinftiehem li, b’dan il-motiv, ir-rikorrenti tinvoka, essenzjalment, ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, meta, bħal f’dan il-każ, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għandhom setgħa diskrezzjonali wiesgħa, ir-rispett għall-garanziji mogħtija mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni fil-proċeduri amministrattivi huwa ta’ importanza saħansitra iktar fundamentali. Dawk il-garanziji jinkludu, b’mod partikolari, l-obbligu għall-istituzzjoni kompetenti li tagħti motivazzjoni b’mod suffiċjenti tad-deċiżjonijiet tagħha. Huwa biss b’hekk li l-qorti tal-Unjoni tkun tista’ tivverifika jekk il-punti ta’ fatti u ta’ liġi li fuqhom jiddependi l-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjoni tagħha humiex<?PAGE NO="5"?> issdosfatti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<DATE ISO="19911121">21 ta’ Novembru 1991</DATE>, Technische Universität München, C‑269/90, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1991:438">EU:C:1991:438</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 14 ; is-sentenza tal-<DATE ISO="20080910">10 ta’ Settembru 2008</DATE>, Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni, T‑465/04, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2008:324">EU:T:2008:324</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 54).</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ proċedura ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi, huma l-Artikolu 100(2) tar-Regolament (KE, Euratom) tal-Kunsill Nru 1605/2002, tal-<DATE ISO="20020625">25 ta’ Ġunju 2002</DATE>, rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli ghall-bagit generali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 74, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Regolament Finanzjarju<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>), u l-Artikolu 149 tar-Regoli Ddettaljati għall-Implementazzjoni li jiddeterminaw il-kontenut tal-obbligu ta’ motivazzjoni li għandha l-awtorità kontraenti fir-rigward tal-offerent li ma ntgħażilx bħala parti mill-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt speċifiku, u mhux, kif jidher li ssostni r-rikorrenti, l-Artikolu 139 tar-Regoli Ddettaljati għall-Implementazzjoni, li tikkonċerna l-proċedura li għandha tiġi segwita mill-awtorità kontraenti qabel ma tirrifjuta offerta li hija tqis bħala anormalment baxxa.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Mill-Artikolu 100(2) tar-Regolament Finanzjarju u mill-Artikolu 149 tar-Regoli Ddettaljati għall-Implementazzjoni kif ukoll minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li l-awtorità kontraenti tissodisfa l‑obbligu ta’ motivazzjoni tagħha jekk tillimita ruħha, qabel kollox, li tinforma immedjatament lill‑offerenti eliminati bil‑motivi taċ‑ċaħda tal‑offerta tagħhom u jekk tipprovdi, sussegwentement, lill‑offerenti li ppreżentaw offerta ammissibbli u li jressqu talba espressa għal dan l‑iskop, il‑karatteristiċi u l‑vantaġġi relatati mal‑offerta magħżula kif ukoll l‑isem tal‑offerent magħżul, f’terminu ta’ ħmistax‑il ġurnata mid‑data tat‑talba bil‑miktub (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tad-<DATE ISO="20100909">9 ta’ Settembru 2010</DATE>, Evropaïki Dynamiki vs OEDT, T‑63/06, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2010:368">EU:T:2010:368</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 111 u l-ġurisprudenza ċċitata, u tat-<DATE ISO="20121212">12 ta’ Diċembru 2012</DATE>, Evropaïki Dynamiki vs EFSA, T‑457/07, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:671">EU:T:2012:671</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 45).</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Dan il-metodu ta’ proċedura huwa konformi mal-għan tal-obbligu ta’ motivazzjoni stabbilit fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE, li skontu l-motivazzjoni għandha turi b’mod ċar u mhux ekwivoku r-raġunament tal-awtur tal-att, b’mod, min-naħa, li jippermetti lill-interessati li jkunu jafu r-raġunijiet tal-miżura adottata sabiex jinvokaw id‑drittijiet tagħhom u, min-naħa l-oħra, li jippermetti lill-qorti teżerċita l-istħarriġ tagħha (sentenzi Evropaïki Dynamiki vs OEDT, punt 26 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2010:368">EU:T:2010:368</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 112 u l-ġurisprudenza ċċitata, u Evropaïki Dynamiki vs EFSA, punt 26 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:671">EU:T:2012:671</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 46 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar ukoll li r-rekwiżit ta’ motivazzjoni għandu jkun evalwat abbażi taċ-ċirkustanzi tal-każ, b’mod partikolari tal-kontenut tal-att, tan-natura tal-motivi invokati u tal-interess li d-destinatarji tal-att jew kull persuna oħra kkonċernata direttament u individwalment mill-att jista’ jkollha li tirċievi spjegazzjonijiet (ara s-sentenza tat-<DATE ISO="19980402">2 ta’ April 1998</DATE>, Il-Kummissjoni vs Sytraval u Brink’s France, C‑367/95 P, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:154">EU:C:1998:154</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 63 u l-ġurisprudenza ċċitata, u s-sentenza Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni punt 24 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2008:324">EU:T:2008:324</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 49).</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>B’hekk, sabiex jiġi ddeterminat jekk, f’dan il-każ, l-UP issodisfax ir-rekwiżit ta’ motivazzjoni, għandha tiġi eżaminata d-deċiżjoni kkontestata, li tinkludi d-deċiżjoni li tirrifjuta l-offerti tar-rikorrenti. Hemm lok li tiġi eżaminata wkoll l-ittra tas-<DATE ISO="20110727">27 ta’ Lulju 2011</DATE>, indirizzata lir-rikorrenti, fit-terminu previst fl-Artikolu 149(3), tar-Regoli Ddettaljati għall-Implementazzjoni, bi tweġiba għat-talba speċifika tagħha tal-<DATE ISO="20110725">25 ta’ Lulju 2011</DATE>, intiża għal iktar informazzjoni dwar id-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>F’din il-kawża, permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20110722">22 ta’ Lulju 2011</DATE>, l-UP fisser lir-rikorrenti l-motivi li għalihom l-offerti tiegħu ġew miċħuda, jiġifieri l-fatt li dawn kienu anormalment baxxi. L-UP informa wkoll lir-rikorrenti bid-dritt tagħha li tikseb informazzjoni addizzjonali dwar il-motivi għal din iċ-ċaħda.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>B’hekk kif ġie indikat fil-punt 10 iktar ’il fuq, wara talba għal spjegazzjonijiet ppreżentata mir-rikorrenti, l-UP, permezz ta’ ittra tas-<DATE ISO="20110727">27 ta’ Lulju 2011</DATE>, indika lil din tal-aħħar li l-offerti tagħha ma setgħux jitqabblu mal-offerti magħmulin fil-kuntest ta’ proċeduri ta’ sejħa għal offerti preċedenti u<?PAGE NO="6"?> li, fi kwalunkwe każ, ċerti paraguni li hija għamlet kienu żbaljati. Barra minn hekk, huwa bagħat lir-rikorrenti silta mir-rapport ta’ evalwazzjoni li fiha r-raġunijiet għaliex l-offerti tagħha kienu tqiesu bħala anormalment baxxi minħabba l-prezz tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>F’din is-silta mir-rapport ta’ evalwazzjoni, kien indikat li l-ispjegazzjonijiet ipprovduti fid-<DATE ISO="20110629">29 ta’ Ġunju 2011</DATE> ma kinux eliminaw id-dubji dwar il-prezzijiet proposti fl-offerti tar-rikorrenti.