|
16.3.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
298 |
DEĊIŻJONI TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA’ L-ISTATI MEMBRI, IMLAQQGĦIN FIL-KUNSILL
tas-17 ta’ Lulju 2006
dwar l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-finanzjament ta’ l-għajnuna Komunitarja taħt il-qafas finanzjarju multi-annwali għall-perjodu 2008-2013 skond il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE u l-allokazzjoni ta’ l-assistenza finanzarja għall-Pajjiżi u Territorji Barranin li għalihom tapplika l-Parti Erbgħa tat-Trattat tal-KE
(2006/610/KE)
IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI TAL-KOMUNITÀ EWROPEA, IMLAQQGĦIN FIL-KUNSILL,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidraw il-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, min-naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE”) (1) u emendat bil-Ftehim iffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim li jemenda l-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE”) (2),
Wara li kkunsidraw id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE (3) dwar l-assoċjazzjoni tal-Pajjiżi u Territorji Barranin (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-PTB”) mal-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidraw l-abbozz preżentat mill-Kummissjoni,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim li jemenda l-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE ma jidħolx fis-seħħ qabel ma jitlestew il-ħtiġijiet kostituzzjonali ta’ kull Stat Membru skond l-Artikolu 93 tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE. |
|
(2) |
Il-Kunsill tal-Ministri AKP-KE permezz tad-Deċiżjoni 5/2005 (4) adotta miżuri tranżizzjonali applikabbli mid-data ta’ l-iffirmar sad-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim li jemenda l-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE emendat. |
|
(3) |
Skond l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 5/2005, l-Istati Membri u l-Komunità huma msejħa sabiex li jieħdu passi xierqa sabiex jimplementaw il-miżuri tranżizzjonali. |
|
(4) |
Fit-2 ta’ Ġunju 2006, il-Kunsill tal-Ministri AKP-KE adotta il-qafas finanzjarju multi-annwali 2008-2013, espost fl-Anness Ib tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE. |
|
(5) |
L-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, laħqu consensus li jikkonċerna Ftehim Intern dwar il-finanzjament ta’ l-għajnuna Komunitarja lill-Istati ta’ l-AKP u lill-PTB skond il-qafas finanzjarju multi-annwali għall-perjodu 2008-2013. Dan il-ftehim ma jidħolx fis-seħħ qabel ma jiġi adottat minn kull Stat Membru skond il-kondizzjonijiet kostituzzjonali proprji tiegħu. |
|
(6) |
Ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim Intern għandhom jiġu applikati fuq bażi provviżorja sa meta jidħol fis-seħħ, |
IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Id-dispożizzjonijiet li ġejjin tal-Ftehim Intern relatati ma' l-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-FEŻ”) għandhom jiġu applikati b'mod provviżorju mid-data ta’ l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni:
|
(1) |
l-Artikolu 1(7), flimkien ma' l-Artikoli 8 u 9, safejn il-Kunsill għandu jadotta l-iskeda finali tal-kontribuzzjonijiet li għandhom isiru mir-Rumanija u mill-Bulgarija kif ukoll il-piżijiet tal-vot finali tagħhom u l-maġġoranza kwalifikata l-ġdida u r-regoli ta’ vot blokk tal-minoranza wara l-adeżjoni tagħhom fl-UE u skond l-Ftehim Intern; |
|
(2) |
l-Artikolu 10 għall-finijiet ta’ l-adozzjoni tar-Regolament ta’ l-Implementazzjoni u tar-Regolament Finanzjarju u, inter alia, għall-finijiet tat-twaqqif tal-Kumitat tal-FEŻ u l-Kumitat tal-Faċilità ta’ Investiment b'konnessjoni ma' l-Artikoli 8 u 9. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Hija għandha tibqa' fis-seħħ sad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim Intern, suġġett għal kull deċiżjoni ulterjuri mir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri sabiex jestendu l-applikazzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Lulju 2006.
Għall-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri
Il-President
E. TUOMIOJA
(1) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.
(2) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 27.
FTEHIM INTERN
bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri, imlaqqa' fi ħdan il-Kunsill, dwar il-Finanzjament ta' l-Għajnuna Komunitarja permezz tal-Kwadru Finanzjarju Pluriennali għall-Perijodu 2008-2013 skond il-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE u dwar l-allokazzjoni ta' assistenza finanzjarja għall-pajjiżi u t-Territorji Barranin li għalihom tapplika l-Parti Erbgħa tat-Trattat tal-KE
IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI TAL-KOMUNITÀ EWROPEA, IMLAQQGĦIN FI ĦDAN IL-KUNSILL,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkonsultaw lill-Kummissjoni,
Wara li kkonsultaw il-Bank Ewropew ta' l-Investiment,
BILLI:
|
(1) |
Il-Paragrafu 3 ta' l-Anness Ia tal-Ftehim ta' Sħubija bejn il-Membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, min-naħa l-waħda (minn issa 'l quddiem imsejħa l-“AKP”) u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou, fit-23 ta' Ġunju 2000 (minn issa 'l quddiem imsejjaħ bħala “l-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE”) (1), jistqarr li “kull emenda meħtieġa għall-kwadru finanzjarju pluriennali jew partijiet relattivi tal-Ftehim għandha tiġi deċiża mill-Kunsill tal-Ministri permezz ta' deroga mill-Artikolu 95 ta' dan il-Ftehim”. |
|
(2) |
