22.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 375/1


It-testi oriġinali tan-NU/KEE biss għandhom effett ġuridiku skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu ċċekkjati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus tan-NU/KEE TRANS/WP.29/343 disponibbli fuq: http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html

Regolament tan-NU Nru 129 — Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba użati abbord vetturi bil-mutur [2021/1806]

Li jinkorpora t-test validu kollu sa:

Is-Suppliment 4 tas-serje ta’ emendi 03 — Id-data tad-dħul fis-seħħ: 3 ta’ Jannar 2021

WERREJ

Regolament

1.

Kamp ta’ applikazzjoni

2.

Definizzjonijiet

3.

Applikazzjoni għall-approvazzjoni

4.

Immarkar

5.

Approvazzjoni

6.

Speċifikazzjonijiet ġenerali

7.

Testijiet

8.

Rapporti tat-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip u tal-kwalifikazzjoni tal-produzzjoni

9.

Kwalifikazzjoni tal-produzzjoni

10.

Konformità tal-produzzjoni u testijiet ta’ rutina

11.

Modifika u estensjoni ta’ approvazzjoni ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba

12.

Penali għal nonkonformità tal-produzzjoni

13.

Produzzjoni mwaqqfa għalkollox

14.

Informazzjoni għall-utenti

15.

Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli għat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip

16.

Dispożizzjonijiet tranżitorji

Annessi

1

Komunikazzjoni

2

Arranġamenti tal-marka tal-approvazzjoni

3

Arranġament tal-apparat għat-test tar-reżistenza għat-trab

4

Test tal-korrużjoni

5

Test tal-brix u tal-mikroslip

6

Deskrizzjoni tat-troli

Appendiċi 1

 

Appendiċi 2

Arranġament u użu ta’ ankraġġi fuq it-troli tat-test

Appendiċi 3

Definizzjoni ta’ bieba tal-impatt mill-ġenb

Appendiċi 4

Apparat tal-waqfien għal impatt frontali

7

Kurva tad-deċellerazzjoni jew tal-aċċellerazzjoni tat-troli, bħala funzjoni tal-ħin

Appendiċi 1

Impatt frontali

Appendiċi 2

Impatt minn wara

Appendiċi 3

Impatt laterali

8

Deskrizzjoni tal-manikini

9

Test tal-impatt frontali ma’ ostaklu

10

Proċedura tat-test tal-impatt minn wara

11

Skema tal-approvazzjoni tat-tip (Dijagramma sekwenzjali ISO 9002:2000)

12

Kontroll tal-konformità tal-produzzjoni

13

Test tal-materjal li jassorbi l-enerġija

14

Metodu għad-definizzjoni tal-erja tal-impatt tar-ras ta’ apparati b’post fejn jisserraħ id-dahar jew bi lqugħ għall-protezzjoni kontra impatti u għal apparati li jħarsu lura għad-definizzjoni tad-daqs minimu tal-ġwienaħ tal-ġenb

15

Deskrizzjoni tal-kundizzjonament għall-aġġustaturi mqabbda ma’ ċinga

16

Apparat tipiku użat għat-test tar-reżistenza tal-bokkla

17

Determinazzjoni tal-kriterji tal-prestazzjoni

18

Dimensjonijiet ġeometriċi tas-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba

19

Volumi ta’ valutazzjoni għas-saqajn ta’ appoġġ u għall-qiegħ is-saqajn ta’ appoġġ i-Size

20

Lista minima tad-dokumenti meħtieġa għall-approvazzjoni

21

Apparati għall-applikazzjoni tat-tagħbija

22

Fjammabbiltà tal-materjali maħsuba biex jintużaw fuq Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba integrati

23

Ċinturin tas-sikurezza standard

24

Punti addizzjonali ta’ twaħħil meħtieġa għall-installazzjoni ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li tħares lura li tagħmel parti mill-kategorija ‘Għal vetturi speċifiċi’ u ‘Li Tintrabat biċ-Ċinturin tas-Sikurezza tal-Vettura’, f’vetturi bil-mutur

25

Apparat biex jitkejjel l-għoli tas-sit ta’ sostenn

26

Test tal-blokka tal-parti t’isfel tat-torso

1.   Kamp ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament japplika għas-sistemi tat-trażżin għat-tfal segwenti għal okkupanti tfal abbord vetturi bil-magna:

(a)

Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba ISOFIX Universali Integrali (i-Size);

(b)

Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba ISOFIX Integrali għal Vetturi Speċifiċi;

(c)

Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba Universali mhux Integrali (i-Size booster seat);

(d)

Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba għal Vetturi speċifiċi mhux Integrali (Booster seat għal Vetturi Speċifiċi);

(e)

Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba Li Jintrabtu biċ-Ċinturin tas-Sikurezza tal-Vettura Universali Integrali;

(f)

Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba Li Jintrabtu biċ-Ċinturin tas-Sikurezza tal-Vettura għal Vetturi Speċifiċi Integrali;

(g)

Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba Universali mhux Integrali mingħajr post fejn jisserraħ id-dahar (sit ta’ sostenn għat-tfal Universali);

(h)

Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba għal Vetturi speċifiċi mhux Integrali mingħajr post fejn jisserraħ id-dahar (Sit ta’ sostenn għat-tfal għal vetturi speċifiċi).

2.   Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament,

2.1.

“Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba” (ECRS) tfisser apparat li kapaċi jakkomoda okkupanti tfal f’pożizzjoni bilqiegħda jew wiċċhom ’il fuq. Hija ddisinjata b’tali mod li jitnaqqas ir-riskju ta’ korriment għal min jilbisha, fil-każ ta’ ħabta jew ta’ deċellerazzjoni f’daqqa tal-vettura, billi tillimita l-mobbiltà tal-ġisem tat-tfal.

2.2.

“Tip ta’ trażżin għat-tfal” tfisser Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li ma tvarjax f’aspetti essenzjali bħalma huma:

 

Il-kategorija li fiha t-trażżin għandu l-approvazzjoni tat-tip;

 

Id-disinn, il-materjal u l-mod kif inhi mibnija s-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba.

 

Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba konvertibbli jew modulari ma għandhomx jitqiesu bħala li jvarjaw bejniethom fir-rigward tad-disinn, tal-materjal u tal-mod kif inhuma mibnija.

2.3.

“Universali Integrali” u “Universali Mhux Integrali”

2.3.1.

“i-Size” (Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba ISOFIX Universali Integrali) hija kategorija ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba primarjament iddisinjata biex tintuża f’kull pożizzjoni bilqiegħda i-Size ta’ vettura, kif definita u approvata skont ir-Regolamenti tan-NU Nru 14 jew 145 u 16.

2.3.2.

“Li Tintrabat biċ-Ċinturin tas-Sikurezza tal-Vettura Universali” (Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba Universali Integrali Li Tintrabat biċ-Ċinturin tas-Sikurezza tal-Vettura) hija kategorija ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba primarjament imfassla biex titqabbad biss biċ-ċinturin tas-sikurezza tal-adulti f’kull pożizzjoni bilqiegħda universali ta’ vettura, kif definita u approvata skont ir-Regolament tan-NU Nru 16.

2.3.3.

“i-Size booster seat” (Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba Universali mhux Integrali) hija kategorija ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba b’post integrat fejn jisserraħ id-dahar u partijiet ta’ twaħħil ISOFIX li jistgħu jitneħħew jekk ikun hemm, primarjament iddisinjata biex tintuża f’kull pożizzjoni bilqiegħda i-Size ta’ vettura.

2.3.4.

“Sit ta’ sostenn għat-tfal Universali” (Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba Universali mhux Integrali mingħajr post fejn jisserraħ id-dahar) hija kategorija ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba mingħajr dahar primarjament iddisinjata biex tintuża f’kull pożizzjoni bilqiegħda i-Size u Universali. Jekk ikunu mwaħħlin, il-partijiet ta’ twaħħil ISOFIX jistgħu jitneħħew.

2.4.

“Integrali” u “Mhux integrali”

2.4.1.

“Integrali” hija klassi ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba, li jfisser li t-tfal jiġu mrażżna biss minn komponenti li jinkludu s-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba (eż. ċinga tat-trażżin, ilqugħ għall-protezzjoni kontra impatti, eċċ.), u mhux b’mezzi mqabbda direttament mal-vettura (eż. ċinturin tas-sikurezza għall-adulti).

2.4.2.

“Mhux Integrali” hija klassi ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba, li jfisser li t-tfal jinżammu fis-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba b’mezzi mqabbda direttament mal-vettura (eż. ċinturin tas-sikurezza għall-adulti).

2.5.

“ISOFIX” hija sistema li tipprovdi metodu li permezz tiegħu Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba titqabbad ma’ vettura. Hija bbażata fuq żewġ ankraġġi fil-vettura u żewġ partijiet ta’ twaħħil korrispondenti fuq is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba flimkien ma’ mezz biex tiġi limitata r-rotazzjoni trasversali tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba. It-tliet ankraġġi kollha fil-vettura għandhom ikunu approvati skont ir-Regolament tan-NU Nru 14. jew skont ir-Regolament tan-NU Nru 145.

2.6.

“ISOFIX Universali Integrali” hija Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba ISOFIX li titqabbad mal-vettura korrispondenti jew li hija sostnuta minnha, li tinkludi ċinga tal-irbit ta’ fuq jew inkella sieq ta’ appoġġ, biex tiġi limitata r-rotazzjoni trasversali tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba.

2.7.

“ECRS għal vetturi speċifiċi”

2.7.1.

“ISOFIX għal vetturi speċifiċi” hija kategorija ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba Integrali li taqbad ma’ tipi ta’ vetturi speċifiċi. L-ankraġġi kollha fil-vettura għandhom ikunu approvati skont ir-Regolament tan-NU Nru 14 jew skont ir-Regolament tan-NU Nru 145. Hija wkoll indikazzjoni għal Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li jinkludu d-dashbord bħala żona ta’ kuntatt mal-vettura.

2.7.2.

“Booster seat għal vetturi speċifiċi” hija kategorija ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba mhux Integrali, b’post integrat fejn jisserraħ id-dahar, għall-użu f’tipi ta’ vetturi speċifiċi, bl-ankraġġi fil-vettura approvati skont ir-Regolament tan-NU Nru 14 jew skont ir-Regolament tan-NU Nru 145. Din il-kategorija tinkludi “Booster seats integrati”.

2.7.3.

“Sistema Li Tintrabat biċ-Ċinturin tas-Sikurezza tal-Vettura għal Vetturi speċifiċi” hija kategorija ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba Integrali li titqabbad ma’ tipi ta’ vetturi speċifiċi permezz taċ-ċinturin tas-sikurezza tal-vettura. Jistgħu jintużaw punti ta’ ankraġġ addizzjonali fil-vettura approvati skont ir-Regolament tan-NU Nru 145. Kull punt ta’ twaħħil meħtieġ biex Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li tħares lura titqabbad mal-vettura għandu jiġi ċċekkjat skont l-Anness 25. Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li jużaw id-dashbord tal-vettura bħala żona ta’ kuntatt huma permessi.

2.7.4.

“Sit ta’ appoġġ għat-tfal għal vetturi speċifiċi” (Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba Universali Mhux Integrali mingħajr post fejn jisserraħ id-dahar) hija kategorija ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba Mhux Integrali, mingħajr post fejn jisserraħ id-dahar, għall-użu f’tipi ta’ vetturi speċifiċi, b’ankraġġi fil-vetturi li huma approvati skont ir-Regolament tan-NU Nru 14 jew skont ir-Regolament tan-NU Nru 145. Din il-kategorija tinkludi “Booster sits integrati”.

2.8.

“Daqs” tindika l-istatura tat-tfal.

2.8.1.

“Medda ta’ daqsijiet” hija medda li għaliha ġiet imfassla u approvata s-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba.

2.8.2.

Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba jistgħu jkopru kwalunkwe medda ta’ daqsijiet sakemm ikunu ssodisfati r-rekwiżiti kollha ta’ dan ir-Regolament.

2.9.

“Orjentazzjoni” tindika direzzjoni li fiha Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba ġiet approvata għall-użu. Għandhom isiru d-distinzjonijiet li ġejjin:

(a)

Iħares ’il quddiem tfisser li jħares fid-direzzjoni normali li fiha tivvjaġġa l-vettura;

(b)

Iħares lura tfisser li jħares fid-direzzjoni opposta għad-direzzjoni normali li fiha tivvjaġġa l-vettura;

(c)

Iħares lejn il-ġenb tfisser li jħares b’mod perpendikulari għad-direzzjoni normali li fiha tivvjaġġa l-vettura.

2.10.

“Trażżin għal Bżonnijiet Speċjali” hija Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba maħsuba għal tfal bi bżonnijiet speċjali minħabba diżabbiltà fiżika jew mentali; b’mod partikolari, dan l-apparat jista’ jippermetti apparati tat-trażżin addizzjonali għal kwalunkwe parti tat-tfal, imma għandu jkollu mill-inqas mezz primarju ta’ trażżin li jkun konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

2.11.

“Sistema ta’ ankraġġ ISOFIX” tfisser sistema magħmula minn żewġ ankraġġi ISOFIX ppożizzjonati fil-baxx li tissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament tan-NU Nru 14 jew tar-Regolament tan-NU Nru 145 li, flimkien ma’ apparat antirotazzjoni, hija mfassla biex Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba ISOFIX titqabbad mal-vettura.

2.11.1.

“Ankraġġ ISOFIX ippożizzjonat fil-baxx” tfisser żbarra orizzontali tonda u riġida b’dijametru ta’ 6 mm, li testendi mill-istruttura tal-vettura jew tas-sit sabiex taċċetta u trażżan Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba ISOFIX mgħammra b’partijiet ta’ twaħħil ISOFIX.

2.11.2.

“Parti ta’ twaħħil ISOFIX” tfisser waħda miż-żewġ punti ta’ konnessjoni, li tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 6.3.3. ta’ dan ir-Regolament, li testendi mill-istruttura tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba ISOFIX, u li hija kompatibbli mal-punti ta’ ankraġġ ISOFIX ippożizzjonati fil-baxx.

2.12.

“Apparat antirotazzjoni”

Tfisser apparat maħsub biex jillimita r-rotazzjoni tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba waqt impatt tal-vettura u magħmul minn:

(a)

Ċinga tal-irbit ta’ fuq; jew

(b)

Sieq ta’ appoġġ.

Li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u li jkun imqabbad ma’ sistema ta’ ankraġġi ISOFIX u ma’ ankraġġi tal-irbit minn fuq ISOFIX jew ma’ wiċċ ta’ kuntatt mal-art tal-vettura li jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament tan-NU Nru 14 jew tar-Regolament tan-NU Nru 145.

“Apparat antirotazzjoni” għal Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba għal “vetturi speċifiċi” jista’ jinkludi ċinga tal-irbit ta’ fuq, sieq ta’ appoġġ, jew kwalunkwe mezz ieħor li jista’ jillimita r-rotazzjoni.

2.13.

“Ċinga tal-irbit ta’ fuq ISOFIX” tfisser ċinga (jew ekwivalenti) li testendi mill-parti ta’ fuq ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba ISOFIX sal-punt ta’ ankraġġ taċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq ISOFIX, u li tkun mgħammra b’regolatur, b’apparat li jnaqqas it-tensjoni, u b’konnettur taċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq ISOFIX.

2.13.1.

“Ankraġġ taċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq ISOFIX” tfisser tagħmir li jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament tan-NU Nru 14 jew tar-Regolament tan-NU Nru 145, bħal pereżempju żbarra, li jkun f’żona definita u ddisinjat biex jilqa’ l-konnettur taċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq ISOFIX u jittrasferixxi l-forza tat-trażżin tagħha għal fuq l-istruttura tal-vettura.

2.13.2.

“Konnettur taċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq ISOFIX” tfisser apparat maħsub biex jitwaħħal ma’ ankraġġ taċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq ISOFIX.

2.13.3.

“Ganċ taċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq ISOFIX” tfisser konnettur taċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq ISOFIX li tipikament jintuża sabiex iċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq ISOFIX titqabbad ma’ ankraġġ taċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq ISOFIX kif muri fl-Illustrazzjoni 3 tar-Regolament tan-NU Nru 14 jew fl-Illustrazzjoni 3 tar-Regolament tan-NU Nru 145.

2.13.4.

“Parti ta’ twaħħil taċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq ISOFIX” hija apparat biex iċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq ISOFIX titqabbad mas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba ISOFIX.

2.14.

“Apparat li jnaqqas it-tensjoni” tfisser sistema li tippermetti r-rilaxx tal-apparat li jaġġusta u li jżomm it-tensjoni fiċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq ISOFIX.

2.15.

“Sieq ta’ appoġġ” tfisser apparat antirotazzjoni permanentement imwaħħal ma’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li joħloq passaġġ għat-trasferiment tat-tagħbija mis-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba lejn l-istruttura tal-vettura. Sieq ta’ appoġġ għandha tkun aġġustabbli fit-tul (direzzjoni Z) u tista’ addizzjonalment tkun aġġustabbli f’direzzjonijiet oħrajn.

2.15.1.

“Qiegħ is-sieq ta’ appoġġ” tfisser parti waħda jew diversi partijiet mis-sieq ta’ appoġġ tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba maħsuba (bid-disinn tagħha) biex taqbad mal-wiċċ ta’ kuntatt tal-art tal-vettura u ddisinjata biex tittrażmetti t-tagħbija mis-sieq ta’ appoġġ lejn l-istruttura tal-vettura waqt impatt frontali.

2.15.2.

“Wiċċ ta’ kuntatt ta’ qiegħ is-sieq ta’ appoġġ” tfisser il-wiċċ tal-qiegħ is-sieq ta’ appoġġ li jkun fiżikament f’kuntatt mal-wiċċ ta’ kuntatt tal-art tal-vettura u ddisinjat biex iqassam it-tagħbijiet fuq l-istruttura tal-vettura.

2.15.3.

“Volum ta’ valutazzjoni ta’ qiegħ is-sieq ta’ appoġġ” tiddeskrivi volum spazjali li jindika kemm il-firxa kif ukoll il-limitazzjonijiet għall-moviment ta’ qiegħ is-sieq ta’ appoġġ. Dan jikkorrispondi għall-volum ta’ valutazzjoni ta’ qiegħ is-sieq ta’ appoġġ għall-vetturi, kif definit fl-Anness 10 tar-Regolament tan-NU Nru 14 jew fl-Anness 5 tar-Regolament tan-NU Nru 145.

2.15.4.

“Volum ta’ valutazzjoni tad-dimensjoni tas-sieq ta’ appoġġ” tfisser volum li jiddefinixxi d-dimensjonijiet massimi ta’ sieq ta’ appoġġ, li jikkorrispondi għall-volum ta’ valutazzjoni tal-installazzjoni tas-sieq ta’ appoġġ għall-vetturi, kif definit fl-Anness 17 tar-Regolament tan-NU Nru 16, li jiżgura l-installazzjoni dimensjonali ta’ sieq ta’ appoġġ ta’ ECRS i-Size f’pożizzjoni bilqiegħda i-Size ta’ vettura.

Image 1

2.16.

“Angolu ta’ elevazzjoni tas-CRF” hija l-angolu bejn il-wiċċ tal-qiegħ tal-fixture “ISO/F2 (B) kif definit fir-Regolament tan-NU Nru 16 (Illustrazzjoni 2 tal-Appendiċi 2 tal-Anness 17) u l-pjan Z orizzontali tal-vettura kif definit fir-Regolament tan-NU Nru 14 (Appendiċi 2 tal-Anness 4) jew fir-Regolament tan-NU Nru 145 (Appendiċi 2 tal-Anness 3), meta l-fixture tkun installata fil-vettura kif definit fir-Regolament tan-NU Nru 16 (Appendiċi 2 tal-Anness 17).

Image 2

2.17.

“Fissaġġ tas-sit tal-vettura”

2.17.1.

“Fissaġġ tas-sit tal-vettura ISOFIX” tfisser fissaġġ skont il-klassijiet tad-daqsijiet ISOFIX li d-dimensjonijiet tiegħu huma mogħtija fl-Illustrazzjonijiet minn 1 sa 7 tal-Appendiċi 2 tal-Anness 17 tar-Regolament tan-NU Nru 16, li jintuża minn manifattur tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba sabiex jiddetermina d-dimensjonijiet xierqa ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba Integrali Li Tintrabat biċ-Ċinturin tas-Sikurezza tal-Vettura Universali jew ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba ISOFIX inkluż il-post tal-partijiet ta’ twaħħil tagħha.

2.17.2.

“Fissaġġ tal-booster sit i-Size” tfisser fissaġġ, li d-dimensjonijiet tiegħu huma mogħtija fl-Illustrazzjoni 1 tal-Anness 17, tal-Appendiċi 5 tar-Regolament tan-NU Nru 16 li jintuża minn manifattur ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba biex jiddetermina d-dimensjonijiet xierqa ta’ i-Size booster seat jew ta’ sit ta’ sostenn Universali u l-kompatibbiltà tiegħu mal-biċċa l-kbira tal-pożizzjonijiet bilqiegħda ta’ vettura u, b’mod partikolari, dawk li ġew ivvalutati mingħajr partijiet ta’ twaħħil ISOFIX, skont ir-Regolament tan-NU Nru 16 bħala kompatibbli ma’ tali kategorija ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba.

2.18.

“Siġġu ta’ sikurezza għat-tfal” tfisser Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li tinkorpora siġġu li fih jitpoġġew it-tfal.

2.19.

“Siġġu” tfisser struttura li hija parti kostitwenti mis-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba u li hija maħsuba biex takkomoda tfal f’pożizzjoni bilqiegħda.

2.20.

“Appoġġ għas-siġġu” tfisser dik il-parti ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li permezz tagħha s-siġġu jista’ jittella’ ’l fuq.

2.21.

“Ċinturin tal-ECRS” tfisser Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li tinkludi taħlita ta’ ċineg b’bokkla ta’ sikurezza, apparati għall-aġġustament u partijiet ta’ twaħħil.

2.22.

“Ċinturin li jikkontrolla ċ-ċaqliq” tfisser il-montatura ta’ ċinturin tal-ECRS li tinkludi ċinturin addominali, trażżin għall-ispalla u ċinga ta’ bejn il-koxox.

2.23.

“Ċinturin f’forma ta’ Y” tfisser ċinturin tal-ECRS fejn il-kombinazzjoni taċ-ċineg hija magħmula minn ċinga li għandha titgħadda minn bejn il-koxox tat-tfal u ċinga għal kull spalla.

2.24.

“Kerrikot” tfisser sistema tat-trażżin maħsuba biex takkomoda u trażżan lit-tfal meta jkunu mimdudin wiċċhom ’il fuq jew wiċċhom ’l isfel bis-sinsla ta’ daharhom perpendikulari għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura. Din tkun iddisinjata b’tali mod li, fil-każ ta’ ħabta, il-forzi tat-trażżin jitqassmu tul ir-ras u l-ġisem tat-tfal iżda mhux fuq id-dirgħajn u r-riġlejn.

2.25.

“Trażżin għall-kerrikots” tfisser apparat li jintuża biex iqabbad kerrikot mal-istruttura tal-vettura.

2.26.

“Benniena għat-trabi li tinġarr” tfisser Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba Integrali maħsuba biex takkomoda t-tfal f’pożizzjoni semimimduda li tħares lura. Din tkun iddisinjata b’tali mod li, fil-każ ta’ kolliżjoni frontali, il-forzi tat-trażżin jitqassmu tul ir-ras u l-ġisem tat-tfal iżda mhux fuq id-dirgħajn u r-riġlejn. Hija ddisinjata biex tkun tista’ titneħħa mill-vettura bit-tfal ġo fiha, u mingħajr il-ftuħ ta’ ebda ċinga, u biex tinġarr ’il barra mill-vettura.

2.27.

“Appoġġ għat-tfal” tfisser dik il-parti ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li permezz tagħha t-tfal jistgħu jittellgħu ’l fuq fi ħdan is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba stess.

2.28.

“Ilqugħ ta’ protezzjoni kontra impatti” tfisser apparat imwaħħal quddiem it-tfal u maħsub biex iqassam il-forzi tat-trażżin tul il-parti l-kbira tat-tul tat-tfal fil-każ ta’ impatt frontali.

2.29.

“Ċinga” tfisser komponent flessibbli ddisinjat biex jittrażmetti l-forzi.

2.30.

“Ċinga addominali” tfisser ċinga li, jew fil-forma ta’ ċinturin sħiħ jew fil-forma ta’ komponent ta’ tali ċinturin, tgħaddi tul il-parti ta’ quddiem, u trażżan, b’mod dirett jew le, il-pelvi tat-tfal.

2.31.

“Ċinga tal-ispalla” tfisser dik il-parti ta’ ċinturin ECRS li trażżan il-parti ta’ fuq tat-torso tat-tfal.

2.32.

“Ċinga ta’ bejn il-koxox” tfisser ċinga (jew ċineg suddiviżi, meta tkun magħmula minn żewġ ċinturini jew aktar) imqabbda mas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal u maċ-ċinga addominali u mqiegħda b’tali mod biex tgħaddi bejn il-koxox tat-tfal; din tkun iddisinjata biex ma tħallix lit-tfal jiżżerżqu minn taħt iċ-ċinga addominali waqt l-użu normali u ma tħallix liċ-ċinga addominali tiċċaqlaq minn fuq il-pelvi u titla’ ’l fuq waqt ħabta.

2.33.

“Ċinga tat-trażżin għat-tfal” tfisser ċinga li hija parti kostitwenti miċ-ċinturin tal-ECRS (ċinga integrali) u trażżan biss il-ġisem tat-tfal.

2.34.

“Bokkla” tfisser apparat b’rilaxx rapidu li jippermetti li t-tfal jinżammu mit-trażżin jew li t-trażżin jinżamm mill-istruttura tal-karozza u li jista’ jinfetaħ malajr. Il-bokkla tista’ tinkorpora l-apparat għall-aġġustament.

2.35.

“Buttuna integrata għar-rilaxx tal-bokkla”, buttuna għar-rilaxx tal-bokkla b’tali mod li ma jkunx possibbli li l-bokkla tinfetaħ bl-użu ta’ sfera b’dijametru ta’ 40 mm.

2.36.

“Buttuna mhux integrata għar-rilaxx tal-bokkla”, buttuna għar-rilaxx tal-bokkla b’tali mod li jkun possibbli li l-bokkla tinfetaħ bl-użu ta’ sfera b’dijametru ta’ 40 mm.

2.37.

“Apparat għall-aġġustament” tfisser apparat li jippermetti li ċ-ċinturin tal-ECRS jew l-aċċessorji tiegħu jiġu aġġustati skont l-istatura fiżika ta’ min jilbsu. L-apparat għall-aġġustament jista’ jew ikun parti mill-bokkla jew ikun ritrattatur jew xi parti oħra miċ-ċinturin tal-ECRS.

2.38.

“Aġġustatur rapidu” tfisser apparat għall-aġġustament li jista’ jitħaddem b’id waħda b’moviment sempliċi wieħed.

2.39.

“Aġġustatur immuntat direttament fuq is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba” tfisser aġġustatur taċ-ċinturin li huwa mmuntat direttament fuq is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba, minflok ma jkun sostnut direttament miċ-ċinga li huwa ddisinjat biex jaġġusta.

2.40.

“Assorbitur tal-enerġija” tfisser apparat li huwa ddisinjat biex jiddissipa l-enerġija indipendentement miċ-ċinga jew flimkien magħha u huwa parti mis-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba.

2.41.

“Ritrattatur” tfisser apparat iddisinjat biex jakkomoda parti miċ-ċinga jew iċ-ċinga kollha ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba. Dan it-terminu jkopri l-apparati li ġejjin:

2.41.1.

“Ritrattatur li jillokkja awtomatikament”, ritrattatur li jippermetti li jinħareġ it-tul mixtieq ta’ ċinga u, meta tingħalaq il-bokkla, jaġġusta ċ-ċinga awtomatikament skont l-istatura fiżika ta’ min jilbisha, filwaqt li jimpedixxi liċ-ċinga milli tinħall aktar sakemm ma jkunx hemm intervent volontarju min-naħa ta’ min jilbisha.

2.41.2.

“Ritrattatur li jillokkja f’emerġenza”, ritrattatur li f’kundizzjonijiet ta’ sewqan normali ma jillimitax il-libertà ta’ moviment ta’ min ikun liebes iċ-ċinga. Apparat bħal dan għandu apparati li jaġġustaw it-tul taċ-ċinga awtomatikament skont l-istatura fiżika tal-utent, u mekkaniżmu ta’ llokkjar li, f’każ ta’ emerġenza jiġi attivat minn:

2.41.2.1.

Deċellerazzjoni tal-vettura, mill-ħruġ taċ-ċinga mir-ritrattatur, jew b’xi mezz awtomatiku ieħor (sensittività unika);

2.41.2.2.

Kombinazzjoni ta’ dawn il-mezzi (sensittività multipla).

2.42.

“Pożizzjoni inklinata” tfisser pożizzjoni speċjali tas-siġġu li tippermetti li t-tfal jiġu inklinati lura.

2.43.

“Pożizzjoni mimduda/fuq id-dahar/fuq iż-żaqq” tfisser pożizzjoni li fiha tal-anqas ir-ras u l-ġisem, għajr għad-dirgħajn u r-riġlejn tat-tfal ikunu fuq wiċċ orizzontali meta jkunu mistrieħa fit-trażżin.

2.44.

“Sit tal-vettura” tfisser struttura, li tista’ tkun parti integrali mill-istruttura tal-vettura jew le, kompluta bit-tapizzerija u maħsuba biex takkomoda persuna adulta waħda. F’dan ir-rigward:

2.44.1.

“Grupp ta’ sits tal-vettura” tfisser sit f’forma ta’ bank jew inkella serje ta’ sits li jkunu separati iżda maġenb xulxin (jiġifieri fissi b’tali mod li l-ankraġġi anterjuri ta’ sit ikunu allinjati mal-ankraġġi anterjuri jew posterjuri ta’ sit ieħor jew fuq linja trasversali bejn dawk l-ankraġġi), u kull sit jista’ jakkomoda persuna adulta waħda jew aktar bilqiegħda.

2.44.2.

“Sit tal-vettura f’forma ta’ bank” tfisser struttura kompluta bit-tapizzerija u maħsuba biex takkomoda aktar minn persuna adulta waħda.

2.44.3.

“Sits ta’ quddiem tal-vettura” tfisser il-grupp ta’ sits li jinstabu fl-aktar parti ta’ quddiem fil-kompartiment tal-passiġġieri, jiġifieri ma għandhom l-ebda sit ieħor direttament quddiemhom.

2.44.4.

“Sits ta’ wara tal-vettura” huma sits fissi, iħarsu ’l quddiem li jinsabu wara grupp ieħor ta’ sits tal-vettura.

2.45.

“Tip ta’ sit” tfisser kategorija ta’ sits għall-adulti li ma jvarjawx bejniethom f’aspetti essenzjali bħalma huma l-forma, id-dimensjonijiet u l-materjali tal-istruttura tas-sit, it-tipi u d-dimensjonijiet tas-sistemi ta’ aġġustament u ta’ llokkjar tas-sit, u t-tip u d-dimensjonijiet tal-ankraġġ taċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti mas-sit, tal-ankraġġ tas-sit, u tal-partijiet affettwati tal-istruttura tal-vettura.

2.46.

“Sistema għall-aġġustament” tfisser apparat sħiħ li bih is-sit tal-vettura jew il-partijiet tiegħu jistgħu jiġu aġġustati biex jakkomodaw l-istatura fiżika tal-passiġġier adult li jkun bilqiegħda fis-sit; dan l-apparat jista’, b’mod partikolari, jippermetti spostament lonġitudinali, u/jew spostament vertikali, u/jew spostament angolari.

2.47.

“Ankraġġ għas-sit tal-vettura” tfisser is-sistema, inklużi l-partijiet affettwati tal-istruttura tal-vettura, li permezz tagħha s-sit għall-adult kollu kemm hu jitwaħħal mal-istruttura tal-vettura.

2.48.

“Sistema ta’ spostament” tfisser apparat li jippermetti li s-sit għall-adult jew waħda mill-partijiet tiegħu jiġu spostati b’mod angolari jew lonġitudinali, mingħajr pożizzjoni intermedja fissa, sabiex jiġi ffaċilitat id-dħul u l-ħruġ tal-passiġġieri kif ukoll it-tagħbija u l-ħatt ta’ oġġetti.

2.49.

“Sistema ta’ llokkjar” tfisser apparat li jiżgura li s-sit għall-adult u l-partijiet jinżammu fil-pożizzjoni tal-użu.

2.50.

“Koljatura tas-sit” tfisser iż-żona qrib l-intersezzjoni bejn l-uċuħ tal-kuxin tas-sit tal-vettura u d-dahar tas-sit.

2.51.

“Pożizzjoni tal-ECRS”

2.51.1.

“Pożizzjoni ISOFIX” tfisser pożizzjoni kif definit fir-Regolament tan-NU Nru 14 jew fir-Regolament tan-NU Nru 145.

2.51.2.

“Pożizzjoni bilqiegħda i-Size” tfisser pożizzjoni bilqiegħda, iddikjarata mill-manifattur tal-vettura, li hija maħsuba biex takkomoda kwalunkwe Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba i-Size, kif definit f’dan ir-Regolament.

2.51.3.

“Pożizzjoni bilqiegħda Universali” tfisser pożizzjoni f’konformità mal-paragrafu 8.2.2.5.2.(b) tar-Regolament tan-NU Nru 16.

2.52.

“Test tal-approvazzjoni tat-tip”, tfisser test biex jiġi ddeterminat sa liema punt tip ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba mressqa għall-approvazzjoni hija kapaċi tissodisfa r-rekwiżiti.

2.53.

“Test tal-kwalifikazzjoni tal-produzzjoni”, tfisser test biex jiġi ddeterminat jekk il-manifattur huwiex kapaċi jipproduċi Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba f’konformità mas-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba mressqa għall-approvazzjoni tat-tip.

2.54.

“Ittestjar ta’ rutina” (jew ittestjar tal-konformità tal-produzzjoni), tfisser l-ittestjar ta’ għadd ta’ sistemi tat-trażżin magħżula minn lott uniku sabiex jiġi vverifikat sa liema punt dawn jissodisfaw ir-rekwiżiti.

2.55.

“Pożizzjonatur għaċ-ċinga tal-ispalla” tfisser apparat maħsub biex, waqt kundizzjonijiet normali ta’ tranżitu, iżomm iċ-ċinga tal-ispalla f’pożizzjoni xierqa fuq it-torso tat-tfal, billi jikkonnettja ċ-ċineg tal-ispalla ma’ xulxin.

2.56.

“Apparat tal-qfil” jillokkja u jimpedixxi l-moviment ta’ sezzjoni waħda taċ-ċinga ta’ ċinturin tas-sikurezza għall-adulti fir-rigward ta’ xi sezzjoni oħra taċ-ċinga tal-istess ċinturin. Dan l-apparat jista’ jew jaġixxi fuq is-sezzjoni dijagonali jew dik addominali jew inkella jorbot flimkien is-sezzjoni dijagonali u dik addominali taċ-ċinturin għall-adulti. It-terminu jkopri l-klassijiet li ġejjin:

2.56.1.

“Apparat tal-Klassi A”, apparat li ma jħallix lit-tfal jiġbdu ċ-ċinturin tar-ritrattatur minn ġol-parti ta’ fuq il-ħoġor taċ-ċinturin, meta ċ-ċinturin għall-adulti jkun qed jintuża direttament biex irażżan lit-tfal (Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba Mhux Integrali).

2.56.2.

“Apparat tal-Klassi B”, jippermetti li tinżamm it-tensjoni applikata fuq il-parti ta’ fuq il-ħoġor taċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti, meta ċ-ċinturin għall-adulti jintuża għat-trażżin tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba Integrali. It-tagħmir huwa maħsub biex ma jħallix liċ-ċinturin jiżloq mir-ritrattatur minn ġol-apparat, li jwassal biex tintreħa t-tensjoni u jpoġġi t-trażżin f’pożizzjoni mhux ottimali.

2.57.

“Modulu”, huwa parti minn Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li hija separata mill-partijiet ta’ twaħħil ISOFIX li żżomm u trażżan lit-tfal. Modulu jista’ jintuża f’kombinazzjoni ma’ bażi waħda jew aktar jekk dan ikun permess f’dan ir-Regolament, bħala Sistema awtonoma Integrali Li Tintrabat biċ-Ċinturin tas-Sikurezza tal-Vettura Universali biex trażżan lit-tfal f’vettura.

2.58.

“Bażi”, hija parti minn Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li tifforma interfaċċja bejn il-vettura u l-modulu ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba u ma tiġix f’kuntatt dirett mat-tfal. Bażi titqabbad mal-vettura bl-użu ta’ ankraġġi ISOFIX jew permezz ta’ ċinturin tas-sikurezza tal-vettura u apparat antirotazzjoni jekk applikabbli.

Bażi tista’ takkomoda aktar minn modulu wieħed (il-Modulu A jista’ jiġi sostitwit mill-Modulu B, eċċ.).

2.59.

“Integrata” hija Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li hija parti integrali jew inkorporata bħala parti supplimentarja ta’ vettura. Il-manifattur tal-vettura għandu jkun l-applikant għall-approvazzjoni.

2.60.

“Rotta taċ-ċinturin”, tfisser it-trajettorja taċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti li se jintuża biex jorbot l-ECRS (ECRS integrali) jew biex irażżan lit-tfal (ECRS mhux integrali). Trajettorji għal installazzjonijiet simetriċi tal-ECRS huma meqjusa bħala rotta unika taċ-ċinturin.

2.61.

“Trajettorja taċ-ċinturin”, tfisser il-punti definiti fuq l-ECRS minn fejn iċ-ċinga taċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti trid tgħaddi biex tkun konformi mar-rotta taċ-ċinturin kif speċifikat mill-manifattur tal-ECRS.

2.62.

“Inserzjoni” tfisser parti minn ECRS li tipprovdi sostenn addizzjonali lit-tfal u li hija mezz essenzjali għall-konformità mar-rekwiżiti kollha għall-medda sħiħa jew għal parti mill-medda tal-istaturi ddikjarata.

3.   Applikazzjoni għall-approvazzjoni

3.1.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba għandha titressaq mid-detentur tal-marka kummerċjali jew mir-rappreżentant akkreditat tiegħu u għandha ssegwi l-iskema tal-approvazzjoni tat-tip deskritta fl-Anness 11.

3.2.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni, relatata ma’ kull tip ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba, għandha tkun akkumpanjata minn:

3.2.1.

Deskrizzjoni teknika tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba, li tispeċifika ċ-ċineg u l-materjali l-oħra użati flimkien mal-imġiba prevista u riproduċibbli ta’ limitaturi tat-tagħbija. Din għandha tkun akkumpanjata minn disinni tal-partijiet li jikkostitwixxu s-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba u fil-każ ta’ ritrattaturi, l-istruzzjonijiet għall-installazzjoni ta’ dawn ir-ritrattaturi u s-sensuri tagħhom, dikjarazzjoni dwar it-tossiċità (il-paragrafu 6.3.1.1. ta’ dan ir-Regolament) u l-fjammabbiltà (il-paragrafu 6.3.1.2. ta’ dan ir-Regolament), id-disinni għandhom juru l-pożizzjoni maħsuba għal numru tal-approvazzjoni uniku u għas-simbolu/i addizzjonali b’relazzjoni għaċ-ċirku tal-marka tal-approvazzjoni;

3.2.2.

L-applikant għandu jindika t-tip ta’ applikazzjoni:

(a)

Applikazzjoni għal Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba i-Size; jew

(b)

Applikazzjoni għal Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba ISOFIX għal vettura speċifika; jew

(c)

Applikazzjoni għal Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tal-kategorija i-Size booster seat; jew

(d)

Applikazzjoni għal Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tal-kategorija ta’ booster seat għal vetturi speċifiċi;

(e)

Applikazzjoni għal Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba Li Tintrabat biċ-Ċinturin tas-Sikurezza tal-Vettura Universali; jew

(f)

Applikazzjoni għal Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba Li Tintrabat biċ-Ċinturin tas-Sikurezza tal-Vettura għal Vetturi speċifiċi; jew

(g)

Applikazzjoni għal Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tal-kategorija ta’ sits ta’ sostenn għat-tfal Universali; jew

(h)

Applikazzjoni għal Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tal-kategorija sits ta’ sostenn għat-tfal għal Vetturi speċifiċi; jew

(i)

Kwalunkwe kombinazzjoni ta’ (a), (b), (c), (d), (g) u (h) sakemm dawn jissodisfaw il-paragrafi 5.4.2.2., 6.1.2. u 6.1.3. diment li jkun hemm rotta taċ-ċinturin waħda biss; jew

(j)

Kwalunkwe kombinazzjoni ta’ (c), (d), (e), (f), (g) u (h) sakemm dawn jissodisfaw il-paragrafi 5.4.2.2., 6.1.2. u 6.1.3. diment li jkun hemm rotta taċ-ċinturin waħda biss u li l-booster seat u s-sit ta’ sostenn ma jkunux mgħammra b’konnetturi ISOFIX.

3.2.3.

Għal Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba ttestjati fuq it-troli tat-test f’karozzerija ta’ vettura skont il-paragrafu 7.1.3.2. ta’ dan ir-Regolament jew f’vettura kompluta skont il-paragrafu 7.1.3.3. ta’ dan ir-Regolament, l-applikant għandu jippreżenta dokumentazzjoni (disinji u/jew immaġni) dwar il-kombinazzjoni tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba u l-karozza jew il-pożizzjoni bilqiegħda ISOFIX u l-ambjent rilevanti tal-karozza li għalih il-manifattur ikun talab l-approvazzjoni għal vettura speċifika. Din id-dokumentazzjoni trid tindika:

(a)

L-erja disponibbli madwar is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba meta tkun installata f’pożizzjoni bilqiegħda fil-vettura. B’mod partikolari għandha tinkludi l-partijiet li jistgħu jinterferixxu mas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba waqt impatt;

(b)

Il-partijiet rilevanti kollha tal-vettura li jistgħu jinfluwenzaw il-moviment (rotazzjonali) tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba waqt impatt, minħabba r-reżistenza jew ir-riġidità tagħhom.

3.2.4.

Il-kampjuni tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba mitluba mis-Servizz Tekniku responsabbli għat-twettiq tat-test;

3.2.5.

Kampjun twil 10 metri għal kull tip ta’ ċinga li tintuża fis-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba; u

3.2.6.

Struzzjonijiet u dettalji tal-ippakkjar f’konformità mal-paragrafu 14. ta’ dan ir-Regolament.

3.2.7.

F’każ ta’ applikazzjoni għal vettura speċifika meta t-testijiet isiru f’karozzerija ta’ vettura, għandu jkun hemm karozzerija tal-vettura disponibbli, inklużi s-sits għall-adulti u l-partijiet rilevanti tal-ambjent tal-karozza.

3.3.

L-Anness 20 jelenka d-dokumenti minimi meħtieġa biex jakkumpanjaw l-applikazzjoni għall-approvazzjoni kif indikat fil-paragrafu 3.2. ta’ hawn fuq u meħtieġa f’partijiet oħra ta’ dan ir-Regolament.

3.4.

Qabel ma tagħti l-approvazzjoni tat-tip, l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip ta’ Parti Kontraenti għandha tivverifika l-eżistenza ta’ arranġamenti u ta’ proċeduri sodisfaċenti li jiggarantixxu kontroll effettiv b’tali modi li l-produzzjoni tas-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba, tat-tagħmir jew tal-partijiet tagħhom huma konformi mat-tip approvat.

4.   Immarkar

4.1.

Il-kampjuni tas-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba, inklużi l-moduli kollha mressqa għall-approvazzjoni f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 3.2.4. u 3.2.5. ta’ hawn fuq għandhom jiġu mmarkati b’mod ċar u indelibbli bl-isem, bl-inizjali jew bil-marka kummerċjali tal-manifattur.

4.2.

Fuq is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba, inkluż fuq il-moduli kollha, iżda mhux fuq iċ-ċinga/ċineg jew fuq iċ-ċinturin li jikkontrolla ċ-ċaqliq, għandu jkun hemm marka ċara u indelibbli li tindika s-sena tal-produzzjoni.

4.3.

L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi indikata b’mod ċar fuq il-prodott:

(a)

L-orjentazzjoni tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba relattiva għall-vettura;

(b)

Il-medda jew il-meded ta’ daqsijiet tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba f’ċentimetri;

(c)

Il-massa massima tal-okkupant permessa għas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba Integrali f’kilogrammi.

4.4.

Fuq is-superfiċe intern (inkluż is-superfiċe intern tal-ġwienaħ tal-ġenb biswit ir-ras tat-tfal) bejn wieħed u ieħor fiż-żona fejn it-tfal iserrħu rashom fis-sistema tat-trażżin għat-tfal, it-trażżin li jħares lura għandu jkollu t-tikketta indikata mwaħħla b’mod permanenti.

Id-dimensjonijiet kumplessivi tat-tikketta għandhom ikunu ta’ mill-inqas 120 × 60 mm jew erja ekwivalenti.

It-tikketta tista’ tiġi adattata b’tali mod li t-tqassim tagħha jvarja mill-eżempju indikat hawn; madankollu, il-kontenut għandu jissodisfa l-preskrizzjonijiet preċiżi. Barra minn hekk, ma għandu jiġi inkluż l-ebda tip ieħor ta’ informazzjoni fuq it-tikketta sakemm ma titpoġġiex barra minn rettangolu kjarament immarkat li mill-inqas ikollu d-dimensjonijiet kumplessivi kif meħtieġ hawn fuq. B’deroga minn dak imsemmi hawn fuq, fuq it-tikketta jista’ jitpoġġa n-numru tal-part, bar code jew marka ta’ identifikazzjoni simili li ma taqbiżx 8 mm x 35 mm jew b’erja ekwivalenti.

Għandu jiġi żgurat ukoll li mhi permessa l-ebda devjazzjoni fil-forma u l-orjentazzjoni tal-pittogrammi preskritti, u b’mod partikolari li għandu jkun ipprojbit kwalunkwe adattament personalizzat tal-immaġini tal-pittogramma preskritta, bl-eċċezzjoni tal-id bis-saba’ werrej ippuntat u l-ktejjeb miftuħ b’ittra ‘i’ fuq il-paġna tal-lemin tiegħu diment li dawn ikunu jintgħarfu b’mod ċar bħala tali.

Irregolaritajiet żgħar li jikkonċernaw il-ħxuna tal-linja, l-istampar tat-tikketta u tolleranzi tal-produzzjoni rilevanti oħra jiġu aċċettati.

It-tikketta għandha tiġi meħjuta mal-kisi madwar il-perimetru kollu tiegħu u/jew titwaħħal b’mod permanenti mal-kisi fuq il-wiċċ kollu ta’ wara. Kwalunkwe forma oħra ta’ twaħħil li jkun permanenti u li ma hemmx ċans li jitneħħa minn fuq il-prodott jew li jiġi oskurat hija aċċettabbli. Tikketti jperpru huma speċifikament ipprojbiti.

F’każ li sezzjonijiet mit-trażżin jew xi aċċessorji fornuti mill-manifattur tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba jistgħu joskuraw it-tikketta, tkun meħtieġa tikketta addizzjonali. Tikketta ta’ twissija waħda għandha tkun viżibbli b’mod permanenti fis-sitwazzjonijiet kollha meta t-trażżin jitħejja għall-użu fi kwalunkwe konfigurazzjoni.

Image 3

Image 4

Image 5

4.5.

Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba Integrali li jistgħu jintużaw iħarsu ’l quddiem u jħarsu lura, għandu jkollhom it-tikketta li ġejja permanentement imwaħħla fuq il-parti fejn jitpoġġew it-tfal u għandha tkun viżibbli għall-persuna li tinstalla Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba fil-vettura:

 

Il-manifattur għandu jitħalla jinkludi l-kelma “xhur” biex jispjega s-simbolu “M” fuq it-tikketta. Jenħtieġ li l-kelma “xhur” tkun f’lingwa komunement mitkellma fil-pajjiż jew fil-pajjiżi fejn jinbiegħ il-prodott. Jista’ jkun hemm aktar minn lingwa waħda.

 

Daqs minimu tat-tikketta 40 × 40 mm

Image 6

Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba Integrali li jistgħu jintużaw iħarsu ’l quddiem biss għandu jkollhom it-tikketta li ġejja permanentement imwaħħla fuq il-parti fejn jitpoġġew it-tfal u għandha tkun viżibbli għall-persuna li tinstalla Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba fil-vettura:

 

Il-manifattur għandu jitħalla jinkludi l-kelma “xhur” biex jispjega s-simbolu “M” fuq it-tikketta. Jenħtieġ li l-kelma “xhur” tkun f’lingwa komunement mitkellma fil-pajjiż jew fil-pajjiżi fejn jinbiegħ il-prodott. Jista’ jkun hemm aktar minn lingwa waħda.

 

Daqs minimu tat-tikketta 40 × 40 mm

Image 7

4.6.

Rotta taċ-ċinturin tas-sikurezza

L-immarkar definit f’dan il-paragrafu għandu jiġi applikat b’mod permanenti u reżistenti u jkun viżibbli fuq is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba installata fil-vettura, kif ukoll meta t-tfal ikunu bilqiegħda fis-Sistema tat-Trażżin. L-immarkar għandu jitqiegħed fuq iż-żewġ naħat tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba. Is-sit tal-vettura li jidher fuq l-immarkar għandu jħares fl-istess direzzjoni bħas-sit stess tal-vettura.

Għandu jkun hemm differenzjazzjoni ċara bejn ir-rotot intiżi għas-sezzjoni addominali u dik dijagonali taċ-ċinturin tas-sikurezza. Indikazzjonijiet bħal kodiċi bil-kulur, kliem, forom, eċċ, għandhom jagħmlu distinzjoni bejn is-sezzjonijiet taċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti.

4.6.1.

