22.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/13


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9545 — NS Groep/Pon Netherlands/JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 395/11)

1.   

Fil-15 ta’ Novembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

NS Groep N.V. (“NS”, in-Netherlands),

—

Pon Netherlands B.V. (“Pon”, in-Netherlands).

NS u Pon jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ impriża bi sħab maħluqa ġdida (il-joint venture, “JV”).

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

NS: parti mill-NS Group, operatur tat-trasport pubbliku fin-Netherlands. Huwa l-ikbar operatur tat-trasport pubbliku Olandiż b’madwar miljun passiġġier kull ġurnata bħala medja. Huwa jħaddem servizzi tat-trasport bil-ferrovija u servizzi relatati bħalma huma roti tat-trasport pubbliku. Il-Ministru tal-Finanzi Olandiż għandu 100 % tal-ishma fl-NS;

—

Pon: parti mill-grupp Pon, kumpanija dinjija b’aktar minn 14,000 impjegati li jaħdmu f’34 pajjiż. Il-grupp Pon iħaddem aktar minn 80 kumpanija f’erba’ setturi kummerċjali differenti: il-karozzi, il-Pon Bike, Tagħmir u Sistemi tal-Enerġija u l-Mobilità Industrijali;

—

il-JV: se ġġib flimkien lis-servizzi tal-NS u l-Mobility as a Service (“MaaS”) ta’ Pon, billi tgħaqqad is-servizzi tal-Partijiet biex jiżviluppaw u jiġġestixxu kunċetti ta’ mobilità kondiviża multimoduli kemm għall-konsumaturi u kemm għan-negozji.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9545 — NS Groep/Pon Netherlands/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.