Il-Kunsill tal-Ministri tal-AKP-KE, imlaqqa' f'Port Moresby (Papua New Guinea) fl-1 u fit-2 ta' Ġunju 2006, adotta l-Anness Ib għall-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE u fih qabel li jistabbilixxi l-ammont kollu ta' l-għajnuna Komunitarja għall-Istati ta' l-AKP taħt il-qafas finanzjarju pluriennali għall-perijodu 2008-2013, fi ħdan il-qafas tal-Ftehim AKP-KE, għal EUR 21 966 miljun mill-10 Fond Ewropew Għall-Iżvilupp (minn issa 'l quddiem imsejjaħ bħala l-“10 FEŻ”) ikkontribwit mill-Istati Membri. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE tas-27 ta' Novembru 2001 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji barranin mal-Komunità Ewropea (minn issa 'l quddiem imsejħa d-“Deċiżjoni ta' l-Assoċjazzjoni”) (2) hi applikabbli sal-31 ta' Diċembru 2011. Deċiżjoni ġdida abbażi ta' l-Artikolu 187 tat-Trattat għandha tiġi adottata qabel dik id-data. Qabel il-31 ta' Diċembru 2007, il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'mod unanimu fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jiffissa għal EUR 286 miljun l-ammont mill-10 FEŻ għall-assistenza finanzjarja lill-pajjiżi u t-territorji barranin (minn issa 'l quddiem imsejħa bħala l-“OCTs”) fuq il-perjodu bejn l-2008-2013 li għalih tapplika l-Parti Erbgħa tat-Trattat. |
|
(4) |
Skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/446/KE tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri, li jiltaqgħu fi ħdan il-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2005 tistabbilixxi l-iskadenza ta' l-impenji tal-fondi tad-9 FEŻ, id-data li lil hinn minnha l-fondi tad-9 FEŻ amministrati mill-Kummissjoni, is-sussidji fuq l-interessi amministrati mill-Bank Ewropew ta' l-Investiment (BEI) (3) u d-dħul li jinġema' mill-interessi fuq dawn l-ammonti m' għandhomx jibqgħu impenjati hija stabbilita għal 31 ta' Diċembru 2007. Din id-data tista' tiġi riveduta jekk meħtieġ. |
|
(5) |
Sabiex jiġi implimentat il-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE u d-Deċiżjoni ta' l-Assoċjazzjoni, għandu jitwaqqaf l-10 FEŻ u għandha tiġi stabbilita proċedura għall-allokazzjoni tal-fondi u għall-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri għal dawk il-fondi. |
|
(6) |
Reviżjoni li tkopri l-aspetti kollha ta' l-infiq u r-riżorsi ta' l-UE għandha titwettaq abbażi ta' rapport mill-Kummissjoni fl-2008/2009. |
|
(7) |
Ir-rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri, imlaqqa' fi ħdan il-Kunsill, qablu li jassenjaw ammont ta' EUR 430 miljun mill-10 FEŻ għan-nefqa ta' appoġġ li tidħol fiha l-Kummissjoni biex tipprogramma u timplimenta l-FEŻ. |
|
(8) |
Ir-regoli dwar l-amministrazzjoni tal-kooperazzjoni finanzjarja għandhom jiġu determinati. |
|
(9) |
Fit-12 ta' Settembru 2000, ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri, li jiltaqgħu fi ħdan il-Kunsill adottaw Ftehim Intern dwar il-finanzjament u l-amministrazzjoni ta' l-Għajnuna Komunitarja taħt il-Protokoll Finanzjarju għall-Ftehim bejn l-AKP u l-KE u l-allokazzjoni ta' assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u t-Territorji Barranin li għalihom tapplika l-Parti Erbgħa tat-Trattat tal-KE (4) (minn issa 'l quddiem imsejħa bħala l-“Ftehim Intern għad-9 FEŻ”). |
|
(10) |
Għandu jitwaqqaf Kumitat ta' Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri fil-Kummissjoni (minn issa 'l quddiem imsejjaħ bħala l-“Kumitat FEŻ”) u Kumitat simili għandu jitwaqqaf fil-BEI. Il-ħidma tal-Kummissjoni u tal-BEI biex japplikaw il-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE u d-dispożizzjonijiet korrispondenti tad-Deċiżjoni ta' l-Assoċjazzjoni għandha tkun armonizzata. |
|
(11) |
Huwa antiċipat li l-Bulgarija u r-Rumanija jkunu ngħaqdu ma' l-UE sa' l-1 ta' Jannar 2008 u għandhom jimxu mal-Ftehim AKP-KE u mal-Ftehim Intern preżenti skond l-impenji tagħhom meħuda skond it-Trattat ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija u l-Protokoll tiegħu. |
|
(12) |
Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-24 ta' Mejju 2005 l-Kunsill u r-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri, li jiltaqgħu fi ħdan il-Kunsill dwar it-tħaffif tal-progress lejn il-kisba tal-Miri ta' Żvilupp tal-Millenju impenjaw ruħhom għall-implimentazzjoni u l-monitoraġġ f'waqtu tad-Dikjarazzjoni ta' Pariġi dwar l-effikaċja ta' l-Għajnuna ta' l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp (OECD) adottati fil-forum ta' livell għoli f'Pariġi fit-2 ta' Marzu, 2005. |
|
(13) |
Għandhom jiġu mfakkra l-miri ta' l-Assistenza Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA) imsemmija fil-konklużjonijiet imsemmija. Meta tkun qed tirrapporta n-nefqa fi ħdan il-FEŻ lill-Istati Membri u lill-OECD/Kumitat għall-Assistenza għall-Iżvilupp, il-Kummissjoni għandha tiddistingwi bejn attivitajiet ODA u dawk mhux ODA. |
|
(14) |
Fit-22 ta' Diċembru 2005, il-Kunsill u r-rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni adottaw Dikjarazzjoni Konġunta dwar Politika ta' Żvilupp ta' l-Unjoni Ewropea: Il-Konsensus Ewropew (5). |
|
(15) |
Il-FEŻ għandu jkompli jagħti prijorità għall-appoġġ tal-pajjiżi l-anqas żviluppati u oħrajn bi dħul baxx. |
|
(16) |
Fil-11 ta' April 2006, il-Kunsill approva l-prinċipju li jiffinanzja l-Faċilità Afrikana għall-Paċi mill-fondi intra-AKP għal ammont li jilħaq it-300 Miljun EUR li jkopri l-perijodu inizjali 2008-2010. Evalwazzjoni komprensiva ser isseħħ matul it-tielet sena, b'reviżjoni tal-modalitajiet tiegħu kif ukoll tal-possibbiltajiet ta' sorsi ta' finanzjament futuri alternattivi, inkluż finanzjament PESK. |
FTEHMU KIF ĠEJ:
KAPITOLU 1
RIŻORSI FINANZJARJI
Artikolu 1
Riżorsi ta' l-10 FEŻ
1. L-Istati Membri hawnhekk jistabbilixxu l-Għaxar Fond għall-Iżvilupp Ewropew, minn issa 'l quddiem magħruf bħala “l-10 FEŻ”.