L-immarkar li juri r-rotta taċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti għandu jitqiegħed fuq kull gwida taċ-ċinturini kif ukoll fuq kull apparat tal-qfil. L-immarkar li juri r-rotta taċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti għandu jkun mill-inqas i-istess wisa’ tal-passaġġ għaċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti.

4.6.2.

F’każ ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba Mhux Integrali li se tintuża f’kombinazzjoni ma’ ċinturin tas-sikurezza għall-adulti biex irażżan lit-tfal, ir-rotta korretta taċ-ċinturin tas-sikurezza skont il-paragrafu 6.1.3.4. għandu jkun immarkat b’mod ċar fuq il-prodott. Dan għandu jsir permezz ta’ disinn tal-istallazzjoni fuq tikketta permanentement imwaħħla fuq is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li turi r-rotta korretta fuq il-ġisem tat-tfal. Il-kulur li jintuża għall-immarkar tar-rotta taċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti meta l-apparat ikun installat għandu jkun aħdar. Dan l-istess kulur għandu jintuża wkoll għar-rotta taċ-ċinturin tas-sikurezza fuq it-tikketti fuq l-apparat li juru l-istallazzjoni.

4.6.3.

F’każ ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba Integrali Li tintrabat biċ-Ċinturin tas-Sikurezza tal-Vettura li tinżamm f’postha permezz taċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti, ir-rotot taċ-ċinturin tas-sikurezza skont il-paragrafu 6.1.2.5. għandhom ikunu mmarkati b’mod ċar fuq il-prodott, u jiġu indikati permezz ta’ disinn permanentement imwaħħal fuq is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba. Il-kulur li jintuża għall-immarkar tar-rotta taċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti meta l-apparat ikun installat iħares ’il quddiem jew iħares lura għandu jkun aħdar, dan l-istess kulur għandu jintuża wkoll fuq it-tikketti fuq l-apparat li juru l-installazzjoni

4.7.

Immarkar għal ECRS integrali inklużi l-partijiet ta’ twaħħil tal-konnessjonijiet ISOFIX.

L-immarkar għandu jkun jinsab fuq il-parti tal-ECRS li tinkludi l-partijiet ta’ twaħħil ISOFIX.

Waħda mit-tikketti ta’ informazzjoni li ġejjin għandha tkun permanentement viżibbli għall-persuna li tkun qed tinstalla s-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba f’vettura:

4.7.1.

ECRS i-Size:

Logo i-Size. Is-simbolu muri hawn taħt għandu jkollu dimensjoni minima ta’ 25 x 25 mm u l-pittogramma għandha tikkuntrasta mal-isfond. Il-pittogramma għandha tkun kjarament viżibbli permezz ta’ kuluri kuntrastanti jew permezz ta’ riljev adegwat jekk tkun iffurmata jew ibbuzzata ’l barra;

Image 8

4.7.2.

ECRS ISOFIX għal vetturi speċifiċi

Jekk il-prodott ikun jinkludi partijiet ta’ twaħħil ISOFIX, l-informazzjoni li ġejja għandha tkun permanentement viżibbli għall-persuna li tkun qed tinstalla t-trażżin f’vettura:

Il-logo ISO ISOFIX segwit mir-referenza jew referenzi li jidentifikaw il-klassi tad-dimensjonijiet ISOFIX tal-prodott. Bħala minimu, simbolu li jkun magħmul minn ċirku b’dijametru ta’ mill-inqas 13-il mm li jkun fih pittogramma li tikkuntrasta mal-isfond taċ-ċirku. Il-pittogramma għandha tkun kjarament viżibbli permezz ta’ kuluri kuntrastanti jew permezz ta’ riljev adegwat jekk tkun iffurmata jew ibbuzzata ’l barra.

Image 9
ISO/F2, ISO/R3 u ISO/L1

Is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba ISOFIX għal Vetturi speċifiċi għandu jkollha tikketta permanentement imwaħħla viżibbli għall-persuna li tinstalla s-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba fil-karozza, li jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

ISOFIX għal Vetturi Speċifiċi

Image 10

4.7.3.

Marka tal-approvazzjoni internazzjonali kif definit fil-paragrafu 5.4.1. F’każ li l-ECRS ikun fiha modulu/i, din il-marka għandha tkun permanentement imwaħħla mal-parti tal-ECRS li tinkludi l-partijiet ta’ twaħħil ISOFIX.

4.7.4.

Marka tal-approvazzjoni internazzjonali kif definit fil-paragrafu 5.4.3. F’każ li l-ECRS ikun fiha modulu(i), din il-marka għandha tkun permanentement imwaħħla mal-parti modulari tal-ECRS.

4.8.

Immarkar għal ECRS mhux integrali

4.8.1.

Is-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tal-kategorija i-Size booster seat għandu jkollhom tikketta permanentement imwaħħla tal-logo i-Size skont il-paragrafu 4.7.1. li tkun viżibbli għall-persuna li tinstalla s-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba fil-karozza:

i-Size booster seat

Image 11

4.8.2.

Is-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tal-kategorija Booster seats għal vetturi speċifiċi (ħlief dawk inkorporati) għandu jkollhom tikketta permanentement imwaħħla li tkun viżibbli għall-persuna li tinstalla s-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba fil-karozza li jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

Booster seat għal vetturi speċifiċi

Image 12

4.8.3.

Is-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tal-kategorija sits ta’ sostenn Universali għandu jkollhom tikketta permanentement imwaħħla li tkun viżibbli għall-persuna li tinstalla s-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba fil-karozza li jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

Sit ta’ sostenn Universali

Image 13

4.8.4.

Is-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tal-kategorija sits ta’ sostenn għal vetturi speċifiċi (minbarra dawk inkorporati) għandu jkollhom tikketta permanentement imwaħħla li tkun viżibbli għall-persuna li tinstalla s-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba fil-karozza li jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

Sit ta’ sostenn għal vetturi speċifiċi

Image 14

4.8.5.

Is-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tal-kategorija sits ta’ sostenn għandu jkollhom it-tikketta li ġejja (Daqs minimu: 60 x 40 mm) permanentement imwaħħla u li tkun viżibbli għall-persuna li tinstalla s-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba fil-karozza. Il-limitu X muri fuq it-tikketta jirrappreżenta l-istatura inferjuri tal-medda ta’ daqsijiet li għaliha hija approvata s-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba. Jekk is-sit ta’ sostenn ikun approvat f’kombinazzjoni ma’ booster seat it-tikketta għandha tkun viżibbli biss meta l-ECRS tintuża bħala sit ta’ sostenn.

Image 15

4.9.

Ilqugħ għall-protezzjoni minn impatti li ma jkunx permanentement imwaħħal mas-sit għandu jkollu tikketta permanentement imwaħħla biex tindika l-marka u l-mudell tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li għaliha jappartjeni u l-medda tad-daqsijiet. Id-daqs minimu tat-tikketta għandu jkun ta’ 40 × 40 mm jew b’erja ekwivalenti.

4.10.

Kull inserzjoni li tista’ titneħħa, għandu jkollha tikketta permanentement imwaħħla biex tindika l-marka, il-mudell u l-medda tad-daqsijiet tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li għaliha tappartjeni. Id-daqs minimu tat-tikketta għandu jkun ta’ 40 × 40 mm jew b’erja ekwivalenti

4.11.

Booster seat li jista’ jinbidel f’sit ta’ sostenn permezz ta’ dahar li jista’ jitneħħa, għandu jkollu tikketta permanentement imwaħħla fuq id-dahar, biex tindika l-marka u l-mudell tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li għaliha jappartjeni u l-medda ta’ daqsijiet. Id-daqs minimu tat-tikketta għandu jkun ta’ 40 × 40 mm jew b’erja ekwivalenti.

4.12.

Is-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba għandu jkollhom tikketta permanentement imwaħħla biex tinforma lill-utent dwar il-metodu xieraq ta’ trażżin għat-tfal tul il-medda sħiħa tal-istaturi ddikjarata mill-manifattur.

It-tikketta għandha tkun viżibbli għall-persuna li tinstalla s-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba f’vettura u meta t-tfal ikunu bilqiegħda fit-trażżin. Id-daqs minimu tat-tikketta għandu jkun ta’ 40 × 60 mm jew b’erja ekwivalenti u għandu jkun fiha pittogramma ta’ kull konfigurazzjoni ta’ trażżin maġenb il-medda tal-istaturi.

4.13.

Immarkar għal Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba Integrali.

L-immarkar għandu jkun fuq il-parti tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li tinkludi l-punti ta’ kuntatt ewlenin li jġorru t-tagħbija.

Waħda mit-tikketti ta’ informazzjoni li ġejjin għandha tkun permanentement viżibbli għall-persuna li tkun qed tinstalla s-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba f’vettura:

4.13.1.

Is-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba Li Jintrabtu biċ-Ċinturin tas-Sikurezza tal-Vettura Universali għandu jkollhom tikketta permanentement imwaħħla viżibbli għall-persuna li tinstalla s-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba fil-karozza li jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

Li Tintrabat biċ-Ċinturin tas-Sikurezza tal-Vettura Universali

Image 16

4.13.2.

Is-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba għal vetturi speċifiċi Li Jintrabtu biċ-Ċinturin tas-Sikurezza tal-Vettura (inklużi sistemi integrati) għandu jkollhom tikketta permanentement imwaħħla b’din l-informazzjoni viżibbli għall-persuna li tinstalla s-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal fil-vettura:

Tintrabat biċ-Ċinturin tas-Sikurezza tal-Vettura Għal Vetturi Speċifiċi

Image 17

4.13.3.

Marka tal-approvazzjoni internazzjonali kif definit fil-paragrafu 5.4.1. F’każ li s-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba jkun fiha modulu(i) dan l-immarkar għandu jkun permanentement imwaħħal mal-parti tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li tinkludi l-punti ta’ kuntatt ewlenin li jġorru t-tagħbija.

4.13.4.

Marka tal-approvazzjoni internazzjonali kif definit fil-paragrafu 5.4.3. F’każ li s-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba jkun fiha modulu(i) dan l-immarkar għandu jkun permanentement imwaħħal mal-parti modulari tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba.

4.14.

Immarkar addizzjonali

L-informazzjoni li ġejja tista’ tingħata permezz ta’ pittogrammi u/jew kitba. L-immarkar għandu jindika:

(a)

Il-passi rilevanti essenzjali meħtieġa biex is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tkun lesta biex tiġi installata. Pereżempju, għandu jiġi spjegat il-metodu kif jiġu estiżi l-partijiet ta’ twaħħil ISOFIX;

(b)

Għandu jkun hemm spjegazzjoni tal-pożizzjoni, tal-funzjoni, u l-interpretazzjoni ta’ kwalunkwe indikatur;

(c)

Il-pożizzjoni u jekk ikun meħtieġ il-mod kif għandha titgħadda ċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq, jew ta’ mezzi oħra li jillimitaw ir-rotazzjoni tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li jkunu jeħtieġu azzjoni mill-utent, għandhom jiġu indikati bl-użu ta’ wieħed mis-simboli li ġejjin, skont kif ikun xieraq;

Image 18

(d)

Għandu jiġi indikat l-aġġustament tal-imqafel ISOFIX u taċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq, jew ta’ mezzi oħra li jillimitaw ir-rotazzjoni tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba, li jkunu jeħtieġu azzjoni mill-utent;

(e)

L-immarkar għandu jkun permanentement imwaħħal u jkun viżibbli għal utent li jinstalla s-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba;

(f)

Meta jkun neċessarju jenħtieġ li ssir referenza għall-istruzzjonijiet għall-utent tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba u għall-post fejn jinsab dak id-dokument billi jintuża s-simbolu ta’ hawn taħt.

Image 19

(g)

Il-parti taċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti ta’ fuq l-ispalla u l-parti addominali taċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti li jintuża biex jorbot il-benniena għat-trabi li tinġarr għandhom jiġu indikati b’ikoni speċifiċi għar-rotta taċ-ċinturin tas-sikurezza ta’ fuq l-ispalla u għar-rotta taċ-ċinturin tas-sikurezza ta’ fuq il-ħoġor, viżibbli għall-utent, qrib l-erja bil-gwida taċ-ċinturin (ikona A u B) jew fuq id-disinji tal-installazzjoni (ikona C). L-Ikoni A, B u C għandu jkollhom l-istess kodiċi tal-kulur (aħdar aktar skur fuq iċ-ċinturin addominali) kif użat fuq id-disinji tal-installazzjoni u d-daqs minimu huwa dijametru ta’ 20 mm.

Image 20

5.   Approvazzjoni

5.1.

Kull kampjun ippreżentat f’konformità mal-paragrafi 3.2.4. u 3.2.5. ta’ hawn fuq għandu jissodisfa kull aspett tal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 6. sa 7. ta’ dan ir-Regolament qabel ma jkun jista’ jingħata l-approvazzjoni.

5.2.

Għandu jingħata numru tal-approvazzjoni lil kull tip approvat. L-ewwel żewġ ċifri tiegħu (fil-preżent 03, li jikkorrispondu għas-serje 03 ta’ emendi) għandhom jindikaw is-serje ta’ emendi li jinkorporaw l-aktar emendi tekniċi ewlenin reċenti li saru għar-Regolament fiż-żmien meta nħarġet l-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma għandhiex tagħti l-istess numru lil tip ieħor ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba kopert minn dan ir-Regolament.

Tip ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba approvat skont dan ir-Regolament ma għandux ikollu marka tal-approvazzjoni oħra skont ir-Regolament tan-NU Nru 44 (Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal).

5.3.

L-avviż tal-approvazzjoni jew tal-estensjoni jew tar-rifjut tal-approvazzjoni ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba skont dan ir-Regolament għandu jiġi kkomunikat lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

5.4.

Barra mill-marki preskritti fil-paragrafu 4. ta’ hawn fuq, id-dettalji li ġejjin għandhom jitwaħħlu fi spazju adatt fuq kull Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li tikkonforma ma’ tip approvat skont dan ir-Regolament:

5.4.1.

Marka tal-approvazzjoni internazzjonali li tkun magħmula minn:

5.4.1.1.

Ċirku madwar l-ittra “E” segwit bin-numru li jiddistingwi l-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni; (1)

5.4.1.2.

Numru tal-approvazzjoni, il-kliem “UN Regulation No” segwiti min-numru ta’ dan ir-Regolament, linja dijagonali u s-serje tal-emenda (“UN Regulation No. 129/00”);

5.4.2.

Is-simboli addizzjonali li ġejjin:

5.4.2.1.

Il-kliem “i-Size universal ISOFIX”, jew “i-Size booster seat”, jew “specific vehicle ISOFIX” jew “specific vehicle booster seat” jew “Universal Belted”, jew “Specific vehicle Belted”, skont il-kategorija tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba;

5.4.2.2.

Il-medda ta’ daqsijiet li għaliha ġiet iddisinjata s-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba;

5.4.2.3.

F’każ li l-ECRS tkun mgħammra b’modulu, il-medda tad-daqsijiet ma tkunx fuq il-marka tal-approvazzjoni iżda fuq il-marka tal-modulu.

5.4.2.4.

Is-simbolu “S” fil-każ ta’ “Trażżin għal Bżonnijiet Speċjali”.

5.4.3.

Marka ta’ modulu internazzjonali kif definit fl-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament li tikkonsisti minn:

5.4.3.1.

Il-kliem “R129” segwit minn sing u l-istess numru tal-approvazzjoni bħall-parti tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li tinkludi l-partijiet ta’ twaħħil ISOFIX jew il-punti ta’ kuntatt ewlenin li jġorru t-tagħbija;

5.4.3.2.

Il-kliem Modulu “name of the Module”, skont l-isem tal-modulu tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba;

5.4.3.3.

Il-medda tad-daqsijiet inkluż il-piż massimu li għalih ġie ddisinjat il-Modulu tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba;

5.5.

Il-marka tal-approvazzjoni preskritta fil-paragrafu 5.4. ta’ hawn fuq ma tistax tiġi sostitwita b’Identifikatur Uniku (UI) kif imsemmi fl-Iskeda 5 tal-Ftehim tal-1958.

5.6.

L-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempju tal-arranġament tal-marka tal-approvazzjoni.

5.7.

Id-dettalji msemmija fil-paragrafu 5.4. ta’ hawn fuq għandhom ikunu jistgħu jinqraw b’mod ċar u jkunu miktuba b’mod li ma jistax jitħassar, u jistgħu jitwaħħlu kemm permezz ta’ tikketta jew permezz ta’ mmarkar dirett. It-tikketta jew l-immarkar għandu jkun reżistenti għall-użu.

5.8.

It-tabelli msemmija fil-paragrafu 5.6. ta’ hawn fuq jistgħu jinħarġu mill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun tat l-approvazzjoni jew, soġġett għall-awtorizzazzjoni ta’ dik l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip, mill-manifattur.

6.   Speċifikazzjonijiet ġenerali

6.1.

Pożizzjonament u twaħħil fil-vettura

6.1.1.

Is-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba fil-kategorija i-Size huma primarjament iddisinjati għall-użu f’pożizzjonijiet bilqiegħda i-Size, meta s-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba jiġu installati skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur tal-vettura.

L-istruzzjonijiet ta’ ECRS integrali i-Size li tħares ’il quddiem li tuża ċinga tal-irbit ta’ fuq bħala l-apparat antirotazzjoni jistgħu jiddikjaraw li l-ECRS tista’ tintuża fi kwalunkwe pożizzjoni bilqiegħda ISOFIX.

L-istruzzjonijiet ta’ ECRS integrali i-Size oħrajn jistgħu jiddikjaraw li l-ECRS tista’ tintuża f’pożizzjonijiet bilqiegħda ISOFIX li huma speċifikati f’lista fejn tista’ tiġi installata f’karozza.

Is-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba fil-kategorija ta’ i-Size booster seat huma primarjament iddisinjati biex jintużaw fil-pożizzjonijiet bilqiegħda i-Size kollha. L-istruzzjonijiet ta’ i-Size booster seat jistgħu jiddikjaraw li jista’ jintuża fi kwalunkwe pożizzjoni bilqiegħda Universali sakemm dan ma jkunx f’kunflitt mal-intern tal-karozza.

Is-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li jagħmlu parti mill-kategorija “sits ta’ sostenn Universali” huma primarjament iddisinjati biex jintużaw fil-pożizzjonijiet bilqiegħda i-Size u Universali kollha.

Is-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tal-kategorija ISOFIX għal vetturi speċifiċi huma għall-użu fil-pożizzjonijiet ISOFIX kollha kif ukoll fil-bagoll, jekk it-trażżin jiġi installat skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur.

Is-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tal-kategorija booster seat għal vetturi speċifiċi jew tal-kategorija sits ta’ sostenn għal vetturi speċifiċi għandhom jintużaw skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur.

6.1.2.

Skont il-kategorija li għaliha tappartjeni, ara t-Tabella 1, is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba integrali għandha titqabbad sew mal-istruttura tal-vettura jew mal-istruttura tas-sit tal-vettura:

6.1.2.1.

Għall-kategorija i-Size, dan għandu jsir permezz ta’ żewġ partijiet ta’ twaħħil ISOFIX flimkien ma’ apparat antirotazzjoni kemm għas-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li jħarsu ’l quddiem kif ukoll dawk li jħarsu lura;

6.1.2.2.

Għall-kategorija “ISOFIX għal vetturi speċifiċi”: dan għandu jsir permezz tal-partijiet ta’ twaħħil ISOFIX iddisinjati mill-manifattur tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba, imqabbda mas-sistema ta’ ankraġġi ISOFIX kif iddisinjat mill-manifattur tal-vettura.

Tabella 1

Konfigurazzjonijiet possibbli għall-approvazzjoni tat-tip għal Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba

 

Orjentazzjoni

Kategorija

 

 

ECRS i-Size

ECRS ISOFIX Integrali għal Vetturi Speċifiċi

Li Tintrabat biċ-Ċinturin tas-Sikurezza tal-Vettura Universali

Tintrabat biċ-Ċinturin tas-Sikurezza tal-Vettura għal Vetturi Speċifiċi

INTEGRALI

Tħares lejn il-ġenb (Kerrikot)

MA

A

MA

A

Tħares lura

A

A

A

A

Tħares ’il quddiem

A

A

A

A

Nota: ECRS: Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba

A

:

Applikabbli

MA

:

Mhux Applikabbli

6.1.2.3.

Għall-kategorija “Li Tintrabat biċ-Ċinturin tas-Sikurezza tal-Vettura Universali”, din għandha tkun permezz taċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti biss.

6.1.2.4.

Għall-kategorija “Li Tintrabat biċ-Ċinturin tas-Sikurezza tal-Vettura għal Vetturi Speċifiċi”, din għandha tkun primarjament permezz taċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti.

6.1.2.5.

Is-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba Integrali tal-kategoriji li Jintrabtu biċ-Ċinturin tas-Sikurezza tal-Vettura għandu jkollhom rotta waħda biss għaċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti u punt ta’ kuntatt li jġorr it-tagħbija ewlieni, bejn is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba u ċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti fuq kull naħa tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba. Dan il-punt ma għandux ikun inqas minn 150 mm mill-assi Cr meta mkejjel bis-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba fuq il-bank tat-test dinamiku installata f’konformità mal-paragrafu 7.1.3.5.2.3. ta’ dan ir-Regolament, mingħajr manikin. Dan għandu japplika għall-konfigurazzjonijiet kollha ta’ regolazzjoni u tar-rotot taċ-ċinturin tas-sikurezza.

6.1.2.6.

Iċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti meħtieġ biex jorbot Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba Integrali Li Tintrabat biċ-Ċinturin tas-Sikurezza tal-Vettura fuq il-bank tat-test dinamiku huwa definit fl-Anness 23 ta’ dan ir-Regolament. Is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba għandha tintrabat sew mal-bank tat-test permezz taċ-ċinturin tas-sikurezza standard xieraq deskritt fl-Anness 23 bl-użu ta’ tensjoni addizzjonali fuq iċ-ċinturin ta’ 50N ± 5N. Il-manikin ma għandux jiġi installat jekk it-trażżin ma jkunx iddisinjat b’tali mod li l-installazzjoni tal-manikin iżżid it-tul taċ-ċinturin użat. Bis-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba fil-pożizzjoni installata kif iddikjarat mill-manifattur tal-ECRS, ma għandux ikun hemm tensjoni addizzjonali fuq iċ-ċinturin, apparti minn dik li tkun ġejja mir-ritrattatur standard (4 ± 3 N), meta dan ikun installat. Meta jintuża ċ-ċinturin bir-ritrattatur, din il-kundizzjoni għandha tiġi ssodisfata u għandu jkun għad fadal mill-inqas 150 mm taċ-ċinturin fuq ir-rukkell.

Mekkaniżmu tal-ikklampjar użat skont il-paragrafu 7.1.3.5.2.3. ma għandux jinfluwenza r-rotta taċ-ċinturin tas-sikurezza.

6.1.2.7.

Fil-każ ta’ tfal taħt il-15-il xahar għandha tintuża biss Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li tħares lejn il-ġenb jew li tħares lura.

Dan ifisser:

(a)

Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li tħares lura ddisinjata għal tfal sa 15-il xahar għandha takkomoda tfal bi statura ta’ mhux inqas minn 83 cm;

(b)

Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li tħares ’il quddiem ma għandhiex tkun iddisinjata biex takkomoda statura ta’ inqas minn 76 cm;

(c)

Sit konvertibbli konfigurat biex iħares lura għandu jkun jista’ jakkomoda tfal bi statura ta’ mhux aktar minn 83 cm. Dan ma għandux jipprekludi lil tfal bi statura ta’ aktar minn 83 cm.

Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li tħares lura tista’ tintuża għal tfal ta’ kull età.

6.1.2.8

Benniena għall-ġarr tat-trabi għandha tkun iddisinjata biex takkomoda tfal bi statura ta’ mhux aktar minn 87 cm.

6.1.3.

Skont il-kategorija kif definita mit-Tabella 2, is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba Mhux Integrali u t-tfal għandhom ikunu marbuta f’pożizzjoni bilqiegħda tal-vettura:

6.1.3.1.

Għall-kategoriji ta’ i-Size booster seat u ta’ sits ta’ sostenn Universali , permezz taċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti u possibbilment b’partijiet ta’ twaħħil ISOFIX opzjonali, jekk il-partijiet ta’ twaħħil ISOFIX ikunu jistgħu jitneħħew (ara d-Dettall B tal-Illustrazzjoni 1 tal-Appendiċi 5 tal-Anness 17 tar-Regolament tan-NU Nru 16).

6.1.3.2.

Għall-kategoriji ta’ booster seat għal vetturi speċifiċi u ta’ sits ta’ sostenn għal vetturi speċifiċi, permezz taċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti u possibbilment b’partijiet ta’ twaħħil iddisinjati mill-manifattur tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba, imqabbda mal-ankraġġi kif ifformulat mill-manifattur tal-vettura. Mas-sistema ta’ ankraġġ ISOFIX għandhom jintużaw biss partijiet ta’ twaħħil ISOFIX.

Tabella 2

Konfigurazzjonijiet possibbli ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba Mhux Integrali għall-approvazzjoni tat-tip

 

Orjentazzjoni

Kategorija

Mhux integrali

 

i-Size booster seat

Sit ta’ sostenn Universali

Booster seat għal vetturi speċifiċi (inklużi dawn inkorporati)

Sit ta’ sostenn għal vetturi speċifiċi (inklużi dawk inkorporati)

Tħares ’il quddiem

A

A

A

A

Tħares lura

MA

MA

MA

MA

Tħares lejn il-ġenb

MA

MA

MA

MA

A

:

Applikabbli

MA

:

Mhux applikabbli

6.1.3.3.

Għal Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba mhux integrali, l-approvazzjoni tat-tip ma għandhiex tingħata għal statura ta’ inqas minn 100 cm. Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba mhux integrali ma għandhomx jiġu ddikjarati li jistgħu jintużaw minn tfal bi statura ta’ inqas minn 100 cm.

ECRS mhux integrali ma għandhomx jiġu approvati jekk il-limitu ta’ fuq tal-istatura tal-utent ikun inqas minn 105 cm.

Il-booster seats għandhom jiżguraw il-protezzjoni laterali tat-tfal kif deskritt fil-paragrafu 7.1.3.1.3. sa statura ta’ 135 cm.

L-ECRS għandha takkomoda medda ta’ staturi tat-tfal mingħajr ebda interruzzjoni.

Nota: Pereżempju, booster seat ma għandux jakkomoda tfal ta’ bejn 100 cm u 130 cm u mbagħad tfal ta’ bejn 140 cm u 150 cm b’“interruzzjoni”.

6.1.3.4.

Is-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tal-kategoriji ta’ booster seat u ta’ sits ta’ sostenn għandu jkollhom punt ta’ kuntatt ewlieni li jġorr it-tagħbija, bejn is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba u ċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti. Dan il-punt ma għandux ikun inqas minn 150 mm mill-assi Cr meta mkejjel bis-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba fuq il-bank tat-test dinamiku installata f’konformità mal-paragrafu 7.1.3.5.2.2. ta’ dan ir-Regolament, mingħajr manikin. Dan għandu japplika għall-konfigurazzjonijiet kollha ta’ regolazzjoni u ta’ rotot taċ-ċinturin tas-sikurezza.

6.1.3.5.

Iċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti meħtieġ biex jorbot sew Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li Tintrabat biċ-Ċinturin tas-Sikurezza tal-Vettura fuq il-bank tat-test dinamiku huwa definit fl-Anness 22 ta’ dan ir-Regolament. Is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba għandha tintrabat sew mal-bank tat-test permezz taċ-ċinturin tas-sikurezza standard xieraq deskritt fl-Anness 24 bl-użu ta’ tensjoni addizzjonali fuq iċ-ċinturin ta’ 50N ± 5N. Il-manikin ma għandux jiġi installat jekk it-trażżin ma jkunx iddisinjat b’tali mod li l-installazzjoni tal-manikin iżżid l-ammont ta’ ċinturin użat. Bis-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba fil-pożizzjoni installata, ma għandux ikun hemm tensjoni addizzjonali fuq iċ-ċinturin, apparti minn dik li tkun ġejja mir-ritrattatur standard (4 ± 3 N), meta dan ikun installat. Meta jintuża ċ-ċinturin bir-ritrattatur, din il-kundizzjoni għandha tiġi ssodisfata u għandu jkun għad fadal mill-inqas 150 mm taċ-ċinturin fuq ir-rukkell.

Mekkaniżmu tal-ikklampjar użat skont il-paragrafu 7.1.3.5.2.2. ma għandu jkollu l-ebda influwenza fuq ir-rotta taċ-ċinturin tas-sikurezza.

6.1.3.6.

Fil-każ ta’ sits ta’ sostenn, l-approvazzjoni tat-tip ma għandhiex tingħata għal statura ta’ inqas minn 125 cm. Is-sits ta’ sostenn ma għandhomx jiġu ddikjarati li jistgħu jintużaw minn tfal bi statura ta’ inqas minn 125 cm.

Is-sits ta’ sostenn għandhom jiżguraw li l-parti ta’ fuq tar-ras tat-tfal tkun fuq jew ’il fuq minn pjan orizzontali ta’ 770 mm vertikalment mill-assi Cr meta jkunu bilqiegħda fuq il-bank tat-test deskritt fl-Anness 6.

Il-proċedura biex jiġi vverifikat jekk sit ta’ sostenn jissodisfax dan ir-rekwiżit hija deskritta kif ġej (ara l-Illustrazzjoni 1 ta’ hawn taħt):

Image 21

(a)

Għall-valutazzjoni għandu jintuża bank tat-test simulat. Il-bank simulat għandu jkollu l-istess ġeometrija bħall-bank tat-test definit fl-Anness 6 ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-kuxins tas-sits. Madankollu, il-wisa’ tal-bank simulat tista’ titnaqqas, jekk il-wisa’ tkun bejn 500 u 800 mm, kif muri fl-Anness 25. Il-bank tat-test simulat għandu jkollu struttura riġida u ma għandux jiddeforma meta jintuża l-apparat tal-kejl definit fl-Anness 25.

(b)

Struttura riġida titwaħħal mal-bank tat-test simulat li fiha parti li tiżżerżaq. Jiġi identifikat pjan orizzontali li jinsab f’distanza vertikali ta’ 770 mm mill-assi Cr.

(c)

Is-sit ta’ sostenn għandu jitqiegħed fuq il-bank tat-test simulat bil-linja tan-nofs tiegħu allinjata mal-linja tan-nofs tal-bank tat-test u s-superfiċe posterjuri tas-sit ta’ sostenn imiss mad-dahar tal-bank tat-test.

(d)

Jekk ikun hemm partijiet ta’ twaħħil ISOFIX dawn għandhom jiġu mqabbda mal-ankraġġi ISOFIX inferjuri tal-bank tat-test. Għandha tiġi applikata forza addizzjonali ta’ 135 +/-15N fi pjan parallel mal-wiċċ tal-bank tat-test simulat. Il-forza għandha tiġi applikata tul il-linja tan-nofs tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba u f’għoli ta’ mhux iktar minn 100 mm ’il fuq mill-wiċċ tas-sit tal-bank tat-test simulat.

(e)

L-apparat tal-kejl jiġi estiż ’l isfel b’mod parallel għad-dahar tal-bank tat-test simulat, sakemm jiltaqa’ mal-kuxin tal-booster seat.

Image 22

(f)

Id-distanza mkejla bejn iż-żewġ punti M u N (Illustrazzjoni 1) tirrappreżenta l-għoli bilqiegħda ta’ tfal li se jużaw is-sit ta’ sostenn. Il-valur korrispondenti jintwera mir-riga li tiġi mal-apparat kif muri fl-Illustrazzjoni 2.

(g)

Permezz tad-data fit-Tabella 3, l-għoli bilqiegħda jintuża biex tiġi ddeterminata l-istatura minima korrispondenti tat-tfal li tista’ tiġi akkomodata mis-sit ta’ sostenn. Eżempju: Għoli bilqiegħda ta’ 66,2 cm għandu jikkorrispondi għal statura minima ta’ tfal ta’ 125 cm; għoli bilqiegħda ta’ 75,9 cm għandu jikkorrispondi għal 150 cm.

F’każ li l-valur li jinkiseb għall-għoli bilqiegħda jkun bejn żewġ valuri sħaħ dan għandu dejjem jiġi arrotondat sal-eqreb numru sħiħ (eż. L-għoli bilqiegħda mkejjel = 70,1 cm ► statura riżultanti = 135,65 cm ► L-iżgħar statura permessa = 136 cm).

(h)

L-istatura li tiġi determinata f’din il-proċedura għandha titqabbel mal-limitu inferjuri tal-medda tal-istaturi tal-approvazzjoni. Ir-rekwiżit ikun issodisfat jekk l-istatura inferjuri tal-approvazzjoni tkun akbar jew daqs l-istatura minima miksuba.

Tabella 3

Għoli bilqiegħda bi staturi minimi korrispondenti

Għoli Minimu f’Pożizzjoni Bilqiegħda 50 perċentil (2)

(cm)

Statura

(cm)

66,2

125

67,9

130

69,7

135

71,6

140

73,6

145

75,9

150

Nota:

Għal staturi bejn il-valuri murija, l-għoli rispettiv f’pożizzjoni bilqiegħda jrid jiġi kkalkulat permezz ta’ interpolazzjoni lineari.

6.2.

Konfigurazzjoni tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba

6.2.1.

Il-konfigurazzjoni tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba għandha tkun tali, li:

6.2.1.1.

It-trażżin għat-tfal għandu jagħti l-protezzjoni meħtieġa fi kwalunkwe pożizzjoni speċifikata għas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba;

L-inserzjonijiet għandhom jiffurmaw biss saff wieħed fuq il-wiċċ tas-sit. Dan ma jipprekludix l-użu ta’ inserzjonijiet addizzjonali għall-“kumdità”, sakemm ma jkunux meħtieġa jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-regolament;

Għal “Trażżin għal Bżonnijiet Speċjali” il-mezz primarju ta’ trażżin għandu jagħti l-protezzjoni meħtieġa fi kwalunkwe pożizzjoni maħsuba tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba mingħajr ma jintuża apparat ta’ trażżin ieħor li jista’ jkun preżenti.

6.2.1.2.

Is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba għandha tkun tali li t-tfal jistgħu jinqaflu u jinħallu faċilment mit-trażżin. Fil-każ ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li fiha t-tfal jiġu mrażżna permezz ta’ ċinga integrali jew ta’ ċinturin f’forma ta’ Y mingħajr ritrattatur, kull trażżin tal-ispalla u kull ċinga addominali għandha tkun tista’ tiċċaqlaq relattivament għaċ-ċineg l-oħra waqt il-proċedura deskritta fil-paragrafu 6.7.1.4. ta’ hawn taħt; f’dawn il-każijiet l-assemblaġġ tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba jista’ jkun iddisinjat b’żewġ partijiet ta’ kollegament jew aktar.

Għat-Trażżin għal Bżonnijiet Speċjali huwa rikonoxxut li l-apparati addizzjonali tat-trażżin jnaqqsu l-veloċità li biha t-tfal ikunu jistgħu jinqaflu u jinħallu mit-trażżin. Madankollu, l-apparat addizzjonali għandu jkun iddisinjat biex jiġi rilaxxat malajr kemm jista’ jkun;

6.2.1.3.

Jekk ikun possibbli li tinbidel l-inklinazzjoni tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba, din il-bidla fl-inklinazzjoni ma għandhiex teħtieġ riaġġustament manwali ta’ xi parti oħra tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba. Biex tinbidel l-inklinazzjoni tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba hemm bżonn ta’ intervent manwali apposta.

Waqt it-testijiet dinamiċi, iċ-ċinturin tas-sikurezza standard li jintuża biex tiġi installata Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba integrali li tintrabat biċ-ċinturin tas-sikurezza tal-vettura ma għandu jinħall minn ebda gwida jew apparat tal-illokkjar użat għat-test imwettaq;

6.2.1.4.

Biex jiġi evitat li t-tfal jiżolqu minn taħt iċ-ċinturin addominali kemm minħabba ħabta jew minħabba rrekwitezza, it-trażżin integrali kollu li jħares ’il quddiem li jkun mgħammar b’sistema ta’ ċinturin integrali għandu jkollu ċinga li tgħaddi minn bejn il-koxox. Is-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li jkunu mgħammra bi lqugħ minflok ċinga integrali għandhom jiżguraw li l-ilqugħ jestendi tul il-wisa’ kollu tal-ġisem tat-tfal u jkun ippożizzjonat ’l isfel mill-pelvi.

6.2.1.5.

L-apparat tat-trażżin kollu li juża ċinga addominali għandu jiggwida ċ-ċinga addominali pożittivament biex jiġi żgurat li t-tagħbijiet trażmessi miċ-ċinga addominali jiġu trażmessi minn ġol-pelvi. L-assemblaġġ ma għandux jissoġġetta lill-partijiet dgħajfa tal-ġisem tat-tfal (l-addome, il-parti ta’ bejn il-koxox, eċċ.) għal forzi eċċessivi.

Fil-każ ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba mhux integrali, il-parti addominali taċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti għandha tiġi ggwidata pożittivament fuq iż-żewġ naħat biex jiġi żgurat li t-tagħbijiet trażmessi miċ-ċinturin għall-adulti ta’ fuq il-ħoġor jiġu trażmessi minn ġol-pelvi. Il-gwida pożittiva tat-tagħbijiet fuq il-pelvi għandha tibda mill-mument li fih it-tfal jitqiegħdu fit-trażżin; iċ-ċinturin addominali għandu jgħaddi minn fuq il-parti ta’ fuq tal-koxxa, kemm kemm imiss it-tinja mal-pelvi. L-angoli α u β bejn il-linja tanġenti fejn iċ-ċinturin imiss mal-koxox u l-linja orizzontali għandhom ikunu akbar minn 10°.

Image 23

Il-parti taċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti li tgħaddi minn fuq l-ispalla għandha tiġi ggwidata pożittivament biex jiġi żgurat li t-torso u l-għonq tat-tfal ma jkunux jistgħu jinħallu.

6.2.1.6.

Waqt it-testijiet dinamiċi, iċ-ċinturin tas-sikurezza standard li jintuża għall-installazzjoni ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba mhux integrali ma għandu jinħall mill-ebda gwida jew apparat tal-illokkjar użat għat-test imwettaq; madankollu, fil-każ tal-parti taċ-ċinturin tas-sikurezza standard ta’ fuq l-ispalla dan għandu jiġi vvalutat sakemm ir-ras tal-manikin tilħaq l-isporġiment orizzontali massimu tagħha.

6.2.1.7.

Iċ-ċineg kollha tat-trażżin għandhom jitpoġġew b’tali mod li ma jikkawżawx skumdità għall-utent jew jispiċċaw f’pożizzjoni perikoluża waqt l-użu normali. Iċ-ċinturini f’forma ta’ Y mhumiex permessi fuq Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li jħarsu ’l quddiem u jistgħu jintużaw biss fuq Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba ddedikati li jħarsu lura u/jew li jħarsu lejn il-ġenb (kerrikots). Jenħtieġ li d-distanza bejn iċ-ċineg ta’ fuq l-ispalla maġenb l-għonq tkun tal-inqas daqs il-wisa’ tal-għonq tal-manikin relattiv.

6.2.1.8.

Biċ-ċinga ta’ bejn il-koxox mqabbda u fl-aktar pożizzjoni twila tagħha jekk din tkun aġġustabbli, ma għandux ikun possibbli li ċ-ċinga addominali tiġi aġġustata b’mod li din tispiċċa ’l fuq mill-pelvi kemm fl-iċken kif ukoll fl-akbar manikin fil-medda ta’ daqsijiet koperta mill-approvazzjoni. Għat-trażżin kollu li jħares ’il quddiem ma għandux ikun possibbli ċ-ċinga addominali tiġi aġġustata b’mod li din tispiċċa ’l fuq mill-pelvi kemm fl-iċken kif ukoll fl-akbar manikin fil-medda ta’ daqsijiet koperta mill-approvazzjoni.

Ilqugħ kontra l-impatt għandu jkun aġġustabbli sabiex jiġi f’kuntatt mal-pelvi u mal-addome tal-iżgħar u tal-akbar manikin fil-medda ta’ daqsijiet koperta mill-approvazzjoni, mingħajr ma jkun hemm ebda spazju bejn l-ilqugħ kontra l-impatt u l-manikin.

6.2.1.9.

Waqt it-test dinamiku, kif preskritt fil-paragrafu 7.1.3., iċ-ċinturin addominali ma għandux jgħaddi kompletament lil hinn mill-istruttura pelvika tal-manikin matul il-perjodu ta’ qabel l-isporġiment orizzontali massimu tar-ras. Waqt il-valutazzjoni hemm bżonn li jintużaw filmati bil-vidjo b’veloċità kbira.

6.2.1.10.

Wara l-kundizzjonament skont il-paragrafu 7.2.6 għandu tal-inqas isir it-test dinamiku li jkun ipproduċa l-aktar riżultati sfavorevoli għas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba għandu jsir.

6.2.2.

Is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba għandha tkun iddisinjata u installata b’tali mod li:

6.2.2.1.

Ma għandu jkun hemm l-ebda parti li tisporġi ’l barra jew truf ippuntati li jistgħu jagħmlu ħsara lill-kisi tas-sits tal-vettura jew lill-ħwejjeġ tal-okkupant;

6.2.2.2.

Jiġi żgurat li l-partijiet riġidi tagħha, f’kull punt fejn jiġu f’kuntatt maċ-ċineg, ma jkollomx truf ippuntati li jistgħu jgħawru ċ-ċineg.

6.2.3.

Ma għandux ikun possibbli li wieħed ineħħi jew jaqla’ mingħajr l-użu ta’ għodda speċifika, kwalunkwe komponent mhux iddisinjat biex ikun jista’ jitneħħa jew jinqala’ minn postu għall-fini ta’ manutenzjoni jew għal tibdil fil-konfigurazzjoni. Kwalunkwe komponent li huwa ddisinjat biex jitneħħa jew jinqala’ minn postu għandu jkun iddisinjat b’tali mod li jiġi evitat kwalunkwe riskju ta’ mmuntar ħażin u użu skorrett, għalhekk il-proċessi ta’ mmuntar u ta’ żarmar għandhom jiġu spjegati fid-dettall fil-gwidi għall-utenti tat-trażżin. Kwalunkwe ċinturin integrali jew ilqugħ mill-impatt tas-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba integrali għandu jkun jista’ jiġi rregolat fil-pożizzjonijiet kollha tiegħu mingħajr ma jiġi żarmat.

6.2.4.

It-“Trażżin għal Bżonnijiet Speċjali” jista’ jkollu apparati ta’ trażżin addizzjonali; dan għandu jiġi ddisinjat biex jiġi evitat kwalunkwe riskju ta’ mmuntar ħżin, u għandu jiġi ddisinjat b’mod li l-mezz ta’ rilaxx u l-mod kif jitħaddem ikun immedjatament evidenti għal kull min ikun qed iwettaq salvataġġ f’każ ta’ emerġenza.

6.2.5.

Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tista’ tkun iddisinjata biex tintuża fi kwalunkwe medda ta’ daqsijiet speċifikata mill-manifattur sakemm tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament.

6.2.6.

Is-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li jinkorporaw elementi li jintefħu għandhom ikunu ddisinjat b’tali mod li l-kundizzjonijiet tal-użu (il-pressjoni, it-temperatura, l-umdità) ma jkollhom l-ebda effett fuq il-kapaċità tagħhom li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

6.3.

Speċifikazzjonijiet tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba

6.3.1

Materjal

6.3.1.1.

Il-manifattur tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba għandu jiddikjara bil-miktub li t-tossiċità tal-materjali użati fil-manifattura tas-sistemi tat-trażżin u li huma aċċessibbli għat-tfal imrażżna hija konformi mar-rekwiżiti tal-ittestjar tal-EN 71-3:2019, għal materjal tal-Kategorija III kif definit fil-paragrafu 4.2. it-Tabella 2 u skont il-metodu tal-ittestjar tal-paragrafu 7.2., b’mod partikolari l-paragrafu 7.2.2., it-Tabella 3, il-Kategorija III metodu ta’ kampjunar. It-testijiet li jikkonfermaw il-validità tad-dikjarazzjoni jistgħu jitwettqu għad-diskrezzjoni tas-Servizz Tekniku. Dan il-paragrafu ma japplikax għal ECRS mhux integrali b’medda tal-istaturi ta’ 100 cm jew aktar.

6.3.1.2.

Il-fjammabbiltà tas-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba mressqa għall-approvazzjoni għandha tiġi vvalutata permezz ta’ wieħed mill-metodi li ġejjin:

Il-Metodu 1 huwa applikabbli biss għas-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba mhux integrati u l-Metodu 2 huwa applikabbli biss għas-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba integrati għal vetturi speċifiċi.

Metodu 1

Il-manifattur tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba għandu jiddikjara bil-miktub li l-fjammabbiltà tal-materjali użati għall-manifattura tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba hija konformi mal-metodu tat-taqsima 5.4 tal-EN 71-2:2011+A1:2014 b’rata massima tat-tifrix tal-fjamma ta’ 30 mm/s. It-testijiet li jikkonfermaw il-validità tad-dikjarazzjoni jistgħu jitwettqu għad-diskrezzjoni tas-Servizz Tekniku. Meta d-drappijiet ikunu mmuntati flimkien, dawn għandhom jiġu ttestjati bħala materjal kompożit.

“ Materjal kompożit ” tfisser materjal magħmul minn diversi saffi ta’ materjali simili jew differenti bis-superfiċji tagħhom imwaħħla sew flimkien permezz ta’ simentar, kolla, kisi, iwweldjar, eċċ. F’dan il-każ, il-materjal għandu jiġi ttestjat bħala materjal kompożit. Meta materjali differenti jitwaħħlu flimkien b’mod intermittenti, dawn il-materjali ma għandhomx jiġu kkunsidrati bħala materjali kompożiti u għalhekk għandhom jiġu ttestjati separatament.

It-testijiet li jikkonfermaw il-validità tad-dikjarazzjoni jistgħu jitwettqu għad-diskrezzjoni tas-Servizz Tekniku.

Metodu 2

L-applikant għandu jiddikjara bil-miktub li meta l-materjali jiġu ttestjati f’konformità mal-Anness 22 ta’ dan ir-Regolament, il-materjali użati la għandhom jinħarqu, u lanqas jittrażmettu xi front tal-fjamma fuq is-superfiċe, b’rata ta’ aktar minn 100 mm fil-minuta. Kull materjal użat f’sistema tat-trażżin għat-tfal imtejba għandu jkun konformi ma’ dawn ir-rekwiżiti. Madankollu, ir-rekwiżit dwar it-trażmissjoni ta’ front tal-fjamma ma għandux japplika għal superfiċe li jirriżulta mill-qtugħ ta’ kampjun tat-test għal skopijiet ta’ ttestjar skont l-Anness 22.

Ir-rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfati kemm fil-pożizzjoni “waqt l-użu” kif ukoll fil-pożizzjoni “stivata” tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba integrata.

Jekk materjal jieqaf jinħaraq f’inqas minn minuta mill-bidu tal-kronometraġġ, u ma jkunx inħaraq aktar minn 51 mm mill-punt meta nbeda l-kronometraġġ, dan għandu jiġi kkunsidrat li jissodisfa r-rekwiżit tar-rata tal-ħruq speċifikat hawn fuq.

It-testijiet li jikkonfermaw il-validità tad-dikjarazzjoni jistgħu jitwettqu għad-diskrezzjoni tas-Servizz Tekniku.

6.3.2.

Karatteristiċi ġenerali

Il-manifattur għandu jiddikjara l-istatura massima u minima tat-tfal li jistgħu jużaw kull konfigurazzjoni tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba.

Il-medda tal-istaturi għandha tiġi vverifikata billi jitkejlu l-karatteristiċi ġeometriċi interni skont il-paragrafu 6.3.2.1., filwaqt li d-dimensjonijiet esterni jiġu aġġustati biex jaqgħu fi ħdan l-envelopp tad-daqs applikabbli skont il-paragrafu 6.3.2.2.

6.3.2.1.

Karatteristiċi ġeometriċi interni

Is-Servizz Tekniku li jwettaq it-testijiet tal-approvazzjoni għandu jivverifika li d-dimensjonijiet interni tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba huma konformi mar-rekwiżiti tal-Anness 18. Id-dimensjonijiet minimi għall-wisa’ tal-ispalla, il-wisa’ tal-ġenbejn u l-għoli bilqiegħda għandhom jiġu ssodisfati simultanjament għal kull statura fil-medda ta’ daqsijiet iddikjarata mill-manifattur.

Is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba integrali għandha tissodisfa wkoll id-dimensjonijiet minimi u massimi tal-għoli tal-ispalla, għal kull statura fil-medda ta’ daqsijiet iddikjarata mill-manifattur.

Is-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba integrali li jkollhom ilqugħ għall-protezzjoni kontra l-impatt għandhom ikunu jistgħu jiġu aġġustati wkoll biex jissodisfaw:

(a)

Il-ħxuna tal-parti ta’ fuq tar-riġel tal-5 perċentil u l-fond tal-addome tal-5 perċentil, simultanjament mal-għoli tal-ispalla ta’ 5 perċentil;

(b)

Il-ħxuna tal-parti ta’ fuq tar-riġel tal-95 perċentil u l-fond tal-addome tal-95 perċentil, simultanjament mal-għoli tal-ispalla, mal-wisa’ tal-ispalla, mal-wisa’ tal-ġenbejn u l-għoli bilqiegħda tal-95 perċentil.

Għal kull statura fil-medda ta’ daqsijiet iddikjarata mill-manifattur.

Is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba mhux integrali għandha tissodisfa wkoll id-dimensjonijiet massimi tal-għoli tal-ispalla, għal kull statura fil-medda ta’ daqsijiet iddikjarata mill-manifattur.