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Sabiex waslet għal din il-konklużjoni, l-ewwel nett, erba’ elementi ta’ informazzjoni mibgħuta mir-rikorrenti, f’isem u għan-nom tal-konsorzju, ġew iċċitati jew riprodotti fit-termini li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>1.</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Il-konsorzju tagħna rnexxielu jtejjeb u jibbilanċja l-attivitajiet fil-Lussemburgu u l-attivitajiet <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>(near [shore]/off shore)<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="2019" ID="QE0016"/> fir-Rumanija’<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> ;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>‘Prossimità tal-persunal: il-persunal proposti ser jinsab kemm fil-Lussemburgu (intra/extra [-murali], sabiex jiżguraw prossimità li hija assolutament essenzjali għal dan il-proġett) kif ukoll fir-Rumanija (extramurali);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>[Il-Konsorzju] kkalkola huwa stess traiffa ta’ kuljum minimma għal-Lussemburgu ta’ EUR 138 ;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>‘Spejjeż ġenerali realistiċi: l-ispejjeż ġenerali tal-konsorzju tagħna huma inklużi (ġestjoni, spejjeż marbuta mal-infrastrutturi, spejjeż ta’ vjaġġar u ta’ għixien għal persuni li huma <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>near shore/off shore<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="2019" ID="QE0018"/>, l-ispejjeż ta’ ġestjoni tal-impriża, l-ispejjeż ta’ stallazzjonijiet, spejjeż tal-infrastruttura ġenerali, etc.).<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/><QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> </TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>It-tieni nett, f’din is-silta mir-rapport ta’ evalwazzjoni, kien indikat li, fir-rigward tal-punti 1 u 2 (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>AD 1 + 2<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>) (ara l-punt 33 iktar ’il fuq), l-attivitajiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>(near [shore]/offshore)<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> fir-Rumanija ma kinux issemmew fl-offerti tar-rikorrenti u li r-riżorsi umani proposti kollha kienu stabbiliti fil-Lussemburgu. Kien miżjud li, fil-parti tal-imsemmija offerti rigward il-kwalità teknika ta’ riżorsi umani proposti, kien ġie ppreċiżat li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>[i]l-persuni nominati tekniċi proposti [ssodisfaw] il-kundizzjonijiet marbuta ma’ tul minimu ta’ tliet snin ta’ studji universitarji u ta’ esperjenza<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> u li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>[h]uma jaħdmu wkoll f’distanza tas-sewqan mill-[UP].<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Rigward il-punti 2 u 3 (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>AD 2 + 3<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>) (ara l-punt 33 iktar ’il fuq), kien iddikjarat li xi wħud mill-prezzijiet proposti mill-konsorzju għal kull persuna kuljum extramurali, jiġifieri <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>INF-SYS-TRAI — EUR 105<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>INF-SYS-END-USE-SUP — EUR 105<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, kienu taħt it-tariffa minima ta’ kuljum fil-Lussemburgu, kif ikkalkulata mir-rikorrenti fir-risposta tad-<DATE ISO="20110629">29 ta’ Ġunju 2011</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Dwar il-punt 4 (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>AD 4<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>), kien speċifikat li l-kumitat ta’ evalwazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>kien iddubita li ANA‑PROG kien ikkwalifikat ħafna [aċċettat] sabiex jaħdem għal dan is-salarju minimu<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> u li, kuntrarjament għad-dikjarazzjonijiet tar-rikorrenti, fir-risposta tad-<DATE ISO="20110629">29 ta’ Ġunju 2011</DATE>, l-ispejjeż ġenerali ma setgħux jiġu inklużi fil-prezz għal kull persuna kuljum.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Is-silta mir-rapport ta’ evalwazzjoni inkludiet ukoll żewġ rimarki ġenerali li bihom il-kumitat ta’ evalwazzjoni kien esprima d-dubji tiegħu dwar il-fatt li l-impjegati <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>PRO-MAN<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>TEC-CONS<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, bi kwalifiki għolja, kienu lesti li jaħdmu, rispettivament, għal EUR 200 u EUR 210 għal kull persuna kuljum extramurali.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, is-silta mir-rapport ta’ evalwazzjoni kellha konklużjonijiet li skonthom l-ispjegazzjonijiet mogħtija fid-<DATE ISO="20110629">29 ta’ Ġunju 2011</DATE>, li jikkonċernaw il-provvista ta’ servizzi, kif ukoll il-post fejn jinsab il-persunal, kienu kuntrarji għall-offerti tar-rikorrenti u, għaldaqstant, ma setgħux jiġu aċċettati.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li, fid-dawl tad-deċiżjoni kkontestata u tal-ittra tas-<DATE ISO="20110727">27 ta’ Lulju 2011</DATE>, ir-rikorrenti kienet f’pożizzjoni li tidentifika r-raġunijiet speċifiċi tad-deċiżjoni għaċ-ċaħda tal-offerti tagħha. Fil-fatt, l-UP iġġustifika b’mod ċar id-deċiżjoni li jitwarrbu dawn l-offerti, minn naħa waħda,<?PAGE NO="7"?> billi rrileva l-fatturi ta’ spjegazzjoni li kienu jidhrulu li huma ġodda meta mqabbla ma’ dawn l-offerti u l-kontradizzjonijiet li qies li jeżistu bejn l-imsemmija offerti u l-ispjegazzjonijiet mogħtija fid-<DATE ISO="20110629">29 ta’ Ġunju 2011</DATE> u, min-naħa l-oħra, billi invoka l-allegata natura anormalment baxxa ta’ dawn l-istess offerti minħabba l-prezz tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>L-UP b’hekk ikkunsidra li l-offerti tar-rikorrenti kienu bbażati fuq il-persunal ibbażat fil-Lussemburgu u li jaħdem f’distanza ta’ sewqan mill-UP, u mhux fuq il-persunal ibbażat fir-Rumanija u fuq is-servizzi pprovduti f’dan l-Istat Membru. Minn dan huwa ddeduċa li l-imsemmija offerti kienu anormalment baxxi, peress li, minn naħa, għal ċerti profili, it-tariffi msemmija kienu inqas mit-tariffa minima ta’ kuljum fil-Lussemburgu, kif ikkalkulata mir-rikorrenti fir-risposta tagħha tad-<DATE ISO="20110629">29 ta’ Ġunju 2011</DATE> u, min-naħa l-oħra, għal ċerti profili oħra, ma kienx ekonomikament realistiku li jitqies li l-persunal propost f’dawn l-offerti kien ser jaċċetta li jaħdem, fil-Lussemburgu, bit-tariffa proposta.