2. L-10 FEŻ għandu jkun magħmul minn:
|
(a) |
Ammont ta' mhux aktar minn EUR 22 682 miljun ikkontribwit mill-Istati Membri kif ġej:
L-ammont ta' EUR 22 682 miljun għandu jkun disponibbli minn meta jidħol fis-seħħ il-qafas finanzjarju pluriennali, li minnu
|
|
(b) |
Il-fondi msemmija fl-Anness I għall-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE u l-Anness II A tad-Deċiżjoni ta' Assoċjazzjoni u allokati taħt id-9 FEŻ għall-finanzjament ta' riżorsi tal-Faċilità għall-Investiment stabbiliti fl-Anness II C tad-Deċiżjoni ta' Assoċjazzjoni (hawn aktar 'il quddiem imsejħa “l-Faċilita' ta' Investiment”), m'humiex affettwati bid-Deċiżjoni 2005/446/KE li jistabbilixxu d-data li lil hinn minna l-fondi tad-9 FEŻ ma jistgħux jiġu impenjati aktar. Dawn il-fondi għandhom jiġu trasferiti għall-10 FEŻ u amministrati skond l-arranġamenti ta' implimentazzjoni għall-10 FEŻ mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-qafas finanzjarju pluriennali għall-perijodu 2008-2013 taħt il-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE u d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill rigward l-assistenza finanzjarja għall-OCT għall-perijodu 2008-2013. |
3. Wara l-31 ta' Diċembru 2007, jew wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-qafas finanzjarju pluriennali għall-perijodu 2008-2013 jekk din id-data tiġi aktar tard, il-bilanċi mid-9 FEŻ jew minn FEŻ preċedenti m'għandhomx ikunu impenjati aktar, ħlief għall-bilanċi u fondi diżimpenjati wara d-data tad-dħul fis-seħħ li jirriżultaw mis-sistema li tiggarantixxi l-istabbilizzazzjoni tad-dħul mill-esportazzjoni ta' prodotti agrikoli primarji (STABEX) taħt il-FEŻ qabel id-9 FEŻ u ta' dawk il-fondi msemmija fil-paragrafu 2(b). Dawk il-fondi possibbilment impenjati wara l-31 ta' Diċembru 2007 sad-dħul fis-seħħ tal-ftehim preżenti, kif imsemmi hawn fuq, jiġu użati esklużivament sabiex tiġi żgurata l-kapaċità tal-ħidma ta' l-amministrazzjoni ta' l-UE u sabiex jiġu koperti l-ispejjeż li qed isiru biex jiġu sostnuti l-proġetti li għaddejjin sakemm jidħol fis-seħħ l-għaxar FEŻ.
4. Fondi diżimpenjati minn proġetti taħt id-9 FEŻ jew minn FEŻ preċedenti wara l-31 ta' Diċembru 2007 m'għandhomx ikunu impenjati aktar, sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-Kunsill b'unanimità, ħlief għall-fondi diżimpenjati wara d-data tad-dħul fis-seħħ li jirriżultaw mis-sistemi li jiggarantixxu l-istabbilizzazzjoni tad-dħul mill-esportazzjoni minn prodotti agrikoli primarji (STABEX) taħt il-FEŻ preċedenti id-9 FEŻ li għandhom jiġu trasferiti awtomatikament għall-programmi nazzjonali indikattivi rispettivi msemmija fl-Artikolu 2(a)(i) u l-Artikolu 3(1) u ta' dawk il-fondi msemmija fil-paragrafu 2(b).
5. L-ammont totali ta' riżorsi mill-10 FEŻ għandu jkopri l-perijodu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-31 ta' Diċembru 2013. Il-fondi ta' l-10 FEŻ m'għandhomx jiġu impenjati aktar wara l-31 ta' Diċembru 2013 sakemm il-Kunsill ma jiddeċidix mod ieħor b'unanimità, fuq proposta mill-Kummissjoni.
6. Id-dħul mill-interessi ġġenerati minn operazzjonijiet finanzjati taħt l-impenji meħuda taħt FEŻ preċedenti u mill-fondi ta' l-10 FEŻ amministrati mill-Kummissjoni u depositati ma' l-aġenti li jħallsu fl-Ewropea msemmija fl-Artikolu 37(1) ta' l-Anness IV għall-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE għandhom jiġu akkreditati lil kont bankarju wieħed jew aktar miftuħa f'isem il-Kummissjoni u għandhom jintużaw skond it-termini ta' l-Artikolu 6. L-użu tad-dħul minn interessi ġġenerati mill-fondi ta' l-10 FEŻ amministrati mill-Bank, ser ikunu determinati fil-qafas tar-Regolament Finanzjarju msemmi fl-Artikolu 10(2).
7. Jekk Stat ġdid jissieħeb mal-UE, l-allokazzjoni tal-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2(a) għandha tiġi emendata b'deċiżjoni tal-Kunsill li jaġixxi b'unanimità, abbażi ta' proposta mill-Kummissjoni.
8. Ir-riżorsi finanzjarji jistgħu jiġu aġġustati permezz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li jaġixxi b'unanimità, skond l-Artikolu 62(2) tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE.