Anke l-booster seats għandhom jissodisfaw id-dimensjonijiet massimi tal-għoli tal-ispalla, għal kull statura fil-medda ta’ daqsijiet iddikjarata mill-manifattur.

Is-sits ta’ sostenn għandhom jissodisfaw id-dimensjonijiet minimi tal-wisa’ tal-ġenbejn għall-akbar statura tal-medda ta’ daqsijiet iddikjarata mill-manifattur. Ma hemm l-ebda dimensjoni interna oħra applikabbli għas-sits ta’ sostenn sakemm ikunu ssodisfati r-rekwiżiti tal-paragrafu 6.1.3.6.

6.3.2.2.

Dimensjonijiet esterni

Is-Servizz Tekniku li jwettaq it-testijiet tal-approvazzjoni għandu jivverifika li d-dimensjonijiet esterni tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba huma konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafi 6.3.2.2.1., 6.3.2.2.2. u 6.3.2.2.3. skont kif applikabbli.

6.3.2.2.1.

Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tal-Klassi Integrali

Id-dimensjonijiet esterni massimi għall-wisa’, l-għoli u l-fond tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba u jekk imwaħħla, il-postijiet tas-sistema tal-ankraġġi ISOFIX, li magħhom jitwaħħlu l-partijiet ta’ twaħħil tagħha, għandhom jiġu ddefiniti mill-Fissaġġ tas-Sit tal-Vettura ISOFIX kif definit fil-paragrafu 2.17.1. ta’ dan ir-Regolament.

(a)

Is-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba Universali jew i-Size Li jħarsu ’l quddiem Li Jintrabtu biċ-Ċinturin tas-Sikurezza tal-Vettura għandhom jiffittjaw fl-envelopp ta’ daqsijiet ISO/F2x għal CRS għat-tfal li tħares ’il quddiem b’għoli mnaqqas;

(b)

Is-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba Li jħarsu lura Li Jintrabtu biċ-Ċinturin tas-Sikurezza tal-Vettura Universali jew i-Size għandhom jiffittjaw fl-envelopp ta’ daqsijiet ISO/R2 għal CRS għat-tfal li tħares lura b’daqs imnaqqas;

(c)

Is-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba Li Jintrabtu biċ-Ċinturin tas-Sikurezza tal-Vettura għal Vetturi Speċifiċi jew ISOFIX għal vetturi speċifiċi għandhom jiffittjaw f’dawn li ġejjin:

(i)

F’vettura jew vetturi speċifikati f’lista jew

(ii)

Mill-inqas f’wieħed mill-envelops ta’ daqsijiet tal-ISO (R1, R2X, R2, R3, F2X, F2, F3, L1, L2) kif deskritt fl-Appendiċi 2 tal-Anness 17 tar-Regolament tan-NU Nru 16.

Waqt li tkun qed issir din il-valutazzjoni, is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba Integrali għandha tiġi aġġustata għall-akbar daqs tal-medda tal-istaturi ddikjarata tagħha (dimensjonijiet tal-għoli, tal-fond u tal-wisa’ kif definit fl-Anness 18). Jekk is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tkun tista’ tiġi aġġustata biex il-wiċċ tas-sit ikun jista’ jiġi inklinat f’pożizzjonijiet differenti, il-valutazzjoni tal-immuntar għandha ssir f’mill-inqas pożizzjoni waħda. Jekk pożizzjonijiet oħra ta’ inklinazzjoni jkunu barra mil-limiti tal-envelopp ta’ daqsijiet applikabbli, il-manwal għall-utent għandu jindika li t-trażżin għat-tfal jista’ ma jiffittjax fil-vetturi approvati kollha meta jintuża f’waħda minn dawn il-pożizzjonijiet.

6.3.2.2.2.

Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tal-Klassi Mhux Integrali

Id-dimensjonijiet esterni massimi għall-wisa’, l-għoli u l-fond tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba u l-postijiet tas-sistema tal-ankraġġi ISOFIX jekk ikun hemm, li magħhom jitwaħħlu l-partijiet ta’ twaħħil tagħha, għandhom jiġu ddefiniti mill-fissaġġ tal-i-Size booster seat kif definit fil-paragrafu 2.17.2. ta’ dan ir-Regolament.

(a)

Is-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tal-kategorija i-Size booster seat għandhom jiffittjaw fl-envelopp ta’ daqsijiet ISO/B2;

(b)

Is-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tal-kategorija booster seat għal vetturi speċifiċi għandhom jiffittjaw:

(i)

F’vettura jew vetturi speċifikati f’lista; jew

(ii)

Mill-inqas f’waħda mill-envelops ta’ daqsijiet tal-ISO/B2 –ISO/B3 kif deskritt fl-Appendiċi 5 tal-Anness 17 tar-Regolament tan-NU Nru 16.

Meta tkun qed issir din il-valutazzjoni, is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba mhux integrali għandha tiġi aġġustata biex takkomoda tfal bi statura ta’ 135 cm (dimensjonijiet tal-għoli, tal-fond u tal-wisa’ kif definit fl-Anness 18) jew għall-akbar daqs tal-medda tal-staturi ddikjarata tagħha jekk il-limitu massimu jkun ta’ inqas minn 135 cm. Jekk is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tkun kapaċi tiġi aġġustata għal pożizzjonijiet differenti ta’ inklinazzjoni tal-wiċċ tas-sit, il-valutazzjoni tal-immuntar għandha ssir f’mill-inqas pożizzjoni waħda. Jekk pożizzjonijiet oħra ta’ inklinazzjoni jkunu barra mil-limiti tal-envelopp ta’ daqsijiet applikabbli, il-manwal għall-utent għandu jindika li t-trażżin għat-tfal jista’ ma jiffittjax fil-vetturi approvati kollha meta jintuża f’waħda minn dawn il-pożizzjonijiet. Jekk is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba mhux integrali jkollha medda tal-istaturi ddikjarata ta’ aktar minn 135 cm, u jekk ikun meħtieġ li t-trażżin għat-tfal jiġi aġġustat lil hinn mil-limiti tal-envelopp tad-daqs applikabbli għal dawn l-aġġustamenti (dimensjonijiet tal-għoli, tal-fond u tal-wisa’), il-manwal għall-utent għandu jindika li t-trażżin għat-tfal jista’ ma jiffittjax fil-vetturi approvati kollha meta jintuża f’waħda minn dawn il-pożizzjonijiet.

F’każijiet bħal dawn, Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba xorta għandha tiġi kkategorizzata bħala i-Size booster seat għall-medda sħiħa tal-istaturi ddikjarata, inklużi staturi ’l fuq minn 135 cm, sakemm din taqa’ fl-envelop ta’ daqsijiet applikabbli meta tiġi aġġustata għal tfal bi statura ta’ 135 cm. Jekk l-istatura massima tat-tfal li tiffittja fl-envelopp tkun inqas minn 135 cm, is-booster seat għandu jiġi kkategorizzat bħala għal vetturi speċifiċi għall-istaturi inklużi fil-medda ddikjarata li ma għadhiex taqa’ fl-envelopp.

6.3.2.2.3.

Sits ta’ Sostenn

Id-dimensjonijiet esterni massimi għall-wisa’, l-għoli u l-fond tas-Sistema msaħħa tat-Trażżin għat-tfal u l-postijiet tas-sistema tal-ankraġġi ISOFIX jekk ikun hemm, li magħhom jitwaħħlu l-partijiet ta’ twaħħil tagħha, għandhom jiġu ddefiniti mill-fixture tal-booster i-Size kif definit fil-paragrafu 2.17.2. ta’ dan ir-Regolament.

(a)

Is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tal-kategorija ta’ sits ta’ sostenn Universali għandha tiffittja fl-envelopp ta’ daqsijiet tal-ISO/B2;

(b)

Is-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tal-kategorija ta’ sits ta’ sostenn għal vetturi speċifiċi għandhom jiffittjaw:

(i)

F’vettura jew vetturi speċifikati f’lista; jew

(ii)

Mill-inqas f’wieħed mill-envelops ta’ daqsijiet ISO/B2 jew ISO/B3 kif deskritt fl-Appendiċi 5 tal-Anness 17 tar-Regolament tan-NU Nru 16.

6.3.2.3.

Massa

Il-massa ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba ISOFIX integrali (inkluż ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba i-Size) ikkombinata mal-massa tal-akbar tifel/tifla maħsuba biex jużaw is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba ma għandhiex taqbeż it-33 kg. Dan il-limitu tal-massa huwa applikabbli wkoll għal Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba “ISOFIX għal vetturi speċifiċi”.

6.3.3.

Partijiet ta’ twaħħil ISOFIX

6.3.3.1.

Tip

Il-partijiet ta’ twaħħil ISOFIX jistgħu jkunu skont l-eżempji murija fl-Illustrazzjoni 3 (a), jew skont disinji xierqa oħra li huma parti minn mekkaniżmu riġidu li jista’ jiġi aġġustat, li n-natura tagħhom hija ddeterminata mill-manifattur tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba ISOFIX.

Image 24

Didiskalija:

1

Parti ta’ twaħħil ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba ISOFIX – eżempju 1

2

Parti ta’ twaħħil ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba ISOFIX – eżempju 2

6.3.3.2.

Dimensjonijiet

Id-dimensjonijiet tal-porzjon tal-parti ta’ twaħħil tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba ISOFIX li taqbad mas-sistema ta’ ankraġġ ISOFIX ma għandhomx jaqbżu d-dimensjonijiet massimi mogħtija mil-limiti indikati fl-Illustrazzjoni 3(b).

Image 25

Dimensjonijiet f’mm

6.3.3.3.

Indikazzjoni ta’ qfil parzjali

Is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba ISOFIX għandha tinkorpora mezzi li permezz tagħhom ikun hemm indikazzjoni ċara li ż-żewġ partijiet ta’ twaħħil ISOFIX qabdu sew mal-ankraġġi korrispondenti t’isfel ISOFIX. Il-mezzi ta’ indikazzjoni jistgħu jkunu akustiċi, tattili jew viżivi jew kombinazzjoni ta’ tnejn minn dawn jew aktar. F’każ ta’ indikazzjoni viżwali, din għandha tkun tispikka f’kull kundizzjoni ta’ tidwil normali.

6.3.4.

Speċifikazzjonijiet taċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba ISOFIX

6.3.4.1.

Konnettur taċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq

Il-konnettur taċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq għandu jkun ganċ taċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq ISOFIX kif muri fl-Illustrazzjoni 3 (c), jew apparat simili li jaqa’ fil-limiti indikati fl-Illustrazzjoni 3 (c).

6.3.4.2.

Karatteristiċi taċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq ISOFIX

Iċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq ISOFIX għandha tkun sostnuta minn ċinturin tas-sikurezza (jew l-ekwivalenti tiegħu), li t-tensjoni tiegħu tkun tista’ tiġi aġġustata u mnaqqsa.

6.3.4.2.1.

Tul taċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq ISOFIX

It-tul taċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba ISOFIX għandu jkun mill-inqas 2 000 mm.

6.3.4.2.2.

Indikatur ta’ nuqqas ta’ reħa

Iċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq ISOFIX jew is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba ISOFIX għandha tkun mgħammra b’apparat li jindika li tneħħiet ir-reħa kollha miċ-ċinga. L-apparat jista’ jkun parti minn apparat li jaġġusta u li jnaqqas it-tensjoni.

6.3.4.2.3.

Dimensjonijiet

Id-dimensjonijiet tal-konnettur tal-ganċijiet taċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq ISOFIX huma murija fl-Illustrazzjoni 3 (c).

Image 26

Dimensjonijiet f’millimetri

6.3.5.

Rekwiżiti tas-sieq ta’ appoġġ u tal-qiegħ is-sieq ta’ appoġġ tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba i-Size

Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba i-Size mgħammra b’saqajn ta’ appoġġ għandhom jikkonformaw fil-pożizzjonijiet kollha tal-użu (eż. fil-każ ta’ partijiet ta’ twaħħil b’tul aġġustabbli, il-bażi, eċċ. l-iqsar u l-itwal pożizzjoni) mad-dispożizzjonijiet ġeometriċi definiti f’dan il-paragrafu u fis-subparagrafi tiegħu.

Il-konformità mar-rekwiżiti speċifikati fil-paragrafi 6.3.5.1. u 6.3.5.2. ta’ hawn taħt tista’ tiġi vverifikata permezz ta’ simulazzjoni fiżika jew bil-kompjuter.

Ir-rekwiżiti ġeometriċi fil-paragrafi 6.3.5.1. sa 6.3.5.4. ta’ hawn taħt huma referenzjati għal sistema ta’ koordinati, li l-oriġini tagħhom tinsab fiċ-ċentru ta’ bejn iż-żewġ partijiet ta’ twaħħil ISOFIX u fuq il-linja tan-nofs tas-sistema ta’ ankraġġ ISOFIX korrispondenti.

L-orjentazzjoni tal-assi tas-sistema tal-koordinati hija referenzjata għall-fissaġġ(i) tat-trażżin għat-tfal:

(a)

L-assi X' għandu jkun parallel mal-wiċċ ta’ taħt tal-fissaġġ tat-trażżin għat-tfal (CRF) (3) u fil-pjan medjan lonġitudinali tas-CRF;

(b)

L-assi Y' għandu jkun perpendikolari mal-pjan medjan lonġitudinali;

(c)

L-assi Z' għandu jkun perpendikolari mal-wiċċ ta’ taħt tas-CRF.

Biex ikunu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ din it-taqsima, is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba għandha tiġi installata f’konformità mal-manwal għall-utent tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba. Il-pożizzjoni tal-ħżin tas-sieq ta’ appoġġ hija eskluża minn dawn ir-rekwiżiti.

Image 27

6.3.5.1.

Rekwiżiti ġeometriċi tas-sieq ta’ appoġġ u tal-qiegħ tas-sieq ta’ appoġġ

Is-sieq ta’ appoġġ, inkluż il-parti tagħha li titwaħħal mas-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba u l-qiegħ tas-sieq ta’ appoġġ għandhom ikunu kompletament fi ħdan il-volum tal-valutazzjoni tad-dimensjoni tas-sieq ta’ appoġġ (ara wkoll l-Illustrazzjonijiet 1 u 2 tal-Anness 19 ta’ dan ir-Regolament), definit kif ġej:

(a)

Fil-wisa’ minn żewġ pjani paralleli għall-pjan X'-Z' f’distanza ta’ 200 mm, u ċċentrati mal-oriġini; u

(b)

Fit-tul minn żewġ pjani paralleli għall-pjan Z'-Y' u ppożizzjonat f’distanzi ta’ 585 mm u 695 mm quddiem l-oriġini tul l-assi X'; u

(c)

Fl-għoli minn pjan parallel għall-pjan X'-Y', ippożizzjonat f’distanza ta’ 70 mm ’il fuq mill-oriġini u mkejjel b’mod perpendikolari għall-pjan X'-Y'. Il-partijiet riġidi mhux aġġustabbli tas-sieq ta’ appoġġ ma għandhomx jisporġu ’l barra lil hinn minn pjan parallel għall-pjan X'-Y', ippożizzjonat f’distanza ta’ 285 mm taħt l-oriġini u perpendikolari għall-pjan X'-Y'.

Is-sieq ta’ appoġġ tista’ tisporġi ’l barra mill-volum ta’ valutazzjoni tad-dimensjoni tas-sieq ta’ appoġġ, diment li din tibqa’ fi ħdan il-volum tas-CRF rilevanti.

6.3.5.2.

Rekwiżiti għall-aġġustibilità tal-qiegħ is-sieq ta’ appoġġ

Is-sieq ta’ appoġġ għandha tkun aġġustabbli sabiex jiġi żgurat li l-qiegħ tas-sieq ta’ appoġġ ikun jista’ jiġi ppożizzjonat fi kwalunkwe punt tul il-medda tal-għoli tal-volum ta’ valutazzjoni tal-qiegħ is-sieq ta’ appoġġ kif speċifikat hawn taħt (ara wkoll l-Illustrazzjonijiet 3 u 4 tal-Anness 19 ta’ dan ir-Regolament). Meta jkun hemm gradi ta’ aġġustament inkrementali, id-distanza bejn żewġ pożizzjonijiet imblukkati ma għandhiex taqbeż l-20 mm.

Il-volum ta’ valutazzjoni tal-qiegħ is-sieq ta’ appoġġ huwa definit kif ġej:

(a)

Fil-wisa’ minn żewġ pjani paralleli għall-pjan X'-Z', b’distanza ta’ 200 mm bejniethom, u ċċentrati mal-oriġini; u

(b)

Fit-tul minn żewġ pjani paralleli għall-pjan Z'-Y' u ppożizzjonati f’distanzi ta’ 585 mm u 695 mm quddiem l-oriġini tul l-assi X'; u

(c)

Fl-għoli minn żewġ pjani paralleli għall-pjan X'-Y' ippożizzjonati f’distanzi ta’ 285 mm u 540 mm taħt l-oriġini tul l-assi X'.

Għandu jkun permissibbli li s-sieq ta’ appoġġ tkun aġġustabbli lil hinn mil-limiti tal-għoli fid-direzzjoni Z' (kif indikat mid-didaskalija 6 fl-Illustrazzjoni 3 tal-Anness 19), sakemm l-ebda parti ma tisporġi lil hinn mill-pjani limitanti fid-direzzjonijiet X' u Y'.

6.3.5.3.

Dimensjonijiet tal-qiegħ is-sieq ta’ appoġġ

Id-dimensjonijiet tal-qiegħ is-sieq ta’ appoġġ għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

Il-wiċċ minimu ta’ kuntatt tas-sieq ta’ appoġġ għandu jkun ta’ 2 500 mm2, imkejjel bħala wiċċ ipproġettat 10 mm ’il fuq mit-tarf t’isfel tal-qiegħ is-sieq ta’ appoġġ (ara l-Illustrazzjoni 3(d));

(b)

Id-dimensjonijiet minimi ta’ barra għandhom ikunu ta’ 30 mm fid-direzzjonijiet X' u Y', bid-dimensjonijiet massimi limitati mill-volum ta’ valutazzjoni tal-qiegħ is-sieq ta’ appoġġ;

(c)

Ir-raġġ minimu tat-truf tal-qiegħ is-sieq ta’ appoġġ għandu jkun ta’ 3.2 mm.

Image 28

6.3.5.4.

Ġigg tal-qiegħ is-sieq ta’ appoġġ

Għandu jintuża ġigg biex jiġi vverifikat li l-qiegħ is-sieq ta’ appoġġ jissodisfa r-rekwiżiti definiti fil-paragrafu 6.3.5.2. ta’ hawn fuq (ara l-Illustrazzjoni 3(e)). Bħala alternattiva, simulazzjoni bil-kompjuter għandha wkoll titqies sodisfaċenti.

Il-ġigg huwa definit bħala s-CRF ISOFIX li tikkorrispondi għall-klassi tad-daqs tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba. Il-ġigg jiġi mwessa’ permezz ta’ żewġ ankraġġi inferjuri ISOFIX b’dijametru ta’ 6 mm. Il-kaxxa bl-istrixxi li tinsab quddiem il-ġigg tiġi ppożizzjonata u d-daqs tagħha jiddependi skont kif previst fil-paragrafu 6.3.5.2. ta’ hawn fuq. L-ECRS għandu jkollha l-partijiet ta’ twaħħil tagħha mqabbdin meta tkun qed issir il-valutazzjoni.

Image 29

6.4.

Kontroll tal-immarkar

6.4.1.

Is-Servizz Tekniku li jwettaq it-testijiet tal-approvazzjoni għandu jivverifika li l-immarkar ikun konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafu 4. ta’ dan ir-Regolament.

6.5.

Kontroll tal-istruzzjonijiet dwar l-installazzjoni u l-istruzzjonijiet għall-użu

6.5.1.

Is-Servizz Tekniku li jwettaq it-testijiet tal-approvazzjoni għandu jivverifika li l-istruzzjonijiet dwar l-installazzjoni u l-istruzzjonijiet għall-użu jkunu konformi mal-paragrafu 14. ta’ dan ir-Regolament.

6.6.

Dispożizzjonijiet applikabbli għas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba armata

6.6.1.

Reżistenza għall-korrużjoni

6.6.1.1.

Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba kompluta, jew il-partijiet tagħha li huma suxxettibbli għall-korrużjoni, għandhom jiġu soġġetti għat-test tal-korrużjoni speċifikat fil-paragrafu 7.1.1. ta’ hawn taħt.

6.6.1.2.

Wara t-test tal-korrużjoni kif preskritt fil-paragrafi 7.1.1.1. u 7.1.1.2., ta’ hawn taħt ma għandu jkun hemm l-ebda sinjal ta’ deterjorament li jista’ jtellef il-funzjonament tajjeb tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba, jew xi korrużjoni sinifikanti viżibbli għal għajnejn osservatur kwalifikat.

6.6.2.

Assorbiment tal-enerġija

6.6.2.1.

Għall-apparati kollha b’partijiet fejn jisserraħ id-dahar, iż-żoni definiti fl-Anness 14 ta’ dan ir-Regolament, meta jiġu ttestjati skont l-Anness 13, għandu jkollhom aċċellerazzjoni massima ta’ inqas minn 60 g. Dan ir-rekwiżit japplika wkoll għaż-żoni tal-ilqugħ kontra l-impatt fiż-żona fejn tista’ tintlaqat ir-ras kif definit fl-Anness 14.

6.6.2.2.

Fil-każ ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba b’headrests permanenti, aġġustabbli, li jitwaħħlu b’mod mekkaniku, fejn l-għoli taċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti jew taċ-ċinga integrali jkun ikkontrollat direttament mill-headrest aġġustabbli, ma hemmx bżonn li jkun hemm assorbiment tal-enerġija fiż-żoni kif definit fl-Anness 18, fejn ir-ras tal-manikin ma tagħmilx kuntatt magħhom, jiġifieri wara l-headrest.

6.6.3.

Qlib ta’ taħt fuq

6.6.3.1.

Is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba għandha tiġi ttestjata kif preskritt fil-paragrafu 7.1.2. ta’ dan ir-Regolament; fl-ebda punt waqt it-test intier il-manikin ma għandu jintefa’ ’l barra kompletament mill-apparat. Barra minn hekk meta l-bank tat-test ikun fil-pożizzjoni ta’ taħt fuq, meta titneħħa t-tagħbija applikata, ir-ras tal-manikin ma għandhiex tiċċaqlaq b’aktar minn 300 mm mill-pożizzjoni oriġinali tagħha f’direzzjoni vertikali relattivament għall-bank tat-test.

6.6.4.

Test dinamiku

6.6.4.1.

Ġenerali: It-test dinamiku għandu jsir fuq Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li qatt ma ġew sottoposti għal tagħbija u s-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba għandha tiġi soġġetta għat-testijiet dinamiċi, f’konformità mat-Tabella 3, skont il-paragrafu 7.1.3. ta’ hawn taħt:

Tabella 3

Applikazzjoni ta’ kriterji differenti skont il-modalità tat-test

Impatt frontali

Impatt minn wara

Impatt laterali

Test fuq troli + sit standard

Test f’karozzerija ta’ vettura

Test fuq troli + sit standard

Test f’karozzerija ta’ vettura

Test fuq troli + sit standard

Tħares ’il quddiem

Tħares lura u lejn il-ġenb

Tħares ’il quddiem

Tħares lura u lejn il-ġenb

Tħares lura u lejn il-ġenb

Tħares lura u lejn il-ġenb

Tħares ’il quddiem

Tħares lura u lejn il-ġenb

Nota 1:

Sit standard tfisser sit tat-test jew bank tat-test kif definit fl-Anness 6.

Nota 2:

Għal Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li jħarsu lejn il-ġenb f’impatt laterali, jekk ikun hemm żewġ pożizzjonijiet possibbli, allura r-ras tal-manikin għandha tkun ħdejn il-bieba tal-ġenb.

6.6.4.1.1.

Is-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tal-kategorija i -Size għandhom jiġu ttestjati fuq il-bank tat-test preskritt fl-Anness 6, u skont il-paragrafu 7.1.3.1. ta’ hawn taħt.

6.6.4.1.2.

Il-kompatibbiltà tas-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tal-kategoriji “għal vetturi speċifiċi” għandha tiġi vvalutata għal kull mudell ta’ vettura li għalih hija maħsuba s-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba. Is-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-test jista’ jnaqqas l-għadd ta’ arranġamenti ta’ vetturi ttestjati jekk ma jkunx hemm varjanza kbira bejniethom fl-aspetti elenkati fil-paragrafu 6.6.4.1.2.3. ta’ dan ir-Regolament. Din is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba għandha tiġi ttestjata b’mod dinamiku b’wieħed mill-modi li ġejjin:

6.6.4.1.2.1.

Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba skont il-paragrafu 2.7. u li huma konformi mal-paragrafu 6.3. ta’ dan ir-Regolament u li jaqgħu f’mill-inqas f’envelop definit fl-Appendiċi 2 tal-Anness 17, tar-Regolament tan-NU Nru 16, fuq il-bank tat-test preskritt fl-Anness 6 u f’konformità mal-paragrafu 7.1.3.1. ta’ dan ir-Regolament jew f’karozzerija ta’ vettura f’konformità mal-paragrafu 7.1.3.2. ta’ dan ir-Regolament.

6.6.4.1.2.2.

Għal Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li huma konformi mal-paragrafu 6.3. ta’ dan ir-Regolament (pereżempju ECRS li ma jużawx apparat antirotazzjoni jew li jużaw punti ta’ ankraġġ addizzjonali) jew li ma jaqgħu fl-ebda envelop definit fl-Appendiċi 2 jew fl-Appendiċi 5 tal-Anness 17 tar-Regolament tan-NU Nru 16, fuq it-troli tat-test f’karozzerija ta’ vettura f’konformità mal-paragrafu 7.1.3.2. jew f’vettura kompluta f’konformità mal-paragrafu 7.1.3.3. ta’ dan ir-Regolament.

6.6.4.1.2.3.

Għandhom jintużaw biżżejjed partijiet mill-karozzerija tal-vettura biex ikunu rappreżentattivi tal-istruttura tal-vettura u tas-superfiċji tal-impatt. Jekk is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tkun intiża biex tintuża fuq is-sit ta’ wara, dawn il-partijiet għandhom jinkludu d-dahar tas-sit ta’ quddiem, is-sit ta’ wara, il-pjanċa tal-qiegħ, il-pilastri B u C u s-saqaf. Jekk is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tkun intiża biex tintuża fuq is-sit ta’ quddiem, il-partijiet għandhom jinkludu d-dashboard, il-pilastri A, il-windskrin, kwalunkwe liver jew pum installat fl-art jew fuq konsol, is-sit ta’ quddiem, il-pjanċa tal-qiegħ u s-saqaf. Is-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-test jista’ jippermetti li jiġu esklużi ċerti oġġetti jekk jinstab li dawn huma superfluwi. L-ittestjar għandu jsir kif preskritt fil-paragrafu 7.1.3.2. ta’ dan ir-Regolament, ħlief għall-impatt laterali.

6.6.4.1.3.

It-test dinamiku għandu jsir fuq Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal li qatt ma jkunu ġew sottoposti għal tagħbija. Is-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li jagħmlu parti mill-kategoriji ‘i-Size booster seat’ u ‘sit ta’ sostenn Universali’ għandhom jiġu ttestjati fuq il-bank tat-test deskritt fl-Anness 6, u f’konformità mal-paragrafu 7.1.3.1. ta’ hawn taħt.

6.6.4.1.4.

Jekk Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba “ISOFIX għal vetturi speċifiċi” tiġi installata fl-erja wara l-aħħar fila ta’ sits posterjuri għall-adulti li jħarsu ’l quddiem (pereżempju, fil-bagoll), għandu jsir test wieħed bl-akbar manikin(i), kif permess fuq is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba, fuq vettura kompluta kif preskritt fil-paragrafu 7.1.3.3. ta’ dan ir-Regolament. It-testijiet l-oħra, inkluż dak tal-konformità tal-produzzjoni, jistgħu jsiru kif preskritt fil-paragrafu 7.1.3.2. ta’ dan ir-Regolament, fuq talba tal-manifattur.

6.6.4.1.5.

Fil-każ ta’ “Trażżin għal Bżonnijiet Speċjali” kull test dinamiku speċifikat minn dan ir-Regolament għall-medda ta’ daqsijiet speċifikata mill-manifattur għandu jsir darbtejn: l-ewwel wieħed, billi jintuża l-mezz ta’ trażżin ewlieni u t-tieni wieħed billi jintuża l-apparati ta’ trażżin kollha. F’dawn it-testijiet, għandha tingħata attenzjoni speċjali għar-rekwiżiti tal-paragrafi 6.2.1.5. u 6.2.1.6. ta’ dan ir-Regolament.

6.6.4.1.6.

Fil-każ ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li tuża apparat antirotazzjoni u/jew pożizzjonatur taċ-ċinga tal-ispalla, it-test dinamiku għandu jsir kif ġej:

6.6.4.1.6.1.

Bl-użu tal-apparat antirotazzjoni u tal-pożizzjonatur taċ-ċinga tal-ispalla fl-użu, u

6.6.4.1.6.1.1.

Mingħajr l-użu tal-apparat antirotazzjoni, sakemm ma jkunx hemm:

(a)

Mekkaniżmu jew;

(b)

Sinjal ta’ twissija viżwali u akustiku.

biex jiġi evitat l-użu ħażin tal-apparat antirotazzjoni.

6.6.4.1.6.1.2.

Mingħajr l-użu tal-pożizzjonatur taċ-ċinga tal-ispalla, sakemm ma jkunx hemm:

(a)

Mekkaniżmu jew;

(b)

Sinjal ta’ twissija viżwali u akustiku.

biex jiġi evitat l-użu ħażin tal-pożizzjonatur taċ-ċinga tal-ispalla.

6.6.4.1.7.

Fil-każ ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba mhux integrali li jużaw partijiet ta’ twaħħil ISOFIX, it-test dinamiku għandu jsir kif ġej:

6.6.4.1.7.1.

Bl-użu tal-partijiet ta’ twaħħil ISOFIX, u

6.6.4.1.7.2.

Mingħajr l-użu tal-partijiet ta’ twaħħil ISOFIX.

6.6.4.1.8.

Fil-każ ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba integrali u konvertibbli li jkunu mgħammra b’mezz għat-trażżin għat-tfal li jkun intiż għal orjentazzjoni waħda biss, it-test dinamiku għandu jsir kif ġej:

6.6.4.1.8.1.

Bil-mezz ta’ trażżin użat fl-orjentazzjoni intiża; u

6.6.4.1.8.2.

Bil-mezz ta’ trażżin użat fl-orjentazzjoni mhux intiża, sakemm ma jiġix ipprovdut mekkaniżmu biex jipprevjeni tali użu skorrett.

6.6.4.2.

Matul it-testijiet dinamiċi, l-ebda parti mis-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li taffettwa t-trażżin tal-okkupant ma għandha tinkiser, la parzjalment u lanqas kompletament, u l-ebda bokkla, sistema ta’ llokkjar jew sistema ta’ spostament ma għandha tiġi rilaxxata jew tinfetaħ. L-unika eċċezzjoni hija fejn fid-deskrizzjoni teknika tal-manifattur tali partijiet jew sistemi jiġu identifikati bħala dawk b’funzjoni ta’ limitatur tat-tagħbija, kif definit fil-paragrafu 3.2.1. ta’ dan ir-Regolament, u jkunu konformi mal-kriterji li ġejjin:

6.6.4.2.1.

Jiffunzjonaw kif previst mill-manifattur.

6.6.4.2.2.

Ma jikkompromettux il-kapaċità tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li tipproteġi lill-okkupant.

6.6.4.3.

Kriterji għall-manikin f’każ ta’ impatt minn quddiem u minn wara.

6.6.4.3.1.

Kriterji ta’ valutazzjoni tal-korriment f’każ ta’ impatt minn quddiem u minn wara bħal fit-Tabella 4.

Tabella 4

Kriterju

Taqsira

Unità

Q0

Q1

Q1,5

Q3

Q6

Q10

Kriterju tal-prestazzjoni tar-ras (unikament f’każ ta’ kuntatt waqt ittestjar f’vettura)

HPC (*1) (15)

 

600

600

600

800

800

800

Aċċellerazzjoni tar-ras riżultanti 3 ms

A Cum3 ms tar-ras  (*3)

g

75

75

75

80

80

80

Forza tat-tensjoni fil-parti ta’ fuq tal-għonq

Fz

N

Għall-fini ta’ monitoraġġ biss (*2)

 

Moment tal-flessjoni tal-parti ta’ fuq tal-għonq

My

Nm

 

 

Aċċellerazzjoni tas-sider riżultanti 3 ms

A Cum 3 ms tas-sider  (*3)

g

55

55

55

55

55

55

Id-deflessjoni tas-sider

TBC

mm

MA

Għall-fini ta’ monitoraġġ biss (*2)

Pressjoni addominali (*4)

P

Bar

MA

MA

1,2

1,0

1,0

1,2

6.6.4.4.

Spostament tar-ras tal-manikin f’każ ta’ impatt minn quddiem u minn wara

6.6.4.4.1.

Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li jappartjenu għall-kategoriji universali:

6.6.4.4.1.1.

Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li jħarsu ’l quddiem

Sit ta’ sostenn mhux integrali: L-ebda parti mir-ras tal-manikin ma għandha tisporġi lil hinn mill-pjani BA u DA kif definit fl-Illustrazzjoni 1 ta’ hawn taħt.

Dan għandu jiġi vvalutat sa 300 ms jew il-mument li fih il-manikin jieqaf jiċċaqlaq għalkollox, skont liema jseħħ l-ewwel.

Meta l-ittestjar isir bl-użu ta’ manikin Q10, japplikaw dawn li ġejjin:

(a)

Il-valur b’relazzjoni għall-pjan BA huwa ta’ 550 mm; u

(b)

Il-valur b’relazzjoni għall-pjan DA huwa ta’ 840 mm; u

(c)

Il-fażi tar-rebound ma titqiesx għall-valutazzjoni tal-pjan DA.

(d)

F’każ li l-manikin jiġi f’kuntatt ma’ parti riġida tal-bank tat-test fil-fażi tar-rebound, il-kriterju tal-aċċellerazzjoni tar-ras matul dak il-kuntatt ma jitqiesx.

6.6.4.4.1.1.1.

Meta test isir f’konformità mal-paragrafu 6.6.4.1.6.2. jew il-paragrafu 6.6.4.1.8.2. ta’ hawn fuq, għandha tkun applikabbli tolleranza ta’ +10 fil-mija għall-valur tad-distanza tal-isporġiment tar-ras bejn il-punt Cr u l-pjan AB

Image 30

Dimensjonijiet f’mm

6.6.4.4.1.2.

Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba u kerrikots li jħarsu lura:

6.6.4.4.1.2.1.

Sporġiment tar-ras: l-ebda parti mir-ras tal-manikin ma għandha tisporġi lil hinn mill-pjani FD, FG u DE, kif muri fl-Illustrazzjoni 5 ta’ hawn taħt. Dan għandu jiġi vvalutat sa 300 ms jew il-mument li fih il-manikin jieqaf jiċċaqlaq għalkollox, skont liema minnhom iseħħ l-ewwel.

Ħlief meta t-test isir bl-użu ta’ manikin Q6 jew Q3 fejn il-valur b’relazzjoni għall-pjan FD huwa ta’ 840 mm.

Fil-każ li jkun hemm kuntatt bejn tali Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba u l-iżbarra b’dijametru ta’ 100 mm u l-kriterji kollha tal-valutazzjoni tal-korriment u tal-ispostament tar-ras tal-manikin ikunu ssodisfati, għandu jsir test dinamiku ieħor (tal-impatt frontali) bl-aktar manikin tqil previst għat-tali medda ta’ indikazzjoni tad-daqs u mingħajr l-iżbarra b’dijametru ta’ 100 mm; ir-rekwiżiti għal dan it-test huma li jiġu ssodisfati l-kriterji kollha minbarra dak tal-ispostament ’il quddiem.

Meta test isir skont il-paragrafu 6.6.4.1.6.1.1. jew il-paragrafu 6.6.4.1.6.1.2. jew il-paragrafu 6.6.4.1.8.2. ta’ hawn fuq, għandhom jiġu kkunsidrati biss ir-riżultati tat-tieni test mingħajr l-iżbarra b’dijametru ta’ 100 mm.

Image 31

6.6.4.4.2.

Meta Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li jappartjenu għall-kategorija “għal vetturi speċifiċi” jiġu ttestjati f’vettura kompluta jew f’karozzerija ta’ vettura, il-kriterji ta’ valutazzjoni li għandhom jintużaw huma l-kriterju tal-prestazzjoni tar-ras (HPC) u l-aċċellerazzjoni riżultanti tar-ras ta’ 3 ms. Meta ma jkun hemm l-Ebda Kuntatt tar-Ras, dawn il-kriterji għandhom jiġu ssodisfati mingħajr kejl, u jiġu rreġistrati biss bħala “l-ebda kuntatt tar-ras”. Wara test fejn tkun intużat vettura kompluta, għandu jkun possibbli li l-manikin armat kollu hemm hu jitneħħa mis-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba mingħajr l-użu ta’ ingranaġġ mekkaniku, jew l-użu ta’ għodda fuq is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba jew tal-istruttura tal-vettura.

6.6.4.4.3

Matul it-testijiet dinamiċi, l-ebda parti mis-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li żżomm lit-tfal fil-pożizzjoni tagħhom ma għandha tieqaf tiffunzjona. Dan jinkludi l-bokkli, is-sistemi ta’ llokkjar u s-sistemi ta’ inklinament, ħlief fejn dawn ikunu ġew identifikat bħala apparat limitanti tat-tagħbija. Kwalunkwe apparat limitanti tat-tagħbija għandu jiġi identifikat fid-deskrizzjonijiet tekniċi tal-manifattur kif definit fil-paragrafu 3.2.1. ta’ dan ir-Regolament.

6.6.4.5.

Kriterji għall-manikin f’każ ta’ impatt laterali ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li tħares ’il quddiem, lura u b’mod laterali.

6.6.4.5.1.

Kriterju ewlieni għall-valutazzjoni tal-korriment — Trażżin tar-ras

Matul il-fażi tat-tagħbija tal-ittestjar tal-impatt laterali, sa 80 ms, il-protezzjoni tal-ġnub għandha dejjem tiġi ppożizzjonata fil-livell taċ-ċentru tal-gravità tar-ras tal-manikin b’mod perpendikolari għad-direzzjoni tal-intrużjoni mill-bieba. It-trażżin tar-ras jiġi vvalutat skont il-kriterji li ġejjin:

(a)

L-ebda kuntatt tar-ras mal-pannell tal-bieba;

(b)

Ir-ras ma għandhiex taqbeż pjan vertikali identifikat permezz ta’ linja ħamra fuq in-naħa ta’ fuq tal-bieba (dehra tal-kamera minn fuq). Dan il-pjan vertikali huwa identifikat b’linja fuq il-bieba milquta kif definit fl-Illustrazzjoni 1 tal-Appendiċi 3 tal-Anness 6. Dan il-kriterju huwa għall-fini ta’ monitoraġġ biss għal testijiet b’manikin Q10.

6.6.4.5.2.

Kriterji ta’ valutazzjoni addizzjonali tal-korriment f’każ ta’ impatt laterali

Tabella 5

Kriterju

Taqsira

Unità

Q0

Q1

Q1,5

Q3

Q6

Q10

Kriterju tal-prestazzjoni tar-ras

HPC (15)

 

600

600

600

800

800

Għall-fini ta’ monitoraġġ biss

Aċċellerazzjoni tar-ras riżultanti ta’ 3 ms

A Cum 3 ms tar-ras (*6)

g

75

75

75

80

80

Forza tat-tensjoni fil-parti ta’ fuq tal-għonq

Fz

N

Għall-fini ta’ monitoraġġ biss (*5)

Moment tal-flessjoni tal-parti ta’ fuq tal-għonq

Mx

Nm

Għall-fini ta’ monitoraġġ biss (*5)

6.6.5.

Reżistenza għat-temperatura

6.6.5.1.

L-assemblaġġi tal-bokkla, ir-ritrattaturi, l-aġġustaturi u l-apparati tal-qfil li hemm il-probabbiltà li jiġu affettwati mit-temperatura, għandhom jiġu sottoposti għat-test tat-temperatura speċifikat fil-paragrafu 7.2.7. ta’ hawn taħt. Dan ir-rekwiżit huwa applikabbli għal kwalunkwe komponent simili fuq is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba, irrispettivament mill-mezz ta’ trażżin.

6.6.5.2.

Wara t-test tat-temperatura kif preskritt fil-paragrafu 7.2.7.1. ta’ hawn taħt, ma għandu jkun l-ebda hemm sinjal ta’ deterjorament li jista’ jtellef mill-funzjonament tajjeb tat-trażżin għat-tfal viżibbli għal għajnejn osservatur kwalifikat. Imbagħad jenħtieġ li jsiru t-testijiet dinamiċi.

6.7.

Dispożizzjonijiet applikabbli għall-komponenti individwali tat-trażżin

Dan il-paragrafu huwa applikabbli għal kwalunkwe komponent simili fuq is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba, irrispettivament mill-mezz ta’ trażżin.

6.7.1.

Bokkla

6.7.1.1.

Il-bokkla għandha tkun iddisinjata b’tali mod li tkun prekluża kwalunkwe possibbiltà ta’ manipulazzjoni skorretta. Dan ifisser, fost oħrajn, li ma għandux ikun possibbli li l-bokkla titħalla f’pożizzjoni parzjalment magħluqa; ma għandux ikun possibbli li bi żball partijiet mill-bokkla jiġu skambjati meta l-bokkla tkun qed tinqafel; il-bokkla għandha tinqafel biss meta l-partijiet kollha jkunu mdaħħlin f’posthom. Kull fejn il-bokkla tiġi f’kuntatt mat-tfal, din ma għandhiex tkun idjaq mill-wisa’ minima taċ-ċinga kif speċifikat fil-paragrafu 6.7.4.1.1. ta’ hawn taħt. Dan il-paragrafu mhuwiex applikabbli għall-assemblaġġi ta’ ċinturini diġà approvati skont ir-Regolament tan-NU Nru 16 jew xi standard ekwivalenti fis-seħħ. Fil-każ ta’ “Trażżin għal Bżonnijiet Speċjali” hija biss il-bokkla fuq il-mezz primarju tat-trażżin li teħtieġ tkun konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafi 6.7.1.2. sa 6.7.1.8. biż-żewġ paragrafi msemmija inklużi.

6.7.1.2.

Il-bokkla, anki meta ma tkunx taħt tensjoni, għandha tibqa’ magħluqa tkun xi tkun il-pożizzjoni tagħha. Għandha tkun faċli biex tinfetaħ u biex tinqabad bl-idejn. Għandu jkun possibbli li din tinfetaħ bl-għafis ta’ buttuna jew ta’xi apparat simili.

Meta tkun fil-pożizzjoni miftuħa u meta tiġi projettata fuq pjan perpendikolari għad-direzzjoni inizjali tal-moviment tal-buttuna, is-superfiċe li fuqu tiġi applikata din il-pressjoni għandu jkollu:

(a)

Fil-każ ta’ apparati integrati, erja ta’ mhux inqas minn 4,5 cm2 b’wisa’ ta’ mhux inqas minn 15-il mm;

(b)

Fil-każ ta’ apparati mhux integrati, erja ta’ 2,5 cm2 u wisa’ ta’ mhux inqas minn 10 mm. Il-wisa’ għandha tkun iżgħar miż-żewġ dimensjonijiet li jifformaw l-erja preskritta u għandha titkejjel b’mod rettangolari għad-direzzjoni tal-moviment tal-buttuna għar-rilaxx tal-bokkla.

6.7.1.3.

L-erja tar-rilaxx tal-bokkla għandha tkun ta’ kulur aħmar. L-ebda parti oħra tal-bokkla ma għandu jkollha dan il-kulur.

6.7.1.4.

Għandu jkun possibbli li t-tfal jiġu rilaxxati mit-trażżin b’azzjoni unika fuq bokkla unika. Tista’ ssir azzjoni unika oħra għar-rilaxx tal-pożizzjonatur taċ-ċinga tal-ispalla, jekk ikun hemm. F’każijiet bħal dawn, għandu jkun possibbli li l-pożizzjonatur taċ-ċinga tal-ispalla jiġi rilaxxat kemm qabel kif ukoll wara r-rilaxx tal-bokkla, jew fl-istess ħin. Huwa permess lit-tfal jitneħħew flimkien mal-apparati bħal benniena għat-trabi li tinġarr/kerrikot/trażżin għall-kerrikot jekk is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tkun tista’ tiġi rilaxxata billi jintużaw mhux aktar minn żewġ buttuni għar-rilaxx tal-bokkla.

6.7.1.4.1.

Pożizzjonatur għaċ-ċinga tal-ispalla

Jekk jiġi pprovdut pożizzjonatur għaċ-ċinga tal-ispalla, dan għandu jkun iddisinjat b’tali mod li jipprevjeni l-użu skorrett. Ma għandux ikun possibbli li l-apparat jintuża b’mod li jwassal għall-brim taċ-ċineg tal-ispalla. Għandu jkun possibbli li l-apparat jinqafel b’azzjoni waħda biss. Il-forza meħtieġa għall-qfil tal-apparat ma għandhiex taqbeż il-15 N.

6.7.1.4.2.

Il-pożizzjonatur taċ-ċinga tal-ispalla għandu jkun faċli jinfetaħ u jinqabad bl-idejn. Għandu jkun possibbli li dan jinfetaħ f’azzjoni sempliċi waħda, iżda għandu jkun diffiċli għall-okkupanti tfal li jimmanipulaw il-mekkaniżmu tar-rilaxx. Il-forza meħtieġa għar-rilaxx tal-apparat ma għandhiex taqbeż il-15 N.

6.7.1.4.3.

Il-pożizzjonatur taċ-ċinga tal-ispalla ma għandux jaqbeż għoli ta’ 60 mm.

6.7.1.5.

Bil-bokkla miftuħa, t-tfal għandhom ikunu jistgħu jitneħħew indipendentement mis-“siġġu“, mis-“sit ta’ appoġġ” jew mill-“ilqugħ kontra l-impatt”, jekk dawn ikunu installati, u jekk l-apparat jinkludi ċinga ta’ bejn il-koxox, din iċ-ċinga għandha tiġi rilaxxata bl-użu tal-istess bokkla.

6.7.1.6.

Il-bokkla għandha tkun kapaċi tiflaħ għall-kundizzjonijiet li taħthom isir it-test tat-temperatura indikati fil-paragrafu 7.2.7. ta’ hawn taħt u għal użu ripetut, u qabel it-test dinamiku preskritt fil-paragrafu 7.1.3. ta’ hawn taħt, għandha tiġi sottoposta għal test li jinkludi 5 000 ± 5 ċikli ta’ ftuħ u ta’ għeluq taħt kundizzjonijiet normali ta’ użu.

6.7.1.7.

Il-bokkla għandha tiġi soġġetta għat-testijiet tal-ftuħ li ġejjin:

6.7.1.7.1.

Test taħt tagħbija

6.7.1.7.1.1.

Għal dan it-test għandha tintuża Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li tkun diġà ġiet sottoposta għat-test dinamiku preskritt fil-paragrafu 7.1.3. ta’ hawn taħt.

6.7.1.7.1.2.

Il-forza meħtieġa biex tinfetaħ il-bokkla fit-test preskritt fil-paragrafu 7.2.1.1. ta’ hawn taħt ma għandhiex taqbeż it-80 N.

6.7.1.7.2.

Test mingħajr tagħbija

6.7.1.7.2.1.

Għal dan it-test għandha tintuża bokkla li ma tkunx ġiet sottoposta għal tagħbija preċedenti. Il-forza meħtieġa biex tinfetaħ il-bokkla meta ma tkunx taħt tagħbija għandha tkun fil-medda ta’ bejn 40-80 N fit-testijiet preskritti fil-paragrafu 7.2.1.2. ta’ hawn taħt

6.7.1.8.

Reżistenza

6.7.1.8.1.

Waqt it-test f’konformità mal-paragrafu 7.2.1.3.2. ta’ hawn taħt l-ebda parti mill-bokkla, miċ-ċineg maġenbha jew mill-aġġustaturi ma għandha tinkiser jew tinqala’ minn postha.

6.7.1.8.2.

Skont il-limitu tal-massa ddikjarat mill-manifattur, il-bokkla għandha tiflaħ:

6.7.1.8.2.1.

4 kN, jekk il-limitu tal-massa jkun ta’ 13 kg jew inqas;

6.7.1.8.2.2.

10 kN, jekk il-limitu tal-massa jkun ta’ aktar minn 13 kg.

6.7.1.8.3.

L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip tista’ ma twettaqx it-test tar-reżistenza tal-bokkla jekk diġà jkollha informazzjoni li tirrendi dan it-test superfluwu.

6.7.2.

Apparat għall-aġġustament

6.7.2.1.

Il-medda tal-aġġustament għandha tkun biżżejjed biex tippermetti l-aġġustament korrett tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba għal kull daqs li għalih l-apparat huwa maħsub u biex tippermetti l-installazzjoni sodisfaċenti fil-vetturi kompatibbli i-Size kollha.

6.7.2.2.

L-apparati għall-aġġustament kollha għandhom ikun tat-tip “aġġustatur rapidu”.

6.7.2.3.

L-apparati tat-tip “aġġustatur rapidu” għandhom ikunu faċli li jintlaħqu meta s-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tkun installata kif suppost u bit-tfal jew il-manikin fuqha.

6.7.2.4.

Apparat tat-tip “aġġustatur rapidu” għandu jkun jista’ jiġi faċilment aġġustat skont l-istatura fiżika tat-tfal. B’mod partikolari, f’test li jsir f’konformità mal-paragrafu 7.2.2.1. ta’ hawn taħt, il-forza meħtieġa għat-tħaddim ta’ apparat għall-aġġustament manwali ma għandhiex tkun ta’ aktar minn 50 N.

6.7.2.5.