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, għandu jitqies li l-UP, fl-ittri tiegħu kif ukoll fis-silta mir-rapport ta’ evalwazzjoni anness mal-ittra tal-<DATE ISO="20110727">27 ta’ Lulju 2011</DATE>, ta motivazzjoni suffiċjenti fid-dritt għaċ-ċaħda tal-offerti tar-rikorrenti. Għandu jiġi konkluż li huwa ssodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 100(2) tar-Regolament Finanzjarju u fl-Artikolu 149 tar-Regoli Ddettaljati ta’ Implementazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>L-ewwel nett, din il-konklużjoni ma hijiex ikkontestata mill-argumentazzjoni tar-rikorrenti li tgħid li l-fatt li hija setgħet tkun informata bil-karatteristiċi u bil-vantaġġi relattivi għall-offerti magħżula kien irrilevanti, peress li r-rifjut tal-offerti tagħha ma kienx ibbażat fuq tqabbil tagħhom mal-offerti magħżula.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li, fid-deċiżjoni kkontestata, l-UP effettivament ma indikax il-possibbiltà għar-rikorrenti li tkun infurmata bil-karatteristiċi u bil-vantaġġi relattivi tal-offerti magħżula. Jekk ir-rikorrenti ma kinitx interessata fil-komunikazzjoni ta’ din l-informazzjoni, evidentement ma kinitx obbligata li tistaqsi għaliha. Jibqa’ l-fatt li, skont l-Artikolu 100(2) tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 149(3) tar-Regoli Ddettaljati għall-Implementazzjoni, l-UP kien marbut li jindikalha din il-possibbiltà.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>It-tieni nett, in-natura suffiċjentement motivata taċ-ċaħda tal-offerti tar-rikorrenti ma hijiex ikkontestata mill-argument tar-rikorrenti li d-deċiżjoni kkontestata kisret rekwiżit essenzjali previst fl-Artikolu 147(3) tar-Regoli Ddettaljati għall-Implementazzjoni. Skont ir-rikorrenti, jekk id-deċiżjoni li għaliha tirreferi din id-dispożizzjoni għandha ssemmi biss il-motivi ta’ nuqqas ta’ konformità ta’ offerta mal-kriterji ta’ għażla jew il-fatt li offerta ma hijiex l-aħjar waħda, minħabba l-kriterji ta’ għoti, dispożizzjoni partikolari hija prevista fil-każ taċ-ċaħda ta’ offerta minħabba n-natura anormalment baxxa tagħha. Għaldaqstant, f’din il-kawża, id-deċiżjoni kkontestata kisret dan ir-rekwiżit essenzjali.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Dan l-ilment għandu jiġi miċħud bħala infondat, mingħajr ma jkun meħtieġ li tingħata deċiżjoni fuq l-ammissibbiltà tiegħu, li hija kkontestata mill-Kummissjoni. Fil-fatt, l-Artikolu 147 tar-Regoli Ddettaljati għall‑Implementazzjoni jirrigwarda, kif jindika t-titolu tagħhom, ir-riżultat tal-evalwazzjoni. Il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-artikolu jirrigwardaw il-minuti ta’ evalwazzjoni filwaqt li l-paragrafu 3 tal-imsemmi artikolu jirrigwarda d-deċiżjoni meħuda mill-awtorità kontraenti. Għalkemm l-Artikolu 147(3) tar-Regoli Ddettaljati għall-Implementazzjoni jispeċifika l-informazzjoni li għandha tinsab f’din id-deċiżjoni, din id-dispożizzjoni ma tipprovdix li dawn għandhom ikunu speċifikati fl-ittra li tikkomunika l-kontenut tal-imsemmija deċiżjoni lill-offerenti mhux magħżula. Il-komunikazzjoni bejn l-awtorità kontraenti u l-offerenti, b’mod partikolari dawk mhux magħżula, kif ukoll il-kontenut ta’ din il-komunikazzjoni huma, fil-fatt, irregolati mill-Artikolu 149 tar-Regoli Ddettaljatati għall-Implementazzjoni. Għaldaqstant, l-Artikolu 147 tar-Regoli Ddettaljati għall-Implementazzjoni huwa irrilevanti sabiex ikun determinat il-kontenut tal-obbligu ta’ motivazzjoni li għandha l-awtorità kontraenti, fir-rigward tal-offerent mhux magħżul, rigward l-ittra li tikkomunikalu l-kontenut tad-deċiżjoni tal-awtorità kontraenti.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal iktar ’il fuq, dan il-motiv għandu jiġi miċħud.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-motiv li jirriżulta mill-ksur tal-proċedura applikabbli</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Permezz ta’ dan il-motiv, ir-rikorrenti tinvoka, essenzjalment, il-ksur tal-proċedura prevista fl-Artikolu 139(1) tar-Regoli Ddettaljati għall-Implementazzjoni u, b’mod iktar ġenerali, il-ksur ta’ dan l-artikolu sa fejn hija tikkontesta l-fondatezza tar-rifjut tal-offerti tagħha sa fejn kienu anormalment baxxi.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta l-argumentazzjoni tar-rikorrenti.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 139(1) tar-Regoli Ddettaljati għall-Implementazzjoni, jekk, għal kuntratt partikolari, offerti għal xogħol bl-appalt jidhru li huma anormalment baxxi, l-awtorità kontraenti għandha, qabel ma tirrifjuta tali offerti għal dan il-motiv biss, titlob, bil-miktub, id-dettalji tal-elementi kostitwenti tal-offerta li hi tqis rilevanti u għandha tivverifika dawk l-elementi kostitwenti, wara li jkunu nstemgħu l-partijiet kif dovut, filwaqt li jitqiesu l-ispjegazzjonijiet riċevuti.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, jekk il-Qorti Ġenerali kellha tqis li l-motivazzjoni taċ-ċaħda tal-offerti tagħha tista’ tinstab fl-ittra tas-<DATE ISO="20110727">27 ta’ Lulju 2011</DATE>, ir-rikorrenti tixtieq li jiġi rrilevat li l-motiv għal dan ir-rifjut, aċċettat mill-UP f’din l-ittra, kien in-natura anormalment baxxa tal-prezzijiet proposti. Issa, il-motivazzjoni li kellha tiżdied meta jirreferi għar-rapport ta’ evalwazzjoni tal-kumitat ta’ evalwazzjoni ma għandha l-ebda rabta ma’ dan il-motiv u huwa irrilevanti. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tiċċita l-konklużjoni ta’ dan ir-rapport, li tgħid li “l-informazzjoni ipprovduta mir-rikorrenti fir-risposta tagħha, li tikkonċerna l-post ta’ provvista tas-servizzi kif ukoll fejn jinsab il-persunal fir-Rumanija, [“kienet] f’kontradizzjoni [mal-]offert[i] u, għaldaqstant, [ma setgħetx] tiġi aċċettata.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li, permezz ta’ dan l-ewwel ilment, ir-rikorrenti ssostni, essenzjalment, li l-motivazzjoni għar-rifjut tal-offerti tagħha li tinsab fir-rapport ta’ evalwazzjoni ma għandha ebda rabta mal-motiv tar-rifjut imsemmi fid-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Dan l-ilment għandu jiġi miċħud.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Fil-fatt, għandu jtqies li, sa fejn ir-rikorrenti biħsiebha sssostni li l-offerti tagħha ġew miċħuda għal motiv barra minn dak tan-natura anormalment baxx tal-prezz tagħha, l-eżami ta’ dan l-ilment huwa l-motiv ibbażat fuq bażi legali żbaljata tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar li diġà ġie konkluż, fil-kuntest tal-eżami tal-ewwel motiv, li l-UP ipprovda motivazzjoni suffiċjentement iddettaljata dwar il-motiv għaċ-ċaħda tal-offerti tar-rikorrenti. Fil-fatt, huwa spjega r-raġunijiet speċifiċi għaliex l-ispjegazzjonijiet mogħtija fid-<DATE ISO="20110629">29 ta’ Ġunju 2011</DATE> ma kinux eliminaw id-dubji dwar il-prezzijiet proposti fl-imsemmija offerti u indika r-raġunijiet għaliex kien qies li dawn kienu anormalment baxxi minħabba dawn il-prezzijiet (ara l-punti 39 sa 46 iktar ’il fuq).