9. Kwalunkwe Stat Membru jista', mingħajr preġudizzju tar-regoli u l-proċeduri għat-teħid ta' deċiżjonijiet kif imniżżel fl-Artikolu 8, jipprovdi lill-Kummissjoni jew lill-BEI kontribuzzjonijiet volontarji biex jiġu appoġġati l-objettivi tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE. L-Istati Membri jistgħu wkoll jikkofinanzjaw proġetti jew programmi per eżempju fil-qafas ta' inizjattivi speċifiċi li jiġu ġestiti mill-Kummissjoni jew mill-BEI. L-appartenenza mill-AKP fuq il-livell nazzjonali ta' tali inizjattiva għandha tkun garantita.
L-Implimentazzjoni u r-Regolament Finanzjarju msemmija fl-Artikolu 9, għandhom jinkludu d-dispożizzjonijiet meħtieġa għal ko-finanzjament mill-FEŻ, kif ukoll għal attivitajiet ta' ko-finanzjament implimentati mill-Istati Membri. L-Istati Membri ser jinformaw minn qabel lill-Kunsill dwar il-kontribuzzjonijiet volontarji tagħhom.
10. Il-Kunsill għandu, skond il-paragrafu 7 tal-Protokoll Finanzjarju tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE, flimkien ma' l-Istati ta' l-AKP, ser iwettaq reviżjoni tal-prestazzjoni, li tivvaluta l-grad tar-realizzazzjoni ta' l-impenni u l-infiq, u r-riżultati u l-impatt ta' l-għajnuna provduta. Ir-reviżjoni għandha ssir abbażi ta' proposta mħejjija mill-Kummissjoni fl-2010. Din ir-reviżjoni tal-prestazzjoni għandha tikkontribwixxi għal deċiżjoni dwar l-ammont tal-kooperazzjoni finanzjarja wara l-2013.
Artikolu 2
Riżorsi allokati għall-Istati AKP
L-ammont ta' EUR 21 966 miljun imsemmi fl-Artikolu 1(2)(a)(i) għandu jiġi allokat bejn l-istrumenti ta' kooperazzjoni kif ġej:
|
(a) |
EUR 17 766 miljun biex jiffinanzja programmi nazzjonali u reġjonali indikattivi. Din l-allokazzjoni ser tintuża biex tiffinanzja
|
|
(b) |
EUR 2 700 miljun biex tiġi ffinanzjata l-kooperazzjoni intra-AKP u dik interreġjonali ma' ħafna mill-istati jew ma' l-istati kollha ta' l-AKP, skond l-Artikoli 12, 13(2) u 14 ta' l-Anness IV għall-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE dwar il-proċeduri ta' implimentazzjoni u ta' ġestjoni. Dan il-pakkett għandu jkopri appoġġ strutturali għall-istituzzjonijiet konġunti: is-CDE u s-CTA msemmija fi u kkontrollati skond ir-regoli u l-proċeduri stabbiliti fl-Anness III għall-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE, u l-Assemblea Parlamentari Konġunta msemmija fl-Artikolu 17 tiegħu. Dan il-pakkett għandu jkopri assistenza għall-infiq operattiv tas-Segretarjat ta' l-AKP imsemmi fil-punti 1 u 2 tal-Protokoll 1 mehmuż mal-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE; |
|
(ċ) |
Parti minn dawn ir-riżorsi msemmija f' punti (a) u (b) tista' tintuża biex iwieġbu għal xokkijiet esterni u għal ħtiġijiet mhux previsti, inkluż, kif xieraq, għas-soljev umanitarju komplementari fiż-żmien qasir u assistenza ta' emerġenza f'każijiet fejn dak l-appoġġ ma jistax jiġi ffinanzjat mill-budget tal-Komunità, sabiex jiġu mitigati l-effetti negattivi ta' varjazzjonijiet immedjati fid-dħul mill-esportazzjonijiet. |
|
(d) |
EUR 1 500 miljun f'forma ta' allokazzjoni lill-BEI biex jiffinanzja l-Faċilità għall-Investiment skond ir-rabtiet u l-kondizzjonijiet stipulati fl-Anness II għall-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE, magħmula minn kontribuzzjoni addizzjonali ta' EUR 1 100 miljun għar-riżorsi tal-Faċilità għall-Investiment, amministrata bħala fond rotanti, u EUR 400 miljun taħt forma ta' għotjiet għall-finanzjament tas-sussidji fuq ir-rata ta' interessi previsti fl-Artikoli 2 u 4 ta' l-Anness II għall-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE fuq il-perijodu ta' l-10 FEŻ. |
Artikolu 3
Riżorsi allokati għall-OCTs
1. L-ammont ta' EUR 286 miljun imsemmi fl-Artikolu 1(2)(a)(ii) għandu jkun allokat skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill meħuda qabel il-31 ta' Diċembru 2007 li temenda d-Deċiżjoni ta' l-Assoċjazzjoni skond l-Artikolu 187 tat-Trattat, li minnu jintuża EUR 256 miljun biex jiġu ffinanzjati programmi nazzjonali u reġjonali indikattivi, u EUR 30 miljun f'forma ta' allokazzjoni lill-BEI biex jiffinanzja l-Faċilità għall-Investiment skond id-Deċiżjoni ta' Assoċjazzjoni.
2. Fejn OCT isir indipendenti u jissieħeb fil-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE, l-ammont indikat fil-paragrafu 1 għandu jitnaqqas u dawk indikati fl-Artikolu 2(a) u b'mod korrispondenti jiżdiedu permezz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li jaġixxi b'unanimità fuq proposta mill-Kummissjoni.
Artikolu 4
Self mir-riżorsi proprji tal-BEI
1. Ma' l-ammont allokat lill-Faċilità għall-Investiment taħt id-9 FEŻ imsemmi fl-Artikolu 1(2)(b) u l-ammont imsemmi fl-Artikolu 2 (d) għandu jiġi miżjud ammont indikattiv sa EUR 2 030 miljun f'forma ta' self mogħti mill-BEI mir-riżorsi tiegħu stess. Dawn ir-riżorsi għandhom jiġu allokati għal ammont sa EUR 2 000 miljun għall-finijiet mogħtija fl-Anness II għall-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE u għal ammont sa EUR 30 miljun għall-finijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni ta' l-Assoċjazzjoni, skond il-kondizzjonijiet speċifikati fl-istatuti tiegħu u d-dispożizzjonijiet rilevanti tat-termini u l-kondizzjonijiet għall-finanzjament ta' l-investiment kif stipulati fl-Anness II tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE u d-Deċiżjoni ta' Assoċjazzjoni.