Kif preskritt mir-rekwiżiti għat-twettiq ta’ test tat-temperatura fil-paragrafu 7.2.7.1. u fil-paragrafu 7.2.3. ta’ hawn taħt għandhom jiġu ttestjati żewġ kampjuni ta’ apparati għall-aġġustament tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba.

6.7.2.5.1.

Iċ-ċinga ma għandhiex tinreħa b’aktar minn 25 mm għal apparat għall-aġġustament wieħed jew b’aktar minn 40 mm għall-apparati għall-aġġustament kollha.

6.7.2.6.

L-apparat ma għandux jinkiser jew jinqala’ minn postu meta jiġi ttestjat kif preskritt fil-paragrafu 7.2.2.1. ta’ hawn taħt.

6.7.2.7.

Aġġustatur li jkun armat direttament fuq is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal għandu jkun kapaċi jiflaħ għal użu ripetut, u qabel it-test dinamiku preskritt fil-paragrafu 7.1.3. għandu jiġi sottopost għal test li jinkludi 5 000 ± 5 ċikli kif speċifikat fil-paragrafu 7.2.6.1.

Aġġustatur li jkun armat direttament fuq ċinga għandu jkun kapaċi jiflaħ għal tħaddim ripetut, u qabel it-test dinamiku preskritt fil-paragrafu 7.1.3. għandu jiġi sottopost għal test li jinkludi 5 000 ± 5 ċikli li japplika l-prinċipji tat-test speċifikat fil-paragrafu 7.2.3. Dan it-test għandu jiġi definit mis-Servizz Tekniku f’konsultazzjoni mal-manifattur.

6.7.3.

Ritrattaturi

6.7.3.1.

Ritrattaturi li jillokkjaw awtomatikament

6.7.3.1.1.

Iċ-ċinga mgħammra b’ritrattatur li jillokkja awtomatikament ma għandiex tinħall b’aktar minn 30 mm bejn il-pożizzjonijiet tal-illokkjar tar-ritrattatur. Jekk l-utent jagħmel moviment lura, iċ-ċinga għandha jew tibqa’ fil-pożizzjoni inizjali tagħha jew tirritorna awtomatikament f’dik il-pożizzjoni meta l-utent jagħmel moviment sussegwenti ’l quddiem.

6.7.3.1.2.

Jekk ir-ritrattatur ikun parti minn ċinga addominali, il-forza ta’ ritrazzjoni taċ-ċinga ma għandhiex tkun ta’ inqas minn 7 N kif imkejla fit-tul ħieles bejn il-manikin u r-ritrattatur kif preskritt fil-paragrafu 7.2.4.1. ta’ hawn taħt. Jekk ir-ritrattatur ikun parti minn trażżin tas-sider, il-forza ta’ ritrazzjoni ma għandhiex tkun ta’ inqas minn 2 N jew ta’ aktar minn 7 N, imkejla bl-istess mod. Jekk iċ-ċinga tgħaddi minn gwida jew taljola, il-forza ta’ ritrazzjoni għandha titkejjel fit-tul ħieles bejn il-manikin u l-gwida jew it-taljola. Jekk l-assemblaġġ jinkorpora apparat, li jitħaddem b’mod manwali jew b’mod awtomatiku, li ma jħallix liċ-ċinga tinġibed lura kompletament, dak l-apparat ma għandux ikun attivat meta jittieħed dan il-kejl.

6.7.3.1.3.

Iċ-ċinga għandha ripetutament tinġibed mir-ritrattatur u titħalla tinġibed lura, fil-kundizzjonijiet previsti fil-paragrafu 7.2.4.2. ta’ hawn taħt, sakemm jitlestew 5 000 ċiklu. Ir-ritrattatur għandu mbagħad jiġi soġġett għall-kundizzjonijiet meħtieġa għat-tħaddim tat-test tat-temperatura indikati fil-paragrafu 7.2.7.1. u għat-test tal-korrużjoni deskritt fil-paragrafu 7.1.1. ta’ hawn taħt u għat-test tar-reżistenza għat-trab deskritt fil-paragrafu 7.2.4.5. ta’ hawn taħt. Imbagħad għandu jerġa’ jikkompleta b’mod sodisfaċenti 5 000 ċiklu ieħor ta’ estrazzjoni u ritrazzjoni. Wara t-testijiet ta’ hawn fuq ir-ritrattatur għandu jkompli jaħdem sew u jkompli jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 6.7.3.1.1. u 6.7.3.1.2. ta’ hawn fuq.

6.7.3.2.

Ritrattaturi li jillokkjaw f’emerġenza

6.7.3.2.1.

Meta jiġi ttestjat kif previst fil-paragrafu 7.2.4.3., ritrattatur li jillokkja f’emerġenza għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ hawn taħt:

6.7.3.2.1.1.

Għandu jkun illokkja meta d-deċellerazzjoni tal-vettura tilħaq 0,45 g;

6.7.3.2.1.2.

Ma għandux jillokkja meta l-aċċellerazzjoni taċ-ċinga tkun ta’ inqas minn 0,8 g kif imkejla fl-assi tal-estrazzjoni taċ-ċinga;

6.7.3.2.1.3.

Ma għandux jillokkja meta l-apparat ta’ detezzjoni tiegħu jiġi inklinat b’mhux aktar minn 12° fi kwalunkwe direzzjoni mill-pożizzjoni tal-installazzjoni speċifikata mill-manifattur tiegħu;

6.7.3.2.1.4.

Għandu jillokkja meta l-apparat ta’ detezzjoni tiegħu jiġi inklinat b’aktar minn 27° fi kwalunkwe direzzjoni mill-pożizzjoni tal-installazzjoni speċifikata mill-manifattur tiegħu.

6.7.3.2.2.

Meta t-tħaddim tar-ritrattatur ikun jiddependi minn sinjal jew minn sors ta’ enerġija esterni, id-disinn għandu jiżgura li r-ritrattatur jillokkja awtomatikament jekk dak is-sinjal jew sors ta’ enerġija jiġrilu xi ħsara jew jiġi interrott.

6.7.3.2.3.

Ritrattatur li jillokkja f’emerġenza li jkollu sensittività multipla għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti hawn fuq. Barra minn hekk, jekk wieħed mill-fatturi ta’ sensittività jkun relatat mal-estrazzjoni taċ-ċinga, ir-ritrattatur għandu jkun illokkja meta l-aċċellerazzjoni taċ-ċinga tilħaq 1,5 g kif imkejla fl-assi tal-estrazzjoni taċ-ċinga.

6.7.3.2.4.

Fit-testijiet imsemmija fil-paragrafi 6.7.3.2.1.1. u 6.7.3.2.3. ta’ hawn fuq, l-ammont ta’ ċinga estratta qabel ma r-ritrattatur jillokkja ma għandux ikun ta’ aktar minn 50 mm, li jibda jitkejjel mit-tul maħlul speċifikat fil-paragrafu 7.2.4.3.1. ta’ hawn taħt. Fit-test imsemmi fil-paragrafu 6.7.3.2.1.2. ta’ hawn fuq, ir-ritrattatur ma għandux jillokkja waqt il-50 mm ta’ estrazzjoni taċ-ċinga liema tul jibda jitkejjel mit-tul maħlul speċifikat fil-paragrafu 7.2.4.3.1. ta’ hawn taħt.

6.7.3.2.5.

Jekk ir-ritrattatur ikun parti minn ċinga addominali, il-forza ta’ ritrazzjoni taċ-ċinga ma għandhiex tkun ta’ inqas minn 7 N kif imkejla fit-tul ħieles bejn il-manikin u r-ritrattatur kif preskritt fil-paragrafu 7.2.4.1. ta’ hawn taħt. Jekk ir-ritrattatur ikun parti minn trażżin tas-sider, il-forza ta’ ritrazzjoni taċ-ċinga ma għandhiex tkun ta’ inqas minn 2 N jew ta’ aktar minn 7 N, imkejla bl-istess mod. Jekk iċ-ċinga tgħaddi minn gwida jew taljola, il-forza ta’ ritrazzjoni għandha titkejjel fit-tul ħieles bejn il-manikin u l-gwida jew it-taljola. Jekk l-assemblaġġ jinkorpora apparat, li jitħaddem b’mod manwali jew b’mod awtomatiku, li ma jħallix liċ-ċinga tinġibed lura kompletament, dak l-apparat ma għandux ikun attivat meta jittieħed dan il-kejl.

6.7.3.2.6.

Iċ-ċinga għandha tinġibed b’mod ripetut mir-ritrattatur u titħalla tinġibed lura, fil-kundizzjonijiet preskritti fil-paragrafu 7.2.4.2. ta’ dan ir-Regolament, sakemm jitlestew 40 000 ċiklu. Ir-ritrattatur imbagħad għandu jiġi soġġett għall-kundizzjonijiet tat-test tat-temperatura indikati fil-paragrafu 7.2.7. u għat-test tal-korrużjoni deskritt fil-paragrafu 7.1.1. u għat-test tar-reżistenza għat-trab deskritt fil-paragrafu 7.2.4.5.

6.7.4.

Ċineg

6.7.4.1.

Wisa’

6.7.4.1.1.

Il-wisa’ minima taċ-ċineg tat-trażżin għat-tfal li jiġu f’kuntatt mal-manikin għandha tkun ta’ 25 mm. Dawn id-dimensjonijiet għandhom jitkejlu waqt it-test tar-reżistenza taċ-ċinga preskritt fil-paragrafu 7.2.5.1. ta’ hawn taħt, mingħajr ma titwaqqaf il-magna u b’tagħbija ta’ 75 fil-mija tat-tagħbija fil-waqt tar-rottura taċ-ċinga.

6.7.4.2.

Reżistenza wara kundizzjonament f’temperatura ambjentali

6.7.4.2.1.

It-tagħbija fil-waqt tar-rottura taċ-ċinga għandha tiġi ddeterminata kif preskritt fil-paragrafu 7.2.5.2.1. ta’ hawn taħt, fuq żewġ kampjuni ta’ ċineg ikkundizzjonati kif preskritt fil-paragrafu 7.2.5.1.2.

6.7.4.2.2.

Id-differenza bejn it-tagħbijiet fil-waqt tar-rottura taċ-ċinga taż-żewġ kampjuni ma għandhiex tkun ta’ aktar minn 10 fil-mija tal-akbar tagħbija fil-waqt tar-rottura taċ-ċinga mit-tnejn imkejla.

6.7.4.3.

Reżistenza wara kundizzjonament speċjali

6.7.4.3.1.

Fuq żewġ ċineg ikkundizzjonati kif preskritt f’waħda mid-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 7.2.5.2. ta’ hawn taħt (ħlief għall-paragrafu 7.2.5.2.1. ta’ hawn taħt), it-tagħbija fil-waqt tar-rottura taċ-ċinga ma għandhiex tkun ta’ inqas minn 75 fil-mija tal-medja tat-tagħbijiet determinati fit-test imsemmi fil-paragrafu 7.2.5.1. ta’ hawn taħt.

6.7.4.3.2.

Barra minn hekk, it-tagħbija fil-waqt tar-rottura taċ-ċinga ma għandhiex tkun ta’ inqas minn 3.6 kN għat-trażżin ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba i-Size.

6.7.4.3.3.

L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip tista’ ma twettaqx test wieħed jew aktar minn dawn it-testijiet jekk il-kompożizzjoni tal-materjal użat, jew jekk l-informazzjoni diġà disponibbli, tirrendi dawn it-testijiet superfluwi.

6.7.4.3.4.

Il-proċedura tal-kundizzjonament kontra l-brix tat-tip 1 definit fil-paragrafu 7.2.5.2.6. ta’ hawn taħt għandha ssir biss meta r-riżultat tat-test tal-mikroslip definit fil-paragrafu 7.2.3. ta’ hawn taħt ikun ta’ aktar minn 50 fil-mija tal-limitu preskritt fil-paragrafu 6.7.2.5.1. ta’ hawn fuq.

6.7.4.4.

Ma għandux ikun possibbli li ċ-ċinga sħiħa tinġibed minn xi aġġustatur, bokkla jew punt ta’ ankraġġ.

6.7.5.

Speċifikazzjonijiet tal-partijiet ta’ twaħħil ISOFIX

6.7.5.1.

Il-partijiet ta’ twaħħil ISOFIX u l-indikaturi ta’ għeluq għandhom ikunu kapaċi jifilħu għal operazzjonijiet ripetuti u, qabel it-test dinamiku preskritt fil-paragrafu 7.1.3. ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu sottoposti għal test li jikkonsisti f’2 000 ±5 ċikli ta’ ftuħ u ta’ għeluq taħt kundizzjonijiet ta’ użu normali.

6.7.5.2.

Il-partijiet ta’ twaħħil ISOFIX għandu jkollhom mekkaniżmu ta’ llokkjar konformi mar-rekwiżiti speċifikati fil-punti (a) jew (b) li ġejjin:

(a)

Ir-rilaxx tal-mekkaniżmu tal-illokkjar tas-sit komplut, għandu jirrikjedi żewġ azzjonijiet konsekuttivi, u jenħtieġ li l-ewwel waħda tkun għadha għaddejja meta ssir it-tieni waħda; jew

(b)

Il-forza biex tinfetaħ il-parti ta’ twaħħilġ ISOFIX għandha tkun ta’ mill-inqas 50 N meta jiġi ttestjat kif previst fil-paragrafu 7.2.8. ta’ hawn taħt.

6.7.6.

Apparat tal-qfil

6.7.6.1.

L-apparat tal-qfil għandu jkun permanentement imwaħħal mas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba.

6.7.6.2.

L-apparat tal-qfil ma għandux inaqqas id-durabbiltà taċ-ċinturin għall-adulti u għandu jiġi sottopost għall-kundizzjonijiet tat-test tat-temperatura mogħtija fil-paragrafu 7.2.7.1.

6.7.6.3.

L-apparat tal-qfil ma għandux jipprevjeni r-rilaxx rapidu tat-tfal.

6.7.6.4.

Apparat tal-Klassi A

Iċ-ċinturin ma għandux jintreħa b’aktar minn 25 mm wara t-test preskritt fil-paragrafu 7.2.9.1. ta’ hawn taħt.

6.7.6.5.

Apparat tal-Klassi B

Iċ-ċinturin ma għandux jintreħa b’aktar minn 25 mm wara t-test preskritt fil-paragrafu 7.2.9.2. ta’ hawn taħt.

6.8.

Klassifikazzjoni

6.8.1.

Is-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba jistgħu jkopru kwalunkwe medda ta’ daqsijiet sakemm ikunu ssodisfati r-rekwiżiti għall-medda sħiħa.

7.   Testijiet

7.1.

Testijiet li għalihom tiġi sottoposta Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba armata

7.1.1.

Korrużjoni

7.1.1.1.

Il-partijiet tal-metall tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba għandhom jiġu ppożizzjonati f’kompartiment tat-test kif preskritt fl-Anness 4. Fil-każ ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li tinkorpora ritrattatur, it-tul taċ-ċinga għandu jinħall kollu għajr għal 100 ± 3 mm. Għajr għal interruzzjonijiet qosra li jistgħu jkunu neċessarji, pereżempju għall-kontroll tas-soluzzjoni tal-melħ u biex din timtela’ mill-ġdid, it-test tal-esponiment għandu jipproċedi mingħajr waqfien għal perjodu ta’ 50 ± 0,5 siegħa.

7.1.1.2.

Meta jitlesta t-test tal-esponiment, il-partijiet tal-metall tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba għandhom jinħaslu bil-mod, jew jiġu mgħaddsa f’ilma ġieri nadif b’temperatura ta’ mhux aktar minn 38 °C biex jitneħħa kwalunkwe depożitu ta’ melħ li seta’ fforma u mbagħad jitħallew jinxfu f’temperatura ambjentali ta’ bejn 18 °C u 25 °C għal 24 ± 1 siegħa qabel l-ispezzjoni f’konformità mal-paragrafu 6.6.1.2. ta’ hawn fuq.

7.1.2.

Qlib ta’ taħt fuq

7.1.2.1.

Il-manikin għandu jkun mgħammar b’wieħed mill-apparati għall-applikazzjoni tat-tagħbija kif jixraq, u kif deskritt fl-Anness 21 ta’ dan ir-Regolament. Poġġi l-manikin fit-trażżin installat f’konformità ma’ dan ir-Regolament u filwaqt li jiġu segwiti l-istruzzjonijiet tal-manifattur u bir-reħa standard kif speċifikat fil-paragrafu 7.1.3.5. ta’ hawn taħt, applikata għas-sistemi kollha bl-istess mod.

7.1.2.2.

It-trażżin għandu jintrabat mas-sit tat-test jew mas-sit tal-vettura. Is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba sħiħa għandha tiddawwar fuq assi orizzontali li jinsab fil-pjan medjan lonġitudinali tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba f’angolu ta’ 540°± 5° b’veloċità ta’ 2-5 grad/sekonda u titwaqqaf f’din il-pożizzjoni. Għall-finijiet ta’ dan it-test, l-apparati li huma previsti biex jintużaw f’karrozzi speċifiċi jistgħu jitqabbdu mal-bank tat-test deskritt fl-Anness 6.

7.1.2.3.

F’din il-pożizzjoni statika invertita, għandha tiġi applikata vertikalment ’l isfel massa ekwivalenti għal 4 darbiet dik tal-manikin, b’tolleranza ta’ -0/+5 fil-mija b’referenza għall-mases nominali tal-manikini kif indikat fl-Anness 8, fi pjan perpendikulari mal-assi tar-rotazzjoni flimkien mal-manikin bl-użu tal-apparat għall-applikazzjoni tat-tagħbija deskritt fl-Anness 21. It-tagħbija għandha tiġi applikata b’mod ikkontrollat u gradwali b’rata li ma taqbiżx l-aċċellerazzjoni gravitazzjonali jew 400 mm/min. Żomm it-tagħbija massima preskritta għal tul ta’ 30 -0/+5 sekonda.

7.1.2.4.

Neħħi t-tagħbija b’rata ta’ mhux aktar minn 400 mm/min u kejjel l-ispostament residwu.

7.1.2.5.

Dawwar is-sit kollu għal 180° biex tirritorna fil-pożizzjoni tal-bidu.

7.1.2.6.

Dan iċ-ċiklu tat-test għandu jerġa’ jitwettaq b’rotazzjoni fid-direzzjoni l-opposta. Bl-assi tar-rotazzjoni fil-pjan orizzontali u f’angolu ta’ 90° ma’ dak taż-żewġ testijiet preċedenti, il-proċedura għandha terġa’ tiġi ripetuta fiż-żewġ direzzjonijiet tar-rotazzjoni.

7.1.2.7.

It-testijiet għandhom jitwettqu billi jintużaw kemm l-iżgħar kif ukoll l-akbar manikini xierqa għall-medda ta’ daqsijiet li għaliha huwa intiż l-apparat tat-trażżin. Mhu permess l-ebda aġġustament tal-manikin jew tas-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba waqt iċ-ċiklu tat-test sħiħ.

7.1.3.

Ittestjar dinamiku għal impatt minn quddiem, minn wara u laterali:

(a)

It-testijiet tal-impatt minn quddiem għandhom isiru fuq is-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba kollha fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;

(b)

It-testijiet tal-impatt minn wara għandhom isiru fuq is-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba kollha Li Jħarsu Lura u Li Jħarsu Lejn il-Ġenb fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;

(c)

It-testijiet tal-impatt laterali għandhom isiru fuq is-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba kollha fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, ħlief fuq sistemi integrati u fuq sits ta’ sostenn;

(d)

L-ECRS għandha tiġi ttestjata fil-pożizzjoni l-aktar wieqfa tagħha. Jekk din il-pożizzjoni wieqfa taqa’ barra mill-Fissaġġ tas-Sit, xorta għandha tintgħażel din il-pożizzjoni. Madankollu fil-każ ta’ pożizzjonijiet fejn il-wisa’ jaqa’ barra mill-Fissaġġ tas-Sit, għat-test tal-impatt laterali, għandha tintgħażel il-pożizzjoni li fiha l-wisa’ tal-assorbituri tax-xokkijiet laterali għadha tiffittja fil-Fissaġġ tas-Sit tal-Vettura;

(e)

It-test jew it-testijiet dinamiċi jitwettqu f’dawn l-arranġamenti;

(f)

Għall-impatti minn quddiem u minn wara, it-testijiet għandhom jitwettqu bl-ECRS aġġustata għad-daqs tal-manikin(i) magħżul(a) biex tiġi koperta l-medda kollha ta’ daqsijiet, fil-pożizzjoni bilqiegħda tat-tfal li tirrappreżenta l-agħar każ għal dan il-manikin u l-orjentazzjoni tal-impatt;

(g)

Apparat kontra r-rebound li jaġixxi fuq id-dahar tas-sit tal-vettura għandu jibqa’ ġewwa l-fissaġġ tas-sit f’pożizzjoni waħda, iżda jista’ jisporġi lil hinn mill-fissaġġ tas-sit fil-pożizzjoni aġġustata tiegħu skont il-manwal għall-utent.

7.1.3.1.

Testijiet fuq it-troli u fuq il-bank tat-test

7.1.3.1.1.

Testijiet tal-impatt frontali.

7.1.3.1.1.1.

It-troli u l-bank tat-test li jintużaw fit-test dinamiku għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Anness 6 ta’ dan ir-Regolament.

7.1.3.1.1.2.

It-troli għandu jibqa’ orizzontali l-ħin kollu waqt id-deċellerazzjoni jew l-aċċellerazzjoni.

7.1.3.1.1.3.

Il-bank tat-test għandu jiddawwar f’angolu ta’ 180° meta t-test ikun qed isir f’konformità mar-rekwiżiti tat-test tal-impatt minn wara.

7.1.3.1.1.4.

Waqt test ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li tħares lura maħsuba biex tintuża fuq is-sit ta’ quddiem, id-dashboard tal-vettura għandu jiġi rappreżentat permezz ta’ żbarra riġida mwaħħla mat-troli b’tali mod li l-assorbiment kollu tal-enerġija jseħħ fis-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba.

7.1.3.1.1.5.

Apparat tad-deċellerazzjoni jew tal-aċċellerazzjoni

L-applikant jista’ jagħżel li juża wieħed minn dawn iż-żewġ apparati:

7.1.3.1.1.5.1.

Id-deċellerazzjoni tat-troli għandha tinkiseb billi jintuża l-apparat preskritt fl-Anness 6 ta’ dan ir-Regolament jew kwalunkwe apparat ieħor li jipproduċi riżultati ekwivalenti. Dan l-apparat għandu jkun kapaċi jilħaq il-prestazzjoni speċifikata fil-paragrafu 7.1.3.4. u speċifikata hawn taħt:

 

Għall-impatt minn quddiem, it-troli għandu jiġi mbuttat b’tali mod li, fil-bidu tat-test, il-veloċità tiegħu tkun ta’ 50 + 0 - 2 km/h u l-kurva tal-aċċellerazzjoni tiegħu tkun fl-erja skura tal-graff fl-Appendiċi 1 tal-Anness 7.

 

Għall-impatt minn wara, it-troli għandu jiġi mbuttat b’tali mod li, fil-bidu tat-test, il-veloċità tiegħu tkun ta’ 30 + +2 - 0 km/h u l-kurva tal-aċċellerazzjoni tiegħu tkun fl-erja skura tal-graff fl-Appendiċi 2 tal-Anness 7.

 

It-testijiet li jsiru b’veloċità ogħla u/jew b’aċċellerazzjoni li taqbeż il-limitu ta’ fuq tal-erja skura għandhom jitqiesu bħala sodisfaċenti jekk is-sistema tat-trażżin għat-tfal tissodisfa r-rekwiżiti tal-prestazzjoni tat-test.

 

It-testijiet li jsiru b’aċċellerazzjoni aktar baxxa għandhom jitqiesu bħala sodisfaċenti biss jekk il-kurva tal-aċċellerazzjoni taqsam il-limitu inferjuri tal-erja skura għal perjodu kumulattiv ta’ mhux aktar minn 3 ms.

 

Sabiex jissodisfa r-rekwiżiti ta’ hawn fuq, is-Servizz Tekniku għandu juża troli (mgħammar bis-sit tiegħu), kif speċifikat fil-paragrafu 1 tal-Anness 6, b’massa ta’ aktar minn 380 kg.

7.1.3.1.1.5.2.

Apparat għat-test tal-aċċellerazzjoni

Kundizzjonijiet għat-test dinamiku:

 

Għall-impatt minn quddiem, it-troli għandu jiġi mbuttat b’tali mod li, waqt it-test, il-bidla totali fil-veloċità tiegħu ΔV tkun ta’ 52 + 0 – 2 km/h u l-kurva tal-aċċellerazzjoni tiegħu tkun fl-erja skura tal-graff fl-Appendiċi 1 tal-Anness 7 u tibqa’ ’l fuq mis-segment definit mill-koordinati (5 g, 10 ms) u (9 g, 20 ms). Skont l-istandard ISO 17 373, il-bidu tal-impatt (T0) huwa definit bħala korrispondenti għal livell ta’ aċċellerazzjoni ta’ 0,5 g.

 

Għall-impatt minn wara, it-troli għandu jiġi mbuttat ’il quddiem b’tali mod li, waqt it-test, il-bidla totali fil-veloċità tiegħu ΔV tkun ta’ 32 + 2 – 0 km/h u l-kurva tal-aċċellerazzjoni tiegħu tkun fl-erja skura tal-graff fl-Appendiċi 2 tal-Anness 7 u tibqa’ ’l fuq mis-segment definit mill-koordinati (5 g, 5 ms) u (10 g, 10 ms). Skont l-istandard ISO 17 373, il-bidu tal-impatt (T0) huwa definit bħala korrispondenti għal livell ta’ aċċellerazzjoni ta’ 0,5 g.

 

Minkejja li jkunu ssodisfati r-rekwiżiti msemmija hawn fuq, is-Servizz Tekniku għandu juża troli (mgħammar bil-bank tat-test tiegħu), kif speċifikat fil-paragrafu 1. tal-Anness 6, b’massa ta’ aktar minn 380 kg.

 

Madankollu, jekk dawn it-testijiet ikunu twettqu b’veloċità ogħla u/jew il-kurva tal-aċċellerazzjoni tkun qabżet il-livell superjuri tal-erja skura u s-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tissodisfa r-rekwiżiti, it-test għandu jitqies bħala sodisfaċenti.

7.1.3.1.1.6.

Għandu jsir dan il-kejl:

7.1.3.1.1.6.1.

Il-veloċità tat-troli immedjatament qabel l-impatt (għal slitti tad-deċellerazzjoni biss, meħtieġa għall-kalkolu tad-distanza tal-waqfien);

7.1.3.1.1.6.2.

Id-distanza tal-waqfien (għal slitti tad-deċellerazzjoni biss), li tista’ tiġi kkalkulata bl-integrazzjoni doppja tad-deċellerazzjoni reġistrata tal-islitta;

7.1.3.1.1.6.3.

L-ispostament tar-ras tal-manikin fid-direzzjoni vertikali u orizzontali għat-testijiet bil-manikini Q kollha meħtieġa għall-indikazzjoni i-Size mogħtija għal mill-inqas l-ewwel 300 ms;

7.1.3.1.1.6.4.

Il-parametri meħtieġa biex issir il-valutazzjoni tal-korriment skont il-kriterji msemmija fil-paragrafu 6.6.4.3.1. ta’ hawn fuq għal mill-inqas l-ewwel 300 ms;

7.1.3.1.1.6.5.

L-aċċellerazzjoni jew id-deċellerazzjoni tat-troli għal mill-inqas l-ewwel 300 ms.

7.1.3.1.1.7.

Wara l-impatt, is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba għandha tiġi spezzjonata viżwalment, mingħajr ma tinfetaħ il-bokkla, biex jiġi determinat jekk kienx hemm xi ħsara jew ksur.

7.1.3.1.2.

Impatt minn wara

7.1.3.1.2.1.

Il-bank tat-test għandu jiddawwar 180° meta jkun qed jiġi ttestjat għall-konformità mar-rekwiżiti tat-test tal-impatt minn wara.

7.1.3.1.2.2.

Meta trażżin għat-tfal li jħares lura intiż biex jintuża fis-sit ta’ quddiem ikun qed jiġi ttestjat, id-dashboard tal-vettura għandu jiġi rappreżentat permezz ta’ żbarra riġida mwaħħla mat-troli b’tali mod li l-assorbiment kollu tal-enerġija jseħħ fit-trażżin għat-tfal.

7.1.3.1.2.3.

Il-kundizzjonijiet tad-deċellerazzjoni għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Appendiċi 2 tal-Anness 7.

Il-kundizzjonijiet tal-aċċellerazzjoni għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Appendiċi 2 tal-Anness 7.

7.1.3.1.2.4.

Il-kejl li jrid isir għandu jkun simili għal dak elenkat fil-paragrafi 7.1.3.1.1.4. sa 7.1.3.1.1.5. ta’ hawn fuq.

7.1.3.1.3.

Impatt laterali

7.1.3.1.3.1.

Il-bank tat-test għandu jiddawwar 90° meta t-test ikun qed isir f’konformità mar-rekwiżiti tat-test tal-impatt laterali.

7.1.3.1.3.2

Jenħtieġ li l-ankraġġi ISOFIX inferjuri jkunu jistgħu jiċċaqilqu fid-direzzjoni Y biex ma ssirx ħsara lill-partijiet ta’ twaħħil u lit-tagħmir tat-test. L-ankraġġi ISOFIX għandhom jiġu mmuntati fuq sistema li tiżżerżaq li tippermetti moviment ta’ 200 mm -0 mm +50 mm. Meta mkejla b’dinamometru b’rata ta’ 600-1 200 mm/min ippożizzjonat fuq pjan parallel mal-wiċċ li jiżżerżaq u allinjat mal-assi ċentrali tal-wiċċ li jiżżerżaq, il-forza meħtieġa biex iċċaqlaq is-sistema li tiżżerżaq (iż-żewġ ankraġġi flimkien) tul il-medda kollha tagħha, ma għandhiex taqbeż 100N. Din il-verifika għandha ssir kull 50 test jew kull 6 xhur skont liema jiġi l-ewwel.

Image 32

7.1.3.1.3.3.

It-tagħbija tal-impatt laterali fuq l-ECRS għandha tiġi ġġenerata minn pannell ta’ bieba kif definit fl-Appendiċi 3 tal-Anness 6. Il-wiċċ tal-pannell għandu jkun kopert bil-padding kif speċifikat fl-Appendiċi 3 tal-Anness 6.

7.1.3.1.3.4.

It-tagħmir tat-test għandu jirriproduċi veloċità relattiva bejn il-pannell tal-bieba u l-bank tat-test f’konformità mal-Appendiċi 3 tal-Anness 7. Il-fond massimu tal-intrużjoni tal-pannell tal-bieba huwa definit fl-Appendiċi 3 tal-Anness 6. Il-veloċità relattiva bejn il-pannell tal-bieba u l-bank tat-test ma għandhiex tiġi affettwata minn kuntatt mal-ECRS u għandha tibqa’ fil-kuritur definit fl-Appendiċi 3 tal-Anness 7. F’test fejn il-bieba tkun wieqfa fil-ħin t0, il-bieba għandha tkun fissa u l-veloċità fuq l-art tal-manikin f’t0 għandha tkun bejn 6,375 m/s u 7,25 m/s. F’test fejn il-bieba tkun miexja f’t0, il-veloċità fuq l-art tal-bieba għandha tibqa’ fi ħdan il-kuritur definit fl-Appendiċi 3 tal-Anness 7, għall-inqas sakemm tilħaq il-punt massimu ta’ intrużjoni tagħha, u l-manikin, f’t0, għandu jkun wieqaf.

7.1.3.1.3.5.

Fil-ħin t0 definit fl-Appendiċi 3 tal-Anness 7, il-manikin għandu jkun fil-pożizzjoni inizjali tiegħu kif definit fil-paragrafu 7.1.3.5.2.1. ta’ hawn taħt.

7.1.3.2.

Test fuq it-troli u fuq il-karozzerija tal-vettura

7.1.3.2.1.

Għal testijiet tal-impatt frontali

7.1.3.2.1.1.

Il-metodu użat biex jimblokka l-vettura waqt it-test ma għandux ikun tali li jsaħħaħ l-ankraġġi tas-sits tal-vettura, iċ-ċinturini tas-sikurezza għall-adulti u kwalunkwe ankraġġ addizzjonali meħtieġ biex iqabbad it-trażżin għat-tfal jew li jnaqqas id-deformazzjoni normali tal-istruttura. L-ebda parti mill-vettura li, bil-preżenza tagħha, tista’ tillimita l-moviment tal-manikin, ma għandha tnaqqas it-tagħbija imposta fuq it-trażżin għat-tfal waqt it-test. Il-partijiet eliminati tal-istruttura jistgħu jiġu sostitwiti minn partijiet ta’ reżistenza ekwivalenti, sakemm dawn ma jfixklux il-moviment tal-manikin.

7.1.3.2.1.2.

Apparat tas-sigurtà għandu jiġi meqjus bħala sodisfaċenti jekk ma jipproduċi l-ebda effett fuq iż-żona li testendi tul il-wisa’ kollha tal-istruttura u jekk il-vettura jew l-istruttura tkun imblukkata jew fissa minn quddiem f’distanza ta’ mhux inqas minn 500 mm mill-ankraġġ tas-sistema tat-trażżin. Fuq in-naħa ta’ wara l-istruttura għandha tintrabat sew f’distanza suffiċjenti wara l-ankraġġ biex jiġi żgurat li r-rekwiżiti kollha tal-paragrafu 7.1.3.2.1.1. ta’ hawn fuq jiġu ssodisfati.

7.1.3.2.1.3.

Is-sit tal-vettura u s-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba għandhom jiġu installati u jitqiegħdu f’pożizzjoni magħżula mis-Servizz Tekniku li jwettaq it-testijiet tal-approvazzjoni li toffri l-kundizzjonijiet ta’ reżistenza l-aktar sfavorevoli li huma kompatibbli mal-installazzjoni tal-manikin fil-vettura. Il-pożizzjoni tad-dahar tas-sit tal-vettura u tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba għandhom jiġu deskritti fir-rapport. Id-dahar tas-sit tal-vettura, jekk l-inklinazzjoni tiegħu tkun tista’ tiġi rregolata, għandu jiġi llokkjat kif speċifikat mill-manifattur jew, fin-nuqqas ta’ ebda speċifikazzjoni, f’angolu effettiv li l-aktar iqarreb il-25°.

7.1.3.2.1.4.

Sakemm l-istruzzjonijiet dwar l-installazzjoni u dwar l-użu ma jitolbux mod ieħor, is-sit ta’ quddiem għandu jitqiegħed fl-aktar pożizzjoni avvanzata li normalment tintuża għal trażżin għat-tfal maħsub biex jintuża fuq is-sit ta’ quddiem, u fl-aktar pożizzjoni lura li normalment tintuża għal trażżin għat-tfal maħsub biex jintuża fuq is-sits ta’ wara.

7.1.3.2.1.5.

Il-kundizzjonijiet tad-deċellerazzjoni għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 7.1.3.4. ta’ hawn taħt. Il-bank tat-test ikun is-sit tal-vettura nnifisha.

7.1.3.2.1.6.

Għandu jsir dan il-kejl:

7.1.3.2.1.6.1.

Il-veloċità tat-troli immedjatament qabel l-impatt (għal slitti tad-deċellerazzjoni biss, meħtieġa għall-kalkolu tad-distanza tal-waqfien);

7.1.3.2.1.6.2.

Id-distanza tal-waqfien (għal slitti tad-deċellerazzjoni biss), li tista’ tiġi kkalkulata bl-integrazzjoni doppja tad-deċellerazzjoni reġistrata tal-islitta;

7.1.3.2.1.6.3.

Kwalunkwe kuntatt tar-ras tal-manikin mal-intern tal-karozzerija tal-vettura;

7.1.3.2.1.6.4.

Il-parametri meħtieġa biex issir il-valutazzjoni tal-korriment skont il-kriterji msemmija fil-paragrafu 6.6.4.3.1. ta’ hawn fuq għal mill-inqas l-ewwel 300 ms;

7.1.3.2.1.6.5.

L-aċċellerazzjoni jew id-deċellerazzjoni tat-troli u tal-karozzerija tal-vettura għal mill-inqas l-ewwel 300 ms.

7.1.3.2.1.7.

Wara l-impatt, it-trażżin għat-tfal għandu jiġi spezzjonat viżwalment, mingħajr ma tinfetaħ il-bokkla, biex jiġi ddeterminat jekk kienx hemm xi ħsara.

7.1.3.2.2.

Għal testijiet tal-impatt minn wara

7.1.3.2.2.1.

Il-karozzerija tal-vettura għandha u tiddawwar 180° fuq it-troli tat-test.

7.1.3.2.2.2.

Għandhom japplikaw l-istess rekwiżiti bħal dawk għall-impatt frontali (il-paragrafi 7.1.3.2.1.1. sa 7.1.3.2.1.5. ta’ hawn fuq).

7.1.3.3.

Test b’vettura kompluta

7.1.3.3.1.

Il-kundizzjonijiet tad-deċellerazzjoni għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 7.1.3.4. ta’ hawn taħt.

7.1.3.3.2.

Il-proċedura għat-testijiet tal-impatt frontali għandha tkun dik stabbilita fl-Anness 9 ta’ dan ir-Regolament.

7.1.3.3.3.

Il-proċedura għat-testijiet tal-impatt minn wara għandha tkun dik stabbilita fl-Anness 10 ta’ dan ir-Regolament.

7.1.3.3.4.

Għandu jsir dan il-kejl:

7.1.3.3.4.1.

Il-veloċità tal-vettura/impattur immedjatament qabel l-impatt (għal slitti tad-deċellerazzjoni biss, meħtieġa għall-kalkolu tad-distanza tal-waqfien);

7.1.3.3.4.2.

Kwalunkwe kuntatt tar-ras tal-manikin mal-intern tal-vettura;

7.1.3.3.4.3.

Il-parametri meħtieġa biex issir il-valutazzjoni tal-korriment abbażi tal-kriterji kif imsemmi fil-paragrafu 6.6.4.3.1. ta’ hawn fuq għal mill-inqas l-ewwel 300 ms.

7.1.3.3.5.

Is-sits ta’ quddiem, jekk l-inklinazzjoni tad-dahar tagħhom tkun tista’ tiġi rregolata, għandhom jiġu llokkjati kif speċifikat mill-manifattur jew, fin-nuqqas ta’ ebda speċifikazzjoni, f’angolu effettiv li l-aktar iqarreb il-25°.

7.1.3.3.6.

Wara l-impatt, it-trażżin għat-tfal għandu jiġi spezzjonat viżwalment, mingħajr ma tinfetaħ il-bokkla, biex jiġi determinat jekk kienx hemm xi ħsara jew ksur.

7.1.3.4.

Il-kundizzjonijiet għat-test dinamiku huma miġbura fil-qosor fit-Tabella 6:

Tabella 6

 

Impatt frontali

Impatt minn wara

Impatt laterali

Test

Trażżin

Veloċità km/h

Impuls tat-test Nru

Distanza tat-twaqqif waqt it-test (mm)

Veloċità km/h

Impuls tat-test Nru

Distanza tat-twaqqif waqt it-test (mm)

Veloċità relattiva tal-bieba/bank

Distanza tat-twaqqif waqt it-test (mm) Intrużjoni massima

Troli b’bank tat-test

Iħares

’il Quddiem

50 + 0

-2

1

650 ± 50

MA

MA

MA

3

250 ± 50

Iħares

Lura

50 + 0

-2

1

650 ± 50

30 + 2

-0

2

275 ± 25

3

250 ± 50

Iħares

Lejn il-Ġenb

50 + 0

-2

1

650 ± 50

30 + 2

-0

2

275 ± 25

3

250 ± 50

Didaskalija:

Impuls tat-Test Nru 1 – Kif preskritt fl-Anness 7 / l-Appendiċi 1 – Impatt frontali.

Impuls tat-Test Nru 2 – Kif preskritt fl-Anness 7 / l-Appendiċi 2 – Impatt minn wara.

Kurva tal-kuritur tal-veloċità tat-test Nru 3 – Kif preskritt fl-Anness 7 / l-Appendiċi 3 – Impatt laterali

TBD: għandu jiġi ddefinit

MA: mhux applikabbli

7.1.3.5.

Manikini użati għat-testijiet dinamiċi

7.1.3.5.1.

Is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba għandha tiġi ttestjata bl-użu tal-manikini preskritti fl-Anness 8 ta’ dan ir-Regolament.

7.1.3.5.2.

Installazzjoni għal impatti frontali , minn wara u mill-ġenb.

7.1.3.5.2.1.

Installazzjoni ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-tfal Imtejba Universali Integrali (i-Size), jew ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba ISOFIX Integrali għal Vetturi Speċifiċi fuq il-bank tat-test.

Is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba ISOFIX mingħajr manikin għandha titqabbad mas-sistema ta’ ankraġġi ISOFIX.

It-tqabbid tal-partijiet ta’ twaħħil ISOFIX mal-ankraġġi ISOFIX ta’ isfel għandu jkun permess sabiex is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba mingħajr manikin tinġibed lejn dawk l-ankraġġi.

Għandha tiġi applikata forza addizzjonali ta’ 135 ± 15N fuq pjan parallel mal-wiċċ tal-kuxin tas-sit tat-test. Il-forza għandha tiġi applikata tul il-linja taċ-ċentru tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba u f’għoli ta’ mhux aktar minn 100 mm ’il fuq mill-kuxin.

Jekk preżenti, iċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq għandha tiġi aġġustata sabiex tikseb tagħbija ta’ tensjoni ta’ 50 ± 5N. Alternattivament, u jekk preżenti, is-sieq ta’ appoġġ għandha tiġi aġġustata skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba.

Il-linja taċ-ċentru tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba għandha tiġi allinjata mal-linja taċ-ċentru tal-bank tat-test.

Il-manikin għandu jitqiegħed fis-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba u maqtugħ mid-dahar tas-sit tas-siġġu permezz ta’ spazjatur flessibbli. L-ispazjatur għandu jkun oħxon 2,5 cm u wiesgħa 6 cm. It-tul tiegħu għandu jkun daqs l-għoli tal-ispalla nieqes l-għoli tal-koxxa, kemm fil-pożizzjoni bilqiegħda kif ukoll relattiv għad-daqs tal-manikin li jkun qed jiġi ttestjat. L-għoli riżultanti tal-ispazjatur huwa elenkat fit-tabella ta’ hawn taħt għal manikini ta’ daqsijiet differenti. Jenħtieġ li l-bord ikun kemm jista’ jkun simili għall-kurvatura tas-siġġu u jenħtieġ li t-tarf t’isfel tiegħu jkun fl-istess għoli tal-ġog tal-ġenbejn tal-manikin.

Tabella 7

 

Q0

Q1

Q1,5

Q3

Q6

Q10

(miri tad-disinn)

 

Dimensjonijiet f’mm

Għoli tal-ispazjatur għall-pożizzjonament tal-manikin

173 ± 2

229 ± 2

237 ± 2

250 ± 2

270 ± 2

359 ± 2

Aġġusta ċ-ċinturin tal-ECRS f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-manifattur, imma b’tensjoni ta’ 250 ± 25 N aktar mill-forza tal-aġġustatur, b’angolu ta’ deflessjoni taċ-ċinga fl-aġġustatur ta’ 45 ± 5°, jew alternattivament bl-angolu rakkomandat mill-manifattur.

Imbagħad, l-ispazjatur għandu jitneħħa u l-manikin jiġi mbuttat lejn id-dahar tas-sit. Qassam il-parti merħija b’mod uniformi tul iċ-ċinga integrali.

Il-pjan lonġitudinali li jgħaddi mil-linja taċ-ċentru tal-manikin għandu jiġi ssettjat biex ikun fin-nofs bejn iż-żewġ ankraġġi inferjuri taċ-ċinturin tal-ECRS, madankollu għandu jitqies ukoll dak indikat fil-paragrafu 7.1.3.2.1.3. ta’ hawn fuq.

7.1.3.5.2.2.

Installazzjoni ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba mhux integrali fuq il-bank tat-test.

Is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba mhux integrali mingħajr manikin għandha titqiegħed fuq il-bank tat-test.

Jekk preżenti u ttestjati, it-tqabbid tal-partijiet ta’ twaħħil ISOFIX mal-ankraġġi ISOFIX inferjuri għandu jkun permess sabiex is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba mingħajr manikin tinġibed lejn dawn l-ankraġġi. Għandha tiġi applikata forza addizzjonali ta’ 135 ± 15 N fuq pjan parallel mal-wiċċ tal-kuxin tas-sit tat-test. Il-forza għandha tiġi applikata tul il-linja taċ-ċentru tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba u f’għoli ta’ mhux aktar minn 100 mm ’il fuq mill-kuxin tas-sit tal-bank tat-test.

Il-manikin għandu jitqiegħed fis-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba.

Image 33

Iffittja ċ-ċellula ta’ tagħbija 1 lejn in-naħa ta’ barra kif muri fl-Illustrazzjoni 6. Installa s-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba fil-pożizzjoni t-tajba. Jekk is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tkun mgħammra b’apparat tal-qfil li jaġixxi fuq iċ-ċinturin dijagonali, qiegħed iċ-ċellula ta’ tagħbija 2 f’pożizzjoni konvenjenti wara s-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba bejn l-apparat tal-qfil u l-bokkla kif muri hawn fuq. Jekk is-sistema ma tkunx mgħammra b’apparat tal-qfil jew jekk l-apparat tal-qfil ikun installat mal-bokkla, qiegħed iċ-ċellula ta’ tagħbija f’pożizzjoni konvenjenti bejn it-taljola u s-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba.

Aġġusta l-parti addominali taċ-ċinturin ta’ referenza biex tikseb tagħbija ta’ tensjoni ta’ 50 N ± 5 N fiċ-ċellula ta’ tagħbija 1. Agħmel marka bil-ġibs fuq iċ-ċinturin fejn jgħaddi minn ġol-bokkla ssimulata.

Filwaqt li żżomm iċ-ċinturin f’din il-pożizzjoni, aġġusta ċ-ċinturin dijagonali biex tikseb tensjoni ta’ 50 N ± 5 N fuq iċ-ċellula ta’ tagħbija 2 billi tillokkja ċ-ċinturin bil-locker taċ-ċinturin tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba jew inkella billi tiġbed iċ-ċinturin bejn il-mekkaniżmu tal-ikklampjar taċ-ċinturin u r-ritrattatur standard. Jekk it-tensjoni fiċ-ċellula tat-tagħbija 2 tinkiseb bil-ġbid taċ-ċinturin bejn il-mekkaniżmu tal-ikklampjar u r-ritrattatur, issa l-mekkaniżmu tal-ikklampjar għandu jiġi llokkjat.

Oħroġ iċ-ċinturin kollu mir-rukkell tar-ritrattatur u kebbeb iċ-ċinturin żejjed billi żżomm tensjoni ta’ 4 ± 3 N fiċ-ċinturin bejn ir-ritrattatur u t-taljola. Ir-rukkell għandu jiġi llokkjat qabel isir it-test dinamiku. Wettaq it-test dinamiku tal-ħbit.

7.1.3.5.2.3.

Installazzjoni ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba Integrali tal-kategorija sits “Li Jintrabtu biċ-Ċinturin tas-Sikurezza tal-Vettura Universali” jew sits “Li Jintrabtu biċ-Ċinturin tas-Sikurezza tal-Vettura għal Vetturi Speċifiċi” fuq il-bank tat-test.

Is-Sistema tat-Trażżin tat Sistema li tintrabat b’Ċinturin tas-Sikurezza tal-Vettura mingħajr manikin għandha titqiegħed fuq il-bank tat-test.

Iffittja ċ-ċellula ta’ tagħbija 1 lejn in-naħa ta’ barra kif muri fl-Illustrazzjoni 1. Installa s-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba fil-pożizzjoni t-tajba. Jekk is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tkun mgħammra b’apparat tal-qfil li jaġixxi fuq iċ-ċinturin dijagonali, qiegħed iċ-ċellula ta’ tagħbija 2 f’pożizzjoni konvenjenti wara s-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba bejn l-apparat tal-qfil u l-bokkla kif muri hawn fuq. Jekk is-sistema ma tkunx mgħammra b’apparat tal-qfil jew jekk l-apparat tal-qfil ikun installat mal-bokkla, qiegħed iċ-ċellula ta’ tagħbija f’pożizzjoni konvenjenti bejn it-taljola u s-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba.

Aġġusta l-parti addominali taċ-ċinturin ta’ referenza biex tikseb tagħbija ta’ tensjoni ta’ 50 N ± 5 N fiċ-ċellula ta’ tagħbija 1. Agħmel marka bil-ġibs fuq iċ-ċinturin fejn jgħaddi minn ġol-bokkla ssimulata.

Filwaqt li żżomm iċ-ċinturin f’din il-pożizzjoni, aġġusta ċ-ċinturin dijagonali biex tikseb tensjoni ta’ 50 N ± 5 N fuq iċ-ċellula ta’ tagħbija 2 billi tillokkja ċ-ċinturin bil-locker taċ-ċinturin tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba jew inkella billi tiġbed iċ-ċinturin bejn il-mekkaniżmu tal-ikklampjar taċ-ċinturin u r-ritrattatur standard. Jekk it-tensjoni fiċ-ċellula tat-tagħbija 2 tinkiseb bil-ġbid taċ-ċinturin bejn il-mekkaniżmu tal-ikklampjar u r-ritrattatur, issa l-mekkaniżmu tal-ikklampjar għandu jiġi llokkjat.

Oħroġ iċ-ċinturin kollu mir-rukkell tar-ritrattatur u kebbeb iċ-ċinturin żejjed billi żżomm tensjoni ta’ 4 ± 3 N fiċ-ċinturin bejn ir-ritrattatur u t-taljola. Ir-rukkell għandu jiġi llokkjat qabel isir it-test dinamiku.