</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għandha tinqara l-konklużjoni msemmija fis-silta tar-rapport ta’ evalwazzjoni u ċċitata mir-rikorrenti fil-kuntest tagħha (ara l-punti 32-38 iktar ’il fuq). Is-silta tibda bid-dikjarazzjoni li tgħid li, wara li għamel analiżi tar-risposta tad-<DATE ISO="20110629">29 ta’ Ġunju 2011</DATE>, il-kumitat ta’ evalwazzjoni wasal għall-konklużjoni li l-offerti tar-rikorrenti kellhom jiġu miċħuda minħabba prezzijiet anormalment baxxi. Insegwitu hemm analiżi tal-ispjegazzjonijiet mogħtija fid-<DATE ISO="20110629">29 ta’ Ġunju 2011</DATE>, dwar il-prezzijiet meqjusa mill-awtorità kontraenti bħala li kienu anormalment baxxi, u peress li din l-analiżi tenfasizza inkonsistenzi bejn l-imsemmija spjegazzjonijiet u l-offerti tar-rikorrenti, tqajjem dubji dwar ir-realiżmu ekonomiku tal-prezzijiet proposti għal ċerti profili u tikkontesta l-inklużjoni ta’ ċerti spejjeż f’dawn l-istess prezzijiet. Is-silta tintemm bil-konklużjoni ċċitata mir-rikorrenti, li tiġbor fil-qosor ir-raġunijiet għaliex l-ispjegazzjonijiet mogħtija fid-<DATE ISO="20110629">29 ta’ Ġunju 2011</DATE> ma setgħux jiġu kkunsidrati minħabba<?PAGE NO="9"?> l-inkonsistenza tagħhom mal-kontenut tal-offerti tar-rikorrenti. Għaldaqstant, kuntrarjament għall-allegazzjonijiet tar-rikorrenti, din il-konklużjoni ma kinitx irrilevanti fir-rigward tal-motiv għar-rifjut tal-offerti tagħha, f’dan il-każ il-prezz anormalment baxx tagħha, u l-motivazzjoni li l-UP żied, meta rrefera għar-rapport ta’ evalwazzjoni tal-kumitat ta’ evalwazzjoni, ma kinitx nieqsa minn rabta mal-imsemmi motiv.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, l-assenza tat-teħid inkunsiderazzjoni, mill-Kumitat ta’ Evalwazzjoni, tal-ġustifikazzjoni mressqa mir-rikorrenti fir-risposta tad-<DATE ISO="20110629">29 ta’ Ġunju 2011</DATE> kienet tikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 139 tar-Regoli Ddettaljati ta’ Implementazzjoni u tal-ġurisprudenza. Ir-rikorrenti ssostni li, minħabba l-assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-ispjegazzjonijiet tagħha, ma kienx hemm ebda diskussjoni xierqa, iżda pjuttost monologu tal-UP. Għalkemm ir-rikorrenti taċċetta li l‑awtorità kontraenti ma hijiex marbbuta li jkollha djalogu bla tmiem ma’ offerent, hija ssostni li dan tal-aħħar għandu jitħalla l-opportunità li jiġġustifika l-offerta tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Preliminarjament, hemm lok li jitfakkar li, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 139(1) tar-Regoli Ddettaljati għall-Implementazzjoni, l-awtorità kontraenti għandha l-obbligu li tippermetti lill-offerent jagħti spjegazzjonijiet sabiex jiġġustifika l-karatteristiċi tal-offerta tiegħu, qabel ma din tiġi miċħuda, jekk hija tqis li offerta hija anormalment baxxa. Barra minn hekk, l-obbligu li tiġi vverifikata s-serjetà ta’ offerta huwa wkoll suġġett għall-fatt li qabel kienu jeżistu dubji fir-rigward tal-affidabbiltà tagħha, filwaqt li jittieħed ukoll inkunsiderazzjoni li l-għan prinċipali ta’ dan l-artikolu huwa li jippermetti li offerent ma jiġix eliminat mill-proċedura mingħajr ma jkollu l-possibbiltà li jiġġustifika l-kontenut tal-offerta tiegħu li tidher anormalment baxxa (sentenza tal-<DATE ISO="20100511">11 ta’ Mejju 2010</DATE>, PC-Ware Information Technologies vs Il-Kummissjoni, T‑121/08, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2010:183">EU:T:2010:183</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 72 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, f’dan il-każ, sa fejn l-UP kellu dubji dwar l-affidabbiltà tal-offerti tar-rikorrenti, kellu l-obbligu li jagħtiha l-opportunità li tiġġustifika l-kontenut tal-offerti tagħha li kienu jidhru li huma anormalment baxxi għalih.</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>F’dan il-każ, l-UP issodisfa dan l-obbligu.</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Fir-replika tagħha, l-argument tar-rikorrenti huwa ċertament ambigwu f’dan ir-rigward, peress li tammetti li ngħatat il-possibbiltà li tispjega l-kontenut tal-offerti tagħha, filwaqt li jinftiehem ukoll bil-maqlub. Bi tweġiba għal mistoqsija tal-Qorti Ġenerali waqt is-seduta, ir-rikorrenti indikat li ntbagħtitilha biss ittra ta’ talba għal spjegazzjonijiet, li ma kinitx suffiċjenti sabiex titqies li l-proċedura prevista fl-Artikolu 139 tar-Regoli Ddettaljati ta’ Implementazzjoni ġiet osservata.</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li, skont l-Artikolu 139(1) tar-Regoli Ddettaljati ta’ Implementazzjoni, l-UP ta lir-rikorrenti l-possibbiltà li tispjega l-kontenut tal-offerti tagħha. Fil-fatt, b’ittra tas-<DATE ISO="20110627">27 ta’ Ġunju 2011</DATE>, l-UP bagħat lir-rikorrenti, bħala rappreżentant tal-konsorzju, talba għal informazzjoni, li fih talabha sabiex tispjega l-modalitajiet tal-kalkolu tal-prezz għal kull persuna kuljum fl-offerti tagħha (ara l-punt 6 iktar ’il fuq). Ir-rikorrenti ssodisfat din it-talba bir-risposta tad-<DATE ISO="20110629">29 ta’ Ġunju 2011</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Barra minn hekk, sa fejn ir-rikorrenti ssotni li l-UP bagħtilha d-deċiżjoni kkontestata mingħajr ma ppermettilha li tagħmel spjegazzjonijiet iktar ddettaljati u iktar kompluti sabiex tirrispondi għall-preokkupazzjonijiet tagħha, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li, fir-replika, ir-rikorrenti taċċetta li l-UP ma kienx marbut li jkollu djalogu mingħajr tmiem mal-konsorzju.</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, sa fejn ir-rikorrenti jiddispjaċiha mill-assenza tat-teħid inkunsiderazzjoni tal-ispjegazzjonijiet mogħtija fid-<DATE ISO="20110629">29 ta’ Ġunju 2011</DATE>, mis-silta tar-rapport ta’ evalwazzjoni, mibgħuta lir-rikorrenti, jirriżulta l-UP kkunsidrahom, sa fejn huwa eżaminahom u qabbilhom mal-offerti tar-rikorrenti, qabel ma ċaħadhom (ara l-punti 31 sa 38 iktar ’il fuq.</TXT></NP><?PAGE NO="10"?><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Konsegwentement, ir-rikorrenti ma wrietx l-eżistenza ta’ ksur tal-proċedura prevista fl-Artikolu 139 tar-Regoli Ddettaljati ta’ Implementazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, ir-rikorrenti tqis infondata l-ġustifikazzjoni mill-UP tal-assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-ispjegazzjonijiet mogħtija fid-<DATE ISO="20110629">29 ta’ Ġunju 2011</DATE> u ssostni li l-UP fehemha ħażin.</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti kkonfermat waqt is-seduta, bi tweġiba għal mistoqsija tal-Qorti tal-Ġustizzja li, permezz ta’ dan l-ilment, hĳa invokat żball min-naħa tal-awtorità kontraenti fl-evalwazzjoni tal-ispjegazzjonijiet mogħtija fid-<DATE ISO="20110629">29 ta’ Ġunju 2011</DATE> u fiċ-ċaħda tal-offerti tagħha sa fejn dawn tal-aħħar kienu anormalment baxxi fis-sens tal-Artikolu 139 tar-Regoli Ddettalajti ta’ Implementazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>L-ewwel nett, għandu jitqies li r-rikorrenti ma tistax tallega li l-UP wettaq żball sa fejn illimita ruħu li jiddikjara li l-prezzijiet proposti fl-offerti magħmula fil-kuntest ta’ proċeduri ta’ sejħa għal offerti preċedenti kienu irrilevanti, mingħajr spjegazzjoni oħra, sempliċement għaliex is-sejħiet għal offerti kienu indipendenti minn xulxin.