2. L-Istati Membri għandhom jintrabtu li jaġixxu bħala garanturi għall-BEI, billi jneħħu kull dritt li joġġezzjonaw u bi proporzjon għall-kontribuzzjonijiet għall-kapital tiegħu, fir-rigward ta' l-impenji finanzjarji kollha li jkun hemm għal min jissellef taħt kuntratti konklużi mill-BEI għal self mir-riżorsi tiegħu stess skond l-Artikolu 1 ta' l-Anness II għall-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE u d-dispożizzjonijiet korrispondenti tad-Deċiżjoni ta' Assoċjazzjoni.
3. Il-garanzija msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiġi ristretta għal 75 % ta' l-ammont totali ta' krediti miftuħa mill-BEI permezz tal-kuntratti kollha ta' self, iżda għandha tkopri r-riskji kollha.
4. L-impenji msemmija f' paragrafu 2 għandhom ikunu soġġetti għall-kuntratti ta' garanzija bejn kull Stat Membru u l-BEI.
Artikolu 5
Operazzjonijiet mmexxija mill-BEI
1. Pagamenti magħmula lill-BEI fir-rigward ta' self speċjali mogħti lill-Istati ta' l-AKP, l-OCT u d-dipartimenti Franċiżi barranin, flimkien mal-qligħ u d-dħul minn operazzjonijiet ta' riskju kapitali, taħt il-FEŻ preċedenti id-9 FEŻ għandhom jiġu kreditati lill-Istati Membri proporzjonalment mal-kontribuzzjonijiet tagħhom għall-FEŻ li magħhom huma marbuta s-somom, sakemm il-Kunsill ma jiddeċidix b'unanimità, fuq proposta mill-Kummissjoni, biex iqiegħdhom f'riżerva jew jallokahom għal finijiet oħra.
2. Kull kummissjoni dovuta lill-BEI biex jamministra s-self u l-operazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandha titnaqqas minn qabel mis-somom li għandhom jiġu kreditati lill-Istati Membri.
3. Ir-rikavati u d-dħul li jdaħħal il-BEI mill-operazzjonijiet permezz tal-Faċilità għall-Investiment taħt id-9 u l-10 FEŻ għandhom jintużaw għal aktar operazzjonijiet taħt il-Faċilità, skond l-Artikolu 3 ta' l-Anness II għall-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE u wara li jitnaqqsu l-ispejjeż eċċezzjonali u r-responsabbiltajiet li joħorġu b'konnessjoni mal-Faċilità ta' Investiment.
4. Il-BEI għandu jiġi mħallas b'garanzija sħiħa kontra t-telf jew ħsara għat-tmexxija ta' l-operazzjonijiet tal-Faċilità għall-Investiment imsemmija fil-paragrafu 3 skond l-Artikolu 3(1a) ta' l-Anness II għall-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE.
Artikolu 6
Riżorsi riservati għan-nefqa ta' appoġġ marbuta mal-FEŻ
1. Ir-riżorsi tal-FEŻ għandhom ikopru l-ispejjeż għal miżuri ta' appoġġ. Ir-riżorsi msemmija fl-Artikolu 1(2)(a)(iii) u fl-Artikolu 1(5) għandhom ikopru l-ispejjeż marbuta mal-programmazzjoni u l-implimentazzjoni tal-FEŻ li mhumiex neċessarjament koperti bid-dokumenti ta' strateġija ta' appoġġ u l-programmi indikattivi pluriennali msemmija fir-Regolament ta' Implementazzjoni msemmi fl-Artikolu 10(1).
2. Ir-riżorsi għall-miżuri ta' appoġġ jistgħu jkopru nefqa marbuta ma':
|
a) |
l-attivatijiet ta' preparazzjoni, ta' segwitu, ta' monitoraġġ, ta' kontabbiltà, ta' verifika u ta' evalwazzjoni meħtieġa direttament għall-programmazzjoni u l-implimentazzjoni tar-riżorsi ta' l-FEŻ immexxija mill-Kummissjoni; |
|
b) |
it-twettiq ta' dawn l-objettivi, permezz ta' attivitajiet ta' riċerka dwar l-iżvilupp ta' linji politiċi, studji, laqgħat, informazzjoni, ħolqien ta' kuxjenza, attivitajiet ta' taħriġ u pubblikazzjoni; u |
|
ċ) |
networks tal-kompjuter għall-qsim ta' informazzjoni, u kull nefqa oħra amministrattiva jew għall-assistenza teknika li l-Kummissjoni tista' tagħmel għat-tmexxija tal-FEŻ. |
Huma għandhom ikopru wkoll in-nefqa kemm fil-kwartieri ġenerali tal-Kummissjoni kif ukoll fid-Delegazzjonijiet dwar l-appoġġ amministrattiv meħtieġ biex jiġu amministrati l-operazzjonijiet iffinanzjati permezz tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE u d-Deċiżjoni ta' Assoċjazzjoni.
Huma m'għandhomx jiġu assenjati għall-kompiti ċentrali tas-servizz pubbliku Ewropew, jiġifieri l-persunal permanenti tal-Kummissjoni.
KAPITOLU II
IMPLIMENTAZZJONI U DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 7
Kontribuzzjonijiet għall-10 FEŻ
1. Kull sena, il-Kummissjoni, wara li tqis il-previżjonijiet tal-BEI li jikkonċernaw il-ġestjoni u t-tħaddim tal-Faċilità għall-Investiment, għandha tistabbilixxi u tikkomunika lill-Kunsill sal-15 ta' Ottubru dikjarazzjoni dwar l-allokazzjonijiet, ħlasijiet u l-ammont annwali tas-sejħiet għal kontribuzzjonijiet li għandhom isiru fis-sena attwali tal-baġit u fis-sentejn tal-baġit li jmiss. Dawn l-ammonti għandhom jiġu bbażati fuq il-kapaċità li l-livell ta' riżorsi propost jiġi mwassal b'mod effikaċji.