Il-manikin għandu jitqiegħed fis-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba u maqtugħ mid-dahar tas-sit tas-siġġu permezz ta’ spazjatur flessibbli. L-ispazjatur għandu jkun oħxon 2.5 cm u wiesgħa 6 cm. It-tul tiegħu għandu jkun daqs l-għoli tal-ispalla nieqes l-għoli tal-koxxa, kemm fil-pożizzjoni bilqiegħda kif ukoll relattiv għad-daqs tal-manikin li jkun qed jiġi ttestjat. L-għoli riżultanti tal-ispazjatur huwa elenkat fit-tabella ta’ hawn taħt għal manikini ta’ daqsijiet differenti. Jenħtieġ li l-bord ikun kemm jista’ jkun simili għall-kurvatura tas-sit u jenħtieġ li t-tarf t’isfel tiegħu jkun fl-istess għoli tal-ġog tal-ġenbejn tal-manikin.

Tabella 7

 

Q0

Q1

Q1,5

Q3

Q6

Q10

(miri tad-disinn)

 

Dimensjonijiet f’mm

Għoli tal-ispazjatur għall-pożizzjonament tal-manikin

173 ± 2

229 ± 2

237 ± 2

250 ± 2

270 ± 2

359 ± 2

Aġġusta ċ-ċinturin tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-manifattur, imma għal tensjoni ta’ 250 ± 25 N aktar mill-forza meħtieġa biex tingħeleb il-frizzjoni bejn iċ-ċinturin u l-aġġustatur, b’angolu ta’ deflessjoni taċ-ċinga fl-aġġustatur ta’ 45 ± 5°, jew alternattivament bl-angolu rakkomandat mill-manifattur.

Imbagħad, l-ispazjatur għandu jitneħħa u l-manikin jiġi mbuttat lejn id-dahar tas-sit. Qassam il-parti merħija b’mod uniformi tul iċ-ċinga integrali.

Fil-każ ta’ benniena għat-trabi li tinġarr, il-manikin għandu jiġi mrażżan fis-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba qabel ma tiġi installata fuq il-bank tat-test. Ir-rekwiżiti l-oħra kollha tal-paragrafu għandhom jiġu ssodisfati kif deskritt hawn fuq.

7.1.3.5.2.4.

Wara l-installazzjoni

Wara l-installazzjoni, il-pożizzjoni tal-manikin għandha tiġi aġġustata sabiex:

Il-linja taċ-ċentru tal-manikin u l-linja taċ-ċentru tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba jkunu eżattament allinjati mal-linja taċ-ċentru tal-bank tat-test.

Id-dirgħajn tal-manikin għandhom jiġu ppożizzjonati b’mod simetriku. Il-minkbejn għandhom jiġu ppożizzjonati b’tali mod li l-partijiet ta’ fuq tad-dirgħajn ikunu kważi allinjati mal-isternu.

L-idejn għandhom jiġu ppożizzjonati fuq il-koxox.

Is-saqajn għandhom jiġu ppożizzjonati b’mod parallel għal xulxin jew tal-inqas b’mod simetriku.

Għall-impatti laterali, għandhom jittieħdu miżuri pożittivi biex tiġi żgurata li l-istabbiltà tal-manikin tinżamm sa t0 u din għandha tiġi kkonfermata permezz ta’ analiżi bil-vidjo. Kwalunkwe mezz li jintuża biex jiġi stabilizzat il-manikin qabel t0 ma għandux jinfluwenza l-kinematika tal-manikin wara t0.

Minħabba li l-fowm tal-kuxin tas-sit tal-bank tat-test jikkompressa wara l-installazzjoni tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba, it-test dinamiku għandu jsir mhux aktar minn 10 minuti wara l-installazzjoni.

Biex il-kuxin tas-sit tal-bank tat-test ikun jista’ jerġa’ jikseb il-forma tiegħu, il-perjodu minimu bejn żewġ testijiet li jużaw l-istess kuxin tas-sit tal-bank tat-test għandu jkun ta’ 20 minuta.

Eżempju ta’ allinjament tad-dirgħajn:

Image 34

7.1.3.6.

Indikazzjoni tad-daqs

It-testijiet dinamiċi għandhom jitwettqu bl-akbar manikin u bl-iżgħar manikin kif definit fit-tabelli li ġejjin skont il-medda ta’ daqsijiet indikata mill-manifattur għas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba.

Tabella 8

Kriterji għall-għażla tal-manikin skont il-medda

Indikazzjoni tal-medda ta’ daqsijiet (f’cm)

≤ 60

60 < x ≤ 75

75 < x ≤ 87

87 < x ≤ 105

105 < x ≤ 125

>125

Manikin

Q0

Q1

Q1,5

Q3 (5)

Q6

Q10 (4)

Fejn is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba teħtieġ modifika sostanzjali għal daqsijiet differenti (eż. Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba konvertibbli) jew jekk il-medda ta’ daqsijiet tkopri aktar minn tlett meded ta’ daqsijiet, minbarra l-manikini definiti hawn fuq għandhom jiġu ttestjati manikini intermedjarji rilevanti.

7.1.3.6.1.

Jekk is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tkun maħsuba għal żewġt itfal jew aktar, għandu jsir test wieħed fejn il-postijiet bilqiegħda kollha jkunu okkupati mill-itqal manikini. Għandu jsir test ieħor bl-eħfef u bl-itqal manikini speċifikati hawn fuq. It-testijiet għandhom jitwettqu bl-użu tal-bank tat-test kif muri fl-Illustrazzjoni 3 tal-Appendiċi 3 tal-Anness 6. Il-laboratorju li jwettaq it-testijiet jista’, jekk iqis opportun, iżid test ieħor bi kwalunkwe kombinazzjoni ta’ manikini jew pożizzjonijiet ta’ sits vojta.

7.1.3.6.2.

Jekk is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tuża ċinga tal-irbit ta’ fuq, għandu jsir test wieħed bl-iżgħar manikin biċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq fl-iqsar tul tagħha (il-punt ta’ ankraġġ G1). It-tieni test għandu jsir bl-itqal manikin biċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq fl-itwal daqs tagħha (il-punt ta’ ankraġġ G2). Aġġusta ċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq biex tinkiseb tagħbija ta’ tensjoni ta’ 50 ± 5 N. Għall-impatt laterali, is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba ISOFIX għandha tiġi ttestjata biss biċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq fl-iżgħar daqs tagħha.

7.1.3.6.3.

Jekk is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tuża sieq ta’ appoġġ bħala apparat antirotazzjoni, it-testijiet dinamiċi msemmija hawn taħt għandhom isiru kif ġej:

(a)

It-testijiet għall-impatt frontali għandhom isiru bis-sieq ta’ appoġġ aġġustata sal-aġġustament massimu tagħha li jkun kompatibbli mal-pożizzjoni tal-pjanċa tal-qiegħ tat-troli. It-testijiet għall-impatt minn wara għandhom isiru bl-aktar pożizzjoni sfavorevoli possibbli magħżula mis-Servizz Tekniku. Waqt it-testijiet is-sieq ta’ appoġġ għandha tkun sostnuta mill-pjanċa tal-qiegħ tat-troli kif deskritt fl-Illustrazzjoni 2 tal-Appendiċi 2 tal-Anness 6;

(b)

Fil-każ ta’ saqajn ta’ appoġġ barra mill-pjan ta’ simetrija, is-Servizz Tekniku għandu jagħżel l-aktar pożizzjoni sfavorevoli għat-test;

(c)

Fil-każ tal-kategorija “għal vetturi speċifiċi”, is-sieq ta’ appoġġ għandha tiġi aġġustata kif speċifikat mill-manifattur tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba;

(d)

It-tul tas-sieq ta’ appoġġ għandu jkun jista’ jiġi aġġustat b’tali mod li jkun jista’ jkopri l-medda sħiħa tal-livelli tal-pjanċa tal-art li huma permessi fl-Anness 17 tar-Regolament tan-NU Nru 16, biex sits tal-karozzi jiġu approvati għall-installazzjoni ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba i-Size.

7.1.3.6.4.

It-test speċifikat fil-paragrafu 6.6.4.1.6.2. ta’ hawn fuq għandu jsir biss bl-ikbar manikin li għalih huwa ddisinjat it-trażżin għat-tfal.

7.1.3.6.5.

It-test speċifikat fi 6.6.4.1.8. ta’ hawn fuq għandu jsir biss:

7.1.3.6.5.1.

Bl-iżgħar manikin li għalih huwa ddiżinjat it-Trażżin għat-Tfal Imtejjeb, jekk il-mezz ta’ trażżin huwa lqugħ għall-protezzjoni kontra impatti.

7.1.3.6.5.2.

Bl-akbar manikin li għalih huwa ddisinjat it-Trażżin għat-Tfal Imtejjeb, jekk il-mezz ta’ trażżin huwa ċinga integrali.

7.1.3.7.

Trażżin tas-sits ta’ sostenn

Poġġi biċċa drapp tal-qoton fuq is-superfiċe tas-sit tal-bank tat-test. Ippożizzjona s-sit ta’ sostenn fuq il-bank tat-test, poġġi l-blokka tal-parti t’isfel tat-torso kif deskritt fl-Illustrazzjoni 1 tal-Anness 26, fuq is-superfiċe tas-sit, iffittja u applika ċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti bi tliet ankraġġi u t-tensjoni kif preskritt fil-paragrafu 7.1.3.5.2.2. B’biċċa ċinga wiesa’ 25 mm jew simili, marbuta madwar il-booster, applika tagħbija ta’ 250 ± 5 N fid-direzzjoni tal-vleġġa A (ara l-Illustrazzjoni 2 tal-Anness 26), f’linja mas-superfiċe tas-sit tal-bank tat-test.

Is-sit ta’ sostenn ma għandux jinġibed kompletament miċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti bi tliet ankraġġi u għandu jibqa’ taħt il-blokka tal-ġisem matul it-test.

7.2.

Testijiet tal-komponenti individwali

7.2.1.

Bokkla

7.2.1.1.

Test tal-ftuħ taħt tagħbija

7.2.1.1.1.

Għal dan it-test għandha tintuża Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li tkun diġà ġiet sottoposta għat-test dinamiku speċifikat fil-paragrafu 7.1.3. ta’ hawn fuq.

7.2.1.1.2.

Is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba għandha titneħħa minn fuq il-bank tat-test jew minn fuq il-vettura mingħajr ma tinfetaħ il-bokkla. Għandha tiġi applikata tensjoni ta’ 200 ± 2 N fuq il-bokkla. Jekk il-bokkla tkun imwaħħla ma’ parti riġida, il-forza għandha tiġi applikata billi jiġi riprodott l-angolu li jinħoloq bejn il-bokkla u dik il-parti riġida waqt it-test dinamiku.

7.2.1.1.3.

F’veloċità ta’ 400 ± 20 mm/min għandha tiġi applikata tagħbija fuq iċ-ċentru ġeometriku tal-buttuna għar-rilaxx tal-bokkla tul assi fiss parallel għad-direzzjoni inizjali tal-moviment tal-buttuna; iċ-ċentru ġeometriku japplika għal dik il-parti tas-superfiċe tal-bokkla li fuqha trid tiġi applikata l-pressjoni biex din tiġi rilaxxata. Il-bokkla għandha tkun marbuta sew ma’ appoġġ riġidu waqt l-applikazzjoni tal-forza tal-ftuħ.

7.2.1.1.4.

Il-forza tal-ftuħ fuq il-bokkla għandha tiġi applikata permezz ta’ dinamometru jew apparat simili bil-mod u fid-direzzjoni ta’ użu normali. It-tarf tal-kuntatt għandu jkun emisfera tal-metall ippolixxjat, b’raġġ ta’ 2,5 ± 0,1 mm.

7.2.1.1.5.

Il-forza għall-ftuħ tal-bokkla għandha titkejjel u għandha tiġi nnotata kwalunkwe ħsara.

7.2.1.2.

Test tal-ftuħ mingħajr tagħbija

7.2.1.2.1.

Matura ta’ bokkla li preċedentement ma kinitx sottoposta għal tagħbija għandha tintrama u jitqiegħed taħt kundizzjoni ta’ “ebda tagħbija”.

7.2.1.2.2.

Il-metodu tal-kejl tal-forza għall-ftuħ tal-bokkla għandu jkun kif preskritt fil-paragrafi 7.2.1.1.3. u 7.2.1.1.4. ta’ hawn fuq.

7.2.1.2.3.

Il-forza tal-ftuħ tal-bokkla għandha titkejjel.

7.2.1.3.

Test tar-reżistenza

7.2.1.3.1.

Għat-test tar-reżistenza għandhom jintużaw żewġ kampjuni. Fit-test jiġu inklużi l-aġġustaturi kollha, għajr dawk immuntati direttament fuq Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba.

7.2.1.3.2.

L-Anness 16 juri apparat tipiku għal test tar-reżistenza tal-bokkla. Il-bokkla titqiegħed fuq il-pjanċa tonda ta’ fuq (A) fl-abbon. Iċ-ċineg kollha ta’ ħdejha għandhom tul ta’ mill-inqas 250 mm u jiġu rranġati mdendlin ’l isfel mill-pjanċa ta’ fuq rispettivament għall-pożizzjoni tagħhom mal-bokkla. It-truf liberi taċ-ċineg imbagħad jiġu mdawra madwar il-pjanċa tonda inferjuri (B) sakemm joħorġu mill-apertura interna tal-pjanċa. Bejn A u B, iċ-ċineg kollha għandhom ikunu vertikali. Il-pjanċa tonda ta’ mblukkar (C) imbagħad tiġi kklampjata ħafif mal-wiċċ inferjuri ta’ (B), b’tali mod li xorta tippermetti ċertu moviment taċ-ċinga bejniethom. Permezz ta’ forza żgħira fil-magna tat-tensjoni, iċ-ċineg jiġu stirati u jinġibdu bejn (B) u (C) sakemm iċ-ċineg kollha jitgħabbew skont l-arranġament rispettiv tagħhom. Il-bokkla ma għandhiex tmiss il-pjanċa (A) jew xi parti minn (A) matul din l-operazzjoni u waqt it-test innifsu. Imbagħad (B) u (C) jiġu kklampjati sew flimkien u l-forza tensili tiżdied b’veloċità trasversali ta’ 100 ± 20 mm/min, sakemm jintlaħqu l-valuri meħtieġa.

7.2.2.

Apparat għall-aġġustament

7.2.2.1.

Faċilità ta’ aġġustament

7.2.2.1.1.

Meta jiġi ttestjat apparat għall-aġġustament manwali, iċ-ċinga għandha tinġibed bil-mod minn ġol-apparat għall-aġġustament, b’kunsiderazzjoni għall-kundizzjonijiet normali ta’ użu, b’rata ta’ 100 ± 20 mm/min u l-forza massima għandha titkejjel sal-eqreb valur sħiħ ta’ N wara l-ewwel 25 ± 5 mm ta’ moviment taċ-ċinga.

7.2.2.1.2.

It-test għandu jitwettaq fiż-żewġ direzzjonijiet li fihom timxi ċ-ċinga minn ġol-apparat, u qabel ma jsir il-kejl, iċ-ċinga għandha tkun ġiet sottoposta għal 10 ċikli sħaħ.

7.2.3.

Test tal-mikroslip (ara l-Illustrazzjoni 3 tal-Anness 5)

7.2.3.1.

Il-komponenti jew l-apparati li jridu jiġu soġġetti għat-test tal-mikroslip għandhom jinżammu għal mill-inqas 24 siegħa qabel l-ittestjar f’atmosfera b’temperatura ta’ 20 ± 5 C u b’umdità relattiva ta’ 65 ± 5 fil-mija. It-test għandu jsir f’temperatura ta’ bejn 15 °C u 30 °C.

7.2.3.2.

It-tarf liberu taċ-ċinga għandu jiġi rranġat fl-istess pożizzjoni bħal meta l-apparat ikun qed jintuża fil-vettura, mingħajr ma jkun imwaħħal ma’ ebda parti oħra.

7.2.3.3.

L-apparat għall-aġġustament għandu jitqiegħed fuq parti vertikali taċ-ċinga li tarf minnha tkun mgħobbija b’50 ± 0,5 N (iggwidata b’tali mod li t-tagħbija ma tkunx tista’ titbandal u ċ-ċinga ma tinbaramx). It-tarf liberu taċ-ċinga mill-apparat għall-aġġustament għandu jitwaħħal vertikalment ’il fuq jew ’l isfel kif ikun fil-vettura. It-tarf l-ieħor għandu jgħaddi minn fuq romblu diflettur bl-assi orizzontali tiegħu parallel għall-pjan tal-parti taċ-ċinga li ssostni t-tagħbija, u l-parti li tgħaddi minn fuq ir-romblu għandha tkun orizzontali.

7.2.3.4.

L-apparat li jkun qed jiġi ttestjat għandu jiġi rranġat b’tali mod li ċ-ċentru tiegħu, fl-ogħla pożizzjoni li fiha jista’ jittella’, ikun 300 ± 5 mm minn mejda tal-appoġġ, u t-tagħbija ta’ 50 N għandha tkun 100 ± 5 mm minn dik il-mejda tal-appoġġ.

7.2.3.5.

Imbagħad għandhom isiru 20 ± 2 ċikli ta’ qabel it-test u 1 000 ± 5 ċikli addizzjonali bi frekwenza ta’ 30 ± 10 ċikli fil-minuta, b’amplitudni totali ta’ 300 ± 20 mm jew kif speċifikat fil-paragrafu 7.2.5.2.6.2. ta’ hawn fuq. It-tagħbija ta’ 50 N għandha tiġi applikata biss matul il-ħin li jikkorrispondi għal spostament ta’ 100 ± 20 mm għal kull nofs perjodu. Il-mikroslip għandu jitkejjel mill-pożizzjoni fl-aħħar tal-20 ċiklu ta’ qabel it-test.

7.2.4.

Ritrattatur

7.2.4.1.

Forza ta’ ritrazzjoni

7.2.4.1.1.

Il-forzi ta’ ritrazzjoni għandhom jitkejlu biċ-ċinturin tal-ECRS imqabbad ma’ manikin bħal fit-test dinamiku preskritt fil-paragrafu 7.1.3. ta’ hawn fuq. It-tensjoni taċ-ċinga għandha titkejjel fil-punt ta’ kuntatt mal-manikin (iżda bla ma tmissu) waqt li ċ-ċinga tkun qed tinġibed lura b’rata ta’ madwar 0,6 m/min.

7.2.4.2.

Reżistenza tal-mekkaniżmu tar-ritrattatur

7.2.4.2.1.

Iċ-ċinga għandha tinġibed u titħalla tinġibed lura għall-għadd meħtieġ ta’ ċikli b’rata ta’ mhux aktar minn 30 ċiklu fil-minuta. Fil-każ ta’ ritrattaturi li jillokkjaw f’emerġenza, kull ħames ċiklu għandu jiġi introdott skoss li jġiegħel lir-ritrattatur jillokkja. L-istess ammont ta’ skossi jsiru f’ħames punti ta’ estrazzjoni differenti, li jikkorrispondu għal 90, 80, 75, 70 u 65 fil-mija tat-tul totali taċ-ċinga li jkun għad fadal fuq ir-ritrattatur. Madankollu, meta t-tul taċ-ċinga jaqbeż id-900 mm il-perċentwal ta’ hawn fuq għandu jirreferi għall-aħħar 900 mm taċ-ċinga li tista’ tiġi tinġibed mir-ritrattatur.

7.2.4.3.

Illokkjar ta’ ritrattaturi li jillokkjaw f’emerġenza

7.2.4.3.1.

Ir-ritrattatur għandu jiġi ttestjat darba għall-illokkjar, meta t-tul taċ-ċinga jkun ġie maħlul kollu għajr nieqes 300 ± 3 mm.

7.2.4.3.2.

Fil-każ ta’ ritrattaturi li jiġu attivati mill-moviment taċ-ċinga, l-estrazzjoni għandha sseħħ fid-direzzjoni normali tagħha daqslikieku r-ritrattatur kien installat f’vettura.

7.2.4.3.3.

Meta r-ritrattaturi jkunu qed jiġu ttestjati għas-sensittività tagħhom għall-aċċellerazzjonijiet tal-vettura, it-testijiet għandhom isiru fuq it-tul tal-estrazzjoni ta’ hawn fuq, fiż-żewġ direzzjonijiet, tul żewġ assi perpendikolari għal xulxin li jkunu orizzontali jekk ir-ritrattaturi jkunu se jiġu installati f’vettura kif speċifikat mill-manifattur tat-trażżin għat-tfal. Meta din il-pożizzjoni ma tiġix speċifikata, l-awtorità tal-ittestjar għandha tikkonsulta lill-manifattur tat-trażżin għat-tfal. Is-Servizz Tekniku li jwettaq it-testijiet tal-approvazzjoni għandu jagħżel waħda minn dawn id-direzzjonijiet tat-test li tirrapreżenta l-aktar kundizzjonijiet sfavorevoli fir-rigward tal-attivazzjoni tal-mekkaniżmu tal-illokkjar.

7.2.4.3.4.

Id-disinn tal-apparat użat għandu jkun tali li l-aċċellerazzjoni meħtieġa tingħata b’rata ta’ żieda medja ta’ aċċellerazzjoni ta’ mill-inqas 25 g/s. (6)

7.2.4.3.5.

Għall-ittestjar tal-konformità mar-rekwiżiti tal-paragrafi 6.7.3.2.1.3. u 6.7.3.2.1.4. ta’ hawn fuq ir-ritrattatur għandu jiġi mmuntat fuq mejda orizzontali u l-mejda għandha tiġi inklinata f’veloċità ta’ mhux aktar minn 2° kull sekonda sakemm ir-ritrattatur jillokkja. It-test għandu jiġi ripetut b’inklinazzjoni fid-direzzjonijiet l-oħra sabiex ikun żgurat li r-rekwiżiti huma ssodisfati.

7.2.4.4.

Test tal-korrużjoni

7.2.4.4.1.

It-testijiet tal-korrużjoni għandhom isiru skont il-paragrafu 7.1.1. ta’ hawn fuq.

7.2.4.5.

Test tar-reżistenza għat-trab

7.2.4.5.1.

Ir-ritrattatur għandu jiġi ppożizzjonat f’kompartiment tat-test kif deskritt fl-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament. Għandu jiġi mmuntat f’orjentazzjoni simili għal kif ikun armat fil-vettura. Il-kompartiment tat-test għandu jkun fih it-trab kif speċifikat fil-paragrafu 7.2.4.5.2. ta’ hawn taħt. Tul ta’ 500 mm ta’ ċinga għandu jinġibed mir-ritrattatur u għandu jinżamm ’il barra, ħlief li għandu jiġi sottopost għal 10 ċikli kompluti ta’ ritrazzjoni u ta’ estrazzjoni fi żmien minuta jew tnejn wara kull aġitazzjoni tat-trab. Għal perjodu ta’ ħames sigħat, it-trab għandu jiġi aġitat kull 20 minuta għal ħames sekondi permezz ta’ arja kompressata ħielsa miż-żejt u mill-umdità bi pressjoni mkejla ta’ 5,5 ± 0,5 bar li tidħol minn fetħa b’dijametru ta’ 1,5 ± 0,1 mm.

7.2.4.5.2.

It-trab li jintuża fit-test deskritt fil-paragrafu 7.2.4.5.1. ta’ hawn fuq għandu jkun magħmul minn madwar 1 kg ta’ kwartz xott. Id-distribuzzjoni tad-daqs tal-partikoli għandha tkun kif ġej:

(a)

Passaġġ tal-fetħa ta’ 150 μm, wajer b’dijametru ta’ 104 μm: 99 sa 100 fil-mija;

(b)

Passaġġ tal-fetħa ta’ 105 μm, wajer b’dijametru ta’ 64 μm: 76 sa 86 fil-mija;

(c)

Passaġġ tal-fetħa ta’ 75 μm, wajer b’dijametru ta’ 52 μm: 60 sa 70 fil-mija.

7.2.5.

Test statiku taċ-ċineg

7.2.5.1.

Test tar-reżistenza taċ-ċineg

7.2.5.1.1.

Kull test għandu jsir fuq żewġ kampjuni ġodda ta’ ċineg, ikkundizzjonati kif speċifikat fil-paragrafu 6.7.4. ta’ dan ir-Regolament

7.2.5.1.2.

Kull ċinga għandha tinqabad bejn il-klamps ta’ magna li tittestja r-reżistenza għat-tensjoni. Il-klamps għandhom ikunu ddisinjati b’tali mod li jiġi evitat li ċ-ċinga titqatta’ meta tkun fihom jew qrib tagħhom. Il-veloċità tal-ispostament għandha tkun ta’ 100 ± 20 mm/min. It-tul ħieles tal-kampjun bejn il-klamps tal-magna fil-bidu tat-test għandu jkun ta’ 200 mm ± 40 mm.

7.2.5.1.2.1.

It-tensjoni għandha tiżdied sakemm iċ-ċinga tinqata’ u t-tagħbija fil-waqt tar-rottura taċ-ċinga għandha tiġi nnotata.

7.2.5.1.3.

Jekk iċ-ċinga tiżloq jew tinqata’ f’xi waħda mill-klamps jew f’distanza ta’ inqas minn 10 mm minn xi waħda minnhom, it-test ma jkunx validu u għandu jsir test ġdid fuq kampjun ieħor.

7.2.5.2.

Il-kampjuni taċ-ċineg, kif imsemmija fil-paragrafu 3.2.3. ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu kkundizzjonati kif ġej:

7.2.5.2.1.

Kundizzjonament ambjentali

7.2.5.2.1.1.

Iċ-ċinga għandha tinżamm għal 24 ± 1 siegħa f’atmosfera b’temperatura ta’ 23 °C ± 5 °C u b’umdità relattiva ta’ 50 ± 10 fil-mija. Jekk it-test ma jsirx immedjatament wara l-kundizzjonament, il-kampjun għandu jitqiegħed f’kontenitur magħluq ermetikament sakemm jibda t-test. It-tagħbija fil-waqt tar-rottura taċ-ċinga għandha tiġi determinata fi żmien ħames minuti wara li ċ-ċinga titneħħa mill-atmosfera tal-kundizzjonament jew mill-kontenitur.

7.2.5.2.2.

Kundizzjonament fid-dawl

7.2.5.2.2.1.

Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Rakkomandazzjoni ISO/105-B02(1978). Iċ-ċinga għandha tiġi esposta għad-dawl għat-tul ta’ ħin meħtieġ biex tinkiseb dekolorazzjoni taż-Żebgħa Blu Standard Nru 7 għal kuntrast ugwali għall-Grad 4 fuq l-iskala tal-griż.

7.2.5.2.2.2.

Wara l-esponiment, iċ-ċinga għandha tinżamm għal mill-inqas 24 siegħa f’atmosfera b’temperatura ta’ 23 °C ± 5 °C u b’umdità relattiva ta’ 50 ± 10 fil-mija. It-tagħbija fil-waqt tar-rottura taċ-ċinga għandha tiġi determinata fi żmien ħames minuti wara li ċ-ċinga titneħħa mill-installazzjoni tal-kundizzjonament.

7.2.5.2.3.

Kundizzjonament fil-kesħa

7.2.5.2.3.1.

Iċ-ċinga għandha tinżamm għal mill-inqas 24 siegħa f’atmosfera b’temperatura ta’ 23 °C ± 5 °C u b’umdità relattiva ta’ 50 ± 10 fil-mija.

7.2.5.2.3.2.

Iċ-ċinga mbagħad għandha tinżamm għal 90 ± 5 minuta fuq wiċċ ċatt f’kompartiment b’temperatura baxxa fejn it-temperatura tal-arja tkun ta’ -30 ± 5C. Imbagħad għandha tintlewa u t-tinja għandha titgħabba b’piż ta’ 2 ± 0,2 kg li qabel ikun ġie mkessaħ għal -30 ± 5C. Meta ċ-ċinga tkun inżammet taħt tagħbija għal 30 ± 5 minuta fl-istess kompartiment b’temperatura baxxa, il-piż għandu jitneħħa u t-tagħbija fil-waqt tar-rottura taċ-ċinga għandha titkejjel fi żmien ħames minuti wara li ċ-ċinga titneħħa mill-kompartiment b’temperatura baxxa.

7.2.5.2.4.

Kundizzjonament fis-sħana

7.2.5.2.4.1.

Iċ-ċinga għandha tinżamm għal 180 ± 10 minuta f’atmosfera ta’ kompartiment tat-tisħin b’temperatura ta’ 60 C± 5°C u b’umdità relattiva ta’ 65 ± 5 fil-mija.

7.2.5.2.4.2.

It-tagħbija fil-waqt tar-rottura taċ-ċinga għandha tiġi determinata fi żmien ħames minuti wara li ċ-ċinga titneħħa mill-kompartiment tat-tisħin.

7.2.5.2.5.

Esponiment għall-ilma

7.2.5.2.5.1.

Iċ-ċinga għandha tinżamm mgħaddsa kompletament għal 180 ± 10 minuta f’ilma distillat, b’temperatura ta’ 20 ± 5°C, li miegħu tkun żdiedet traċċa ta’ aġent umidifikanti. Jista’ jintuża kwalunkwe aġent umidifikanti adatt għall-fibra li tkun qed tiġi ttestjata.

7.2.5.2.5.2.

It-tagħbija fil-waqt tar-rottura taċ-ċinga għandha tiġi determinata fi żmien 10 minuti wara li ċ-ċinga titneħħa mill-ilma.

7.2.5.2.6.

Kundizzjonament għall-brix

7.2.5.2.6.1.

Il-komponenti jew l-apparati li jridu jiġu soġġetti għat-test tal-brix għandhom jinżammu għal mill-inqas 24 siegħa qabel l-ittestjar f’atmosfera b’temperatura ta’ 23 °C ± 5°C u b’umdità relattiva ta’ 50 ± 10 fil-mija. It-temperatura ambjentali waqt it-test għandha tkun bejn 15 °C u 30 °C.

7.2.5.2.6.2.

It-tabella ta’ hawn taħt tistabbilixxi l-kundizzjonijiet ġenerali għal kull test:

Tabella 9

 

Tagħbija (N)

Ċikli fil-minuta

Ċikli (Nru)

Proċedura tat-Tip 1

Massimu ta’ 60 ± 0,5

30 ± 10

1 000 ± 5

Proċedura tat-Tip 2

Minimu ta’ 10 ± 0,10

30 ± 10

5 000 ± 5

Meta ċ-ċinga ma tkunx twila biżżejjed biex it-test isir fuq aktar minn 300 mm ta’ spostament, it-test jista’ jsir fuq tul iqsar basta ma jkunx inqas minn 100 mm.

7.2.5.2.6.3.

Kundizzjonijiet tat-test partikolari

7.2.5.2.6.3.1.

Proċedura tat-Tip 1: għal każijiet fejn iċ-ċinga tiżloq minn ġol-apparat għall-aġġustament rapidu. Applika tagħbija ta’ 10 N, u jekk ikun meħtieġ it-tagħbija tista’ tiżdied b’10 N kull darba sabiex tippermetti żerżiq korrett, iżda din ma tistax taqbeż is-60 N. Din it-tagħbija għandha tiġi applikata vertikalment u b’mod permanenti fuq iċ-ċineg. Il-parti orizzontali taċ-ċinga għandha tgħaddi minn ġol-aġġustatur rapidu li fuqu tkun installata u għandha tkun imwaħħla mal-apparat, b’tali mod li ċ-ċinturin ikun jista’ jimxi ’l quddiem u lura. L-apparat għall-aġġustament rapidu għandu jitqiegħed b’tali mod li l-parti orizzontali taċ-ċinturin tibqa’ stirata (ara l-Illustrazzjoni 1 tal-Anness 5). Attiva l-aġġustatur rapidu filwaqt li tiġbed iċ-ċineg fid-direzzjoni biex tillaxka ċ-ċinga integrali u ddiżattivah filwaqt li tiġbed iċ-ċineg fid-direzzjoni biex tissikka ċ-ċinga integrali.

7.2.5.2.6.3.2.

Proċedura tat-Tip 2: għal każijiet fejn iċ-ċinga tbiddel id-direzzjoni meta tgħaddi minn parti riġida. Waqt it-test, iċ-ċinturin għandu jgħaddi mill-parti riġida apposta għalih u l-konfigurazzjoni tat-test għandha tissimula l-angoli f’installazzjoni reali (fi tliet dimensjonijiet); għal eżempji, ara l-Illustrazzjoni 2 tal-Anness 5. It-tagħbija ta’ 10 N għandha tiġi applikata b’mod permanenti. F’każijiet fejn iċ-ċinga tbiddel id-direzzjoni aktar minn darba meta tgħaddi minn ġo parti riġida, it-tagħbija ta’ 10 N tista’ tiżdied f’intervalli ta’ 10 N sabiex tippermetti żerżiq korrett u jinkiseb il-moviment preskritt ta’ 300 mm ta’ ċinga minn ġo dik il-parti riġida.

7.2.6.

Testijiet ta’ kundizzjonament għall-aġġustaturi

7.2.6.1.

Test tal-kundizzjonament għall-aġġustaturi armati direttament fuq it-trażżin għat-tfal

Installa l-akbar manikin li għalih it-trażżin huwa maħsub, bħallikieku għat-test dinamiku, bir-reħa standard kif speċifikat fil-paragrafu 7.1.3.5. ta’ hawn fuq. Immarka linja ta’ referenza fuq iċ-ċinturin fejn it-tarf liberu taċ-ċinturin jidħol fl-aġġustatur.

Neħħi l-manikin u poġġi t-trażżin fit-tagħmir tal-kundizzjonament kif muri fl-Illustrazzjoni 1 tal-Anness 15.

Iċ-ċinturin għandu jitgħadda mill-aġġustatur għal distanza totali ta’ mhux inqas minn 150 mm. Dan il-moviment għandu jkun tali li tal-inqas 100 mm taċ-ċinturin fuq in-naħa tal-linja tar-referenza lejn it-tarf liberu taċ-ċinturin u l-bqija tad-distanza tal-moviment (madwar 50 mm) fuq in-naħa taċ-ċinga integrali tal-linja ta’ referenza jgħaddu mill-aġġustatur.

Jekk it-tul taċ-ċinturin mil-linja ta’ referenza sat-tarf liberu taċ-ċinturin ma jkunx biżżejjed għall-moviment deskritt hawn fuq, il-150 mm ta’ moviment minn ġol-aġġustatur għandu jkun mill-pożizzjoni taċ-ċinga integrali estiża kollha.

Il-frekwenza taċ-ċikli għandha tkun ta’ 10 ± 1 ċiklu/minuta, b’veloċità fil-punt “B” ta’ 150 ± 10 mm/sek.

7.2.6.2.

Test tal-kundizzjonament għall-aġġustaturi mqabbda ma’ ċinga (u mhux armati direttament fuq is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba)

Installa l-akbar manikin li għalih it-trażżin huwa maħsub, bħallikieku għat-test dinamiku, bir-reħa standard kif speċifikat fil-paragrafu 7.1.3.5. ta’ hawn fuq. Immarka linja ta’ referenza fuq iċ-ċinga fejn it-tarf liberu taċ-ċinga jidħol fl-aġġustatur.

Neħħi l-manikin u poġġi t-trażżin fit-tagħmir tal-kundizzjonament kif muri fl-Illustrazzjoni 2 tal-Anness 15.

Iċ-ċinga għandha titgħadda minn ġol-aġġustatur għal distanza totali ta’ mhux inqas minn 150 mm. Dan il-moviment għandu jippermetti li mill-inqas 100 mm taċ-ċinga fuq in-naħa tal-linja ta’ referenza lejn it-tarf liberu taċ-ċinga.

Jekk it-tul taċ-ċinga mil-linja ta’ referenza sat-tarf liberu taċ-ċinga ma jkunx biżżejjed għall-moviment deskritt hawn fuq, il-150 mm ta’ moviment minn ġol-aġġustatur għandu jkun mill-pożizzjoni taċ-ċinga estiża kollha.

Il-frekwenza taċ-ċikli għandha tkun ta’ 10 ± 1 ċiklu/minuta, b’veloċità fil-punt “B” ta’ 150 ± 1 mm/s.

Dan il-proċess għandu jsir għal kull aġġustatur li huwa parti mis-sistema li żżomm it-tfal fit-trażżin.

7.2.7.

Test tat-temperatura

7.2.7.1.

Il-komponenti speċifikati fil-paragrafu 6.6.5.1. għandhom jiġu esposti għal ambjent fuq superfiċe tal-ilma fi spazju magħluq, fejn l-ambjent ikollu temperatura ta’ mhux inqas minn 80 °C, għal perjodu kontinwu ta’ mhux inqas minn 24 siegħa u mbagħad jiġu mkessħa f’ambjent b’temperatura li ma taqbiżx it-23 °C. Il-perjodu tat-tkessiħ għandu jiġi segwit immedjatament minn tliet ċikli konsekuttivi ta’ 24 siegħa, b’kull ċiklu jinkludi dawn is-sekwenzi konsekuttivi li ġejjin:

(a)

Ambjent b’temperatura ta’ mhux inqas minn 100 °C għandu jinżamm għal perjodu kostanti ta’ 6 sigħat u dan l-ambjent għandu jintlaħaq fi żmien 80 minuta mill-bidu taċ-ċiklu; imbagħad

(b)

Ambjent b’temperatura ta’ mhux aktar minn 0°C għandu jinżamm għal perjodu kostanti ta’ 6 sigħat u dan l-ambjent għandu jintlaħaq fi żmien 90 minuta; imbagħad

(c)

Ambjent b’temperatura ta’ mhux aktar minn 23 °C għandu jinżamm matul il-bqija taċ-ċiklu ta’ 24 siegħa.

7.2.8.

Jekk is-sit komplut, jew il-komponent li jkun fih il-partijiet ta’ twaħħil ISOFIX (bħal pereżempju bażi ISOFIX) ikollu buttuna tar-rilaxx, jiġi mqabbad sew mal-bank tat-test b’tali mod li l-konnetturi ISOFIX ikunu allinjati kif indikat fl-Illustrazzjoni 3(a). Mal-konnetturi ISOFIX għandha tiġi mwaħħla żbarra b’dijametru ta’ 6 mm u b’tul ta’ 350 mm. Forza ta’ 50 ± 1 N għandha tiġi applikata fuq l-estremitajiet tal-iżbarra.

7.2.8.1.

Fuq il-buttuna tar-rilaxx jew fuq il-pum għandha tiġi applikata forza tal-ftuħ tul assi fiss parallel għad-direzzjoni inizjali tal-moviment tal-buttuna/pum; iċ-ċentru ġeometriku jikkorrispondi għal dik il-parti tas-superfiċe tal-parti ta’ twaħħil ISOFIX li fuqha trid tiġi applikata l-pressjoni tar-rilaxx.

7.2.8.2.

Il-forza tal-ftuħ fuq il-partijiet ta’ twaħħil ISOFIX għandha tiġi applikata permezz ta’ dinamometru jew apparat simili bil-mod u fid-direzzjoni normali kif indikat fil-manwal għall-utenti tal-manifatturi. It-tarf ta’ kuntatt għandu jkun emisfera tal-metall illustrat b’raġġ ta’ 2,5 ± 0,1 mm fil-każ ta’ buttuna tar-rilaxx jew ganċ tal-metall illustrat b’raġġ ta’ 25 mm.

7.2.8.3.

Jekk id-disinn tat-trażżin għat-tfal ma jippermettix l-applikazzjoni tal-proċedura deskritta fil-paragrafi 7.2.8.1. u 7.2.8.2. ta’ hawn fuq, jista’ jiġi applikat metodu alternattiv bi qbil mas-Servizz Tekniku li jkun qed iwettaq it-test.

7.2.8.4.

Il-forza tal-ftuħ fuq il-partijiet ta’ twaħħil ISOFIX li għandha titkejjel għandha tkun dik meħtieġa biex jinfetaħ l-ewwel konnettur.

7.2.8.5.

It-test għandu jsir fuq sit ġdid, u jiġi ripetut fuq sit li jkun ġie soġġett għall-proċedura ta’ ċikli speċifikata fil-paragrafu 6.7.5.1. ta’ hawn fuq.

Image 35

7.2.9.

Apparat tal-qfil

7.2.9.1.

Apparati tal-Klassi A

Is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba u l-akbar manikin li għalih hija intiża s-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba għandhom jiġu ppożizzjonati kif indikat fl-Illustrazzjoni 8 ta’ hawn taħt. Iċ-ċinturin li jintuża għandu jkun kif speċifikat fl-Anness 23 ta’ dan ir-Regolament. L-apparat tal-qfil għandu jkun magħluq sew u għandha ssir marka fuq iċ-ċinturin fejn dan jidħol fit-tagħmir tal-imblukkar. Il-gejġ tal-forza għandu jitwaħħal maċ-ċinturin permezz ta’ anell f’forma ta’ D (D ring), u għandha tiġi applikata forza d-doppju (± 5 fil-mija) tal-massa tal-itqal manikin tal-medda ta’ daqsijiet għal mill-inqas sekonda. Il-pożizzjoni inferjuri għandha tintuża għall-apparati tal-qfil fil-pożizzjoni A u l-pożizzjoni superjuri għall-apparati tal-qfil fil-pożizzjoni B. Il-forza għandha tiġi applikata għal disa’ darbiet oħra. Għandha ssir marka oħra fuq iċ-ċinturin fejn dan jidħol fl-apparat tal-qfil u għandha titkejjel id-distanza bejn iż-żewġ marki. Waqt dan it-test, ir-ritrattatur ma għandux ikun illokkjat.

Image 36

7.2.9.2.

Apparati tal-Klassi B.

It-trażżin għat-tfal għandu jkun marbut sew, u ċ-ċinturin kif speċifikat fl-Anness 23 ta’ dan ir-Regolament, għandu jgħaddi mit-tagħmir tal-qfil u mill-qafas billi jiġi segwit il-perkors deskritt fl-istruzzjonijiet tal-manifattur. Iċ-ċinturin għandu jgħaddi mit-tagħmir tal-ittestjar kif deskritt fl-Illustrazzjoni 5 ta’ hawn taħt u jkun imqabbad ma’ massa ta’ 5,25 ± 0,05 kg. It-tul liberu taċ-ċinturin bejn il-massa u l-punt fejn iċ-ċinturin joħroġ mill-qafas għandu jkun ta’ 650 ± 40 mm. L-apparat tal-qfil għandu jkun magħluq sew u għandha ssir marka fuq iċ-ċinturin fejn dan jidħol fl-apparat tal-qfil. Il-massa għandha tiġi mgħollija u tiġi rilaxxata sabiex taqa’ liberament fuq distanza ta’ 25 ± 1 mm. Din l-operazzjoni għandha tiġi ripetuta 100 darba ± 2 bi frekwenza ta’ 60 ± 2 ċiklu fil-minuta, biex jiġu ssimulati l-iskossi subiti mit-trażżin għat-tfal f’karozza. Għandha ssir marka oħra fuq iċ-ċinturin fejn dan jidħol fl-apparat tal-qfil u għandha titkejjel id-distanza bejn iż-żewġ marki.

L-apparat tal-qfil għandu jkopri l-wisa’ kollha taċ-ċinturin meta jkun fil-pożizzjoni biex jintuża u bil-manikin Q3 installat. Dan it-test għandu jitwettaq bl-istess angoli taċ-ċinturin bħal dawk li jinħolqu waqt l-użu normali. It-tarf liberu tal-parti taċ-ċinturin addominali għandu jkun fiss. It-test għandu jitwettaq bis-sistema tat-trażżin għat-tfal imqabbda sew mal-bank tat-test użat fit-test tal-qlib ta’ taħt fuq jew fit-test dinamiku. Iċ-ċinga tat-tagħbija tista’ tkun imqabbda mal-bokkla simulata.

7.3.

Ċertifikazzjoni tal-kuxin tal-bank tat-test

7.3.1.

Il-kuxin tal-bank tat-test għandu jkun iċċertifikat meta jkun għadu ġdid sabiex jiġu stabbiliti l-valuri inizjali tad-deċellerazzjoni tal-impatt massima, u sussegwentement wara kull 50 test dinamiku jew tal-inqas kull xahar, skont liema minnhom jiġi l-ewwel.

7.3.2.

Il-proċeduri taċ-ċertifikazzjoni u tal-kejl għandhom jikkorrispondu ma’ dawk speċifikati fil-verżjoni l-aktar reċenti tal-istandard ISO 6487; it-tagħmir tal-kejl għandu jkun konformi mal-ispeċifikazzjoni ta’ kanal tad-data bi klassi tal-frekwenza tal-kanal (CFC) ta’ 60.

Bl-użu tal-apparat tat-test definit fl-Anness 14 ta’ dan ir-Regolament, wettaq tliet testijiet fuq il-bażi tal-bank imħejji kif deskritt fl-Anness 6, bil-fowm miksi bid-drapp, f’distanza ta’ 150 ± 5 mm mit-tarf ta’ quddiem tal-kuxin fuq il-linja taċ-ċentru u f’distanza ta’ 150 ± 5 mm f’kull direzzjoni mil-linja taċ-ċentru.

Qiegħed il-kuxin tal-bank fuq superfiċe ċatt u riġidu. Qiegħed l-apparat f’pożizzjoni vertikali ’l fuq mill-punt tat-test, f’għoli ta’ 500 ± 5 mm u ħallih jaqa’ liberament sabiex jaħbat mas-superfiċe tas-sit. Irreġistra l-kurva tad-deċellerazzjoni.

7.3.3.

Il-valuri massimi inizjali reġistrati għad-deċellerazzjoni tal-impatt għandhom ikunu ta’ 24 ± 4 g u l-valuri massimi sussegwenti reġistrati ma għandhomx jiddevjaw b’aktar minn 15 fil-mija mill-valuri inizjali.

7.4.

Reġistrazzjoni tal-imġiba dinamika

7.4.1.

Sabiex tiġi ddeterminata l-imġiba tal-manikin u l-ispostamenti tiegħu, it-testijiet dinamiċi kollha għandhom jiġu rreġistrati fis-segwenti kundizzjonijiet:

7.4.1.1.

Kundizzjonijiet tal-iffilmjar u tar-reġistrazzjoni:

(a)

Il-frekwenza għandha tkun ta’ mill-inqas 1 000 fotogramma kull sekonda;

(b)

It-test għandu jiġi rreġistrat fuq vidjo jew fuq mezz ta’ data diġitali għal mill-inqas l-ewwel 300 ms.

7.4.1.2.

Stima tal-inċertezza:

 

Il-laboratorji tal-ittestjar għandu jkollhom u għandhom japplikaw proċeduri sabiex tiġi stmata l-inċertezza tal-kejl tal-ispostament tar-ras tal-manikin. Il-livell tal-inċertezza għandu jkun bejn ± 25 mm.

 

Eżempji ta’ standards internazzjonali ta’ tali proċedura huma l-istandard EA–4/02 tal-Organizzazzjoni Ewropea għall-Akkreditazzjoni jew l-ISO 5725:1994 jew il-metodu tal-Kejl Ġenerali tal-Inċertezza (GUM).

7.5.

Il-proċeduri tal-kejl għandhom jikkorrispondu għal dawk speċifikati fil-verżjoni l-aktar reċenti tal-ISO 6487. Il-klassi tal-frekwenza tal-kanal għandha tkun:

Tabella 10

Tip ta’ kejl

CFC(FH)

Frekwenza tal-qtugħ (FN)

L-aċċellerazzjoni tat-troli

60

ara l-ISO 6487 l-Anness A

It-tagħbijiet taċ-ċinturin

60

ara l-ISO 6487 l-Anness A

L-aċċellerazzjoni tas-sider

180

ara l-ISO 6487 l-Anness A

L-aċċellerazzjoni tar-ras

1 000

1 650 Hz

Il-forza tat-tensjoni fil-parti ta’ fuq tal-għonq

1 000

 

Il-moment fil-parti ta’ fuq tal-għonq

600

 

Id-deflessjoni tas-sider

600

 

Pressjoni addominali

180

 

Jenħtieġ li r-rata tal-kampjunar tkun mill-inqas 10 darbiet il-klassi tal-frekwenza tal-kanal (jiġifieri, f’installazzjonijiet bi klassi tal-frekwenza tal-kanal ta’ 1 000, dan jikkorrispondi għal rata minima ta’ kampjunar ta’ 10 000 kampjun fis-sekonda għal kull kanal).

8.   Rapporti tat-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip u tal-kwalifikazzjoni tal-produzzjoni

8.1.

Ir-rapport tat-test għandu jinkludi r-riżultati tat-testijiet u tal-kejl kollha inkluża d-data tat-test li ġejja:

(a)

It-tip ta’ apparat użat għat-test (apparat tal-aċċellerazzjoni jew tad-deċellerazzjoni),

(b)

Il-bidla fil-veloċità totali,

(c)

Il-veloċità tat-troli immedjatament qabel l-impatt għall-islitti tad-deċellerazzjoni biss,

(d)

Il-kurva tal-aċċellerazzjoni jew tad-deċellerazzjoni tul il-perjodu sħiħ tal-bidla fil-veloċità tat-troli u tal-inqas għal 300 ms,

(e)

Il-ħin (f’ms) meta ras il-manikin tilħaq l-ispostament massimu tagħha waqt it-test dinamiku,

(f)

Il-pożizzjoni tal-bokkla waqt it-testijiet, jekk din tkun tista’ tiġi modifikata, u

(g)

L-isem u l-indirizz tal-laboratorju fejn twettqu t-testijiet,

(h)

Kwalunkwe ħsara jew ksur,

(i)

Il-kriterji li ġejjin dwar il-manikin: L-HPC, L-aċċellerazzjoni riżultanti tar-ras Cum 3 ms, Il-forza tat-tensjoni fil-parti ta’ fuq tal-għonq, Il-moment fil-parti ta’ fuq tal-għonq, L-aċċellerazzjoni riżultanti tas-sider Cum 3 ms, Id-deflessjoni tas-sider, Il-pressjoni addominali (waqt impatt frontali u minn wara), u

(j)

Il-forzi tal-installazzjoni taċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti fuq il-bank.

8.2.

F’każ li d-dispożizzjonijiet relatati mal-ankraġġi, li jinsabu fl-Appendiċi 3 tal-Anness 6 ta’ dan ir-Regolament ma jkunux ġew rispettati, ir-rapport tat-test għandu jiddeskrivi l-mod kif ġie installat it-trażżin għat-tfal u għandu jispeċifika l-angoli u d-dimensjonijiet importanti.