</TXT></NP><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-UP ċertament speċifika li l-evalwazzjonijiet kienu indipendenti għal kull sejħa għal offerti u li, konsegwentement, xi paraguni magħmula mir-rikorrenti ma’ kuntratt ieħor kienu irrilevanti. Iżda huwa żied li l-imsemmija paraguni kienu, barra minn hekk, żbaljati u indika r-raġunijiet. L-ewwel nett, skont l-UP, il-prezzijiet intramurali ma kinux identiċi fl-offerti tar-rikorrenti u f’dawk ippreżentati erba’ snin qabel. Barra minn hekk, kuntrarjament għad-dikjarazzjonijiet tar-rikorrenti fir-risposta tad-<DATE ISO="20110629">29 ta’ Ġunju 2011</DATE>, l-offerti tagħha ma wasslux għal prezzijiet iktar baxxi minn dawk indikati fl-offerti preċedenti, iċċitati mir-rikorrenti, għall-profili extramurali biss.</TXT></NP><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>Barra minn hekk, huwa ġustament li l-UP qies li paragun tal-prezzijiet proposti fl-offerti tar-rikorrenti mal-prezzijiet proposti bħala parti minn proċeduri oħra ta’ sejħa għal offerti kien irrilevanti. Fil-fatt, kuntrarjament għall-allegazzjoni tar-rikorrenti li l-ebda preċedent ma huwa irrilevanti meta jirrigwarda l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>istess kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, il-kontenut ta’ offerta għandha tiġi eżaminata fid-dawl tas-sejħa għall-offerti li għaliha tirrispondi.</TXT></NP><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>It-tieni nett, ir-rikorrenti tallega li l-kumitat ta’ evalwazzjoni wettaq żball meta bbaża d-dikjarazzjoni tiegħu, li tgħid li l-informazzjoni mogħtija ma tneħħix id-dubji kollha dwar il-prezzijiet proposti, abbażi tal-kunsiderazzjoni li r-riżorsi umani kollha proposti mill-konsorzju għandu jkollhom post li jinstab il-Lussemburgu. Fil-fatt, minkejja l-fatt li ma kienx hemm la obbligu u lanqas impenn li l-persunal ikun fil-Lussemburgu, il-kumitat ta’ evalwazzjoni kien assuma li l-persunal propost mill-konsorzju jinsab hemmhekk. Il-kumitat ta’ evalwazzjoni kien segwa l-proċedura meta warrab l-ispjegazzjonijiet mogħtija fid-<DATE ISO="20110629">29 ta’ Ġunju 2011</DATE>, li fihom hija ppreċiżat li wħud mill-persuni li hija impjegat fil-Lussemburgu setgħu eventwlament jintbagħtu r-Rumanija, jekk ikun il-każ part-time. Il-persunal tal-viċinanza kien propost biss fl-offerti tar-rikorrenti għall-bżonnijiet tal-implementazzjoni diretta tal-proġett.</TXT></NP><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>Għaldaqstant, id-dikjarazzjoni tal-kumitat ta’ evalwazzjoni, li tinsab taħt ir-riferiment <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>AD 2 + 3<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> (ara l-punt 35 iktar ’il fuq) li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>xi wħud mill-prezzijiet offruti mill-[konsorzju] għal kull persuna kuljum INF‑SYS‑TRAI — EUR 105 u INF-SYS-END-UŻU-SUP EUR 105 — [kienu] inqas mir-rata minima ta’ kuljum fil-Lussemburgu, kif [kienet rikorrenti kienet] ikkalkolat fir-[r]isposta tagħha [tad-<DATE ISO="20110629">29 ta’ Ġunju 2011</DATE>]<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, u d-dikjarazzjoni simili, imsemmija bir-referenza <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>AD 4<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> (ara l-punt 36 iktar ’il fuq) ma humiex rilevanti f’dan il-każ, peress li, anki jekk is-salarji kienu relattivament baxxi għall-Lussemburgu, kellhom jiġu bbilanċjati mal-pagi Rumeni, sinifikattivament iktar baxxi.</TXT></NP><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat li l-kumitat ta’ evalwazzjoni qies li l-prezzijiet proposti fl-offerti tar-rikorrenti għar-remunerazzjoni ta’ riżorsi umani kienu baxxi wisq għal persuni li jaħdmu fil-Lussemburgu. Minn naħa, huwa nnota li, għal xi wħud mill-profili proposti, il-prezzijiet kienu inqas mis-salarju minimu<?PAGE NO="11"?> fil-Lussemburgu, kif ikkalkulat mir-rikorrenti fir-risposta tagħha tad-<DATE ISO="20110629">29 ta’ Ġunju 2011</DATE>. Min-naħa l-oħra, huwa esprima dubji dwar il-fatt li, għal profili oħra proposti, impjegati b’ħiliet għolja kienu lesti li jaħdmu għall-prezzijiet indikati.</TXT></NP><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li r-rikorrenti ma tikkontestax li l-prezzijiet indikati fl-offerti tagħha setgħu jiġu kkunsidrati, fiż-żewġ każijiet, bħala baxxi wisq għall-persunal li jaħdem fil-Lussemburgu.</TXT></NP><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, ir-rikorrenti tikkontesta l-evalwazzjoni tal-kumitat ta’ evalwazzjoni li skontha l-offerti tagħha kienu jinbidlu jekk l-spjegazzjonijiet mogħtija fid-<DATE ISO="20110629">29 ta’ Ġunju 2011</DATE> kienu kkunsidrati. Skont ir-rikorrenti, l-awtorità kontraenti qieset, b’mod żbaljat, li kien neċessarju li jiġi ppreżentat fl-offerti persunal kollu li jista’ jkun involut fl-eżekuzzjoni tal-kuntratt u li l-ispjegazzjonijiet ipprovduti mir-rikorrenti kienu jikkostitwixxu bidla fl-offerti tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>75</NO.P><TXT>Skont ir-rikorrenti, l-obbligu li jiġi ppreżentat fl-offerti l-persunal kollu li jista’ jkun involut fl-eżekuzzjoni tal-kuntratt ma kienx, madankollu, tant ċar daqskemm tidher li temmen il-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>76</NO.P><TXT>Minn naħa, ir-rikorrenti tirrileva li, ċertament, fil-punt tagħha 4.3.3.4 (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>Eżekuzzjoni tal-proġett<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>), <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>l-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt [kienu jipprevedu] li r-riżorsi umani biss proposti mill-kuntrattur bħala parti mill-offerta tagħha [kienu] awtorizzati li jwettqu l-kompiti meħtieġa<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>. Madankollu, dan kien jikkonċerna l-eżekuzzjoni ta’ proġett speċifiku bħala kuntratt qafas, b’mod partikolari l-ordnijiet jew il-kuntratti mogħtija skont kunsiderazzjonijiet ta’ ħin u ta’ riżorsi. Għaldaqstant, hemm dubju dwar jekk dan il-punt tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt kienx relatat mal-offerta tal-offerent għall-kuntratt qafas jew għall-offerta tal-kontraent għal proġett speċifiku.</TXT></NP><NP><NO.P>77</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li, fid-dawl tal-klawżola 1.4.2 tal-kuntratt qafas, li tgħid li l-kontraent kellu jissottometti proposta fuq it-talba tal-awtorità kontraenti għal ordni jew kuntratt speċifiku, peress li l-imsemmija proposta għandha b’mod partikolari tinkludi l-<HT TYPE="ITALIC">curriculum vitae</HT> tal-persuni proposti għall-eżekuzzjoni u dikjarazzjoni dwar id-disponibbiltà tagħhom, l-unika interpretazzjoni plawżibbli tat-punt 4.3.3.4 tal-ispeċifikazzjonijiet kienet li huwa kien qed jirreferi għal din l-ordni jew dan il-kuntratt speċifiku. Għaldaqstant, l-awtorità kontraenti interpretat b’mod żbaljat u setgħet tqis biss li l-ispjegazzjonijiet mogħtija fid-<DATE ISO="20110629">29 ta’ Ġunju 2011</DATE> ma setgħux jiġu aċċettati.</TXT></NP><NP><NO.P>78</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, ir-rikorrenti ssostni li, fi kwalunkwe każ, anki jekk il-Qorti Ġenerali kellha tqis li dan l-obbligu jirrigwarda l-kuntratt qafas, dan ma setax jitqies bħala obbligu ġenerali. Fil-fatt, il-punt 3 (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>Riżorsi umani u sostituzzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>) tal-punt 4.3.3.4 tal-ispeċifikazzjonijiet jirrigwarda biss il-proġetti li jinkludu kunsiderazzjonijiet ta’ żmien u ta’ mezzi, u mhux proġetti komprensivi.