2. Fuq proposta mill-Kummissjoni, li tispeċifika l-parti għall-Kummissjoni u dik għall-BEI, il-Kunsill għandu jiddeċiedi b'maġġoranza kwalifikata, kif imniżżel fl-Artikolu 8, dwar il-limitu massimu għall-ammont totali tal-kontribuzzjoni għat-tieni sena wara l-proposta mill-Kummissjoni (n+2) u, fi ħdan il-limitu massimu deċiż is-sena ta' qabel, dwar l-ammont totali għas-sejħa għal kontribuzzjoni għall-ewwel sena wara l-proposta mill-Kummissjoni (n+1).
3. Jekk il-kontribuzzjonijiet deċiżi skond il-paragrafu 1bis jiddevjaw mill-ħtiġijiet proprji tal-FEŻ waqt is-sena finanzjarja konċernata, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposti biex jiġu emendati l-ammonti ta' kontribuzzjoni fi ħdan il-limitu massimu msemmi fil-paragrafu 2 lill-Kunsill, li għandu jieħu deċiżjoni permezz ta' maġġoranza kwalifikata kif stipulat fl-Artikolu 8.
4. Is-sejħiet għal kontribuzzjoni ma jistgħux jeċċedu l-limitu massimu msemmi fil-paragrafu 2 u l-limitu massimu ma jistax jiżdied lanqas ħlief meta jiġi deċiż hekk mill-Kunsill b'maġġoranza kwalifikata kif stipulat fl-Artikolu 8 f'każijiet ta' ħtiġijiet speċjali li jirriżultaw minn ċirkostanzi eċċezzjonali jew mhux previsti bħal sitwazzjonijiet ta' wara kriżi. F'dan il-każ il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jiżguraw li l-kontribuzzjonijiet jikkorrispondu mal-ħlasijiet mistennija.
5. Kull sena, il-Kummissjoni, b'kont meħud tal-previżjonijiet tal-BEI, għandha tikkomunika lill-Kunsill sal-15 ta' Ottubru l-estimi tagħha ta' impenji, infiq u kontribuzzjonijiet għal kull waħda mit-tliet snin wara s-snin imsemmija fil-paragrafu 1.
6. Fir-rigward tal-fondi ttrasferiti minn FEŻ preċedenti għall-għaxar FEŻ skond l-Artikolu 1(2)(b) u l-Artikolu 1(3), il-kontribuzzjonijiet ta' kull Stat Membru għandhom jiġi kkalkolati b'mod proporzjonali għall-kontribuzzjoni ta' kull Stat Membru lill-FEŻ in kwistjoni.
Fir-rigward tal-bilanċi tal-fondi tad-9 FEŻ u l-FEŻ preċedenti li m'humiex ittrasferiti lill-10 FEŻ, l-impatt fuq il-kontribuzzjoni ta' kull Stat Membru għandu jiġi kkalkolat b'mod proporzjonali għall-kontribuzzjoni ta' kull Stat Membru lid-9 FEŻ.
7. Ir-regoli dettaljati għall-ħlas ta' kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri għandhom jiġu determinati mir-Regolament Finanzjarju msemmi fl-Artikolu 10(2).
Artikolu 8
Il-Kumitat tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp
1. Kumitat (minn issa 'l quddiem imsejjaħ bħala “l-Kumitat tal-FEŻ”) magħmul minn rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri għandu jiġi stabbilit fil-Kummissjoni għal dawk ir-riżorsi ta' l-10 FEŻ li tamministra l-Kummissjoni. Il-Kumitat tal-FEŻ għandu jkun presedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni u s-segretarjat tiegħu għandu jkun provdut mill-Kummissjoni. Rappreżentant tal-BEI għandu jieħu sehem fil-ħidma tiegħu.
2. Fi ħdan il-Kumitat tal-FEŻ, il-voti ta' l-Istati Membri għandhom jiġu peżati kif ġej:
|
Stat Membru |
Voti EU-27 |
|
Belġju |
35 |
|
Bulgarija (*2) |
[1] |
|
Repubblika Ċeka |
5 |
|
Danimarka |
20 |
|
Ġermanja |
205 |
|
Estonja |
1 |
|
Greċja |
15 |
|
Spanja |
79 |
|
Franza |
196 |
|
Irlanda |
9 |
|
Italja |
129 |
|
Ċipru |
1 |
|
Latvja |
1 |
|
Litwanja |
1 |
|
Lussemburgu |
3 |
|
Ungerija |
6 |
|
Malta |
1 |
|
Olanda |
49 |
|
Awstrija |
24 |
|
Polonja |
13 |
|
Portugall |
12 |
|
Rumanija (*2) |
[4] |
|
Slovenja |
2 |
|
Slovakkja |
2 |
|
Finlandja |
15 |
|
Żvezja |
27 |
|
Renju Unit |
148 |
|
Total UE -25 |
999 |
|
Total UE -27 (*2) |
[1 004 ] |
3. Il-Kumitat tal-FEŻ għandu jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata ta' 720 voti minn 999, li jesprimu vot favur minn ta' l-anqas 13-il Stat Membru. Il-minoranza li timblokka għandha tikkonsisti f'280 vot.
4. Jekk jaderixxi Stat ġdid ma' l-UE, il-piżijiet stipulati fil-paragrafu 2 u l-maġġoranza kwalifikata msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jiġu emendati permezz ta' deċiżjoni tal-Kunsill, li jaġixxi b'unanimità.