8.3.

Meta t-trażżin għat-tfal jiġi ttestjat f’vettura jew fi struttura ta’ vettura, ir-rapport tat-test għandu jispeċifika kif twaħħlet l-istruttura tal-vettura mat-troli, il-pożizzjoni tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba u tas-sit tal-vettura u l-inklinazzjoni tad-dahar tas-sit tal-vettura.

8.4.

Ir-rapporti tat-test tal-approvazzjoni tat-tip u tal-kwalifikazzjoni tal-produzzjoni għandhom jirreġistraw il-verifika tal-immarkar u tal-istruzzjonijiet dwar l-installazzjoni u l-użu.

9.   Kwalifikazzjoni tal-produzzjoni

9.1.

Sabiex jiġi żgurat li s-sistema tal-produzzjoni tal-manifattur hija sodisfaċenti, is-Servizz Tekniku, li jkun wettaq it-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip, għandu jwettaq testijiet sabiex jikkwalifika l-produzzjoni f’konformità mal-paragrafu 9.2. ta’ hawn taħt.

9.2.

Kwalifikazzjoni tal-produzzjoni tas-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba

Il-produzzjoni ta’ kull tip approvat ġdid ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba għandha tkun soġġetta għal testijiet tal-kwalifikazzjoni tal-produzzjoni. Jistgħu jiġu preskritti kwalifiki addizzjonali tal-produzzjoni skont il-paragrafu 11.4.

Għal dan il-għan, mill-ewwel lott tal-produzzjoni jittieħed kampjun aleatorju ta’ 5 Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba. L-ewwel lott tal-produzzjoni jitqies bħala l-produzzjoni tal-ewwel lott li jkun fih minimu ta’ 50 Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba sa massimu ta’ 5 000 Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba.

9.2.1.

Testijiet dinamiċi tal-impatt frontali u minn wara

9.2.1.1.

Ħames Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba għandhom jiġu sottoposti għat-test dinamiku deskritt fil-paragrafu 7.1.3. ta’ hawn fuq. Is-Servizz Tekniku li jkun wettaq it-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip għandu jagħżel il-kundizzjonijiet li jkunu pproduċew l-akbar devjazzjoni orizzontali tar-ras matul it-testijiet dinamiċi tal-approvazzjoni tat-tip, bl-esklużjoni tal-kundizzjonijiet deskritti fil-paragrafi 6.6.4.1.6.1.1., 6.6.4.1.6.1.2. u fil-paragrafu 6.6.4.1.8.2. ta’ hawn fuq. Il-ħames Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba għandhom kollha jiġu ttestjati taħt l-istess kundizzjonijiet.

9.2.1.2.

Għal kull test deskritt fil-paragrafu 9.2.1.1. ta’ hawn fuq, għandhom jitkejlu l-kriterji tal-korriment deskritti fil-paragrafu 6.6.4.3.1. ta’ hawn fuq; u

 

Għal sistemi li jħarsu ’l quddiem għandu jitkejjel l-isporġiment tar-ras deskritt fil-paragrafu 6.6.4.4.1.1. ta’ hawn fuq;

 

Għal sistemi li jħarsu lura u għall-kerrikots għandu jitkejjel l-isporġiment tar-ras deskritt fil-paragrafu 6.6.4.4.1.2.1. ta’ hawn fuq;

.

9.2.1.3.

Id-devjazzjoni orizzontali massima tar-ras għandha tissodisfa ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

9.2.1.3.1.

L-ebda valur ma għandu jaqbeż 1,05 L, u

X + S ma għandux jaqbeż L

Fejn:

L

=

il-valur ta’ limitu preskritt

X

=

il-medja tal-valuri

S

=

id-devjazzjoni standard tal-valuri.

9.2.1.3.2.

Ir-riżultati tal-kriterji tal-korriment għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 6.6.4.3.1. ta’ hawn fuq u, barra minn hekk, il-kundizzjoni X + S tal-paragrafu 9.2.1.3.1. ta’ hawn fuq għandha tiġi applikata għar-riżultati tal-kriterji tal-korriment limitata għal 3 ms (kif definit fil-paragrafu 6.6.4.3.1. ta’ hawn fuq) u tiġi rreġistrata biss għall-fini ta’ informazzjoni.

9.2.2.

Testijiet dinamiċi għall-impatt laterali

Il-monitoraġġ tal-aċċellerazzjoni riżultanti tar-ras fuq il-kampjuni tal-produzzjoni jiddefinixxi l-kriterji ta’ aċċettazzjoni waqt impatt laterali għall-kwalifikazzjoni tal-produzzjoni kif definit fil-paragrafu 9. (dan għandu jiġi rieżaminat qabel tiġi ffinalizzata l-fażi 3).

9.2.3.

Kontroll tal-immarkar

9.2.3.1.

Is-Servizz Tekniku li jkun wettaq it-testijiet tal-approvazzjoni għandu jivverifika li l-immarkar ikun konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafu 4 ta’ dan ir-Regolament.

9.2.3.2.

Kontroll tal-istruzzjonijiet dwar l-installazzjoni u tal-istruzzjonijiet dwar l-użu.

9.2.3.3.

Is-Servizz Tekniku li jkun wettaq it-testijiet tal-approvazzjoni għandu jivverifika li l-istruzzjonijiet dwar l-installazzjoni u l-istruzzjonijiet dwar l-użu jkunu konformi mal-paragrafu 14 ta’ dan ir-Regolament.

10.   Konformità tal-produzzjoni u testijiet ta’ rutina

Il-proċeduri biex tiġi żgurata l-konformità tal-produzzjoni għandhom ikunu konformi ma’ dawk stabbiliti fl-Iskeda 1 tal-Ftehim, (E/ECE/TRANS/505/Rev.3), u jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

10.1.

Kull Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba approvata skont dan ir-Regolament għandha tkun immanifatturata b’mod konformi mat-tip approvat billi tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 6. sa 7. ta’ hawn fuq.

10.2.

Għandhom ikunu ssodisfati r-rekwiżiti minimi għall-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni indikati fl-Anness 12 ta’ dan ir-Regolament.

Il-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni u l-valutazzjonijiet kollha għandhom isegwu d-dispożizzjonijiet regolatorji applikati fiż-żmien tal-approvazzjoni jew, jekk applikabbli, fiż-żmien tal-estensjonijiet tagħhom.

10.3.

L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tat l-approvazzjoni tat-tip tista’, fi kwalunkwe waqt, tivverifika l-metodi ta’ kontroll tal-konformità applikati f’kull faċilità ta’ produzzjoni. Il-frekwenza normali ta’ dawn il-verifiki għandha tkun ta’ darbtejn fis-sena.

11.   Modifika u estensjoni tal-approvazzjoni ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba

11.1.

Kull modifika ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba għandha tiġi nnotifikata lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun approvat is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba. Imbagħad, l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip tista’ jew:

11.1.1.

Tqis li l-modifiki li saru mhumiex probabbli li se jkollhom effett avvers notevoli u li s-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba xorta għadha tissodisfa r-rekwiżiti; jew

11.1.2.

Titlob rapport tat-test ġdid mingħand is-Servizz Tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet.

11.2.

Il-konferma jew iċ-ċaħda tal-approvazzjoni, li tispjega l-modifiki, għandha tiġi kkomunikata permezz tal-proċedura speċifikata fil-paragrafu 5.3. aktar il’ fuq lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament.

11.3.

L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tassenja numru tas-serje lil din l-estensjoni u għandha tgħarraf b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

11.4.

Jekk ikun hemm bżonn ta’ rapport tat-test ieħor, ir-riżultat tal-ispostament orizzontali tar-ras jiġi mqabbel mal-agħar każ minn fost ir-riżultati kollha reġistrati qabel:

(a)

Jekk l-ispostament huwa akbar, għandu jsir test ġdid tal-kwalifikazzjoni tal-produzzjoni;

(b)

Jekk l-ispostament huwa inqas, ma hemmx bżonn jitwettaq test ġdid tal-kwalifikazzjoni tal-produzzjoni.

12.   Penali għal nonkonformità tal-produzzjoni

12.1.

L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li jkollha d-dettalji msemmija fil-paragrafu 5.4. ta’ dan ir-Regolament ma tgħaddix mill-kontrolli aleatorji deskritti fil-paragrafu 9. ta’ hawn fuq jew ma tkunx konformi mat-tip approvat.

12.2.

Jekk Parti Kontraenti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira l-approvazzjoni li tkun tat qabel, għandha tgħarraf b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

13.   Produzzjoni mwaqqfa għalkollox

13.1.

Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jwaqqaf kompletament il-manifattura ta’ tip speċifiku ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba skont dan ir-Regolament, huwa għandu jgħarraf b’dan lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun tat l-approvazzjoni. Meta tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip għandha tgħarraf lill-Partijiet Kontraenti l-oħra għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

14.   Informazzjoni għall-utenti

14.1.

Kull Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba għandha tkun akkumpanjata minn struzzjonijiet fil-lingwa tal-pajjiż fejn jinbiegħ l-apparat, bil-kontenut li ġej:

14.2.

L-istruzzjonijiet dwar l-installazzjoni għandhom jinkludu l-punti li ġejjin:

14.2.1.

Fil-każ ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tal-kategorija “i-Size”, it-tikketta li ġejja għandha tkun kjarament viżibbli fuq in-naħa ta’ barra tal-imballaġġ:

Avviż:

Din hija Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba “i-Size”. Hija approvata skont ir-Regolament tan-NU Nru 129, għall-użu fil-pożizzjonijiet bilqiegħda ta’ vetturi kompatibbli i-Size kif indikat mill-manifatturi tal-vetturi fil-manwal għall-utenti tal-vettura.

F’każ ta’ dubju, ikkonsulta lill-manifattur tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba jew lill-bejjiegħ bl-imnut.

14.2.2.

Fil-każ ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tal-kategorija “i-Size booster seat”, it-tikketta li ġejja għandha tkun kjarament viżibbli fuq in-naħa ta’ barra tal-imballaġġ:

Avviż:

Din hija Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li tagħmel parti mill-kategorija “i-Size booster seat”. Hija approvata skont ir-Regolament tan-NU Nru 129, primarjament għall-użu “f’pożizzjonijiet bilqiegħda i-Size” kif indikat mill-manifatturi tal-vetturi fil-manwal għall-utenti tal-vettura.

F’każ ta’ dubju, ikkonsulta lill-manifattur tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba jew lill-bejjiegħ bl-imnut.

14.2.3.

Fil-każ ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li jagħmlu parti mill-kategorija “sits li Jintrabtu biċ-Ċinturin tas-Sikurezza tal-Vettura Universali”, it-tikketta li ġejja għandha tkun kjarament viżibbli fuq in-naħa ta’ barra tal-imballaġġ:

Avviż:

Din hija Sistema tat-Trażżin għat-tfal li tagħmel parti mill-kategorija “sits ta’ sostenn Universali”. Hija approvata skont ir-Regolament tan-NU No.129 għall-użu f’pożizzjonijiet bilqiegħda tal-vetturi universali u kompatibbli i-Size kif ukoll kif indikat mill-manifattur tal-vettura fil-manwal għall-utent tal-vettura.

F’każ ta’ dubju, ikkonsulta lill-manifattur tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba jew lill-bejjiegħ bl-imnut.

14.2.4.

Fil-każ ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li jagħmlu parti mill-kategorija “sits li Jintrabtu biċ-Ċinturin tas-Sikurezza tal-Vettura Universali”, it-tikketta li ġejja għandha tkun kjarament viżibbli fuq in-naħa ta’ barra tal-imballaġġ:

Avviż:

Din hija Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba Li Tintrabat biċ-Ċinturin tas-Sikurezza tal-Vettura Universali. Hija approvata skont ir-Regolament tan-NU Nru 129, primarjament għall-użu “f’pożizzjonijiet bilqiegħda Universali” kif indikat mill-manifatturi tal-vetturi fil-manwal għall-utent tal-vettura.

F’każ ta’ dubju, ikkonsulta lill-manifattur tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba jew lill-bejjiegħ bl-imnut.

14.2.5.

Fil-każ ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li jagħmlu parti mill-kategorija “Għal Vetturi Speċifiċi”, l-informazzjoni dwar il-vetturi li fihom jistgħu jiġu installati, tal-anqas f’verżjoni fiżika, għandha tkun kjarament viżibbli fil-punt tal-bejgħ mingħajr il-bżonn li s-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba titneħħa mill-imballaġġ tagħha;

14.2.6

Fuq in-naħa ta’ barra tal-imballaġġ, il-manifattur tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba għandu jipprovdi informazzjoni, f’verżjoni fiżika jew diġitali, dwar l-indirizz fejn il-konsumatur jista’ jikteb biex jikseb informazzjoni addizzjonali dwar l-installazzjoni tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba f’karozzi speċifiċi;

14.2.7.

Il-metodu tal-installazzjoni għandu jintwera permezz ta’ ritratti u/jew disinji ċari ħafna;

14.2.8.

L-utent għandu jiġi avżat li l-elementi riġidi u l-partijiet tal-plastik ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba għandhom jitqiegħdu u jiġu installati b’tali mod li ma jkunx possibbli li dawn jinqabdu minn xi sit li jista’ jiċċaqlaq jew f’xi bieba tal-vettura, waqt l-użu ta’ kuljum tal-vettura;

14.2.9.

Jenħtieġ li l-utent jiġi avżat biex juża l-kerrikots f’pożizzjoni perpendikolari għall-assi lonġitudinali tal-vettura;

14.2.10.

Fil-każ ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li jħarsu lura, il-konsumatur għandu jiġi avżat biex ma jużahomx f’pożizzjonijiet bilqiegħda li quddiemhom ikun hemm airbag attiv installat. Din l-informazzjoni għandha tkun kjarament viżibbli fil-punt tal-bejgħ mingħajr il-bżonn li jitneħħa l-imballaġġ;

14.2.11.

Fil-każ ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li jagħmlu parti mill-kategorija “Trażżin għal Bżonnijiet Speċjali”, l-informazzjoni li ġejja għandha tkun kjarament viżibbli fil-punt tal-bejgħ mingħajr il-ħtieġa li s-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba titneħħa mill-imballaġġ tagħha:

Din is-“Sistema ta’ Trażżin għal Bżonnijiet Speċjali” hija ddisinjata biex tagħti sostenn addizzjonali lil tfal li għandhom diffikultà ipoġġu bilqiegħda sew f’sits konvenzjonali. Dejjem ikkonsulta lit-tabib tiegħek biex tiżgura li din is-sistema ta’ trażżin hija adatta għat-tifel/tifla tiegħek.

14.3.

L-istruzzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu l-punti li ġejjin:

14.3.1.

Il-“Medda ta’ daqsijiet” u fil-każ ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba integrali l-massa massima tal-okkupant li għaliha huwa intiż l-apparat:

14.3.2.

Il-metodu tal-użu għandu jintwera permezz ta’ ritratti u/jew disinji ċari ħafna. Fil-każ ta’ sits li jistgħu jintużaw kemm iħarsu ’l quddiem kif ukoll iħarsu lura, għandha tingħata twissija ċara biex is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tinżamm tħares lura sakemm l-età tat-tfal ma taqbiżx limitu ddikjarat, jew sakemm ma jinqabiżx xi kriterju dimensjonali ieħor;

14.3.3.

Għal Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba integrali li jħarsu ’l quddiem, l-informazzjoni li ġejja għandha tkun kjarament viżibbli fuq in-naħa ta’ barra tal-imballaġġ:

“IMPORTANTI – TUŻAX GĦAL TFAL TA’ INQAS MINN 15-IL XAHAR (Irreferi għall-istruzzjonijiet)”.

Fil-każ ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba integrali li jistgħu jintużaw kemm iħarsu ’l quddiem kif ukoll iħarsu lura, l-informazzjoni li ġejja għandha tkun kjarament viżibbli fuq in-naħa ta’ barra tal-imballaġġ:

“IMPORTANTI – TUŻAX FIL-POŻIZZJONI LI TĦARES ’IL QUDDIEM GĦAL TFAL TA’ INQAS MINN 15-IL XAHAR (Irreferi għall-istruzzjonijiet)”.

14.3.4.

Għandu jkun hemm spjegazzjoni ċara tal-mod kif taħdem il-bokkla u kif jaħdmu l-aġġarati għall-aġġustament;

14.3.5.

Għandu jiġi rakkomandat li jenħtieġ li ċ-ċineg li jorbtu t-trażżin mal-vettura jkunu ssikkati, li jenħtieġ li s-saqajn ta’ appoġġ ikunu jmissu mal-art tal-vettura, li jenħtieġ li ċ-ċineg jew l-ilqugħ mill-impatt li jrażżnu lit-tfal jiġu aġġustati skont il-ġisem tat-tifel/tifla, u li jenħtieġ li ċ-ċineg ma jinbarmux;

14.3.6.

Għandha tiġi enfasizzata l-importanza li ċ-ċinga addominali tintlibes ’l isfel fil-baxx, sabiex il-pelvi jkun marbut sew;

14.3.7.

Għandu jiġi rakkomandat li jenħtieġ li l-apparat jinbidel meta jkun ġie soġġett għal stress vjolenti waqt aċċident;

14.3.8.

Għandhom jingħataw struzzjonijiet dwar it-tindif;

14.3.9.

Għandha tingħata twissija ġenerali lill-utent dwar il-periklu li jsiru modifiki jew żidiet għall-apparat mingħajr l-approvazzjoni tal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip, u l-periklu jekk ma jiġux segwiti sew l-istruzzjonijiet dwar l-installazzjoni pprovduti mill-manifattur tat-trażżin għat-tfal;

14.3.10.

Meta s-siġġu ma jkunx mgħammar b’kisi tad-drapp, għandu jiġi rakkomandat li jenħtieġ li s-siġġu jinżamm ’il bogħod mid-dawl tax-xemx, inkella jista’ jkun jaħraq wisq għall-ġilda tat-tfal;

14.3.11.

Għandu jiġi rakkomandat li t-tfal ma jitħallewx fis-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tagħhom mingħajr sorveljanza;

14.3.12.

Għandu jiġi rakkomandat li kwalunkwe bagalja jew oġġett ieħor li jista’ jikkawża korriment fil-każ ta’ kolliżjoni għandu jkun marbut sew.

14.3.13.

Għandu jiġi rakkomandat li:

14.3.13.1.

Is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba ma tintużax mingħajr l-inforra;

14.3.13.2.

Jenħtieġ li l-inforra tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba ma tiġix sostitwita b’xi nforra oħra ħlief dik rakkomandata mill-manifattur, għax l-inforra hija parti integrali mill-prestazzjoni tat-trażżin.

14.3.14.

Għandu jkun hemm dispożizzjonijiet biex l-istruzzjonijiet ikunu jistgħu jinżammu fuq it-trażżin għat-tfal matul il-perjodu li dan idum jintuża jew fil-manwal tal-vettura fil-każ ta’ trażżin integrat.

14.3.15.

Fil-każ ta’ “Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba i-Size”, l-utent għandu jiġi riferut ukoll għall-manwal tal-manifattur tal-vettura.

15.   Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli għat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip

Il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet ta’ approvazzjoni u tal-Awtoritajiet għall-Approvazzjoni tat-Tip li jagħtu l-approvazzjonijiet u lilhom għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw approvazzjoni jew estensjoni jew rifjut jew irtirar ta’ approvazzjoni jew ta’ produzzjoni mwaqqfa għalkollox, maħruġa f’pajjiżi oħra.

16.   Dispożizzjonijiet tranżitorji

16.1.

Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 01, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjoni tal-KEE skont dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta’ emendi 01.

16.2.

Mill-1 ta’ Settembru 2018, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet tat-tip biss jekk it-tip ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li tiġi mressqa għall-approvazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta’ emendi 01.

16.3.

Sal-1 ta’ Settembru 2018, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jkomplu jagħtu approvazzjonijiet tat-tip lil Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament fil-verżjoni oriġinali tiegħu.

16.4.

Sal-1 ta’ Settembru 2020, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma għandhomx jirrifjutaw li jagħtu estensjonijiet tal-approvazzjonijiet skont il-verżjoni oriġinali ta’ dan ir-Regolament.

16.5.

Mid-data tad-dħul fis-seħħ uffiċjali tas-serje ta’ emendi 02 għal dan ir-Regolament, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti jew tirrifjuta li taċċetta approvazzjonijiet tat-tip skont dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta’ emendi 02.

16.6.

Sal-1 ta’ Settembru 2020, l-approvazzjonijiet tat-tip għas-serje ta’ emendi preċedenti tar-Regolament li mhumiex affettwati mis-serje ta’ emendi 02 għar-Regolament għandhom jibqgħu validi u l-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom ikomplu jaċċettawhom.

16.7.

Sal-1 ta’ Settembru 2022, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma għandhomx jirrifjutaw li jagħtu estensjonijiet tal-approvazzjoni għas-serje ta’ emendi 01 għal dan ir-Regolament.

16.8.

Mid-data tad-dħul fis-seħħ uffiċjali tas-serje ta’ emendi 03, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti jew tirrifjuta li taċċetta approvazzjonijiet tat-tip tan-NU skont dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta’ emendi 03.

16.9.

Mill-1 ta’ Settembru 2020, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma għandhomx ikunu obbligati jaċċettaw approvazzjonijiet tat-tip tan-NU għas-serje ta’ emendi preċedenti, li jkunu nħarġu għall-ewwel darba wara l-1 ta’ Settembru 2020.

16.10.

Mill-1 ta’ Settembru 2022, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma għandhomx ikunu obbligati jaċċettaw approvazzjonijiet tat-tip li jkunu nħarġu għas-serje ta’ emendi preċedenti għal dan ir-Regolament.

16.11.

Minkejja l-paragrafi 16.9. u 16.10., il-Partijiet Kontraenti li japplikaw ir-Regolament tan-NU għandhom ikomplu jaċċettaw, u jagħtu estensjonijiet, għal approvazzjonijiet tat-tip tan-NU maħruġa skont is-serje ta’ emendi preċedenti għar-Regolament tan-NU, għal Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li mhumiex affettwati mill-bidliet introdotti bis-serje ta’ emendi 03.

16.12.

Sal-1 ta’ Settembru 2024, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament tan-NU għandhom ikomplu jagħtu estensjonijiet tal-approvazzjonijiet lis-serje ta’ emendi 02 għal dan ir-Regolament tan-NU.

(1)  In-numri li jiddistingwu l-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 qed jerġgħu jingħataw fl-Anness 3 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.6, l-Anness 3 –www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html

(2)  Bażi tad-Data ta’ Referenza Antropometrika Franza, Volum III: Riżultati Statistiċi għal Tfal bejn 0 u 17-il sena, Tagħmir u Aċċessorji għat-Tfal. IFTH, Cholet, Franza, paġna 525

(3)  Fissaġġ tat-trażżin għat-tfal (CRF) kif definit fir-Regolament tan-NU Nru 16 (Ċinturini tas-sikurezza)

(*1)  HPC: ara l-Anness 17.

(*2)  Tiġi rieżaminata fi żmien 3 snin wara d-dħul fis-seħħ tas-serje 01 ta’ dan ir-Regolament.

(*3)  Cum 3ms tfisser valur kumulattiv ta’ 3ms.

(*4)  Pressjoni addominali: għall-valutazzjoni tal-korriment japplika l-ogħla valur irreġistrat (jiġifieri, meta s-sensuri tal-lemin jirreġistraw 1,3 bar u s-sensur tax-xellug jirreġistra 1,0 bar, għall-valutazzjoni tal-korriment għandu jintuża l-valur ta 1,3 bar irreġistrat)

(*5)  Tiġi rieżaminata fi żmien 3 snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(*6)  Cum 3ms tfisser valur kumulattiv ta’ 3ms

(4)  Fil-każ ta’ i-Size booster seats fil-limitu ta’ fuq tal-medda ta’ daqsijiet ta’ bejn 125 cm u 135 cm ma hemmx bżonn li jitwettaq test tal-impatt laterali bl-użu tal-manikin Q10.

(5)  L-ECRS ma għandhiex tiġi approvata biss abbażi tar-riżultati tat-test tal-manikin Q3 f’konfigurazzjoni mhux integrali

(6)  g = 9,81 m/s2.


ANNESS 1

Komunikazzjoni

(Format massimu: A4 (210 × 297 mm)

Image 37

 (1)

maħruġa minn:

Isem tal-amministrazzjoni:

…

…

…


Li tikkonċerna: (2)

Approvazzjoni mogħtija

Approvazzjoni estiża

Approvazzjoni miċħuda

Approvazzjoni rtirata

Produzzjoni mwaqqfa għalkollox

ta’ apparati ta’ trażżin għal okkupanti tfal ta’ vetturi bil-magna, skont ir-Regolament tan-NU Nru 129.

Nru tal-approvazzjoni . …

Nru tal-Estensjoni …

1.1.   

Trażżin għat-tfal li jħares ’il quddiem/trażżin għat-tfal li jħares lura/trażżin għat-tfal li jħares lejn il-ġenb

1.2.   

Integrali/mhux integrali;2

1.3.   

Tip ta’ ċinturin:2

 

(Għall-adulti) ċinturin bi tliet ankraġġi

 

(Għall-adulti) ċinturin addominali

 

Ritrattatur/ċinturin ta’ tip speċjali2

1.4.   

Karatteristiċi oħra: l-assemblaġġ tas-siġġu/l-ilqugħ mill-impatt2 …

2.   

Isem jew marka kummerċjali …

3.   

Id-deżinjazzjoni tal-manifattur tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba …

4.   

Isem il-manifattur …

5.   

Jekk applikabbli, l-isem tar-rappreżentant tiegħu …

6.   

Indirizz …

7.   

Imressaq għall-approvazzjoni fi …

8.   

Is-Servizz Tekniku li jwettaq it-testijiet tal-approvazzjoni …

9.   

Tip ta’ apparat: deċellerazzjoni/aċċellerazzjoni2

10.   

Id-data tar-rapport tat-test maħruġ minn dak is-Servizz …

11.   

In-numru tar-rapport tat-test maħruġ minn dak is-Servizz …

12.   

Approvazzjoni mogħtija/estiża/rifjutata/irtirata2 għall-medda ta’ daqsijiet x sa x i-Size għal vetturi speċifiċi jew għall-użu bħala “trażżin għal bżonnijiet speċjali”, il-pożizzjoni fil-vettura

13.   

Il-pożizzjoni u n-natura tal-immarkar …

14.   

Post …

15.   

Data …

16.   

Firma …

17.   

Id-dokumenti segwenti, li jġorru fuqhom in-numru tal-approvazzjoni li jidher hawn fuq, huma annessi ma’ din il-komunikazzjoni:

(a)

Disinji, dijagrammi u pjanti tat-trażżin għat-tfal, inkluż kwalunkwe ritrattatur, assemblaġġ tas-siġġu, ilqugħ mill-impatt installati;

(b)

Disinji, dijagrammi u pjanti tal-istruttura tal-vettura u tal-istruttura tas-sit, kif ukoll tas-sistema ta’ aġġustament u l-partijiet ta’ twaħħil, inkluż kwalunkwe assorbitur tal-enerġija installat;

(c)

Ritratti tat-trażżin għat-tfal u/jew tal-istruttura tal-vettura u tal-istruttura tas-sit ;

(d)

Struzzjonijiet dwar l-installazzjoni u dwar l-użu;

(e)

Lista ta’ mudelli ta’ vetturi li għalihom huwa intiż it-trażżin.


(1)  In-numru li jiddistingwi l-pajjiż li jkun ta/estenda/irrifjuta/irtira approvazzjoni (ara d-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw l-approvazzjoni f’dan ir-Regolament).

(2)  Aqta’ barra dak li ma japplikax.


ANNESS 2

1.   Arranġamenti tal-marka tal-approvazzjoni

Image 38

Is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li ġġorr il-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq tista’ tiġi installata fi kwalunkwe pożizzjoni bilqiegħda i-Size u fi kwalunkwe pożizzjoni bilqiegħda Universali, u tintuża għall-medda ta’ daqsijiet ta’ bejn 125 cm–150 cm; hija approvata fi Franza (E 2) bin-numru 032439. In-numru tal-approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni ngħatat f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba użati abbord vetturi bil-mutur kif emendat mis-serje ta’ emendi 03. Barra minn hekk, l-isem tar-Regolament għandu jiġi identifikat fuq il-marka tal-approvazzjoni segwit mis-serje ta’ emendi skont liema tkun ingħatat l-approvazzjoni.

Image 39

Is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li ġġorr il-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq hija apparat li ma jistax jiġi installat f’kull vettura imma jista’ jintuża għall-medda ta’ daqsijiet ta’ bejn 125 cm u 150 cm; hija approvata fi Franza (E 2) bin-numru 032450. In-numru tal-approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni ngħatat f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li jagħmlu parti mill-kategorija “sits ta’ sostenn għal vetturi speċifiċi” li jintużaw abbord vetturi bil-mutur kif emendat mis-serje ta’ emendi 03. Barra minn hekk, l-isem tar-Regolament għandu jiġi identifikat fuq il-marka tal-approvazzjoni segwit mis-serje ta’ emendi skont liema l-approvazzjoni tkun ingħatat.

Fil-każ li s-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tkun mgħammra b’modulu, il-medda ta’ daqsijiet u l-limitu tal-massa għandhom ikunu indikati fuq il-marka tal-modulu.

Image 40

Is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li ġġorr il-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq hija apparat li ma jistax jiġi installat f’kull vettura imma jista’ jintuża għall-medda ta’ daqsijiet ta’ bejn 40 cm u 70 cm u b’limitu ta’ massa ta’ 24 kg; hija approvata fi Franza (E 2) bin-numru 032450. In-numru tal-approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni ngħatat f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li jagħmlu parti mill-kategorija “ISOFIX għal Vetturi speċifiċi” użati abbord vetturi bil-mutur kif emendat mis-serje ta’ emendi 02. Barra minn hekk l-isem tar-Regolament għandu jiġi identifikat fuq il-marka tal-approvazzjoni segwit mis-serje ta’ emendi skont liema tkun ingħatat l-approvazzjoni.

Image 41

Is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li ġġorr il-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq tista’ tiġi installata fi kwalunkwe pożizzjoni bilqiegħda ta’ i-Size booster seat u tintuża għall-medda ta’ daqsijiet ta’ bejn 100 cm u 125 cm; hija approvata fi Franza (E 2) bin-numru 032450. In-numru tal-approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni ngħatat f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba użati abbord vetturi bil-mutur kif emendat mis-serje ta’ emendi 03. Barra minn hekk, l-isem tar-Regolament għandu jiġi identifikat fuq il-marka tal-approvazzjoni segwit mis-serje ta’ emendi skont liema tkun ingħatat l-approvazzjoni.

Image 42

Is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li ġġorr il-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq hija apparat li ma jistax jiġi installat f’kull vettura imma jista’ jintuża għall-medda ta’ daqsijiet ta’ bejn 125 cm u 150 cm; hija approvata fi Franza (E 2) bin-numru 032450. In-numru tal-approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni ngħatat f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tal-kategorija “booster seat għal vetturi speċifiċi” użati abbord vetturi bil-mutur kif emendat mis-serje ta’ emendi 03. Barra minn hekk, l-isem tar-Regolament għandu jiġi identifikat fuq il-marka tal-approvazzjoni segwit mis-serje ta’ emendi li skonthom tkun ingħatat l-approvazzjoni.

F’każ li l-ECRS tkun mgħammra b’modulu, il-medda tad-daqsijiet ma tkunx fuq il-marka tal-approvazzjoni iżda fuq il-marka tal-modulu.

Fil-każ ta’ kombinazzjonijiet, pereżempju Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba, li hija approvata bħala i-Size booster seat minn 100 cm–125 cm u minn 125 cm–150 cm bħala Booster seat għal Vetturi speċifiċi, il-marka tal-approvazzjoni għandha tiġi kkombinata kif muri hawn taħt.

Image 43

Kombinazzjonijiet jistgħu jsiru biss għal dawk permessi mill-paragrafu 3.2.2.

Image 44

Is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li ġġorr il-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq hija apparat li jista jiġi installat f’kull pożizzjoni bilqiegħda universali tal-vettura u li jista’ jintuża għall-medda ta’ daqsijiet ta’ bejn 40 cm u 70 cm; hija approvata fi Franza (E 2) bin-numru 032439. In-numru tal-approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni ngħatat f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament tan-NU li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba Li Jintrabtu biċ-Ċinturin tas-Sikurezza tal-Vettura Universali użati abbord vetturi bil-mutur kif emendat mis-serje ta’ emendi 03. Barra minn hekk, l-isem tar-Regolament tan-NU jrid jiġi identifikat fuq il-marka tal-approvazzjoni segwit mis-serje ta’ emendi skont liema tkun ingħatat l-approvazzjoni.

Image 45

Is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li ġġorr il-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq hija apparat li ma jistax jiġi installat f’kull vettura u jista’ jintuża għall-medda ta’ daqsijiet ta’ bejn 40 cm u 70 cm; hija approvata fi Franza (E 2) bin-numru 032450. In-numru tal-approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni ngħatat f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament tan-NU li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba Li Jintrabtu biċ-Ċinturin tas-Sikurezza tal-Vettura għal Vetturi Speċifiċi użati abbord vetturi bil-mutur kif emendat mis-serje ta’ emendi 03. Barra minn hekk, l-isem tar-Regolament tan-NU jrid jiġi identifikat fuq il-marka tal-approvazzjoni segwit mis-serje ta’ emendi skont liema tkun ingħatat l-approvazzjoni.

F’każ li s-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tkun mgħammra b’modulu, il-firxa tad-daqs u l-limitu tal-massa ma jkunux fuq il-marka tal-approvazzjoni iżda fuq il-marka tal-modulu.

2.   Arranġamenti tal-marka tal-approvazzjoni f’kombinazzjoni ma’ marka tal-modulu

Image 46

Is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li ġġorr il-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq hija apparat, inkluż il-modulu/moduli, li jista’ jiġi installat) fi kwalunkwe pożizzjoni bilqiegħda ta’ vetturi kompatibbli i-Size. Hija approvata fi Franza (E 2) bin-numru 032450. In-numru tal-approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni ngħatat f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament tan-NU li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba użati abbord vetturi bil-mutur kif emendat mis-serje ta’ emendi 03. Barra minn hekk l-isem tar-Regolament tan-NU għandu jiġi identifikat fuq il-marka tal-approvazzjoni segwit mis-serje ta’ emendi skont liema tkun ingħatat l-approvazzjoni.

Image 47

Is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li ġġorr il-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq hija apparat, inkluż il-modulu/moduli, li ma jistax jiġi installat f’kull vettura. Hija approvata fi Franza (E 2) bin-numru 032450. In-numru tal-approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni ngħatat f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament tan-NU li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba ISOFIX għal Vetturi speċifiċi użati abbord vetturi bil-mutur kif emendat mis-serje ta’ emendi 03. Barra minn hekk l-isem tar-Regolament tan-NU għandu jiġi identifikat fuq il-marka tal-approvazzjoni segwit mis-serje ta’ emendi skont liema tkun ingħatat l-approvazzjoni.

2.1.

Arranġamenti tal-marka tal-modulu f’kombinazzjoni ma’ marka tal-approvazzjoni

2.1.1.

Jekk modulu jiġi approvat għall-użu b’aktar minn bażi waħda, il-bażi individwali u l-kombinazzjonijiet tal-moduli għandhom jiġu indikati fuq il-modulu f’marki separati fuq il-modulu, b’kull marka ġġorr il-meded ta’ daqsijiet applikabbli tagħhom.

Image 48

Modulu li jġorr marka tal-approvazzjoni għall-modalità tal-użu awtonomu u marka fuq il-modulu għall-użu tiegħu fuq tliet bażijiet differenti, għandu jkollu l-arranġament segwenti tal-marki tal-approvazzjoni u tal-modulu:

Il-modulu li jġorr il-marki ta’ hawn fuq jista’ jintuża bħala Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba Li Tintrabat biċ-Ċinturin tas-Sikurezza tal-Vettura Universali għall-medda ta’ daqsijiet ta’ bejn 45 cm u 75 cm; huwa approvat skont ir-Regolament tan-NU Nru 129-03 bin-numru 032348.

Il-modulu jista’ jintuża wkoll bħala modulu f’kombinazzjoni mal-bażi ta’ “l-isem tad-ditta u l-mudell A”, għall-medda ta’ daqsijiet ta’ bejn 45 cm u 75 cm u limitu ta’ massa ta’ 12 kg; approvat skont ir-Regolament tan-NU Nru 129-03 bin-numru 032439.

Il-modulu jista’ jintuża wkoll bħala modulu f’kombinazzjoni mal-bażi ta’ “isem tad-ditta u l-mudell B”, għall-medda ta’ daqsijiet ta’ bejn 45 cm u 75 cm u limitu ta’ massa ta’ 12 kg; approvat skont ir-Regolament tan-NU Nru 129-03 bin-numru 032440.

Il-modulu jista’ jintuża wkoll bħala modulu f’kombinazzjoni mal-bażi ta’ “l-isem tad-ditta u l-mudell C”, għall-medda ta’ daqsijiet ta’ bejn 45 cm u 75 cm u limitu ta’ massa ta’ 12 kg; approvat skont ir-Regolament tan-NU Nru 129-03 bin-numru 032441.

In-numru tal-approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni ngħatat f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament tan-NU li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba użati abbord vetturi bil-mutur kif emendat mis-serje ta’ emendi 03.

2.1.2.

Meta modulu jkun jista’ jiġi installat f’orjentazzjonijiet differenti, il-modulu għandu jkollu marki separati, b’kull marka tindika l-medda ta’ daqsijiet applikabbli għalih.

Image 49

Il-modulu li jġorr il-marki ta’ hawn fuq jista’ jintuża f’modalità li tħares lura mal-bażi ta’ “l-isem tal-marka u l-mudell A”, għall-medda ta’ daqsijiet ta’ bejn 60 cm u 105 cm u b’limitu ta’ massa ta’ 18 kg; approvat skont ir-Regolament tan-NU Nru 129-03 bin-numru 032441.

Il-modulu li jġorr il-marki ta’ hawn fuq jista’ jintuża wkoll f’modalità li tħares ’il quddiem mal-bażi ta’ “l-isem tal-marka u l-mudell A”, għall-medda ta’ daqsijiet ta’ bejn 85 cm u 105 cm u b’limitu ta’ massa ta’ 18 kg; approvat skont ir-Regolament tan-NU Nru 129-03 bin-numru 032441.

In-numru tal-approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni ngħatat f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament tan-NU li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba użati abbord vetturi bil-mutur kif emendat mis-serje ta’ emendi 03.

2.2.

Eżempji tas-simboli li għandhom jintużaw fuq il-marka tal-modulu huma mogħtija fl-illustrazzjonijiet ta’ hawn taħt. Fuq il-marka tal-modulu għandu jintuża wieħed mis-simboli jew l-ekwivalenti skont kif magħżul mill-manifattur tas-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba.

Image 50


ANNESS 3

Arranġament tal-apparat għat-test tar-reżistenza għat-trab

Id-dimensjonijiet kollha huma f’mm

Image 51


ANNESS 4

Test tal-korrużjoni

1.   

Apparat tat-test

1.1.   

L-apparat għandu jkun magħmul minn kompartiment ta’ nebulizzazzjoni, minn kontenitur b’soluzzjoni tal-melħ, provvista ta’ arja kkompressata adegwatament ikkundizzjonata, żennuna atomizzanti waħda jew aktar, appoġġi għall-kampjuni, mezz għat-tisħin tal-kompartiment, u l-mezzi neċessarji ta’ kontroll. Id-daqs u l-istruttura dettaljata tal-apparat huma fakultattivi, diment li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet tat-test.

1.2.   

Huwa importanti li jiġi żgurat li l-qtar tas-soluzzjoni li jakkumula mas-saqaf jew mal-għatu tal-kompartiment ma jaqgħux fuq il-kampjuni tat-test.

1.3.   

Il-qtar tas-soluzzjoni li jaqgħu mill-kampjuni tat-test ma għandhomx jintefgħu lura fil-kontenitur biex jerġgħu jiġu nebulizzati.

1.4.   

L-apparat ma għandux ikun mibni minn materjali li jaffettwaw il-korrożività tar-raxx.

2.   

Pożizzjoni tal-kampjuni tat-test fil-kompartiment tan-nebulizzazzjoni

2.1.   

Apparti r-ritrattaturi, il-kampjuni għandhom ikunu sostnuti jew sospiżi f’pożizzjoni angolata bejn 15° u 30° mil-linja vertikali u preferibbilment parallela għad-direzzjoni prinċipali tal-fluss orizzontali tar-raxx ġol-kompartiment, abbażi tal-wiċċ dominanti li jkun qed jiġi ttestjat.

2.2.   

Ir-ritrattaturi għandhom jiġu sostnuti jew sospiżi b’tali mod li l-assi tar-rukkell li fuqu titkebbeb iċ-ċinga jkunu perpendikolari għad-direzzjoni prinċipali tal-fluss orizzontali tar-raxx ġol-kompartiment. Anke l-fetħa taċ-ċinga fir-ritrattatur għandha tkun qed tħares f’din id-direzzjoni prinċipali.

2.3.   

Kull kampjun għandu jiġi ppożizzjonat b’tali mod li r-raxx ikun jista’ jaqa’ liberament fuq il-kampjuni kollha.

2.4.   

Kull kampjun għandu jiġi ppożizzjonat b’tali mod li jiġi evitat li s-soluzzjoni tal-melħ minn kampjun ieħor tqattar fuq kampjun ieħor.

3.   

Soluzzjoni tal-melħ

3.1.   

Is-soluzzjoni tal-melħ għandha tiġi ppreparata bid-dissoluzzjoni ta’ 5 ± 1 partijiet bil-massa ta’ klorur tas-sodju f’95 parti ta’ ilma distillat. Il-melħ għandu jkun klorur tas-sodju sostanzjalment ħieles min-nikil u mir-ram u li ma fihx aktar minn 0,1 fil-mija ta’ jodju tas-sodju u mhux aktar minn 0,3 fil-mija ta’ impuritajiet totali meta jkun fl-istat xott.

3.2.   

Is-soluzzjoni għandha tkun tali li, meta tiġi atomizzata f’temperatura ta’ 35 °C, is-soluzzjoni li tinġabar tkun fil-medda ta’ pH ta’ bejn 6,5 u 7,2.

4.   

Arja kkompressata

4.1.   

Il-provvista ta’ arja kkompressata lejn iż-żennuna jew lejn iż-żennuni għall-atomizzazzjoni tas-soluzzjoni tal-melħ għandha tkun ħielsa miż-żejt u mill-impuritajiet, u għandha tinżamm taħt pressjoni ta’ bejn 70 kN/m2 u 170 kN/m2.

5.   

Kundizzjonijiet fil-kompartiment tan-nebulizzazzjoni

5.1.   

Iż-żona tal-esponiment tal-kompartiment tan-nebulizzazzjoni għandha tinżamm f’temperatura ta’ 35 ± 5 °C. Fiż-żona tal-esponiment għandhom jitqiegħdu mill-inqas żewġ reċipjenti nodfa biex jiġbru r-raxx, sabiex jiġi evitat li jinġabar it-taqtir tas-soluzzjoni mill-kampjuni tat-test jew minn xi sorsi oħra. Dawn ir-reċipjenti għandhom jitqiegħdu viċin il-kampjuni tat-test, wieħed kemm jista’ jkun viċin ta’ żennuna waħda u wieħed kemm jista’ jkun ’il bogħod miż-żennuni kollha. Ir-raxx għandu jkun tali li, għal kull 80 cm2 ta’ erja ta’ ġbir orizzontali, f’kull reċipjent jinġabru minn 1,0 sa 2,0 ml ta’ soluzzjoni fis-siegħa, meta mkejla fuq medja ta’ mill-inqas 16-il siegħa.

5.2.   

Iż-żennuna jew iż-żennuni għandhom ikunu orjentati jew irregolati, biex l-isprej ma jiġix direttament fuq il-kampjuni tat-test.


ANNESS 5

Test tal-brix u tal-mikroslip

Image 52
Illustrazzjoni 1 Proċedura tat-tip 1

Image 53

Image 54
Illustrazzjoni 2 Proċedura tat-tip 2 Eżempju 1

Eżempju 2

Image 55

Fejn α u β jissimulaw l-angoli bħal fl-installazzjoni reali (fi tliet dimensjonijiet)

Image 56
Illustrazzjoni 3 Test tal-mikroslip

It-tagħbija ta’ 50 N fuq l-apparat tal-ittestjar għandha tiġi ggwidata vertikalment b’tali mod li t-tagħbija ma tkunx tista’ titbandal u ċ-ċinga ma tinbaramx.

L-apparat ta’ twaħħil għandu jiġi mqabbad mat-tagħbija ta’ 50 N bl-istess mod bħal fil-vettura.


ANNESS 6

Deskrizzjoni tat-troli

1.   

Troli

1.1.   

Għal testijiet fuq sistemi tat-trażżin għat-tfal, it-troli, li fuqu jġorr is-sit biss, għandu jkollu massa ta’ aktar minn 380 kg. Għal testijiet fuq Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li jagħmlu parti mill-kategorija “ISOFIX għal vetturi speċifiċi”, it-troli bl-istruttura tal-vettura mqabbda miegħu għandu jkollu massa ta’ aktar minn 800 kg.

2.   

Skrin tal-ikkalibrar

2.1.   

L-iskrin tal-ikkalibrar għandu jitqabbad sew mat-troli u fuqu għandha tiġi mmarkata linja viżibbli li tindika l-limitu tal-moviment li, permezz ta’ dokumentazzjoni fotografika, tippermetti li tiġi ddeterminata l-konformità mal-kriterji tal-moviment ’il quddiem.

3.   

Bank tat-test

3.1.   

Il-bank tat-test għandu jkun mibni kif ġej:

3.1.1.   

Dahar riġidu, fiss, li d-dimensjonijiet tiegħu huma mogħtija fl-Appendiċi 1 ta’ dan l-anness;

3.1.2.   

Sit riġidu, magħmul minn pjanċa riġida tal-metall, li d-dimensjonijiet tiegħu huma mogħtija fl-Appendiċi 1 ta’ dan l-anness;

3.1.3.   

Biex tiġi aċċessata s-sistema ta’ ankraġġi ISOFIX, għandhom isiru fetħiet fuq in-naħa ta’ wara tal-kuxin tas-sit tal-bank tat-test, kif preskritt fl-Appendiċi 1 ta’ dan l-anness;

3.1.4.   

Il-wisa’ tal-bank tat-test għandha tkun ta’ 800 mm;

3.1.5.   

Id-dahar u s-sit għandhom ikunu miksija b’fowm tal-poliuretan, li l-karatteristiċi tiegħu huma mogħtija fit-Tabella 1. Id-dimensjonijiet tal-kuxin huma mogħtija fl-Appendiċi 1 ta’ dan l-anness;

Tabella 1

 

Standard

Valur

Unità

Densità

EN ISO 845

68-74

kg/m3

Reżistenza għall-kompressjoni

EN ISO 3386/1 (kompressjoni ta’ 40 %)

13

kPa

Deflessjoni tat-Tagħbija tal-Indentazzjoni (ILD)

EN ISO 2439B (kompressjoni ta’ 40 %)

480 (+/- 15 %)

N

Reżistenza għat-tensjoni

EN ISO 1798

≥ 150

kPa

Elongazzjoni sal-qtugħ

EN ISO 1798

≥ 120

%

Deformazzjoni permanenti

EN ISO 1856 (22 siegħa/50 %/70 °C)

≤ 3

%

3.1.6.   

Il-fowm tal-poliuretan għandu jkun miksi bi drapp li jħares mix-xemx, magħmul minn fibra tal-poliakrilat, li l-karatteristiċi tagħha huma mogħtija fit-Tabella 2.

Tabella 2

Massa speċifika (g/m2) …290

Reżistenza fil-waqt tar-rottura skont DIN 53587 fuq kampjun tat-test wiesa’ 50 mm:

Mit-tul (kg): …120

Mill-wisa’ (kg): …80

3.1.7.   

Għata tal-kuxin tas-sit tal-bank tat-test u tal-kuxin tad-dahar tas-sit tal-bank tat-test

3.1.7.1.   

Il-kuxin tas-sit tal-bank tat-test huwa magħmul minn blokka kwadra tal-fowm (800 × 575 × 135 mm) b’tali mod (ara l-Illustrazzjoni 1 tal-Appendiċi 1 ta’ dan l-anness) li l-forma tiegħu tixbah lil dik tal-pjanċa tal-qiegħ tal-aluminju kif speċifikat fl-Illustrazzjoni 2 tal-Appendiċi 1 ta’ dan l-anness.

3.1.7.2.   

Sitt toqbiet jittaqbu bit-trapan fil-pjanċa tal-qiegħ sabiex din tkun tista’ titwaħħal mat-troli bil-boltijiet. It-toqob jiġu ddrilljati tul l-itwal naħa tal-pjanċa, tlieta fuq kull naħa, u l-pożizzjoni tagħhom tiddependi fuq l-istruttura tat-troli. Fit-toqob jiddaħħlu sitt boltijiet. Huwa rakkomandat li l-boltijiet jiġu inkollati fuq il-pjanċa permezz ta’ adeżiv xieraq. Wara dan, il-boltijiet jintrabtu bl-iskorfini.

3.1.7.3.   

Il-materjal tal-għata (1 250 × 1 200 mm, ara l-Illustrazzjoni 3 tal-Appendiċi 1 ta’ dan l-anness) jinqata’ mill-wisa’ biex tiġi evitata l-possibbiltà li l-materjal jitrikkeb wara l-kisi. Jenħtieġ li jkun hemm spazju ta’ madwar 100 mm bejn it-truf tal-materjal tal-għata. Għalhekk il-materjal għandu jinqata’ b’daqs ta’ madwar 1 200 mm.

3.1.7.4.   