</TXT></NP><NP><NO.P>79</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-ispjegazzjonijiet mogħtija fid-<DATE ISO="20110629">29 ta’ Ġunju 2011</DATE>, dwar il-post fejn ikunu pprovduti servizzi extramurali, ma jmorrux kontra l-obbligu li jiġi pprovdut biss il-persunal ippreżentat fl-offerti tar-rikorrenti, peress li tali obbligu, jekk jiġi preżunt li jeżisti, eżista biss għall-proġetti previsti skont kunsiderazzjonijiet ta’ ħin u ta’ riżorsi, li jikkostitwixxu biss, skont l-amministrazzjoni, parti żgħira mill-proġetti u ma jirriżultawx, b’hekk, deċiżivi għall-iffissar tal-prezz globali. Għaldaqstant, ir-rikorrenti tiddikjara li hija setgħet tipprovdi s-servizzi offerti bil-prezzijiet proposti fl-offerti tagħha, billi tikkumpensa għall-prezzijiet ogħla, għal proġetti bħal dawn bil-persunal ippreżentat fl-offerti, bi prezzijiet aktar baxxi, għall-proġetti komprensivi, peress li dawn l-aħħar prezzijiet kienu dovuti għall-kundizzjonijiet favorevoli fir-Rumanija. Għaldaqstant, l-ispjegazzjonijiet mogħtija fid-<DATE ISO="20110629">29 ta’ Ġunju 2011</DATE> ma kinux wasslu għal tibdil fl-offerti tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>80</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat li l-kumitat ta’ evalwazzjoni ma rreferiex għall-<HT TYPE="ITALIC">curriculum vitae</HT> tal-persuni proposti fl-offerti tar-rikorrenti, iżda enfasizza l-assenza ta’ kwalunkwe riferiment għall-attivitajiet tal-konsorzju fir-Rumanija f’dawn l-offerti.</TXT></NP><?PAGE NO="12"?><NP><NO.P>81</NO.P><TXT>Barra minn hekk, huwa enfasizza li r-riżorsi umani kollha proposti fl-offerti tar-rikorenti kienu jinsabu fil-Lussemburgu u li r-rikorrenti, f’isem u għan-nom tal-konsorzju, kien speċifika li l-persuni proposti kienu jaħdmu f’distanza ta’ sewqan mill-UP. Issa, ir-rikorrenti ma tikkontestax il-veraċità ta’ dawn id-dikjarazzjonijiet u hija taċċetta li l-offerti tagħha ma jsemmux il-provvista ta’ servizzi fir-Rumanija.</TXT></NP><NP><NO.P>82</NO.P><TXT>Għaldaqstant, kuntrarjament għad-dikjarazzjonijiet tar-rikorrenti, l-ispjegazzjonijiet mogħtija fid-<DATE ISO="20110629">29 ta’ Ġunju 2011</DATE> jikkostitwixxu bidla tal-offerti tagħha u ma setgħux jiġu aċċettati.</TXT></NP><NP><NO.P>83</NO.P><TXT>Fil-fatt, mingħajr ma jkun meħtieġ li tingħata deċiżjoni fuq il-kwistjoni jekk, kif ir-rikorrenti ssostni, offerent kienx intitolat li jbiddel, fil-konklużjoni tal-kuntratt qafas, il-<HT TYPE="ITALIC">curriculum vitae</HT> tal-persuni nominati, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li l-offerti tar-rikorrenti jispeċifikaw li l-persuni kollha proposti jaħdmu f’distanza ta’ sewqan mill-UP, li s-sede tiegħu huwa fil-Lussemburgu. Issa, la l-avviż tal-kuntratt u lanqas l-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt ma jimponu li fuq ir-rikorrenti li tifformula, fl-offerti tagħha, tali proposta dwar il-post fejn jinsab il-persunal tal-konsorzju. Għaldaqstant, din il-proposta għandha titqies bħala li tagħmel parti mill-offerti tar-rikorrenti.</TXT></NP><NP><NO.P>84</NO.P><TXT>Issa, għandu jiġi osservat li, skont il-punt 1.10 tal-ispeċifikazzjoni tal-kuntratt (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>Perijodu ta’ validità tal-offerta<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>), offerta għandha tibqa’ miftuħa disa’ xhur wara l-iskadenza tal-offerta u, matul dan il-perjodu, l-offerenti għandhom iżommu l-kundizzjonijiet kollha tal-offerta tagħhom. Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat, kif qalet il-Kummissjoni, li, skont il-punt 1.9 tal-ispeċifikazzjoni tal-kuntratt (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>Kundizzjonijiet ġenerali ta’ sottomissjoni ta’ offerta<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>), <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>[i]s- sottomissjoni ta’ offerta [kienet] torbot l-offerent matul l-eżekuzzjoni tal-kuntratt jekk [kien] jingħata l-kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>. Fl-aħħar nett, għandu jkun irrilevat li, skont il-punt 2.7.2, fl-aħħar, tal-speċifikazzjonijiet tal-kuntratt (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>Evalwazzjoni tal-kriterji tekniċi ta’ għoti<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>), <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>jekk l-offerta ta’ offerent [kienet] lil hinn mir-rekwiżiti minimi deskritti fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, din tal-aħħar [kienet] tibqa’ marbuta ma’ din l-offerta matul l-eżekuzzjoni tal-kuntratt, jekk hija [kienet] tingħata l-kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>85</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-rikorrenti ma setgħetx, mingħajr ma jinbidlu t-termini tal-offerti tagħha, tbiddel il-proposta li tinsab fihom, relatata mal-post fejn jinsab il-persunal tal-konsorzju.</TXT></NP><NP><NO.P>86</NO.P><TXT>Issa, għandu jitqies li l-persuni li jaħdmu fir-Rumanija ma jistgħux jitqiesu bħala persuni li jinsabu f’distanza ta’ sewqan u f’sitwazzjoni ta’ viċinanza tal-Lussemburgu.</TXT></NP><NP><NO.P>87</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-UP qies, ġustament, li l-ispjegazzjonijiet mogħtija fid-<DATE ISO="20110629">29 ta’ Ġunju 2011</DATE>, li skonthom il-persunal propost mhux neċessarjament jinsab f’distanza ta’ sewqan mill-UP, iżda ser ikun jinsab ukoll fir-Rumanija, kienu jikkostitwixxu bidla fl-offerti tar-rikorrenti. Minn dan iddeduċa, b’mod korrett fid-dritt, li ma setax jaċċetta dawn l-ispjegazzjonijiet, peress li r-rikorrenti ma tikkontestax il-fatt li bidla fl-offerti tagħha ma setgħetx tiġi aċċettata, f’dan l-istadju, mill-awtorità kontraenti, skont l-Artikolu 99 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 148 tar-Regoli Ddettaljati ta’ Implementazzjoni, li jipprojbixxu l-modifika tat-termini tal-offerta oriġinali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<DATE ISO="20121025">25 ta’ Ottubru 2012</DATE>, Astrim u Elyo Italia vs Il-Kummissjoni, T‑216/09, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:574">EU:T:2012:574</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 95).</TXT></NP><NP><NO.P>88</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għandu jiġi rrilevat li l-prezzijiet imsemmija fl-offerti tar-rikorrenti għar-remunerazzjoni tar-riżorsi umani kellhom ikunu idonei mal-proposta relatata mal-post fejn huma dawn tal-aħħar, liema proposta tinsab ukoll fl-imsemmija offerti. Madankollu, ir-rikorrenti tressaq biss bħala spjegazzjoni ta’ dawn il-prezzijiet il-fatt li, għalkemm xi impjegati ser jaħdmu fil-Lussemburgu, oħrajn ser jaħdmu fir-Rumanija. Barra minn hekk, għandu jitfakkar li r-rikorrenti ma tikkontestax li l-prezzijiet indikati fl-offerti tagħha setgħu jitqiesu li huma anormalment baxxi għall-persunal li jaħdem fil-Lussemburgu.