5. Il-Kunsill għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tal-Kumitat tal-FEŻ b'unanimità.
Artikolu 9
Kumitat tal-Faċilità għall-Investiment
1. Kumitat (minn issa 'l quddiem imsejjaħ bħala “l-Kumitat tal-Faċilità għall-Investiment”) li jikkonsisti minn rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri u ta' rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jiġi stabbilit taħt il-patroċinju tal-BEI. Il-BEI għandu jipprovdi s-segretarjat u s-servizzi ta' appoġġ tal-Kumitat. Il-President tal-Kumitat tal-Faċilità għall-Investiment għandu jiġi elett minn u minn fost il-membri tal-Kumitat tal-Faċilità għall-Investiment.
2. Il-Kunsill għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tal-Kumitat tal-Faċilità għall-Investiment, b'vot unanimu.
3. Il-Kunsill tal-Faċilità għall-Investiment għandu jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, kif stabbilit fl-Artikoli 8(2) u 8(3).
Artikolu 10
Dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8 tal-Ftehim preżenti u d-dritt tal-vot ta' l-Istati Membri taħtu, id-dispożizzjonijiet rilevanti kollha ta' l-Artikolu 14 sa 30 tal-Ftehim Intern għad-9 FEŻ għandhom jibqgħu fis-seħħ sakemm tittieħed id-deċiżjoni tal-Kunsill dwar Regolament ta' Implimentazzjoni għall-10 FEŻ. Dan ir-Regolament ta' Implimentazzjoni għandu jiġi deċiż b'unanimità, abbażi ta' proposta mill-Kummissjoni u wara konsultazzjoni mal-BEI.
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni għandu jinkludi modifiki u titjib kif meħtieġ għall-proċeduri ta' programmazzjoni u ta' teħid ta' deċiżjonijiet, kif ukoll jarmonizza kemm jista' jkun il-proċeduri Komunitarji u tal-FEŻ, inkluż dwar l-aspetti ta' ko-finanzjament. Barra minn hekk huwa għandu jistabbilixxi proċeduri partikolari ta' ġestjoni għall-Faċilità għall-Paċi. Filwaqt li jitfakkar li l-assistenza finanzjarja u teknika għall-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 11(6), 11a u 11b tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE ser tiġi ffinanzjata minn strumenti speċifiċi barra minn dawk maħsuba għall-finanzjament tal-Kooperazzjoni bejn l-AKP u lKE, attivitajiet żviluppati taħt din id-dispożizzjoni jenħtieġu li jiġu approvati bi proċeduri ta' ġestjoni tal-baġit speċifikati minn qabel.
2. Regolament Finanzjarju għandu jiġi adottat qabel id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE mill-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata kif stabbilit fl-Artikolu 8, abbażi ta' proposta mill-Kummissjoni u wara li l-BEI ikun ta l-opinjoni tiegħu dwar dawk id-dispożizzjonijiet li jikkonċernawh u l-Qorti ta' l-Awdituri.
3. Ir-regolamenti msemmija f'paragrafi (1) u (2) għandhom jipprovdu l-possibbiltà li l-implimentazzjoni tal-kompiti tiġi delegata lil partijiet terzi li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati, fejn meħtieġ.
Artikolu 11
Implimentazzjoni finanzjarja, kontabbiltà, verifika u kwittanza
1. Il-Kummissjoni għandha twettaq l-implimentazzjoni finanzjarja tal-pakketti li tmexxi abbażi ta' l-Artikolu 1(8), l-Artikolu 2(a), (b) u (ċ), l-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 6 u għandha twettaq l-eżekuzzjoni finanzjarja ta' proġetti u programmi skond ir-Regolament Finanzjarju msemmi fl-Artikolu 10(2). Biex jinġabru s-somom imħallsa b'mod mhux dovut, id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni għandhom ikunu infurzabbli skond l-Artikolu 256 tat-Trattat KE.
2. Il-BEI għandu jmexxi l-Faċilità għall-Investiment u jwettaq operazzjonijiet taħtha f'isem il-Komunità, skond ir-regoli stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju msemmi fl-Artikolu 10(2). B'dan il-mod, il-BEI għandu jaġixxi f'isem u għar-riskju tal-Komunità. Id-drittijiet kollha li joħorġu minn tali operazzjonijiet, b'mod partikolari drittijiet bħala kreditur jew sid, għandhom jingħataw lill-Istati Membri.
3. Il-BEI għandu jwettaq, skond l-istatuti tiegħu u l-aħjar prattika bankarja, l-implimentazzjoni finanzjarja ta' l-operazzjonijiet imwettqa permezz ta' self mir-riżorsi tiegħu stess kif imsemmi fl-Artikolu 4, fejn applikabbli flimkien mas-sussidji fuq ir-rata ta' interessi meħuda mir-riżorsi ta' l-għoti tal-FEŻ.
4. Għal kull sena finanzjarja, il-Kummissjoni għandha tfassal u tapprova l-kontijiet tal-FEŻ u tibgħathom lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti ta' l-Awdituri.
5. Il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Qorti ta' l-Awdituri l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 9 sabiex din ta' l-aħħar, abbażi tal-provi dokumentati, tkun tista' tagħmel kontrolli dwar l-għajnuna provduta mir-riżorsi tal-FEŻ.
6. Kull sena, il-BEI għandu jibgħat lill-Kummissjoni u lill-Kunsill ir-Rapport Annwali tiegħu dwar l-implimentazzjoni ta' operazzjonijiet iffinanzjati mir-riżorsi tal-FEŻ li hu jmexxi.
7. Soġġett għall-paragrafu 9 ta' dan l-Artikolu, il-Qorti ta' l-Awdituri għandha teżerċita s-setgħat mogħtija lilha mill-Artikolu 248 tat-Trattat KE fir-rigward ta' l-operazzjonijiet tal-FEŻ. Il-kondizzjonijiet li taħthom il-Qorti ta' l-Awdituri teżerċita s-setgħat tagħha għandhom jiġu stipulati fir-Regolament Finanzjarju msemmi fl-Artikolu 9(2).