Fuq il-materjal tal-għata għandhom isiru żewġ linji min-naħa għall-oħra tal-wisa’. Dawn jiġu mmarkati 375 mm mil-linja tan-nofs tal-materjal tal-għata (ara l-Illustrazzjoni 3 tal-Appendiċi 1 ta’ dan l-anness).

3.1.7.5.   

Il-kuxin tas-sit tal-bank tat-test jitqiegħed ta’ taħt fuq, fuq il-materjal tal-għata bil-pjanċa tal-qiegħ tal-aluminju fuqu.

3.1.7.6.   

Il-materjal tal-għata jiġi mġebbed miż-żewġ naħat sakemm il-linji mmarkati fuqu jaqblu mat-truf tal-pjanċa tal-qiegħ tal-aluminju. Kull fejn hemm bolt, isiru inċiżjonijiet żgħar u l-materjal tal-għata jinġibed fuq il-boltijiet.

3.1.7.7.   

Jenħtieġ li jsiru inċiżjonijiet fuq il-materjal tal-kisi u fil-fowm li jikkorrispondu max-xquq fil-pjanċa tal-qiegħ.

3.1.7.8.   

L-għata tiġi nkollata mal-pjanċa tal-aluminju permezz ta’ kolla flessibbli. L-iskorfini jridu jitneħħew qabel ma tiġi applikata l-kolla.

3.1.7.9.   

Il-flaps laterali jintlewew fuq il-pjanċa u anke dawn jiġu inkollati.

3.1.7.10.   

Il-flaps fix-xquq jintlewew ’il ġewwa u jitwaħħlu b’tejp b’saħħtu.

3.1.7.11.   

Il-kolla flessibbli għandha titħalla tinxef għal mill-inqas 12-il siegħa.

3.1.7.12.   

Il-kuxin tad-dahar tas-sit tal-bank tat-test jinkesa eżattament bl-istess mod bħall-kuxin tas-sit tal-bank tat-test, biss il-linji fuq il-materjal tal-għata (1 250 × 850 mm) jiġu mmarkati 333 mm ’il bogħod mil-linja tan-nofs tal-materjal.

3.1.8.   

Il-linja Cr tikkoinċidi mal-linja tal-intersezzjoni bejn il-pjan superjuri tal-kuxin tas-sit tal-bank tat-test u l-pjan anterjuri tal-kuxin tad-dahar tas-sit tal-bank tat-test.

3.2.   

Test ta’ apparat li jħares lura

3.2.1.   

Fuq it-troli għandu jitwaħħal qafas speċjali li jsostni s-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba kif muri fl-Illustrazzjoni 1.

3.2.2.   

Tubu tal-azzar għandu jitwaħħal sew mat-troli b’tali mod li tagħbija ta’ 5 000 ± 50 N applikata orizzontalment fuq iċ-ċentru tat-tubu ma tikkawżax moviment ta’ aktar minn 2 mm.

3.2.3.   

Id-dimensjonijiet tat-tubu għandhom ikunu: 500 × 100 × 90 mm.

Image 57
Illustrazzjoni 1 Arranġamenti għall-ittestjar ta’ apparat li jħares lura

Dimensjonijiet f’mm

3.3.   

Pjanċa tal-qiegħ tat-troli

3.3.1.   

Il-pjanċa tal-qiegħ tat-troli għandha tkun magħmula minn pjanċa ċatta tal-metall ta’ ħxuna u ta’ materjal uniformi, ara l-Illustrazzjoni 2 tal-Appendiċi 3 ta’ dan l-anness.

3.3.1.1.   

Il-pjanċa tal-qiegħ għandha tiġi titqabbad sew mat-troli. L-għoli tal-pjanċa tal-qiegħ fir-rigward tal-punt tal-projezzjoni tal-assi Cr, id-dimensjoni (1) fl-Illustrazzjoni 2 tal-Appendiċi 2 ta’ dan l-anness għandu jiġi aġġustat sabiex jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 7.1.3.6.3. ta’ dan ir-Regolament.

3.3.1.2.   

Jenħtieġ li l-pjanċa tal-qiegħ tkun iddisinjata b’tali mod li l-ebusija tal-wiċċ ma tkunx inqas minn 120 HB, skont l-istandard EN ISO 6506-1:1999.

3.3.1.3.   

Il-pjanċa tal-qiegħ għandha tkun kapaċi tiflaħ għal tagħbija vertikali kkonċentrata ta’ 5 kN mingħajr ma tikkawża moviment vertikali ta’ aktar minn 2 mm fir-rigward tal-assi Cr u mingħajr ma tikkawża deformazzjoni permanenti.

3.3.1.4.   

Il-ħruxija tas-superfiċe tal-pjanċa tal-qiegħ ma għandhiex tkun ta’ aktar minn Ra 6,3 skont l-istandard ISO 4287:1997.

3.3.1.5.   

Il-pjanċa tal-qiegħ għandha tkun iddisinjata b’tali mod li ma jkun hemm l-ebda deformazzjoni permanenti wara test dinamiku ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba, skont dan ir-Regolament.

4.   

Apparat tal-waqfien

4.1.   

L-apparat jikkonsisti minn żewġ assorbituri identiċi mmuntati b’mod parallel.

4.2.   

Jekk ikun meħtieġ, għandu jintuża assorbitur addizzjonali kull darba li l-massa nominali tiżdied b’200 kg. Kull assorbitur għandu jinkludi:

4.2.1.   

Kejsing estern magħmul minn tubu tal-azzar;

4.2.2.   

Tubu tal-poliuretan li jassorbi l-enerġija;

4.2.3.   

Pum tal-azzar illustrat f’għamla ta’ żebbuġa li jippenetra ġol-assorbitur; u

4.2.4.   

Xaft u pjanċa tal-impatt.

4.3.   

Id-dimensjonijiet tal-partijiet differenti ta’ dan l-assorbitur huma murija fid-dijagramma riprodotta fl-Appendiċi 2 ta’ dan l-anness.

4.4.   

Il-karatteristiċi tal-materjal assorbenti huma mogħtija fit-Tabella 3 u fit-Tabella 4 ta’ dan l-anness.

4.5.   

L-assemblaġġ tal-apparat tal-waqfien għandu jinżamm għal mill-inqas 12-il siegħa f’temperatura ta’ bejn 15 °C u 25 °C qabel ma jintuża għat-testijiet tal-ikkalibrar deskritti fl-Anness 7 ta’ dan ir-Regolament. Għal kull tip ta’ test, l-apparat tal-waqfien għandu jissodisfa r-rekwiżiti tal-prestazzjoni stabbiliti fl-Appendiċi 1 u 2 tal-Anness 7. Għat-testijiet dinamiċi ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba, l-assemblaġġ tal-apparat tal-waqfien għandu jinżamm għal mill-inqas 12-il siegħa fl-istess temperatura ± 2 °C tat-test tal-ikkalibrar. Jista’ jiġi aċċettat kwalunkwe apparat ieħor li jagħti riżultati ekwivalenti.

Tabella 3

Karatteristiċi tal-materjal assorbenti “A”  (2)

(Metodu ASTM 2000 (1980) sakemm ma jiġix dikjarat mod ieħor)

Ebusija Shore A:

88 ± 2 f’temperatura ta’ 20 °C ± 5 °C

Reżistenza fil-waqt tar-rottura:

Ro ≥ 300 kg/cm2

Elongazzjoni minima:

Ao ≥ 400 %

Modulu f’elongazzjoni ta’ 100 %:

≥ 70 kg/cm2

Modulu f’elongazzjoni ta’ 300 %:

≥ 130 kg/cm2

Fraġilità f’temperatura baxxa (Metodu D 736 tal-ASTM):

5 sigħat f’temperatura ta’ -55 °C

Deformazzjoni permanenti (Metodu B):

22 siegħa f’temperatura ta’ 70 °C ≤ 45 %

Densità f’temperatura ta’ 25 °C:

1,08 sa 1,12

Tiqdim fl-arja (Metodu ASTM D 573 (1981)):

 

70 siegħa f’temperatura ta’ 100 °C:

Ebusija Shore: varjazzjoni mass. ± 3

Reżistenza fil-waqt tar-rottura: tnaqqis ta’ < 10 % tal-Ro

Elongazzjoni: tnaqqis ta’ < 10 % tal-Ao

Piż: tnaqqis ta’ < 1 %

Immersjoni fiż-żejt (Metodu ASTM D 471 (1979) Nru 1. Żejt):

 

70 siegħa f’temperatura ta’ 100 °C:

Ebusija Shore: varjazzjoni mass. ± 4

Reżistenza fil-waqt tar-rottura: tnaqqis ta’ < 15 % tal-Ro

Elongazzjoni: tnaqqis ta’ < 10 % tal-Ao

Volum: nefħa ta’ < 5 %

Immersjoni fiż-żejt (Metodu ASTM D 471 (1979) Nru 3. Żejt):

 

70 siegħa f’temperatura ta’ 100 °C:

Reżistenza fil-waqt tar-rottura: tnaqqis ta’ < 15 % tal-Ro

Elongazzjoni: tnaqqis ta’ < 15 % tal-Ao

Volum: nefħa ta’ < 20 %

Immersjoni f’ilma distillat:

 

Ġimgħa 1 f’temperatura ta’ 70 °C:

Reżistenza fil-waqt tar-rottura: tnaqqis ta’ < 35 % tal-Ro

 

Elongazzjoni: żieda ta’ < 20 % tal-Ao

Tabella 4

Karatteristiċi tal-Materjal Assorbenti “B”

Metodu ASTM 2000 (1980) sakemm ma jiġix dikjarat mod ieħor

Ebusija Shore A:

88 ± 2 f’temperatura ta’ 20 °C ± 5 °C

Reżistenza fil-waqt tar-rottura:

Ro ≥ 300 kg/cm2

Elongazzjoni minima:

Ao ≥ 400 %

Modulu f’elongazzjoni ta’ 100 %:

≥ 70 kg/cm2

Modulu f’elongazzjoni ta’ 300 %:

≥ 130 kg/cm2

Fraġilità f’temperatura baxxa (Metodu D 736 tal-ASTM):

5 sigħat f’temperatura ta’ -55 °C

Deformazzjoni permanenti (Metodu B):

22 siegħa f’temperatura ta’ 70 °C ≤ 45 %

Densità f’temperatura ta’ 25 °C:

1,08 sa 1,12

Tiqdim fl-arja (Metodu ASTM D 573 (1981)):

 

70 siegħa f’temperatura ta’ 100 °C:

Ebusija Shore: varjazzjoni mass. ± 4

Reżistenza fil-waqt tar-rottura: tnaqqis ta’ < 15 % tal-Ro

Elongazzjoni: tnaqqis ta’ < 10 % tal-Ao

Volum: nefħa ta’ < 5 %

Immersjoni fiż-żejt (Metodu ASTM D 471 (1979) Nru 3. Żejt):

 

70 siegħa f’temperatura ta’ 100 °C:

Reżistenza fil-waqt tar-rottura: tnaqqis ta’ < 15 % tal-Ro

Elongazzjoni: tnaqqis ta’ < 15 % tal-Ao

Volum: nefħa ta’ < 20 %

Immersjoni f’ilma distillat:

 

Ġimgħa 1 f’temperatura ta’ 70 °C

Reżistenza fil-waqt tar-rottura: tnaqqis ta’ < 35 % tal-Ro

 

Elongazzjoni: żieda ta’ < 20 % tal-Ao


(1)  Id-dimensjoni għandha tkun ta’ 210 mm b’medda ta’ aġġustament ta’ ±70 mm.

(2)  L-indirizz minn fejn jinkisbu l-istandards ASTM rilevanti huwa: ASTM, 1916 Race Street, Philadelphia, USA PA 19 103.


Appendiċi 1 għal Anness 6

Image 58
Illustrazzjoni 1 Dimensjonijiet tas-sit u tal-kuxins tas-sit f’mm

Image 59
Illustrazzjoni 2 Dimensjonijiet tal-pjanċa tal-qiegħ tal-aluminju u dimensjonijiet tal-pjanċa tal-aluminju tad-dahar (dimensjonijiet f’mm)

Image 60
Illustrazzjoni 3 Dimensjonijiet tal-materjal tal-għata (dimensjonijiet f’mm)


Appendiċi 2 għal Anness 6

Arranġament u użu ta’ ankraġġi fuq it-troli tat-test

1.   

L-ankraġġi għandhom jiġu ppożizzjonati kif indikat fl-Illustrazzjoni ta’ hawn taħt.

2.   

Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li jagħmlu parti mill-kategoriji “i-Size” u “għal vetturi speċifiċi” għandhom jużaw il-punti ta’ ankraġġ li ġejjin: H1 u H2.

3.   

Għall-ittestjar ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba b’ċinga tal-irbit ta’ fuq, għandu jintuża l-ankraġġ G1 jew G2.

4.   

Fil-każ ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li jużaw sieq ta’ appoġġ, is-Servizz Tekniku għandu jagħżel l-ankraġġi li għandhom jintużaw skont il-paragrafu 3. ta’ hawn fuq u bis-sieq ta’ appoġġ aġġustata kif speċifikat fil-paragrafu 7.1.3.6.3. ta’ dan ir-Regolament.

5.   

L-istruttura li fuqha jkun hemm l-ankraġġi għandha tkun riġida. L-ankraġġi ta’ fuq ma għandhomx jiġu spostati b’aktar minn 0,2 mm fid-direzzjoni lonġitudinali meta fuqhom tiġi applikata tagħbija ta’ 980 N f’dik id-direzzjoni. It-troli għandu jkun mibni b’tali mod li matul it-test ma tirriżulta l-ebda deformazzjoni permanenti fil-partijiet li fihom jinsabu l-ankraġġi.

Image 61
Illustrazzjoni 1 Dehra minn fuq — Bank bl-ankraġġi ISOFIX (dimensjonijiet f’mm; Tolleranza ġenerali: ± 2 mm)

Image 62
Illustrazzjoni 2 Dehra Laterali — Bank bl-ankraġġi (Dimensjonijiet f’mm; Tolleranza ġenerali: ± 2 mm)

Definizzjoni tal-ankraġġi taċ-ċinturin

Tabella 1

Punti ta’ ankraġġ taċ-ċinturin

 

Ankraġġ ta’ Fuq (P)

Bokkla (A2)

Esterni inferjuri (A1)

Direzzjoni

X

Y

Z

X

Y

Z

X

Y

Z

Distanza (mm)

-240

-220

-630

-29

200

59

10

-200

14,5

Image 63
Illustrazzjoni 3 Dehra Minn Fuq – Bank bl-ankraġġi taċ-ċinturin (Dimensjonijiet f’mm; Tolleranza ġenerali: ± 2 mm)

“Re” tinsab fil-linja taċ-ċentru tar-rukkell tar-ritrattatur

Image 64
Illustrazzjoni 4 Dehra Laterali — Bank bl-ankraġġi taċ-ċinturin (Dimensjonijiet f’mm; Tolleranza ġenerali: ± 2 mm)

“Re” tinsab fil-linja taċ-ċentru tar-rukkell tar-ritrattatur

Image 65
Illustrazzjoni 5 Ankraġġi taċ-ċinga inferjuri (LSA 1, LSA 2, LSA 3 u LSA 4)

Dimensjonijiet f’mm


Appendiċi 3 għal Anness 6

Definizzjoni tal-bieba tal-impatt laterali

1.   Definizzjoni tal-pannell tal-bieba

Id-dimensjoni u l-pożizzjoni inizjali tal-bieba tal-impatt fir-rigward tal-bank huma deskritti fl-Illustrazzjonijiet li ġejjin.

L-ebusija u r-reżistenza tal-pannell tal-bieba għandhom ikunu tali li jevitaw oxxillazzjoni eċċessiva jew deformazzjoni sinifikanti matul it-test dinamiku laterali.

Image 66
Illustrazzjoni 1 Ġeometrija u pożizzjoni tal-pannell tal-bieba f’T0 — Dehra minn fuq

Dimensjonijiet f’mm

Image 67
Illustrazzjoni 2 Ġeometrija tal-pannell tal-bieba — Dehra mill-ġenb (Tolleranza ġenerali: ± 2 mm u ± 1 grad)

Dimensjonijiet f’mm

Image 68
Illustrazzjoni 3 Intrużjoni massima approssimattiva tal-pannell tal-bieba — Dehra laterali (Għall-informazzjoni)

Dimensjonijiet f’mm

2.   Speċifikazzjoni tal-padding tal-pannell

2.1.   Ġenerali

Il-wiċċ tal-impatt tal-pannell tal-bieba għandu jkun kollu kemm hu miksi b’materjal tal-padding, oħxon 55 mm (ara l-Illustrazzjoni 1 ta’ hawn fuq). Il-materjal għandu jissodisfa l-kriterji tal-prestazzjoni speċifikati fil-paragrafu 2.3. (l-Illustrazzjoni 4 ta’ hawn taħt) ta’ dan l-appendiċi meta jiġi ttestjat f’konformità mal-paragrafu 2.2. ta’ dan l-appendiċi.

Kombinazzjoni ta’ materjali li tissodisfa dawn ir-rekwiżiti hija deskritta fil-paragrafu 2.4. ta’ dan l-appendiċi.

2.2.   Proċedura ta’ ttestjar għall-valutazzjoni tal-materjal tal-padding tal-pannell

Il-konfigurazzjoni tat-test tikkonsisti f’test sempliċi ta’ twaqqigħ bl-użu ta’ forma ta’ ras sferika. Il-forma tar-ras sferika għandha dijametru ta’ 150 mm u massa ta’ 6 kg (± 0,1 kg). Il-veloċità tal-impatt hija ta’ 4 m/s (± 0,1 m/s). Jenħtieġ li l-istrumentazzjoni tippermetti li jiġi vvalutat il-ħin tal-ewwel kuntatt bejn l-impattur u l-kampjun kif ukoll l-aċċellerazzjoni tal-forma tar-ras tal-anqas fid-direzzjoni tal-impatt (id-direzzjoni-Z).

Jenħtieġ li l-kampjun tal-materjal ikollu d-dimensjonijiet ta’ 400 x 400 mm. Jenħtieġ li l-kampjun jintlaqat fiċ-ċentru tiegħu.

2.3.   Kriterji ta’ prestazzjoni għall-materjal tal-padding

Il-ħin tal-ewwel kuntatt bejn il-materjal tal-kampjun u l-forma tar-ras (t0) huwa 0 ms.

L-aċċellerazzjoni tal-impattur ma għandhiex taqbeż 58 g.

Image 69
Illustrazzjoni 4 Kuritur għall-materjal tal-padding Didiskalija:

Didiskalija:

1

- Limitu superjuri ta’ 58 g

2

- Limitu inferjuri għall-quċċata massima f53 g (bejn 11 u 12 ms)

3

- Limitu massimu għat-tnaqqis tal-aċċellerazzjoni (bejn 15 g f’20,5 ms u 10 g f’21,5 ms)

4

- Limitu inferjuri għat-tnaqqis tal-aċċellerazzjoni (bejn 10 g f’20 ms u 7 g f’21 ms)

2.4.   Eżempju ta’ materjal li jissodisfa r-rekwiżiti tat-test:

Fowm taċ-ċelluli tal-lasktu tal-Polikloropren CR4271 bi ħxuna ta’ 35 mm imwaħħal mal-istruttura tal-pannell tal-bieba li magħha mbagħad għandu jitwaħħal saff sussegwenti ta’ Styrodur C2500 bi ħxuna ta’ 20 mm. Is-Styrodur jeħtieġ jinbidel wara kull test.


Appendiċi 4 għal Anness 6

Apparat tal-waqfien tal-impatt frontali

Image 70
Illustrazzjoni 1

dimensjonijiet (f’mm)

Image 71
Illustrazzjoni 1a Materjal A

Image 72
Illustrazzjoni 1b Materjal B

Image 73
Illustrazzjoni 2 Pum f’forma ta’ żebbuġa tal-apparat tal-waqfien

*

Din id-dimensjoni tista’ tvarja bejn 43 u 49 mm

Image 74
Illustrazzjoni 3 Pum f’forma ta’ żebbuġa tal-apparat tal-waqfien

Dimensjonijiet f’mm

Image 75
Illustrazzjoni 4 Apparat tal-waqfien (armat)

Image 76
Illustrazzjoni 5 Apparat tal-Waqfien — tubu tal-poliuretan


ANNESS 7

Kurva tad-deċellerazzjoni jew tal-aċċellerazzjoni tat-troli, bħala funzjoni tal-ħin

F’kull każ il-proċeduri ta’ kalibrar u ta’ kejl għandhom jikkorrispondu għal dawk definiti fl-Istandard Internazzjonali ISO 6487; it-tagħmir tal-kejl għandu jikkorrispondi għall-ispeċifikazzjoni ta’ kanal tad-data bi klassi tal-frekwenza tal-kanal (CFC) 60.


Appendiċi 1 għal Anness 7

Impatt frontali

Kurva tad-deċellerazzjoni jew tal-aċċellerazzjoni tat-troli, bħala funzjoni tal-ħin

Impatt frontali — Impuls tat-test 1

Definizzjoni tal-kurvi differenti

Ħin (ms)

Aċċellerazzjoni (g)

Kuritur inferjuri

Aċċellerazzjoni (g)

Kuritur superjuri

0

-

10

20

0

-

50

20

28

65

20

-

+80

-

28

100

0

-

120

0

-

Image 77

Is-segment addizzjonali japplika biss għall-islitta tal-aċċellerazzjoni.


Appendiċi 2 għal Anness 7

Impatt minn wara

Kurvi tad-deċellerazzjoni jew tal-aċċellerazzjoni tat-troli, bħala funzjoni tal-ħin

Impatt minn wara – Impuls tat-test 2

Definizzjoni tal-kurvi differenti

Ħin (ms)

Aċċellerazzjoni (g)

Kuritur inferjuri

Aċċellerazzjoni (g)

Kuritur superjuri

0

-

21

10

0

 

10

7

-

20

14

-

37

14

-

52

7

-

52

0

 

70

-

21

70

-

0

Image 78

Is-segment addizzjonali japplika biss għall-islitta tal-aċċellerazzjoni.


Appendiċi 3 għal Anness 7

Impatt laterali

Kurva tal-veloċità relattiva bejn it-troli u l-pannell tal-bieba bħala funzjoni tal-ħin

Impatt laterali – Kuritur tat-test tal-veloċità 3

Image 79

Definizzjoni tal-kurvi differenti

Ħin (ms)

Bejn il-bieba u l-bank

Veloċità relattiva (m/s)

Kuritur inferjuri

Bejn il-bieba u l-bank

Veloċità relattiva (m/s)

Kuritur superjuri

0

6,375

7,25

15

5,5

-

18

-

6,2

60

0

-

70

-

0

Kumment: Il-kuritur għandu jiġi ddefinit abbażi tal-esperjenzi tal-laboratorji tat-testijiet rispettivi.


ANNESS 8

Deskrizzjoni tal-manikini

1.   Ġenerali

1.1.

Il-manikini preskritti f’dan ir-Regolament huma deskritti f’dan l-anness, fid-disinji tekniċi (1) u fil-manwali għall-utent. Is-sensuri tal-pressjoni addominali preskritti f’dan ir-Regolament huma deskritti f’dan l-anness, fid-disinji tekniċi u fil-manwali għall-utent.

1.2.

Jistgħu jintużaw manikini u strumentazzjoni addominali alternattivi sakemm:

1.2.1.

L-ekwivalenza tagħhom tista’ tintwera għas-sodisfazzjon tal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip, u

1.2.2.

L-użu tagħhom huwa ddokumentat fir-rapport tat-test, u fil-formola ta’ komunikazzjoni deskritta fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

2.   Deskrizzjoni tal-manikini

2.1.

Id-dimensjonijiet u l-mases tal-manikini Q0, Q1, Q1,5, Q3, Q6 u Q10 deskritti hawn taħt huma bbażati fuq l-antropometrija ta’ tfal tal-50 perċentil ta’ dawk ta’ 0 snin, sena, sena u nofs, tliet snin, sitt snin u għaxar snin u nofs rispettivament.

2.2.

Il-manikini jikkonsistu minn skeletru tal-metall u tal-plastik miksi b’biċċiet tal-fowm miksija bil-plastik biex jikkompletaw il-komponenti tal-ġisem.

3.   Kostruzzjoni

3.1.

Ras

Ir-ras hija fil-biċċa l-kbira magħmula minn materjali sintetiċi. Il-kavità tar-ras hija kbira biżżejjed biex tippermetti l-użu ta’ għadd ta’ strumenti, bħal pereżempju aċċellerometri lineari u sensuri tal-veloċità angolari.

3.2.

Għonq

L-għonq huwa flessibbli u jippermetti tiċrit u liwi f’kull direzzjoni. Id-disinn segmentat jippermetti azzjonijiet rotazzjonali realistiċi. L-għonq huwa mgħammar b’kurdun tal-għonq li ma tantx jiġġebbed sabiex tiġi evitata elongazzjoni eċċessiva. Il-kurdun tal-għonq huwa mfassal ukoll biex iservi bħala kurdun tas-sikurezza f’każ li jinqata’ l-lasktu. Fl-interfaċċa bejn l-għonq u r-ras u bejn l-għonq u t-torso tista’ tiġi mmuntata ċellula ta’ tagħbija b’sitt kanali. Il-manikini Q0, Q1 u Q1,5 ma jistgħux jakkomodaw iċ-ċellula tat-tagħbija bejn l-għonq u t-torso.

3.3.

Toraċi

It-toraċi tat-tfal huwa rrappreżentat minn par kustilji. Id-deformazzjoni tista’ titkejjel b’potenzjometru tal-qafla fil-manikin Q1 u Q1,5 u b’sensuri IR-TRACC fil-manikin Q3, Q6 u Q10. L-ispallejn huma mqabbda mat-toraċi permezz ta’ ġog flessibbli, li jippermetti deformazzjoni ’l quddiem.

3.4.

L-aċċellerometri jistgħu jiġu mmuntati fuq l-ispina tad-dahar biex jitkejlu l-aċċellerazzjonijiet lineari. It-toraċi tal-manikin Q0 għandu disinn simplifikat b’parti magħmula minn fowm integrali għat-torso kollu.

3.5.

Addome

L-addome huwa fowm miksi bil-ġilda. Sabiex tiġi ddeterminata l-ebusija meħtieġa intużat data bijomekkanika tat-tfal. L-addome tal-manikin Q0 għandu disinn simplifikat b’parti magħmula minn fowm integrali għat-torso kollu. Għall-impatt frontali, l-addome tal-manikini Q1,5, Q3, Q6 u Q10 huma mgħammra bi strumenti li jużaw Sensuri Doppji tal-Pressjoni Addominali (APTS).

3.6.

Sinsla lumbari

Is-sinsla lumbari hija kolonna flessibbli tal-lasktu, li tippermetti tiċrit u liwi f’kull direzzjoni. Bejn is-sinsla lumbari u l-pelvi tista’ tiġi mmuntata ċellula ta’ tagħbija b’sitt kanali, ħlief fil-każ tal-manikin Q0.

3.7.

Pelvi

Il-pelvi huwa mibni minn parti li tirrapreżenta l-għadma sakroiljaka miksija b’kisi estern tal-plastik li jissimula l-laħam. Fil-parti li tirrapreżenta l-għadam jiddaħħlu ġogi tal-ġenbejn li jistgħu jitneħħew. Fil-pelvi jista’ jistgħu jiġu mmuntati serje ta’ aċċellerometri. Jeżistu ġogi tal-ġenbejn speċjali li jippermettu li l-manikin jitqiegħed f’pożizzjoni bilwieqfa. Il-pelvi tal-manikin Q0 għandu disinn issimplifikat b’parti magħmula minn fowm integrali għat-torso kollu.

3.8.

Riġlejn

Ir-riġlejn huma magħmula minn għadam tal-plastik rinfurzat bil-metall koperti b’partijiet tal-fowm miksija bil-PVC li jirrappreżentaw il-laħam tar-riġel ta’ fuq u ta’ taħt. Il-ġogi tal-irkoppa jistgħu jiġu llokkjati fi kwalunkwe pożizzjoni. Din il-karatteristika tista’ tintuża biex tiffaċilita l-pożizzjonament tal-manikin f’pożizzjoni wieqfa. (Ta min jinnota li l-manikin ma għandux il-kapaċità li joqgħod bilwieqfa mingħajr ebda sostenn estern.) Ir-riġlejn tal-manikin Q0 għandhom disinn issimplifikat b’parti integrali waħda għal kull sieq b’angolu fiss fl-irkoppa.

3.9.

Dirgħajn

Id-dirgħajn huma magħmula minn għadam tal-plastik koperti b’partijiet tal-fowm miksija bil-PVC li jirrappreżentaw il-laħam tad-driegħ ta’ fuq u ta’ taħt. Il-ġogi tal-minkbejn jistgħu jiġu llokkjati fi kwalunkwe pożizzjoni. Id-dirgħajn tal-manikin Q0 għandhom disinn simplifikat b’parti integrali waħda għal kull driegħ u b’angolu fiss fil-minkeb.

4.   Karatteristiċi ewlenin

4.1.

Massa

Tabella 1

Distribuzzjonijiet tal-massa tal-manikin-Q

 

Q0

Q1

Q1,5

Q3

Q6

Q10

Massa fi [kg]

Ras + Għonq (inkl. l-aċċessorji)

1,13 ± 0,06

2,41 ± 0,10

2,80 ± 0,10

3,17 ± 0,10

3,94 ± 0,10

4,21 ± 0,15

Torso (inkl. l-aċċessorji u sensur tad-deflessjoni tas-sider, mingħajr l-APTS)

1,40 ± 0,08

4,21 ± 0,25

4,74 ± 0,25

6,00 ± 0,30

9,07 ± 0,40

14,28 ± 0,50

(inkl. l-lbies)

Riġlejn (flimkien)

0,58 ± 0,03

1,82 ± 0,20

2,06 ± 0,20

3,54 ± 0,10

6,90 ± 0,10

12,48 ± 0,44

Dirgħajn (flimkien)

0,28 ± 0,02

0,89 ± 0,20

1,20 ± 0,20

1,48 ± 0,10

2,49 ± 0,10

3,98 ± 0,20

Ilbies

0,08 ± 0,02

0,27 ± 0,05

0,30 ± 0,05

0,40 ± 0,10

0,55 ± 0,10

0,63 ± 0,10

Total

3,47 ± 0,21

9,6 ± 0,80

11,10 ± 0,80

14,59 ± 0,70

22,95 ± 0,80

35,58 ± 1,39

L-installazzjoni ta’ Sensuri Doppji tal-Pressjoni Addominali (APTS) f’impatt frontali u minn wara tista’ żżid sa 0,2 kg mal-piż tal-manikin Q1,5 u 0,5 kg mal-piż tal-manikini Q3, Q6 u Q10.

4.2.

Dimensjonijiet ewlenin

Image 80
Illustrazzjoni 2 Dimensjonijiet ewlenin tal-manikin

Tabella 2

Dimensjonijiet tal-manikin-Q

Nru

 

Q0

Q1

Q1,5

Q3

Q6

Q10

(miri tad-disinn)

 

 

Dimensjonijiet f’mm

17

Għoli f’pożizzjoni bilqiegħda

(ir-ras immejla ’l quddiem)

355 ± 9

479 ± 9

499 ± 9

544 ± 9

601 ± 9

733,7 ± 9

18

Għoli tal-ispalla

(bilqiegħda)

255 ± 5

298 ± 7

309 ± 7

329 ± 7

362 ± 7

473 ± 7

 

Statura

(ir-ras immejla ’l quddiem)

-

740 ± 9

800 ± 9

985 ± 9

1143 ± 9

1 453,2 ± 12

5

Fond tas-sider

-

114 ± 5

113 ± 5

146 ± 5

141 ± 5

171 ± 5

15

Wisa’ tal-ispallejn

145 ± 5

227 ± 7

227 ± 7

259 ± 7

305 ± 7

334,8 ± 7

12

Wisa’ tal-ġenbejn

-

191 ± 7

194 ± 7

200 ± 7

223 ± 7

270 ± 7

1

Parti posterjuri tal-warrani sal-parti anterjuri tal-irkoppa

130 ± 5

211 ± 5

235 ± 5

305 ± 5

366 ± 5

485,4 ± 6

2

Parti posterjuri tal-warrani sal-popliteus

-

161 ± 5

185 ± 5

253 ± 5

299 ± 5

414,9 ± 6

21

Għoli tal-koxxa, f’pożizzjoni bilqiegħda

 

69

72

79

92

114 ± 3

 

Għoli tal-ispazjatur għall-pożizzjonament tal-manikin (1)

 

229 ± 2

237 ± 2

250 ± 2

270 ± 2

359 ± 2

2

Parti superjuri tad-disk tal-għonq tal-manikin Q6

3

Parti inferjuri tad-disk tal-għonq tal-manikin Q6

4

Dijametru tal-ilqugħ tal-għonq

Noti:

1.

Aġġustament tal-ġogi

Jenħtieġ li preferibbilment il-ġogi jiġu aġġustati skont il-proċeduri inklużi fil-manwali tal-manikini-Q. (2)

2.

Strumentazzjoni

L-istrumentazzjoni fil-familja ta’ manikini-Q għandha preferibbilment tiġi installata u kkalibrata skont il-proċeduri li hemm fil-manwali tal-manikini-Q1 u fil-manwal tal-APTS.


(1)  Deskrizzjonijiet tal-konfigurazzjonijiet ta’ kull manikin jew sensur tal-pressjoni addominali jinsabu temporanjament fuq is-sit web tal-grupp ta’ ħidma informali dwar is-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal: https://www2.unece.org/wiki/display/trans/Q-Dummy+drawings

(1)  Id-dijametru tal-għonq jittieħed bħala d-dijametru tal-pjanċa superjuri u inferjuri tal-għonq tal-manikin Q.

Id-disks tan-nofs huma 56,9 mm

(2)  L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u d-disinji dettaljati tal-manikini-Q u tal-APTS, u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-aġġustamenti tagħhom għat-testijiet ta’ dan ir-Regolament jinsabu temporanjament fuq is-sit web tal-grupp ta’ ħidma informali dwar is-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal (https://www2.unece.org/wiki/display/trans/Q-dummy+drawings) tal-UNECE, Palais de Nations, Ġinevra, l-Iżvizzera. Meta dan ir-Regolament jiġi adottat mill-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi (WP.29), it-test li jillimita l-użu tad-disinji u tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jitneħħa mill-paġni individwali u jerġgħu jittellgħu fuq is-sit web imsemmi hawn fuq. Wara perjodu ta’ żmien meħtieġ għall-Grupp ta’ Ħidma Informali biex jiffinalizza l-eżami tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u tad-disinji tal-manikini biex ikopri l-fażi 2 tar-Regolament, id-disinji finali u approvati jiġu rilokati fir-Riżoluzzjoni Reċiproka tal-Ftehimiet tal-1958 u tal-1998, li jinsabu fuq is-sit web tal-Forum Dinji WP.29.


ANNESS 9

Test tal-impatt frontali ma’ ostaklu

1.1.   

Post fejn isir it-test

Iż-żona tat-test għandha tkun kbira biżżejjed biex takkomoda l-korsa tar-rankatura, l-ostaklu u l-installazzjonijiet tekniċi meħtieġa għat-test. L-aħħar parti tal-korsa, għal mill-inqas 5 m qabel l-ostaklu, għandha tkun orizzontali, ċatta u lixxa.

1.2.   

Ostaklu

L-ostaklu huwa magħmul minn blokka tal-konkrit rinforzat b’wisa’ ta’ mhux inqas minn 3 m fuq quddiem u b’għoli ta’ mhux inqas minn 1,5 m. L-ostaklu għandu jkun oħxon biżżejjed li l-piż tiegħu jkun ta’ mill-inqas 70 tunnellata. Il-parti ta’ quddiem għandha tkun vertikali, perpendikolari għall-assi tal-korsa tar-rankatura, u miksija b’bords tal-plywood bi ħxuna ta’ 20 ± 1 mm u f’kundizzjoni tajba. L-ostaklu għandu jew ikun ankrat mal-art jew imqiegħed mal-art, jekk meħtieġ, b’apparati addizzjonali li jimmobilizzaw l-ostaklu biex jiġi limitat l-ispostament tiegħu. Jista’ jintuża wkoll ostaklu b’karatteristiċi differenti, imma li jagħti riżultati li tal-inqas iwasslu għall-istess konklużjoni.

1.3.   

Propulsjoni tal-vettura

Fil-mument tal-impatt, il-vettura ma għandhiex tkompli tiġi sottoposta għall-azzjoni ta’ xi apparat ta’ kontroll jew ta’ propulsjoni addizzjonali. Għandha tilħaq l-ostaklu f’rotta perpendikolari għall-ħajt tal-kolliżjoni; id-diżallinjament laterali massimu permess bejn il-linja medjana vertikali tal-parti ta’ quddiem tal-vettura u l-linja medjana vertikali tal-ħajt tal-kolliżjoni huwa ta’ ± 30 cm.

1.4.   

Stat tal-vettura

1.4.1.   

Il-vettura li tkun qed tiġi ttestjata għandha tkun mgħammra bit-tagħmir u bil-komponenti kollha normalment inklużi fil-piż tas-servizz tagħha mingħajr tagħbija jew tkun f’tali kundizzjoni li tissodisfa dan ir-rekwiżit fir-rigward tal-komponenti u tat-tagħmir tal-kompartiment tal-passiġġieri u d-distribuzzjoni tal-piż tas-servizz tal-vettura kollha.

1.4.2.   

Jekk il-vettura tkun misjuqa minn mezzi esterni, l-installazzjoni tal-fjuwil għandha tkun mimlija sa mill-inqas 90 % tal-kapaċità tagħha bil-fjuwil jew b’likwidu li ma jaqbadx, li jkollu densità u viskożità simili għal dawk tal-fjuwil li normalment jintuża. Is-sistemi l-oħra kollha (il-kontenituri tal-fluwidu tal-brejkijiet, ir-radjatur, eċċ.) għandhom ikunu vojta.

1.4.3.   

Jekk il-vettura tkun qed tinstaq mill-magna tagħha stess, it-tank tal-fjuwil għandu jkun tal-inqas 90 % mimli. It-tankijiet l-oħra kollha li jżommu xi likwidu għandhom jimtlew sa fuq nett.

1.4.4.   

Fuq talba tal-manifattur, is-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet jista’ jippermetti li għat-testijiet preskritti minn dan ir-Regolament tintuża wkoll l-istess vettura użata għat-testijiet preskritti minn Regolamenti oħra (inklużi testijiet li jistgħu jaffettwaw l-istruttura tagħha).

1.5.   

Veloċità mal-impatt

Il-veloċità mal-impatt għandha tkun ta’ 50 + 0/-2 km/h. Madankollu, jekk it-test ikun twettaq b’veloċità tal-impatt ogħla u l-vettura tkun issodisfat il-kundizzjonijiet preskritti, it-test jitqies bħala sodisfaċenti.

1.6.   

Strumenti tal-kejl

L-istrument użat biex tiġi rreġistrata l-veloċità msemmija fil-paragrafu 1.5. ta’ hawn fuq għandu jkollu marġini ta’ preċiżjoni ta’ wieħed fil-mija.


ANNESS 10

Proċedura tat-test tal-impatt minn wara

1.   Installazzjonijiet, proċeduri u strumenti tal-kejl

1.1.

Post fejn isir it-test

Iż-żona fejn isir it-test għandha tkun kbira biżżejjed biex takkomoda s-sistema ta’ propulsjoni tal-impattur u biex tippermetti l-ispostament tal-vettura milquta wara l-impatt kif ukoll l-installazzjoni tat-tagħmir tat-test. Il-parti fejn iseħħu l-impatt u l-ispostament tal-vettura għandha tkun orizzontali. (Il-gradjent għandu jkun ta’ inqas minn 3 fil-mija mkejjel fuq kull tul ta’ metru.)

1.2.

Impattur

1.2.1.

L-impattur għandu jkun tal-azzar u jkollu struttura riġida.

1.2.2.

Is-superfiċe tal-impatt għandu jkun ċatt, b’wisa’ ta’ mill-inqas 2 500 mm u b’għoli ta’ mill-inqas 800 mm. It-truf tiegħu għandhom ikunu ttundjati b’raġġ tal-kurvatura ta’ bejn 40 u 50 mm. Għandu jkun miksi b’saff tal-plywood oħxon 20 ± 1 mm.

1.2.3.

Fil-mument tal-impatt għandhom jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:

1.2.3.1.

Is-superfiċe tal-impatt għandu jkun vertikali u perpendikolari għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura milquta;

1.2.3.2.

Id-direzzjoni tal-moviment tal-impattur għandha tkun sostanzjalment orizzontali u parallela għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura milquta;

1.2.3.3.

Id-devjazzjoni laterali massima permessa bejn il-linja medjana vertikali tas-superfiċe tal-impattur u l-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura milquta għandha tkun ta’ 300 mm. Barra minn hekk, is-superfiċe tal-impatt għandu jestendi tul il-wisa’ kollha tal-vettura milquta;

1.2.3.4.

L-għoli tat-tarf tal-qiegħ tas-superfiċe tal-impatt mill-art għandu jkun ta’ 175 ± 25 mm.

1.3.

Propulsjoni tal-impattur

L-impattur jista’ jew ikun marbut ma’ karru (ostaklu li jiċċaqlaq) jew ikun parti minn pendlu.

1.4.

Dispożizzjonijiet speċjali applikabbli meta jintuża ostaklu li jiċċaqlaq

1.4.1.

Jekk l-impattur ikun marbut ma’ karru (ostaklu li jiċċaqlaq) permezz ta’ element tat-trażżin, dak l-element għandu jkun riġidu u ma għandux ikun jista’ jiġi sfigurat mill-impatt; fil-mument tal-impatt, il-karru għandu jkun jista’ jiċċaqlaq liberament mingħajr ma jkun għadu sottopost għall-azzjoni tal-apparat propulsur.

1.4.2.

Il-massa kkombinata tal-karru u tal-impattur għandha tkun ta’ 1 100 ± 20 kg.

1.5.

Dispożizzjonijiet speċjali applikabbli meta jintuża pendlu

1.5.1.

Id-distanza bejn iċ-ċentru tal-wiċċ tal-impatt u l-assi tar-rotazzjoni tal-pendlu ma għandhiex tkun inqas minn 5 m.

1.5.2.

L-impattur għandu jkun sospiż liberament permezz ta’ dirgħajn riġidi, li jkunu marbuta sew miegħu. Il-pendlu b’hekk kostitwit għandu jkun sostanzjalment inkapaċi li jiġi sfigurat mill-impatt.

1.5.3.

Fil-pendlu għandu jkun hemm apparat tal-waqfien inkorporat biex jiġi evitat impatt sekondarju mill-impattur fuq il-vettura tat-test.

1.5.4.

Fil-mument tal-impatt, il-veloċità taċ-ċentru tal-perkussjoni tal-pendlu għandha tkun bejn 30 u 32 km/h.

1.5.5.

Il-massa mnaqqsa “mr” fiċ-ċentru tal-perkussjoni tal-pendlu hija definita bħala funzjoni tal-massa totali “m”, tad-distanza “a” (1) bejn iċ-ċentru tal-perkussjoni u l-assi tar-rotazzjoni, u tad-distanza “l” bejn iċ-ċentru tal-gravità u l-assi tar-rotazzjoni, permezz tal-ekwazzjoni li ġejja:

Image 81

1.5.6.

Il-massa mnaqqsa “mr” għandha tkun ta’ 1 100 ± 20 kg.

1.6.

Dispożizzjonijiet ġenerali relatati mal-massa u mal-veloċità tal-impattur

Jekk it-test ikun twettaq b’veloċità tal-impatt ogħla minn dawk preskritti fil-paragrafu 1.5.4. ta’ hawn fuq u/jew b’massa akbar minn dawk preskritti fil-paragrafi 1.5.3. jew 1.5.6. ta’ hawn fuq, u l-vettura tkun issodisfat ir-rekwiżiti preskritti, it-test għandu jitqies bħala sodisfaċenti.

1.7.

Stat tal-vettura waqt it-test

Il-vettura li tkun qed tiġi ttestjata għandha tkun mgħammra bit-tagħmir u bil-komponenti kollha normalment inklużi fil-piż tas-servizz tagħha mingħajr tagħbija jew tkun f’tali kundizzjoni li tissodisfa dan ir-rekwiżit f’dak li għandu x’jaqsam mad-distribuzzjoni tal-piż tas-servizz tal-vettura kollha.

1.8.

Il-vettura kompluta bis-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba installata f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-installazzjoni għandha titqiegħed fuq wiċċ iebes, ċatt u livell, bill-ħendbrejk imniżżel u f’ger newtrali. Fl-istess test tal-impatt tista’ tiġi ttestjata aktar minn Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba waħda.

(1)  Id-distanza “a” hija daqs it-tul tal-pendlu sinkroniku inkwistjoni.


ANNESS 11

Skema tal-approvazzjoni tat-tip (Dijagramma sekwenzjali ISO 9002:2000)

Image 82
Noti:

Noti:

0.

Jew standard ekwivalenti għal dan bl-esklużjoni permissibbli tar-rekwiżiti relatati mal-kunċetti ta’ disinn u ta’ żvilupp; il-punt 7.3. tal-ISO 9002:2000 “Sodisfazzjon tal-klijent u titjib kontinwu”

1.

Dawn it-testijiet għandhom jitwettqu mis-Servizzi Tekniċi

2.

Żjara fl-istabbiliment tal-manifattur għal spezzjoni u għal teħid ta’ kampjuni aleatorji mill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip jew mis-Servizz Tekniku

(a)

Fil-każ tal-applikazzjoni tal-ISO 9002:2000: darbtejn fis-sena;

(b)

Fil-każ tal-applikazzjoni tal-ISO 9002:2000: darba (1) fis-sena.

3.

Testijiet f’konformità mal-Anness 13

(a)

Fil-każ tal-applikazzjoni tal-ISO 9002:2000:

(i)

Tal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip jew tas-Servizz Tekniku matul iż-żjara msemmija fin-nota 2a ta’ hawn fuq;

(ii)

Tal-manifattur bejn iż-żjarat imsemmija fin-nota 2b ta’ hawn fuq;

(b)

Fil-każ tal-applikazzjoni tal-ISO 9002:2000: meħud mill-manifattur, il-proċedura tiġi ċċekkjata waqt iż-żjara indikata fin-nota 2b ta’ hawn fuq.


ANNESS 12

Kontroll tal-konformità tal-produzzjoni

1.   Testijiet

Is-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba għandhom ikunu meħtieġa juru l-konformità mar-rekwiżiti li fuqhom huma bbażati t-testijiet li ġejjin:

1.1.

Verifika tal-livell limitu tal-illokkjar u d-durabbiltà tar-ritrattaturi li jillokkjaw f’emerġenza

Skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 7.2.4.3. ta’ dan ir-Regolament fid-direzzjoni l-inqas favorevoli stabbilita wara li jkunu ġew sottoposti għat-testijiet tad-durabbiltà kif spjegat fid-dettall fil-paragrafi 7.2.4.2., 7.2.4.4. u 7.2.4.5. ta’ dan ir-Regolament bħala rekwiżit tal-paragrafu 6.7.3.2.6. ta’ dan ir-Regolament.

1.2.

Verifika tad-durabbiltà tar-ritrattaturi li jillokkjaw awtomatikament

Skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 7.2.4.2. ta’ dan ir-Regolament supplementati mit-testijiet fil-paragrafi 7.2.4.4. u 7.2.4.5. ta’ dan ir-Regolament bħala rekwiżit tal-paragrafu 6.7.3.1.3. ta’ dan ir-Regolament.

1.3.

Test għar-reżistenza taċ-ċineg wara l-kundizzjonament

Skont il-proċedura deskritta fil-paragrafu 6.7.4.2. ta’ dan ir-Regolament wara l-kundizzjonament skont ir-rekwiżiti tal-paragrafi 7.2.5.2.1. sa 7.2.5.2.5. ta’ dan ir-Regolament.

1.3.1.

Test għar-reżistenza taċ-ċineg wara l-brix

Skont il-proċedura deskritta fil-paragrafu 6.7.4.2. ta’ dan ir-Regolament wara l-kundizzjonament skont ir-rekwiżiti deskritti fil-paragrafu 7.2.5.2.6. ta’ dan ir-Regolament.

1.4.

Test tal-mikroslip

Skont il-proċedura deskritta fil-paragrafu 7.2.3. ta’ dan ir-Regolament.

1.5.

Assorbiment tal-enerġija

Skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 6.6.2. ta’ dan ir-Regolament.

1.6.

Verifika tar-rekwiżiti dwar il-prestazzjoni tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba meta din tiġi soġġetta għat-test dinamiku xieraq:

Skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 7.1.3. ta’ dan ir-Regolament bi kwalunkwe bokkla prekundizzjonata skont ir-rekwiżiti tal-paragrafu 6.7.1.6. ta’ dan ir-Regolament b’tali mod li jkunu ssodisfati r-rekwiżiti rispettivi tal-paragrafu 6.6.4. ta’ dan ir-Regolament (għall-prestazzjoni ġenerali tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba) u tal-paragrafu 6.7.1.7.1. ta’ dan ir-Regolament (għall-prestazzjoni ta’ kwalunkwe bokkla taħt tagħbija).

1.7.

Test tat-temperatura

Skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 6.6.5. ta’ dan ir-Regolament.

2.   Frekwenza tat-testijiet u riżultati

2.1.

L-ittestjar f’konformità mar-rekwiżiti tal-paragrafi minn 1.1 sa 1.5 u 1.7. ta’ hawn fuq għandu jsir bi frekwenza aleatorja u statistikament ikkontrollata skont waħda mill-proċeduri regolari tal-assigurazzjoni tal-kwalità, u għandu jitwettaq mill-inqas darba fis-sena.

2.2.

Kundizzjonijiet minimi għall-kontroll tal-konformità tas-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tal-kategoriji “Universali”, fir-rigward tat-testijiet dinamiċi skont il-paragrafu 1.6. ta’ hawn fuq.

2.2.1.

Kontroll tal-lott għas-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba

2.2.1.1.