</TXT></NP><NP><NO.P>89</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-ispjegazzjonijiet mogħtija fid-<DATE ISO="20110629">29 ta’ Ġunju 2011</DATE> ma setgħux jippermettu li jaqjmu dubji mill-UP rigward il-prezzijiet proposti fl-offerti tar-rikorrenti u li kien iqis li huma anormalment baxxi.</TXT></NP><?PAGE NO="13"?><NP><NO.P>90</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-argumentazzjoni tar-rikorrenti li biha hija tikkontesta l-fondatezza tar-rifjut tal-offerta tiegħu minħabba n-natura anormalment baxxa tal-prezzijiet tagħha għandha tiġi miċħuda.</TXT></NP><NP><NO.P>91</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma hijiex ikkontestata mill-argumentazzjoni tar-rikorrenti, li skontha hija tiddikjara li, peress li l-ispjegazzjonijiet ma jirrigwardawx l-offerti tagħha, hija ma setgħetx twassal għall-bidla tagħhom. Skont ir-rikorrenti, l-awtorità kontraenti wettqet żball meta żiedet kriterju ta’ għażla mal-kriterji tal-għoti u d-dokument li jissodisfa l-imsemmi kriterju ma jistax jitqies bħala li jagħmel parti mill-offerti.</TXT></NP><NP><NO.P>92</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tiċċita l-Artikolu 138(2), l-Artikolu 137(1), kif ukoll l-Artikolu 137(2)(a) tar-Regoli Ddettaljati ta’ Implementazzjoni. Barra minn hekk, hija tinvoka ġurisprudenza li skontha huma esklużi mill-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>kriterji għall-għoti tal-kuntratti<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> dawk il-kriterji li ma humiex intiżi sabiex jidentifikaw l-offerta l-iktar vantaġġuża ekonomikament, imma li huma essenzjalment marbuta mal-evalwazzjoni tal-idoneità tal-offerenti sabiex jeżegwixxu l-kuntratt inkwistjoni (sentenza tal-<DATE ISO="20080124">24 ta’ Jannar 2008</DATE>, Lianakis <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C‑532/06, Ġabra <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:40">EU:C:2008:40</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 29 u 30).</TXT></NP><NP><NO.P>93</NO.P><TXT>Hemm lok li jiġi rrilevat li, b’din l-argumentazzjoni, ir-rikorrenti tqis, essenzjalment, li l-kumitat ta’ evalwazzjoni żied, matul l-evalwazzjoni tal-offerti, kriterju relatat mal-valur tekniku tal-gruppi, li kien jikkostitwixxi kriterju ta’ għażla, u dan jimplika li d-dokument li jissodisfa dan il-kriterju ma jistax jitqies bħala li jagħmel parti mill-offerti tagħha u ma setax ibiddilhom.</TXT></NP><NP><NO.P>94</NO.P><TXT>Għandu jitqies li dan l-ilment ġie ppreżentat, għall-ewwel darba, fl-istadju tar-replika, mingħajr madankollu ma jirriżulta minn punti ta’ liġi jew ta’ fatt li ħarġu matul il-proċedura jew li jikkostitwixxu amplifikazzjoni ta’ motiv spejgat fir-rikors. Għaldaqstant, dan għandu jiġi miċħud bħala inammissibbli skont l-Artikolu 48(2) tar-Regoli tal-Proċedura.</TXT></NP><NP><NO.P>95</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal iktar ’il fuq, dan il-motiv għandu jiġi miċħud.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-motiv ibbżat fuq użu ħażin ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ poter jew fuq bażi legali żbaljata</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>96</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni qabel kollox li d-deċiżjoni li tiċħad l-offerti tagħha ma setgħetx tkun ibbażata fuq l-Artikolu 139 tar-Regoli Ddettalajti ta’ Implementazzjoni u li, għaldaqstant, hija tistrieħ fuq bażi legali żbaljata. Hija insegwitu tallega li, għall-finijiet taċ-ċaħda tal-offerti tagħha, l-UP biddel il-proċedura prevista minn din l-istess dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>97</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta l-fondatezza tal-argumentazzjoni tar-rikorrenti.</TXT></NP><NP><NO.P>98</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, ir-rikorrenti ssostni li l-Artikolu 139 tar-Regoli Ddettaljati ta’ Implementazzjoni jipprovdi biss il-każ tar-rifjut ta’ offerta li tidher anormalment baxxa u li, konsegwentement, ma tistax tintuża għall-finijiet li jiġi eskluż offerent peress li ma ddeskriviex kompletament l-operat tal-konsorzju fil-qasam tar-riżorsi umani.</TXT></NP><NP><NO.P>99</NO.P><TXT>Issa, skont ir-rikorrenti, l-offerti tiegħu ġew miċħuda biss peress li ma kinux kompleti u ddettaljati biżżejjed, billi dawn ma jirreferux għal parti mill-kumpanija li timpjega l-ħaddiema Rumeni. Fl-analiżi tiegħu tar-risposta tar-rikorrenti tad-<DATE ISO="20110629">29 ta’ Ġunju 2011</DATE>, il-kumitat ta’ evalwazzjoni kien indika li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>l-attivitajiet imsemmija hawn fuq <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>esternalizzati fir-Rumanija<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="2019" ID="QE0044"/> [ma kinux] imsemmija fl-[offerti tar-rikorrenti].<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>. Din l-ommissjoni fl-offerti tar-rikorrenti ħalliet lill-kumitat ta’ evalwazzjoni marġni ta’ diskrezzjoni suffiċjenti sabiex jevalwa jekk il-prezzijiet proposti fl-imsemmija offerti kinux anormalment baxxi. Skont ir-rikorrenti, l-unika raġuni possibbli għaċ-ċaħda tal-offerti tagħha kienet, jekk ikun il-każ, ċaħda meta jiġu kkunsidrati l-kriterji għall-għoti.</TXT></NP><?PAGE NO="14"?><NP><NO.P>100</NO.P><TXT>Fir-replika, ir-rikorrenti tosserva li l-kriterji għall-għoti jinkludu l-valur tekniku kif ukoll il-prezz u li, fil-każ ta’ dan tal-aħħar, l-offerti tagħha kienu ħafna aħjar minn offerti oħra. Madankollu, peress li r-rapport ta’ evalwazzjoni ma kienx inkluda l-klassifikazzjoni tal-prezzijiet, ma kinitx f’pożizzjoni li tkun taf jekk l-offerti tagħha kellhomx l-aħjar valur għall-flus. Hija tqis, għaldaqstant, li l-uniku mod leġittimu li tiċħad l-offerti tagħha kien jikkonsisti fl-applikazzjoni tal-kriterji stabbiliti fl-avviż tal-kuntratt, inkluża l-evalwazzjoni globali tal-kwalità tat-tweġibiet tal-konsorzju, li dwarhom hija rrikonoxxiet li l-offerti tagħha setgħu kisbu klassifikazzjoni aktar baxxa mill-offerti tal-offerenti l-oħra, minħabba n-nuqqas ta’ ċarezza rigward l-operat tal-konsorzju fir-riżorsu umani. Fi kwalunkwe każ, il-kriterji għall-għoti relatati mar-riżorsi umani ma ġewx ikkunsidrati bħala kriterji għall-għoti, u dan kien wassal għal kontestazzjoni tal-legalità taċ-ċaħda potenzjali tal-offerta tal-konsorzju.</TXT></NP><NP><NO.P>101</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont ir-rikorrenti, fid-dawl tal-ispjegazzjonijiet mogħtija fid-<DATE ISO="20110629">29 ta’ Ġunju 2011</DATE>, b’mod partikolari, dwar il-kundizzjonijiet ekonomiċi għall-provvista ta’ servizzi, l-offerti ma setgħux jiġu kklassifikati bħala anormalment baxxi.</TXT></NP><NP><NO.P>102</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat, l-ewwel nett, li, kuntrarjament għall-allegazzjonijiet tar-rikorrenti, il-kumitat ta’ evalwazzjoni ma eżaminax kriterju ta’ evalwazzjoni relatat mar-riżorsi umani meta qabblet l-informazzjoni dwar il-post fejn jinsab il-persunal il-persunal propost mill-konsorzju u l-prezzijiet indikati. Huwa, f’dan l-istadju tal-proċeduri, illimita ruħu li jivverifika l-idoneità bejn il-prezzijiet indikati fl-offerta tar-rikorrenti, rigward ir-remunerazzjoni tar-riżorsi umani, l-ispjegazzjonijiet tar-rikorrenti, li skonthom dawn il-prezzijiet kienu marbuta mal-post fejn jinsabu r-riżorsi umani, u l-proposti rigward dan il-post fejn jinsabu fl-imsemmija offerti.