8. Il-kwittanza ta' l-amministrazzjoni finanzjarja tal-FEŻ, minbarra l-operazzjonijiet immexxija mill-BEI, għandha tingħata lill-Kummissjoni mill-Parlament Ewropew fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata kif stipulat fl-Artikolu 8.
9. L-operazzjonijiet finanzjati mir-riżorsi tal-FEŻ immexxija mill-BEI għandhom ikunu soġġetti għall-proċedura ta' kontroll u kwittanza stipulata fl-Istatut tal-BEI għall-operazzjonijiet kollha tiegħu.
Artikolu 12
Klawsola ta' reviżjoni
L-Artikolu 1 (3) u l-Artikoli li jinsabu fil-Kapitolu II, bl-eċċezzjoni ta' l-emendi għall-Artikolu 8, jistgħu jiġu emendati mill-Kunsill, li jaġixxi b'unanimità u fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-BEI għandu jiġi assoċjat mal-proposta tal-Kummissjoni dwar kwistjonijiet relatati ma' l-attivitajiet tiegħu u dawk tal-Faċilità għall-Investiment.
Artikolu 13
Ratifika, dħul fis-seħħ u terminu ta' żmien
1. Kull Stat Membru għandu japprova dan il-Ftehim skond il-ħtiġiet kostituzzjonali tiegħu stess. Il-Gvern ta' kull Stat Membru għandu jinnotifika lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea meta l-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ ta' dan il-ftehim jitlestew.
2. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara n-notifika ta' l-approvazzjoni ta' dan il-Ftehim mill-aħħar Stat Membru.
3. Dan il-Ftehim hu konkluż għall-istess terminu ta' żmien bħall-qafas finanzjarju pluriennali ta' l-Anness Ib tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE. Iżda, minkejja l-Artikolu 1(4), dan il-Ftehim għandu jibqa' fis-seħħ sakemm ikun meħtieġ għall-operazzjonijiet kollha ffinanzjati taħt il-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE u d-Deċiżjoni ta' Assoċjazzjoni u l-qafas finanzjarju pluriennali msemmi biex ikun jista' jiġi attwat bis-sħiħ.
Artikolu 14
Lingwi awtentiċi
Dan il-Ftehim, imfassal f'oriġinal uniku bil-lingwa Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Slovakka, Slovena, Spanjola u Żvediża, bit-testi kollha ugwalment awtentiċi, għandu jiġi depożitat fl-arkivji tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, li għandu jgħaddi kopja ċertifikata lil kull wieħed mill-gvernijiet ta' l-Istati firmatarji.
Hecho en Bruselas, el diecisiete de julio de dos mil seis.
V Bruselu dne sedmnáctého července dva tisíce šest.
Udfærdiget i Bruxelles den syttende juli to tusind og seks.
Geschehen zu Brüssel am siebzehnten Juli zweitausendsechs.
Kahe tuhande kuuenda aasta juulikuu seitsmeteistkümnendal päeval Brüsselis.
'Εγινε στις Βρυξέλλες, στις δέκα επτά Ιουλίου δύο χιλιάδες έξι.
Done at Brussels on the seventeenth day of July in the year two thousand and six.
Fait à Bruxelles, le dix-sept juillet deux mille six.
Fatto a Bruxelles, addì diciassette luglio duemilasei.
Briselē, divtūkstoš sestā gada septiņpadsmitajā jūlijā.
Priimta du tūkstančiai šeštų metų liepos septynioliktą dieną Briuselyje.
Kelt Brüsszelben, a kettőezer hatodik év július tizenhetedik napján.
Magħmul fi Brussel, fis-sbatax-il jum ta' Lulju tas-sena elfejn u sitta.
Gedaan te Brussel, de zeventiende juli tweeduizend zes.
Sporządzono w Brukseli, dnia siedemnastego lipca roku dwa tysiące szóstego.
Feito em Bruxelas, em dezassete de Julho de dois mil e seis.
V Bruseli dňa sedemnásteho júla dvetisícšesť.
V Bruslju, sedemnajstega julija leta dva tisoč šest.
Tehty Brysselissä seitsemäntenätoista päivänä heinäkuuta vuonna kaksituhattakuusi.
Som skedde i Bryssel den sjuttonde juli tjugohundrasex.
Pour Sa Majesté le Roi des Belges
Voor Zijne Majesteit de Koning der Belgen
Für Seine Majestät den König der Belgier
Za prezidenta České republiky
For Hendes Majestæt Danmarks Dronning
Für den Präsidenten der Bundesrepublik Deutschland
Eesti Vabariigi Presidendi nimel
Για τον Πρόεδρο της Ελληνικής Δημοκρατίας
Por Su Majestad el Rey de España
Pour le Président de la République française
Thar ceann Uachtarán na hÉireann
For the President of Ireland
Per il Presidente della Repubblica italiana
Για τον Πρόεδρο της Κυπριακής Δημοκρατίας
Latvijas Republikas Valsts prezidentes vārdā
Lietuvos Respublikos Prezidento vardu
Pour Son Altesse Royale le Grand-Duc de Luxembourg
A Magyar Köztársaság Elnöke részéről
Għall-President ta' Malta
Voor Hare Majesteit de Koningin der Nederlanden
Für den Bundespräsidenten der Republik Österreich
Za Prezydenta Rzeczypospolitej Polskiej
Pelo Presidente da República Portuguesa
Za predsednika Republike Slovenije
Za prezidenta Slovenskej republiky
Suomen Tasavallan Presidentin puolesta
För Republiken Finlands President
För Konungariket Sveriges regering
For Her Majesty the Queen of the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland
(1) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3. Ftehim kif emendat bil-Ftehim iffirmat il-Lussemburgu fil-25 ta' Ġunju 2005 (ĠU L 287, 28.10.2005, p. 4).
(2) ĠU L 314, 30.11.2001, p. 1.
(3) ĠU L 156, 18.6.2005, p. 19.
(4) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 355.
(*1) Ammont stmat.
(*2) Vot stmat.