</TXT></NP><NP><NO.P>103</NO.P><TXT>Sussegwentement, ir-rikorrenti b’mod żbaljat tafferma li l-offerti tagħha kienu, fil-fatt, ħallew barra xi informazzjoni, minħabba li l-konsorzju ma ddeskriviex kompletament l-operat tiegħu fil-qasam tar-riżorsi umani.</TXT></NP><NP><NO.P>104</NO.P><TXT>Fil-fatt, għandu jitqies li ma kien hemm xejn li jindika jew iħalli x’jifhem lill-awtorità kontraenti li xi informazzjoni kienet nieqsa fl-offerti tar-rikorrenti. Għall-kuntrarju, din tal-aħħar ġustament ikkonstatat li, meta r-rikorrenti kienet mistoqsija, bħala r-rappreżentant tal-konsorzju, fuq il-prezz tal-offerti tagħha, hija kienet biddlet l-informazzjoni dwar il-post fejn jinsabu r-riżorsi umani, mikejja li din l-informazzjoni kienet ġiet inkluża fl-offerti tagħha mingħajr ma kienet marbuta biha bit-termini tas-sejħa għal offerti jew bl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt (ara l-punt 83 iktar ’il fuq). Għaldaqstant, l-spjegazzjonijiet mogħtija fid-<DATE ISO="20110629">29 ta’ Ġunju 2011</DATE> ma kkompletawx l-offerti tar-rikorrenti, iżda biddluhom (ara l-punti 82 sa 87 iktar ’il fuq).</TXT></NP><NP><NO.P>105</NO.P><TXT>Peress li l-kumitat ta’ evalwazzjoni ma setax jieħu inkunsiderazzjoni l-informazzjoni mibgħuta mir-rikorrenti, għall-konsorzju, mingħajr ma jaċċetta bidla fl-offerti tar-rikorrenti, din l-informazzjoni naqset li tippermetti li twieġeb għall-mistoqsijiet tal-awtorità kontraenti dwar il-prezzijiet indikati għal kull persuna kuljum. Peress li dawn il-mistoqsijiet ma ġewx imwieġba, għaldaqstant l-offerti ġew miċħuda minħabba n-natura anormalment baxxa tal-prezz tagħhom. F’dan id-dawl, għandu jitfakkar li r-rikorrenti ma wrietx li l-UP wettaq żball meta ċaħad l-offerti tagħha għal dan il-motiv (ara l-punti 90 u 95 iktar ’il fuq).</TXT></NP><NP><NO.P>106</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li għandha tiġi miċħuda bħala irrilevanti l-argumentazzjoni tar-rikorrenti, li hija ma kinitx f’pożizzjoni li tkun taf jekk l-offerti tagħha kellhomx l-aħjar valur għall-flus u li l-uniku mod legali, jekk ikun il-każ, li l-offerti tagħha jiġu miċħuda huwa li jkunu applikati l-kriterji stabbiliti fl-avviż tal-kuntratt, inkluża l-evalwazzjoni globali tal-kwalità totali tat-tweġibiet tal-konsorzju.</TXT></NP><NP><NO.P>107</NO.P><TXT>Konsegwentement, peress li l-offerti tar-rikorrenti kienu miċħuda biss għall-motiv tan-natura anormalment baxxa tagħhom minħabba l-prezz tagħhom, id-deċiżjoni kkontestata ma hijiex ibbażata fuq bażi legali żbaljata u l-ilment tar-rikorrenti għandu jiġi miċħud.</TXT></NP><?PAGE NO="15"?><NP><NO.P>108</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ir-rikorrenti ssostni li l-eżami ta’ prezz anormalment baxx ma jistax jintuża sabiex jeskludi offerent għal nuqqas ta’ rilevanza tal-offerta tiegħu. Għaldaqstant, l-UP kien, f’dan il-każ, għamel użu ħażin mill-proċedura prevista fl-Artikolu 139 tar-Regoli Ddettaljati ta’ Implementazzjoni għall-finijiet li jiċħad l-offerti tar-rikorrenti wara li dan kien wera li l-offerti tagħha ma kinux anormalment baxxi.</TXT></NP><NP><NO.P>109</NO.P><TXT>Dan l-argument ma jistax jintlaqa’.</TXT></NP><NP><NO.P>110</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza kostanti, il-kunċett ta’ użu ħażin ta’ poter jirreferi għall-fatt li awtorità amministrattiva użat il-poteri tagħha għal għan differenti minn dak li għalih hija ġiet konċessa dawn il-poteri. Deċiżjoni hija vvizzjata minn użu ħażin ta’ poter biss jekk jidher, abbażi ta’ indizji oġġettivi, rilevanti u konkordanti, li din ittieħdet għal dan il-għan (sentenzi tat-<DATE ISO="19901113">13 ta’ Novembru 1990</DATE>, Fedesa <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C‑331/88, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1990:391">EU:C:1990:391</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 24, u tal-<DATE ISO="20050510">10 ta’ Mejju 2005</DATE>, L-Italja vs Il-Kummissjoni, C‑400/99, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:275">EU:C:2005:275</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 38). Fil-każ li jkun hemm diversi għanijiet, anki jekk motiv mhux iġġustifikat jiġi magħqud ma’ motivi validi, id-deċiżjoni xorta waħda ma tkunx mittiefsa minn użu ħażin ta’ poter sakemm din ma tannullax l-għan essenzjali (sentenza tal-<DATE ISO="19541221">21 ta’ Diċembru 1954</DATE>, L-Italja vs l-Awtorità Għolja, 2/54, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1954:8">EU:C:1954:8</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, p. 73, 103, sentenzi tal-<DATE ISO="20050921">21 ta’ Settembru 2005</DATE>, EDP vs Il-Kummissjoni, T‑87/05, Ġabra <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2005:333">EU:T:2005:333</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 87, u s-sentenza Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni, punt 20 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:731">EU:T:2011:731</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 109).</TXT></NP><NP><NO.P>111</NO.P><TXT>F’dan il-każ, huwa biżżejjed li jiġi rrilevat li r-rikorrenti ma pproduċiet ebda prova rilevanti sabiex issotni l-allegazzjoni tagħha li l-UP kien għamlel użu ħażin mill-proċedura skont l-Artikolu 139 tar-Regoli Ddettaljati għall-Implementazzjoni għall-finijiet li jiċħad l-offerti tar-rikorrenti.</TXT></NP><NP><NO.P>112</NO.P><TXT>Sa fejn ir-rikorrenti biħsiebha, b’dan l-ilment, tinvoka użu ħażin ta’ poter minħabba l-użu ta’ bażi legali żbaljata sabiex ikunu miċħuda l-offerti tagħha, huwa biżżejjed li jitfakkar li hija ma wrietx tali żball min-naħa tal-awtorità kontraenti (ara l-punt 107 iktar ’il fuq).</TXT></NP><NP><NO.P>113</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għandu jiġi kkonstatat li r-rikorrenti ma pproduċiet ebda prova li turi li l-UP kien uża l-poter tiegħu għal finijiet oħra, f’dan il-każ, barra dak li jiddetermina l-offerti li għandhom jintgħażlu.</TXT></NP><NP><NO.P>114</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, għandu jiġi miċħud dan il-motiv kif ukoll ir-rikors kollu kemm hu.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>115</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu.</TXT></NP><NP><NO.P>116</NO.P><TXT>F’dan il-każ, peress li r‑rikorrenti tilfet il-kawża, hemm lok li tiġi kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-proċeduri għal miżuri provviżorji, skont it-talbiet tal‑Kummissjoni.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (Id-Disa’ Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Computer Resources International (Luxembourg) SA hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><?PAGE NO="16"?><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Czúcz</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Pelikánová</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Popescu</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fil-<DATE ISO="20141105">5 ta’ Novembru 2014</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>