Id-detentur ta’ approvazzjoni għandu jqassam is-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba f’lottijiet kemm jista’ jkun uniformi fir-rigward tal-materja prima jew tal-prodotti intermedji involuti fil-manifattura tagħhom (kulur tal-qoxra differenti, manifattura differenti taċ-ċinga integrali) kif ukoll fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-produzzjoni. L-għadd f’lott wieħed ma għandux ikun ta’ aktar minn 5 000 unità.

Bi ftehim mal-awtoritajiet rilevanti, it-testijiet jistgħu jsiru mis-Servizz Tekniku jew taħt ir-responsabilità tad-detentur ta’ approvazzjoni.

2.2.1.2.

Minn kull lott għandu jittieħed kampjun f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2.2.1.4. ta’ hawn taħt. Il-kampjun jista’ jittieħed qabel ma l-lott ikun komplut diment li jkun fih tal-anqas 20 fil-mija tal-kwantità tal-lott.

2.2.1.3.

Il-karatteristiċi tas-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba u l-għadd ta’ testijiet dinamiċi li għandhom jitwettqu huma mogħtija fil-paragrafu 2.2.1.4. ta’ hawn taħt

2.2.1.4.

Sabiex jiġi aċċettat, lott ta’ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin.

Tabella 1

Għadd fil-lott

Għadd ta’ kampjuni/karatteristiċi tas-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba

Għadd ikkombinat ta’ kampjuni

Kriterji ta’ aċċettazzjoni

Kriterji ta’ ċaħda

Grad ta’ rigorożità tal-kontroll

N<500

L-1el = 1MH

It-2ni = 1MH

1

2

0

1

-

2

Normali

500<N<5 000

L-1el = 1MH+1LH

It-2ni = 1MH+1LH

2

4

0

1

2

2

Normali

N<500

L-1el = 2MH

It-2ni = 2MH

2

4

0

1

2

2

Aktar sever

500<N<5 000

L-1el = 2MH+2LH

It-2ni = 2MH+2LH

4

8

0

1

2

2

Aktar sever

Noti:

MH tfisser kundizzjoni aktar diffiċli (l-agħar riżultati miksuba fl-approvazzjoni jew fl-estensjoni tal-approvazzjoni) LH tfisser kundizzjoni inqas diffiċli. LH tfisser konfigurazzjoni inqas diffiċli.

Dan il-pjan ta’ kampjunar doppju jiffunzjona kif ġej:

 

Għal kontroll normali, jekk l-ewwel kampjun ma jkunx fih unitajiet difettużi l-lott jiġi aċċettat mingħajr ma jsir test fuq it-tieni kampjun. Jekk dan ikollu żewġ unitajiet difettużi, il-lott jiġi rifjutat. Fl-aħħar nett, jekk ikollu unità difettuża waħda, jittieħed it-tieni kampjun u għandu jkun in-numru kumulattiv li jissodisfa l-kundizzjoni tal-kolonna 5 tat-tabella ta’ hawn fuq.

 

Jekk minn 5 lottijiet konsekuttivi, tnejn jiġu miċħuda, il-kontroll, minn normali jinbidel għal kontroll aktar sever. Il-kontroll jerġa’ lura għal dak normali meta jiġu aċċettati 5 lottijiet konsekuttivi.

 

Jekk xi lott jiġi miċħud, il-produzzjoni titqies bħala nonkonformi u l-lott ma għandux jiġi rilaxxat.

 

Jekk żewġ lottijiet konsekuttivi sottoposti għall-kontroll aktar sever jiġu miċħuda, jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 13. ta’ dan ir-Regolament.

2.2.1.5.

Il-kontroll tal-konformità tas-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba jsir l-ewwel fuq l-grupp li jkun ġie manifatturat wara l-ewwel lott sottopost għall-kwalifikazzjoni tal-produzzjoni.

2.2.1.6.

Ir-riżultati tat-test deskritti fil-paragrafu 2.2.1.4. ta’ hawn fuq ma għandhomx jaqbżu l-valur ta’ L, fejn L huwa l-valur limitu preskritt għal kull test tal-approvazzjoni.

2.2.2.

Kontroll kontinwu

2.2.2.1.

Id-detentur ta’ approvazzjoni huwa obbligat iwettaq kontroll kontinwu tal-kwalità tal-proċess tal-manifattura tiegħu fuq bażi statistika u permezz tat-teħid ta’ kampjuni. Bi ftehim mal-awtoritajiet rilevanti, it-testijiet jistgħu jitwettqu mis-Servizz Tekniku jew taħt ir-responsabilità tad-detentur ta’ approvazzjoni li jkun responsabbli għat-traċċabilità tal-prodott.

2.2.2.2.

Il-kampjuni għandhom jittieħdu f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2.2.2.4. ta’ hawn taħt.

2.2.2.3.

Il-karatteristika tas-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tintgħażel b’mod aleatorju u t-testijiet li għandhom jitwettqu huma deskritti fil-paragrafu 2.2.2.4. ta’ hawn taħt.

2.2.2.4.

Il-kontroll għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

Tabella 2

Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba meħuda

Grad ta’ rigorożità tal-kontroll

0,02 fil-mija tfisser Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba waħda meħuda minn kull 5 000 sistema manifatturati

Normali

0,05 fil-mija tfisser Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba waħda meħuda minn kull 2 000 sistema manifatturati

Aktar sever

Dan il-pjan ta’ kampjunar doppju jiffunzjona kif ġej:

 

Jekk is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba titqies li hija konformi, il-produzzjoni tkun konformi.

 

Jekk is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba ma tissodisfax ir-rekwiżiti, għandha tittieħed it-tieni Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba.

 

Jekk it-tieni Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tissodisfa r-rekwiżiti, il-produzzjoni tkun konformi.

 

Jekk iż-żewġ Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba (l-ewwel u t-tieni) ma jissodisfawx ir-rekwiżiti, il-produzzjoni ma tkunx konformi u s-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li x’aktarx jippreżentaw l-istess nuqqas għandhom jiġu rtirati, u għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex terġa’ tiġi stabbilita l-konformità tal-produzzjoni.

 

Jekk wara l-manifattura konsekuttiva ta’ 10 000 Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba l-produzzjoni jkollha tiġi rtirata darbtejn, il-kontroll normali jiġi sostitwit b’kontroll aktar sever.

 

Il-kontroll jerġa’ jinqaleb għal wieħed normali wara l-manifattura konsekuttiva ta’ 10 000 Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba meqjusa bħala konformi.

 

Jekk il-produzzjoni sottoposta għall-kontroll aktar sever tkun ġiet irtirata f’żewġ okkażjonijiet konsekuttivi, jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 13. ta’ dan ir-Regolament.

2.2.2.5.

Il-kontroll kontinwu fuq is-sistemi tat-trażżin għat-tfal jibda wara l-kwalifikazzjoni tal-produzzjoni.

2.2.2.6.

Ir-riżultati tat-test deskritti fil-paragrafu 2.2.2.4. ta’ hawn fuq ma għandhomx jaqbżu l-valur ta’ L, fejn L huwa l-valur limitu preskritt għal kull test tal-approvazzjoni.

2.3.

Għal ECRS għal Vetturi speċifiċi f’konformità mal-paragrafu 2.1.2.4.1. ta’ hawn fuq, il-manifattur tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba jista’ jagħżel il-proċeduri tal-Konformità tal-Produzzjoni skont il-paragrafu 2.2. ta’ hawn fuq, fuq bank tat-test, jew inkella skont il-paragrafi 2.3.1. u 2.3.2. ta’ hawn taħt, f’karozzerija ta’ vettura.

2.3.1.

Għal ECRS għal Vetturi speċifiċi, il-frekwenza tat-testijiet għandha tkun ta’ darba kull tmien ġimgħat:

F’kull test għandhom jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kollha skont il-paragrafi 6.6.4. u 6.7.1.7.1. ta’ dan ir-Regolament. Jekk it-testijiet kollha f’sena waħda jagħtu riżultati sodisfaċenti, il-manifattur, wara ftehim mal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip, jista’ jnaqqas il-frekwenzi kif ġej: darba kull 16-il ġimgħa.

Madankollu, meta l-produzzjoni annwali tkun ta’ 1 000 Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba jew inqas, għandha tiġi permessa frekwenza minima ta’ test fis-sena.

2.3.2.

Meta kampjun tat-test ma jgħaddix minn test partikolari li għalih ikun ġie sottopost, għandu jsir test ieħor għall-istess rekwiżit fuq mill-inqas tliet kampjuni oħra. Jekk it-test dinamiku ta’ xi wieħed minn dawn tal-aħħar ikun negattiv, il-produzzjoni titqies nonkonformi u l-frekwenza għandha tiżdied għall-ogħla waħda jekk tkun intużat dik aktar baxxa skont il-paragrafu 2.3. ta’ hawn fuq u għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex terġa tiġi stabbilita l-konformità tal-produzzjoni.

2.4.

Meta jinstab li l-produzzjoni mhijiex konformi abbażi tal-paragrafi 2.2.1.4., 2.2.2.4. jew 2.3.2. ta’ hawn fuq, id-detentur tal-approvazzjoni jew ir-rappreżentant akkreditat tiegħu għandu:

2.4.1.

Jinnotifika lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip, fejn jindika x’passi ttieħdu biex terġa’ tiġi stabbilita l-konformità tal-produzzjoni.

2.5.

Il-manifattur għandu jinforma lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip fuq bażi trimestrali, dwar il-volum tal-prodotti manifatturati għal kull numru tal-approvazzjoni, billi jipprovdi mezz ta’ kif jiġu identifikati liema prodotti jikkorrispondu ma’ dak in-numru tal-approvazzjoni.

ANNESS 13

Test tal-materjal li jassorbi l-enerġija

1.   Mudell tar-ras

1.1.

Il-mudell tar-ras għandu jkun magħmul minn emisfera solida tal-injam b’segment sferiku iżgħar miżjud kif muri fl-Illustrazzjoni A ta’ hawn taħt. Dan għandu jkun mibni b’tali mod li jkun jista’ jitwaqqa’ liberament tul l-assi mmarkat u għandu jkollu post fejn jintrama aċċellerometru sabiex titkejjel l-aċċellerazzjoni fid-direzzjoni tal-waqgħa.

1.2.

Il-massa totali tal-mudell tar-ras, inkluż l-aċċellerometru, għandha tkun ta’ 2,75 ± 0,05 kg.

Image 83
Illustrazzjoni A Mudell tar-ras

Dimensjonijiet f’mm

2.   Strumentazzjoni

L-aċċellerazzjoni għandha tiġi rreġistrata waqt it-test, bl-użu ta’ tagħmir f’konformità mal-klassi tal-frekwenza tal-kanal 1 000 kif speċifikat fl-aħħar verżjoni tal-istandard ISO 6487.

3.   Proċedura

3.1.

It-trażżin għat-tfal għandu jitqiegħed fiż-żona tal-impatt fuq superfiċe riġidu u ċatt, b’dimensjonijiet minimi ta’ 500 × 500 mm, b’tali mod li d-direzzjoni tal-impatt tkun perpendikolari għas-superfiċe intern tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba fiż-żona tal-impatt.

3.2.

Għolli l-mudell tar-ras f’għoli ta’ 100 -0/+5 mm imkejjel bejn is-superfiċi superjuri tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba armata u l-aktar punt baxx fuq il-mudell tar-ras, u ħallih jaqa’. Irreġistra l-aċċellerazzjoni esperjenzata mill-mudell tar-ras waqt l-impatt.

ANNESS 14

Metodu għad-definizzjoni tal-erja tal-impatt tar-ras ta’ apparati b’post fejn jisserraħ id-dahar jew bi lqugħ għall-protezzjoni kontra impatti u għal apparati li jħarsu lura għad-definizzjoni tad-daqs minimu tal-ġwienaħ tal-ġenb

1.   Erja tal-impatt tar-ras

1.1.

Definizzjoni tal-erja tal-impatt ta’ tagħmir b’post fejn isserraħ id-dahar

Poġġi l-apparat fuq il-bank tat-test deskritt fl-Anness 6. L-apparati b’dahar li jista’ jitla u jinżel għandhom jiġu ssettjati bis-sit fil-pożizzjoni l-aktar wieqfa. Poġġi l-iżgħar manikin fl-apparat f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-manifattur. Immarka punt “A” fuq id-dahar, fuq l-istess livell orizzontali bħall-ispalla tal-iżgħar manikin f’distanza ta’ 2 cm ’il ġewwa mit-tarf estern tad-driegħ. Is-superfiċi interni kollha ’l fuq mill-pjan orizzontali li jgħaddu mill-punt A, għandhom jiġu ttestjati f’konformità mal-Anness 13. Din l-erja għandha tinkludi l-post fejn jisserraħ id-dahar u l-ġwienaħ tal-ġnub, inklużi t-truf ta’ fuq ġewwa (iż-żona tar-raġġ) tal-ġwienaħ tal-ġnub. Fil-każ ta’ kerrikots fejn, minħabba l-karatteristiċi tal-apparat u l-istruzzjonijiet tal-manifattur, ma jkunx possibbli li l-manikin jiġi installat b’mod simetriku, l-erja konformi mal-Anness 13 għandha tkun is-superfiċi interni kollha ’l fuq mill-punt “A”, kif definit qabel, fid-direzzjoni tar-ras, meta mkejla b’dan il-manikin fil-kerrikot fl-agħar pożizzjoni tiegħu skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur u bil-kerrikot imqiegħed fuq il-bank tat-test.

Jekk l-installazzjoni simetrika tal-manikin fil-kerrikot tkun possibbli, l-erja interna kollha għandha tkun konformi mal-Anness 13.

Għal apparat li jħares lura għandu jkun hemm ġwienaħ tal-ġnub b’fond minimu ta’ 90 mm imkejjel mill-medjan tas-superfiċe tal-post fejn jisserraħ id-dahar. Dawn il-ġwienaħ tal-ġnub għandhom jibdew mill-pjan orizzontali li jgħaddi mill-punt “A” u jkomplu sal-parti ta’ fuq nett tad-dahar tas-sit tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba. Minn punt li jinsab 90 mm ’l isfel mill-ogħla parti tad-dahar tas-sit, il-fond tal-ġwienaħ tal-ġnub jista’ jitnaqqas gradwalment.

1.2.

Definizzjoni tal-erja tal-impatt tar-ras tal-ilqugħ mill-impatt

L-erja tal-impatt tar-ras tal-ilqugħ mill-impatt hija s-superfiċe superjuri kollu tal-ilqugħ mill-impatt, li jinkludi kwalunkwe superfiċe viżibbli jekk wieħed kellu jħares lejn l-ilqugħ minn fuq.


ANNESS 15

Deskrizzjoni tal-kundizzjonament għall-aġġustaturi mqabbda ma’ ċinga

Image 84
Illustrazzjoni 1

1.   

Metodu

1.1.   

Qabbad l-aġġustatur sew

1.2.   

Biċ-ċinga ppożizzjonata fil-pożizzjoni ta’ referenza deskritta fil-paragrafu 7.2.6., iġbed tal-inqas 50 mm ta’ ċinga minn ġol-aġġustatur billi tiġbed it-tarf liberu taċ-ċinga.

1.3.   

Qabbad il-parti taċ-ċinga rregolata bl-aġġustatur mal-apparat tal-ġbid A.

1.4.   

Attiva l-aġġustatur (C) u iġbed tal-inqas 150 mm ta’ ċinga minn ġol-aġġustatur. Dan jirrappreżenta nofs ċiklu wieħed u jpoġġi l-apparat tal-ġbid A fil-pożizzjoni ta’ estrazzjoni massima taċ-ċinga.

1.5.   

Qabbad it-tarf liberu taċ-ċinga mal-apparat tal-ġbid B.

2.   

Iċ-ċiklu huwa:

2.1.   

Iġbed B tal-inqas 150 mm filwaqt li A ma teżerċita l-ebda tensjoni fuq iċ-ċinga.

2.2.   

Attiva l-aġġustatur (C) u iġbed A filwaqt li B ma jeżerċita ebda tensjoni fuq il-parti libera taċ-ċinga.

2.3.   

Fit-tmiem taċ-ċiklu, iddiżattiva l-aġġustatur.

2.4.   

Irrepeti ċ-ċiklu kif speċifikat fil-paragrafu 6.7.2.7. ta’ dan ir-Regolament.


ANNESS 16

Apparat tipiku użat għat-test tar-reżistenza tal-bokkla

Image 85


ANNESS 17

Determinazzjoni tal-kriterji tal-prestazzjoni

1.   

Kriterju tal-Prestazzjoni tar-Ras (HPC)

1.1.   

Dan il-kriterju jitqies bħala ssodisfat meta, matul it-test, ir-ras ma tiġix f’kuntatt ma’ xi komponent tal-vettura.

1.2.   

Jekk dan ma jkunx il-każ, isir kalkolu tal-valur tal-HPC, abbażi tal-aċċellerazzjoni (a), (1) permezz tal-espressjoni li ġejja:

Image 86

Fejn:

1.2.1.   

It-terminu “a” huwa l-aċċellerazzjoni riżultanti li titkejjel f’unitajiet ta’ gravità, g (1 g = 9,81 m/s2);

1.2.2.   

Jekk il-fażi inizjali tal-kuntatt tar-ras tkun tista’ tiġi determinata b’mod sodisfaċenti, t1 u t 2 huma ż-żewġ istanti tal-ħin, espressi f’sekondi, li jiddefinixxu intervall bejn il-bidu tal-kuntatt tar-ras u t-tmiem tar-reġistrazzjoni li għaliha l-valur tal-HPC huwa l-massimu;

1.2.3.   

Jekk il-fażi inizjali tal-kuntatt tar-ras ma tkunx tista’ tiġi determinata, t1 u t2 huma ż-żewġ istanti tal-ħin, espressi f’sekondi, li jiddefinixxu intervall ta’ ħin bejn il-bidu u t-tmiem tar-reġistrazzjoni li għalih il-valur tal-HPC huwa l-massimu;

1.2.4.   

Il-valuri tal-HPC li għalihom l-intervall tal-ħin (t1 - t2) huwa aktar minn 15 ms jiġu injorati għall-finijiet tal-kalkolu tal-valur massimu.

1.3.   

Il-valur tal-aċċellerazzjoni riżultanti tar-ras matul impatt frontali li jinqabeż għal 3 ms b’mod kumulattiv jiġi kkalkulat mill-aċċellerazzjoni riżultanti tar-ras.


(1)  L-aċċellerazzjoni (a) li tirreferi għaċ-ċentru tal-gravità tiġi kkalkulata mill-komponenti triassjali tal-aċċellerazzjoni mkejla b’CFC ta’ 1 000.


ANNESS 18

Dimensjonijiet ġeometriċi tas-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba

Image 87
Illustrazzjoni 1

Tabella 1

Applikabbli għall-ECRS kollha

 

Dimensjonijiet interni addizzjonali għal ECRS b’sistemi ta’ lqugħ mill-impatt

 

Min

Min

Min

Min

Mass

Min

Mass

Min

Mass

Statura cm

Għoli f’pożizzjoni bilqiegħda cm

Wisa’ tal-ispalla cm

Wisa’ tal-ġenbejn cm

Għoli tal-ispalla cm

Għoli tal-ispalla cm

Fond tal-addome cm

Fond tal-addome cm

Ħxuna tal-parti ta’ fuq tar-riġel cm

Ħxuna tal-parti ta’ fuq tar-riġel cm

A

B

C

D

E1

E2

F1

F2

G1

G2

 

95%il

95%il

95%il

5%il

95%il

5%il

95%il

5%il

95%il

≤40

 

 

 

< 27,4

 

 

Mhux permess għal dawn id-dimensjonijiet u għal staturi taħt is-76  cm

45

39,0

12,1

14,2

27,4

29,0

50

40,5

14,1

14,8

27,6

29,2

55

42,0

16,1

15,4

27,8

29,4

60

43,5

18,1

16,0

28,0

29,6

65

45,0

20,1

17,2

28,2

29,8

70

47,1

22,1

18,4

28,3

30,0

75

49,2

24,1

19,6

28,4

31,3

12,5

15,1

5,7

8,4

80

51,3

26,1

20,8

29,2

32,6

12,7

15,7

5,8

8,4

85

53,4

26,9

22,0

30,0

33,9

12,9

16,2

5,9

8,5

90

55,5

27,7

22,5

30,8

35,2

13,1

16,8

6,2

8,5

95

57,6

28,5

23,0

31,6

36,5

13,3

17,8

6,5

8,9

100

59,7

29,3

23,5

32,4

37,8

13,5

18,2

6,5

9,6

105

61,8

30,1

24,9

33,2

39,1

13,6

18,8

6,6

10,3

110

63,9

30,9

26,3

34,0

40,4

13,9

19,6

6,6

10,3

115

66,0

32,1

27,7

35,5

41,7

13,9

19,9

6,6

10,4

Applikabbli għall-ECRS kollha

 

Dimensjonijiet interni addizzjonali għal ECRS b’sistemi ta’ lqugħ mill-impatt

 

Min

Min

Min

Min

Mass

 

Min

Mass

Min

Mass

Statura cm

Għoli f’pożizzjoni bilqiegħda cm

Wisa’ tal-ispalla cm

Wisa’ tal-ġenbejn cm

Għoli tal-ispalla cm

Għoli tal-ispalla cm

 

Fond tal-addome cm

Fond tal-addome cm

Ħxuna tal-parti ta’ fuq tar-riġel cm

Ħxuna tal-parti ta’ fuq tar-riġel cm

A

B

C

D

E1

E2

 

F1

F2

G1

G2

 

95 %il

95 %il

95 %il

5 %il

95 %il

 

5 %il

95 %il

5 %il

95 %il

120

68,1

33,3

29,1

37,0

43,0

 

14,3

20,2

6,8

10,5

125

70,2

33,3

29,1

38,5

44,3

14,7

20,7

7,5

10,9

130

72,3

33,3

29,1

40,0

46,1

Mhux permess għal dawn id-dimensjonijiet u għal staturi ta’ aktar minn 125  cm

135

74,4

33,3

29,1

41,5

47,9

140

76,5

34,2

29,6

43,0

49,7

145

78,6

35,3

30,8

44,5

51,5

150

81,1

36,4

32,0

46,3

53,3

Id-dimensjonijiet laterali kollha jitkejlu taħt forza ta’ kuntatt ta’ 50 N bl-apparati deskritti fl-Illustrazzjoni 2 u fl-Illustrazzjoni 3 ta’ dan l-anness u jiġu applikati t-tolleranzi li ġejjin:

 

Għoli Minimu f’Pożizzjoni Bilqiegħda:

(a)

Sa 87 cm B - 5 fil-mija;

(b)

Statura minn 87 cm u sa 150 cm B - 10 fil-mija.

 

Għoli minimu tal-ispalla (5 perċentil): E1 -2 +0 cm

 

Għoli massimu tal-ispalla (95 perċentil): E2 -0 +2 cm

Il-massa tal-apparati deskritti fl-Illustrazzjoni 2 u fl-Illustrazzjoni 3 ta’ dan l-anness għandha tkun

10 kg +/- 1 kg

Image 88
Illustrazzjoni 2 Apparat tal-Kejl tal-ECRS — Dehra tal-apparat tal-kejl mill-Ġenb u minn Quddiem

Id-dimensjonijiet kollha huma f’mm

Image 89
Illustrazzjoni 3 Dehra tal-apparat tal-kejl mill-Ġenb u minn Quddiem għal kejl applikabbli għal Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li fihom lqugħ mill-impatt

Image 90

Id-dimensjonijiet kollha huma f’mm

Metodu ta’ valutazzjoni tal-ġeometrija interna

Dan il-metodu jiddeskrivi l-mod kif għandha ssir il-valutazzjoni tal-ġeometrija interna, kif meħtieġ mill-paragrafu 6.3.2.1., biex tiġi vverifikata l-medda tal-istaturi tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba ddikjarata mill-manifattur.

Din il-valutazzjoni għandha ssir għal kull wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

Għal kull orjentazzjoni tal-ECRS (eż. li tħares lura u li tħares ’il quddiem);

(b)

Għal kull tip ta’ ECRS (eż. integrali u mhux integrali);

(c)

Għal kull inserzjoni li tista’ titneħħa (eż. għall-użu kif deskritt mill-istruzzjonijiet tal-manifattur);

(d)

Għal kull metodu ta’ trażżin tal-okkupant (eż. rbit u lqugħ).

Jenħtieġ li l-valutazzjoni tal-ġeometrija interna titwettaq bl-ECRS imqiegħda fuq superfiċe ċatt jew imqabbda ma’ bażi fil-każ ta’ moduli tal-ECRS.

Għal ECRS integrali jew mhux integrali għandu jintuża l-apparat muri fl-Illustrazzjoni 2 tal-Anness 18.

Għal ECRS bi lqugħ mill-impatt għandu jintuża l-apparat muri fl-Illustrazzjoni 3 tal-Anness 18.

Il-massa tal-apparati deskritti fl-Illustrazzjoni 2 u fl-Illustrazzjoni 3 għandha tkun ta’ 10 kg +/- 1 kg.

1.   

Determinazzjoni tad-Daqs Minimu tal-Okkupant

Jenħtieġ li l-ECRS tiġi aġġustata biex takkomoda l-iżgħar okkupant (jiġifieri l-għoli tal-headrest, aġġustament tal-għoli taċ-ċinga integrali, inserzjoni preċiża, padding intern, il-pożizzjoni tal-ilqugħ tal-impatt), filwaqt li tibqa’ fi ħdan il-parametri meħtieġa tal-envelopp volumetriku tal-ISO kif definit fil-paragrafu 6.3.2.2.

Imbagħad l-apparat tal-kejl għandu jitqiegħed fl-ECRS. L-apparat għandu jiġi allinjat ċentralment mal-ECRS.

Il-kejl kollu għandu jittieħed bil-bażi tal-apparat f’kuntatt mal-magħqad is-sit tal-ECRS u bid-dahar tal-apparat f’kuntatt mad-dahar tal-ECRS. Id-dimensjonijiet laterali kollha għandhom jitkejlu taħt forza ta’ kuntatt ta’ 50 N bl-apparati deskritti fl-Illustrazzjoni 2 u fl-Illustrazzjoni 3 ta’ dan l-anness.

Il-kejl għandu jittieħed fl-ordni li ġejja:

1.1.   

Għoli Minimu tal-Ispalla (E1)

1.1.1.   

Għal Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba integrali:

Dan il-kejl għandu jittieħed meta l-parti ta’ fuq taċ-ċilindri li jirrappreżentaw l-għoli tal-ispalla tal-apparat tkun allinjata mal-aktar slot fil-baxx taċ-ċinga integrali. Għal dan l-allinjament, il-parti ta’ fuq taċ-ċilindru tal-ispalla għandha tiġi allinjata b’mod perpendikolari għall-iżbokk taċ-ċinturin fid-dahar tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba.

Minn dan il-kejl tista’ titnaqqas tolleranza sabiex l-ispallejn tal-okkupant ikunu ta’ hawn taħt mill-islots taċ-ċinga tal-ispalla.

Jew:

(a)

Jekk il-manwal tal-istruzzjonijiet tas-Sistema tat-Trażżin għat-tfal Imtejba pprovdut mill-manifattur jikkwantifika d-distanza li l-ispalla tat-tfal tista’ tkun taħt l-islots taċ-ċinga, allura din id-distanza għandha titnaqqas mill-kejltal-għoli minimu tal-ispalla;

(b)

Jekk ma jkunx hemm distanza speċifikata, tista’ titnaqqas tolleranza ta’ 2 cm mill-kejl tal-għoli minimu tal-ispalla.

1.1.2.   

Għal ECRS mhux integrali

Dan il-kejl għandu jittieħed meta l-parti ta’ fuq taċ-ċilindri li jirrappreżentaw l-għoli tal-ispalla tal-apparat tkun allinjata mingħajr interferenza mal-aktar parti baxxa tal-headrest. Tista’ titnaqqas tolleranza ta’ 2 cm mill-kejl tal-għoli minimu tal-ispalla.

1.1.3.   

Għal ECRS bi lqugħ mill-impatt:

Dan il-kejl għandu jittieħed meta l-parti ta’ fuq taċ-ċilindri li jirrappreżentaw l-għoli tal-ispalla tal-apparat tkun allinjata mingħajr interferenza mal-aktar parti baxxa tal-headrest. Tista’ titnaqqas tolleranza ta’ 2 cm mill-kejl tal-għoli minimu tal-ispalla.

1.2.   

Ħxuna Minima tal-Parti ta’ Fuq tar-Riġel (G1)

Dan ir-rekwiżit japplika biss għal Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba bi lqugħ mill-impatt.

Filwaqt li tinżamm il-pożizzjoni tal-għoli minimu tal-ispalla (E1), il-kejl minimu tar-riġel għandu jitkejjel meta l-apparat jiġi aġġustat sabiex il-koxox simulati jkunu f’kuntatt mal-parti t’isfel tal-ilqugħ mill-impatt.

1.3.   

Fond Minimu tal-addome (F1)

Dan ir-rekwiżit japplika biss għal Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba bi lqugħ mill-impatt

Dan il-kejl għandu jittieħed filwaqt li tinżamm il-pożizzjoni tal-kejl tal-ħxuna minima tar-riġel (G1) u l-pożizzjoni tal-għoli minimu tal-ispalla (E1).

Il-qiegħ tal-addome simulat tal-apparat għandu jiġi allinjat mal-parti ta’ fuq tal-koxox simulati.

Il-fond tal-addome għandu jiġi mkejjel meta l-addome simulat jiġi f’kuntatt mal-ilqugħ.

2.   

Determinazzjoni tad-Daqs Massimu tal-Okkupant

Is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba Integrali għandha tiġi aġġustata biex takkomoda l-akbar okkupant (jiġifieri l-għoli tal-headrest, aġġustament tal-għoli taċ-ċinga integrali, il-pożizzjoni tal-ilqugħ tal-impatt), filwaqt li tibqa’ fi ħdan il-parametri meħtieġa tal-envelopp volumetriku tal-ISO kif definit fil-paragrafu 6.3.2.2.1.

Is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba mhux integrali għandha tiġi aġġustata biex takkomoda tfal bi statura ta’ 135 cm jew fl-akbar daqs tal-medda tal-istaturi ddikjarata tagħha jekk il-limitu massimu jkun inqas minn 135 cm (jiġifieri l-headrest), filwaqt li tibqa’ fi ħdan il-parametri meħtieġa tal-envelopp volumetriku tal-ISO kif definit fil-paragrafu 6.3.2.2.2.

Imbagħad, l-apparat tal-kejl għandu jitqiegħed fis-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba. L-apparat għandu jiġi allinjat ċentralment mal-ECRS.

Il-kejl kollu għandu jittieħed bil-bażi tal-apparat f’kuntatt mal-magħqad is-sit tal-ECRS u bid-dahar tal-apparat f’kuntatt mad-dahar tal-ECRS. Id-dimensjonijiet laterali kollha għandhom jitkejlu taħt forza ta’ kuntatt ta’ 50 N bl-apparati deskritti fl-Illustrazzjoni 2 u l-Illustrazzjoni 3 ta’ dan l-anness

Il-kejl għandu mbagħad jittieħed fl-ordni li ġejja:

2.1.   

Għoli f’Pożizzjoni Bilqiegħda (B)

Dan il-kejl għandu jittieħed sal-ogħla parti tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li hija l-headrest effettiv (kuxxinett għar-ras jew id-dahar).

Ma dan il-kejl tiżdied tolleranza sabiex parti mir-ras tkun tista’ tisporġi ’l barra mis-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba:

(a)

+5 fil-mija għal meded tal-istaturi taħt 87 cm;

(b)

+10 fil-mija għal meded tal-istaturi ta’ aktar minn 87 cm.

2.2.   

Wisa’ tal-Ġenbejn (D)

Il-kejl tal-wisa’ tal-ġenbejn għandu jittieħed filwaqt li jinżamm il-kejl tal-għoli tal-pożizzjoni bilqiegħda (B).

Il-kejl tal-wisa’ tal-ġenbejn għandu jittieħed waqt li tiġi applikata forza ta’ kuntatt ta’ 50 N fuq is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba.

Jekk il-forza ta’ 50 N ma tkunx tista’ tinkiseb, minħabba li s-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tillimita l-ispazju fil-parti tal-koxox simulati, allura jenħtieġ li l-kejl jittieħed fil-punt li fih il-koxox simulati jiġu f’kuntatt mas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba. L-apparat tal-kejl ma għandux jikkawża deformazzjoni laterali tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba.

2.3.   

Għoli Massimu tal-Ispalla (E2)

Il-kejl tal-għoli massimu tal-ispalla għandu jittieħed filwaqt li jinżamm il-kejl tal-għoli tal-pożizzjoni bilqiegħda (B) u tal-wisa’ tal-ġenbejn (D).

2.3.1.   

Għal Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba integrali

Dan il-kejl għandu jittieħed meta l-parti ta’ fuq taċ-ċilindri li jirrappreżentaw l-għoli tal-ispalla tal-apparat tkun allinjata mal-ogħla slot taċ-ċinga integrali filwaqt li tibqa’ fi ħdan il-parametri meħtieġa tal-envelopp volumetriku tal-ISO. Għal dan l-allinjament, il-parti ta’ fuq taċ-ċilindru tal-ispalla għandha tiġi allinjata b’mod perpendikolari għall-iżbokk taċ-ċinturin fid-dahar tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba.

Ma’ dan il-kejl tista’ tiżdied tolleranza sabiex l-ispallejn tal-okkupant ikunu aktar ’il fuq mill-islots taċ-ċinga tal-ispalla. Madankollu, jekk ikun hemm restrizzjoni fiżika kkawżata mid-disinn tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba (eż. il-headrest) li minħabba fiha tfal bi spallejn ogħla ma jiffittjawx, jenħtieġ li din it-tolleranza ma tiżdiedx.

Jekk ma jkun hemm l-ebda interferenza possibbli allura jistgħu jiżdiedu t-tolleranzi li ġejjin:

(a)

Jekk il-manwal tal-istruzzjonijiet tas-Sistema tat-Trażżin għat-tfal Imtejba pprovdut mill-manifattur jikkwantifika d-distanza li l-ispalla tat-tfal tista’ tkun ’il fuq mill-islots taċ-ċinga integrali, allura din id-distanza għandha tiżdied mill-kejl tal-għoli massimu tal-ispalla;

(b)

Jekk ma jkunx hemm distanza speċifikata, tista’ tiżdied tolleranza ta’ 2 cm mal-kejl tal-għoli massimu tal-ispalla.

2.3.2.   

Għal Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba mhux integrali

Dan il-kejl għandu jittieħed meta l-parti ta’ fuq taċ-ċilindri li jirrappreżentaw l-għoli tal-ispalla tal-apparat tkun allinjata mingħajr interferenza mal-parti inferjuri tal-headrest, inkluż kwalunkwe gwida minn fejn jgħaddi ċ-ċinturin.

Ma għandha tiżdied l-ebda tolleranza ma’ dan il-kejl.

2.3.3.   

Għal Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba bi lqugħ mill-impatt

Dan il-kejl għandu jittieħed meta l-parti ta’ fuq taċ-ċilindri li jirrappreżentaw l-għoli tal-ispalla tal-apparat tkun allinjata mingħajr interferenza mal-parti inferjuri tal-headrest, inkluż kwalunkwe gwida minn fejn jgħaddi ċ-ċinturin.

Ma għandha tiżdied l-ebda tolleranza ma’ dan il-kejl.

2.4.   

Ħxuna Massima tal-Parti ta’ Fuq tar-Riġel (G2)

Dan ir-rekwiżit japplika biss għal Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba bi lqugħ mill-impatt.

Dan il-kejl għandu jittieħed filwaqt li jinżamm il-kejl tal-għoli tal-pożizzjoni bilqiegħda (B), tal-wisa’ tal-ġenbejn (D) u tal-għoli massimu tal-ispalla (E2).

Il-kejl tal-ħxuna massima tal-parti ta’ fuq tar-riġel għandu jittieħed meta l-apparat jiġi aġġustat sabiex il-koxox simulati jkunu f’kuntatt mal-parti t’isfel tal-ilqugħ mill-impatt.

2.5.   

Fond Massimu tal-Addome (F2)

Dan ir-rekwiżit japplika biss għal Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba bi lqugħ mill-impatt.

Dan il-kejl għandu jittieħed filwaqt li tinżamm il-pożizzjoni tal-kejl tal-ħxuna massima tal-parti ta’ fuq tar-riġel (G2), tal-għoli massimu tal-ispalla (E2), tal-wisa’ tal-ġenbejn (D) u tal-pożizzjoni tal-għoli bilqiegħda (B).

Il-qiegħ tal-addome simulat tal-apparat għandu jiġi allinjat mal-parti ta’ fuq tal-koxox simulati.

Il-fond tal-addome għandu jiġi mkejjel meta l-addome simulat jiġi f’kuntatt mal-ilqugħ.

2.6.   

Wisa’ tal-Ispalla (C)

Il-kejl tal-wisa’ tal-ispalla għandu jittieħed filwaqt li jinżamm il-kejl tal-għoli bilqiegħda (B) u tal-wisa’ tal-ġenbejn (D).

Il-wisa’ tal-ECRS fil-pożizzjoni tal-kejl tal-għoli massimu tal-ispalla għandha titkejjel waqt li tiġi applikata forza ta’ kuntatt ta’ 50 N fuq is-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba.

Jekk ma jkunx hemm struttura ta’ ġwienaħ fil-ġenb tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba fl-għoli massimu tal-ispalla (E2), il-kejl tal-wisa’ tal-ispallejn għandu jittieħed f’għoli, li jqarreb l-aktar l-għoli massimu tal-ispalla, bi struttura ta’ ġwienaħ fil-ġenb.

Jekk il-wisa’ bejn il-kejl tal-għoli minimu u massimu tal-ispalla tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba ma tkunx wisa’ konsistenti, jiġifieri tkun ferm idjaq f’xi punt bejn il-kejl E1 u E2, għandu jittieħed kejl intermedju tal-wisa’ tal-ispalla.

3.   

Kalkolu tal-Istatura

Il-kejl meħud fit-Taqsimiet 1 u 2 għandu mbagħad jitqabbel mal-valuri murija fit-Tabella 1 tal-Anness 18.

L-interpolazzjoni bejn il-valuri murija fit-tabella hija permessa f’intervalli ta’ ċentimetru.

Għal kull kejl, għandha tiġi kkalkulata l-istatura li tikkorrispondi għall-eqreb ċentimetru inferjuri sħiħ.

Statura massima

Għall-kejl B, C, D, E2, F2 u G2, il-valur imkejjel irid ikun akbar minn jew daqs il-valur muri fit-tabella biex jissodisfa r-rekwiżit tal-istatura.

Pereżempju biex tiġi ddikjarata statura ta’ 105 cm, l-għoli mkejjel f’pożizzjoni bilqiegħda wara l-applikazzjoni tat-tolleranzi jrid jkun ta’ 61,8 cm jew aktar.

L-istatura massima hija l-iżgħar statura kkalkulata mill-kejl B, C, D, E2, F2 u G2.

Statura minima

Għall-kejl E1, F1 u G1, il-valur imkejjel irid ikun inqas minn jew daqs il-valur muri fit-tabella biex jissodisfa r-rekwiżit tal-istatura.

Pereżempju biex tiġi ddikjarata statura ta’ 100 cm l-għoli mkejjel tal-ispalla wara l-applikazzjoni tat-tolleranzi jrid ikun ta’ 32,4 cm jew inqas.

L-istatura minima hija l-akbar statura kkalkulata mill-kejl E1, F1 u G1.


ANNESS 19

Volumi ta’ valutazzjoni għas-saqajn ta’ appoġġ u għall-qiegħ is-saqajn ta’ appoġġ i-Size

Image 91
Illustrazzjoni 1 Dehra mill-ġenb tal-volum ta’ valutazzjoni tad-dimensjoni tas-sieq ta’ appoġġ Didiskalija:

Didiskalija:

1.

Fixture tat-Trażżin għat-Tfal Imtejjeb (CRF).

2.

Żbarra tal-ankraġġi inferjuri ISOFIX.

3.

Pjan magħmul mis-superfiċe inferjuri tas-CRF, li huwa parallel għall-pjan X'-Y' tas-sistema ta’ koordinati u 15 mm taħtu.

4.

Pjan Z'-Y' tas-sistema ta’ koordinati.

5.

Il-parti ta’ fuq tal-volum ta’ valutazzjoni tad-dimensjoni tas-sieq ta’ appoġġ, li turi l-limitazzjonijiet dimensjonali fid-direzzjoni X' u Y', il-limitu superjuri tal-għoli fid-direzzjoni Z', kif ukoll il-limitu inferjuri tal-għoli fid-direzzjoni Z' għall-komponenti riġidi tas-sieq ta’ appoġġ mhux aġġustabbli fid-direzzjoni Z'.

Nota:

1.

Id-disinn mhuwiex fi skala proporzjonali.

Image 92
Illustrazzjoni 2 Dehra 3D tal-volum ta’ valutazzjoni tad-dimensjoni tas-sieq ta’ appoġġ

(dimensjonijiet f’mm)

Nota:

1.

Id-disinn mhuwiex fi skala proporzjonali.
Image 93
Illustrazzjoni 3 Dehra mill-ġenb tal-volum ta’ valutazzjoni tal-qiegħ is-sieq ta’ appoġġ Didiskalija:

Didiskalija:

1.

Fixture tat-Trażżin għat-tfal (CRF)

2.

Żbarra tal-ankraġġi inferjuri ISOFIX

3.

Pjan magħmul mis-superfiċe inferjuri tas-CRF, li huwa parallel għall-pjan X'-Y' tas-sistema ta’ koordinati u 15 mm taħtu

4.

Pjan Z'-Y' tas-sistema ta’ koordinati

5.

Il-volum ta’ valutazzjoni tal-qiegħ is-sieq ta’ appoġġ, li juri l-medda tal-aġġustamenti meħtieġa tal-qiegħ is-sieq ta’ appoġġ fid-direzzjoni Z', kif ukoll il-limitazzjonijiet dimensjonali fid-direzzjoni X' u Y'

6.

Volumi addizzjonali juru l-medda permissibbli ta’ aġġustamenti addizzjonali fid-direzzjoni Z' għall-qiegħ is-sieq ta’ appoġġ

Nota:

1.

Id-disinn mhuwiex fi skala proporzjonali.

Image 94
Illustrazzjoni 4 Dehra 3D tal-volum ta’ valutazzjoni tal-qiegħ is-sieq ta’ appoġġ

(dimensjonijiet f’mm)

Nota:

1.

Id-disinn mhuwiex fi skala proporzjonali.

ANNESS 20

Lista minima tad-dokumenti meħtieġa għall-approvazzjoni

 

Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tal-kategorija “i-Size” jew “i-Size booster seat” jew “Li Tintrabat biċ-Ċinturin tas-Sikurezza tal-Vettura Universali” jew “Sit ta’ Sostenn Universali”

Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tal-kategorija “sits ta’ sostenn” jew “Li Tintrabat biċ-Ċinturin tas-Sikurezza tal-Vettura” jew “booster seats” jew “ISOFIX għal vetturi speċifiċi”

Paragrafu

Dokumenti ġenerali

Ittra ta’ applikazzjoni/talba

Ittra ta’ applikazzjoni/talba

3.1.

 

Deskrizzjoni teknika tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba

Deskrizzjoni teknika tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba

3.2.1.

 

Struzzjonijiet għall-installazzjoni tar-ritrattaturi

Struzzjonijiet għall-installazzjoni tar-ritrattaturi

3.2.1.

 

Dikjarazzjoni dwar it-tossiċità

Dikjarazzjoni dwar it-tossiċità

3.2.1.

 

Dikjarazzjoni dwar il-fjammabbiltà

Dikjarazzjoni dwar il-fjammabbiltà

3.2.1.

 

Struzzjonijiet u dettalji dwar l-imballaġġ

Struzzjonijiet u dettalji dwar l-imballaġġ

3.2.6.

 

Speċifikazzjonijiet tal-materjal tal-partijiet komponenti

Speċifikazzjonijiet tal-materjal tal-partijiet komponenti

2.46. u 2.2.1.1. tal-Anness 12

 

Struzzjonijiet għall-assemblaġġ tal-partijiet li jistgħu jitneħħew

Struzzjonijiet għall-assemblaġġ tal-partijiet li jistgħu jitneħħew

6.2.3.

 

Dokumentazzjoni dwar l-informazzjoni għall-utenti

Dokumentazzjoni dwar l-informazzjoni għall-utenti, inkluża referenza għall-vettura/i applikabbli

14.

 

 

Lista tal-mudell(i) tal-vettura

Anness 1

 

Dokumenti ta’ approvazzjoni tas-COP inkluż organigramma tal-kumpanija, reġistrazzjoni mal-Kamra tal-Kummerċ, dikjarazzjoni dwar l-impjant tal-produzzjoni, ċertifikat dwar is-sistema tal-kwalità, dikjarazzjoni dwar il-proċedura tas-COP

Dokumenti tal-approvazzjoni tas-COP inkluż organigramma tal-kumpanija, reġistrazzjoni mal-Kamra tal-Kummerċ, dikjarazzjoni dwar l-impjant tal-produzzjoni, ċertifikat dwar is-sistema ta’ kwalità, dikjarazzjoni dwar il-proċedura tas-COP u dikjarazzjoni dwar il-proċeduri għall-kampjunar skont it-tip ta’ prodott

3.1. u Anness 11

Disinji/

immaġini

Dijagramma kompożittiva tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba u disinji tal-partijiet rilevanti kollha tagħha

Dijagramma kompożittiva tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba u disinji tal-partijiet rilevanti kollha tagħha

3.2.1. u Anness 1

 

Pożizzjoni tal-marka tal-approvazzjoni

Pożizzjoni tal-marka tal-approvazzjoni

3.2.1.

 

 

Disinji jew immaġini dwar il-kombinazzjoni tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba u l-karozza jew il-pożizzjoni bilqiegħda ISOFIX u l-ambjent rilevanti tal-karozza (1)

3.2.3.

 

 

Disinji tal-istruttura tal-vettura u tas-sit, tas-sistema ta’ regolazzjoni u tal-partijiet ta’ twaħħil (1)

Anness 1

 

Ritratti ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba

Ritratti ta’ Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tfal u/jew tal-istruttura tal-vettura u tas-sit

Anness 1

 

F’każ li l-kampjun jew il-kampjuni ma jkunux immarkati meta jiġu ppreżentati għall-approvazzjoni:

Eżempju ta’ marka bl-isem tal-manifattur, l-inizjali jew il-marka kummerċjali tiegħu, is-sena tal-produzzjoni, l-orjentazzjoni, tikketti ta’ twissija, il-logo i-Size, il-medda ta’ daqsijiet, il-massa tal-okkupant u marki addizzjonali.

F’każ li l-kampjun jew il-kampjuni ma jkunux immarkati meta jiġu ppreżentati għall-approvazzjoni:

Eżempju ta’ marka bl-isem tal-manifattur, l-inizjali jew il-marka kummerċjali tiegħu, is-sena tal-produzzjoni, l-orjentazzjoni, tikketti ta’ twissija, il-logo i-Size, il-medda ta’ daqsijiet, il-massa tal-okkupant, il-marka ISOFIX għal vetturi speċifiċi u marki addizzjonali.

4.


(1)  F’każ li t-test sar fuq troli tat-test f’karozzerija ta’ vettura f’konformità mal-paragrafu 7.1.3.2. jew f’vettura kompluta f’konformità mal-paragrafu 7.1.3.3. ta’ dan ir-Regolament.


ANNESS 21

Apparati għall-applikazzjoni tat-tagħbija

Apparat għall-applikazzjoni tat-tagħbija I

Image 95

Tabella 1

Nru

Numru tal-Part

Isem

Informazzjoni

Kwantità

1

PV000009,1

Ċinturin tar-ras – 39 mm

-

1

2

PV000009,2

Ċinturin tal-ispalla lh-rh – 39 mm

-

2

3

PV000009,3

Ċinturin ta’ bejn il-koxox – 39 mm

-

1

4

PV000009,4

Ċinturin tal-ġenbejn – 39 mm

-

1

5

102 18 31

Tip ta’ punti tal-ħjata (30 × 17)

Punt: 77, ħajt: 30, kulur: Griż SABA

8

6

PV000009,5

Bokkla tal-plastik

 

2

7

PV000009,6

Tip ta’ punti tal-ħjata (2 × 37)

Punt: 77, ħajt: 30, kulur: Griż SABA

2


Tabella 2

Elastiċità

(±5 mm)

 

 

 

 

 

 

Manikin Q 0

Q 1

Q 1.5

Q 3

Q 6

Q 10

Ċinturin tar-ras

1 000  mm

1 000  mm

1 000  mm

1 200  mm

1 200  mm

1 200  mm

Ċinturin tal-ispalla

750 mm

850 mm

950 mm

1 000  mm

1 100  mm

1 300  mm

Ċinturin ta’ bejn il-koxox

300 mm

350 mm

400 mm

400 mm

450 mm

570 mm

Ċinturin tal-ġenbejn

400 mm

500 mm

550 mm

600 mm

700 mm

800 mm

Dimensjoni X

120 mm

130 mm

140 mm

140 mm

150 mm

160 mm


Tabella 3

Ċinturin

Wisa’

Ħxuna

Espansjoni

Veloċità

39 mm ± 1 mm

1 mm ± 0,1 mm

5,5 - 6,5 %

Min. 15 000  N


Tabella 4

Disinn tal-punti tal-ħjata

Forza minima meħtieġa

12 × 12 mm

3,5 kN

30 × 12 mm

5,3 kN

30 × 17 mm

5,3 kN

30 × 30 mm

7,0 kN

raġġ taċ-ċinturin kollu = 5 mm

Image 96

Apparat għall-applikazzjoni tat-tagħbija II

Image 97

Tabella 5

Nru

Isem

Informazzjoni

Kwantità

1

Ċinturin ewlieni – 39 mm

-

1

2

Ċinturin tal-ġenbejn (superjuri/inferjuri) – 39 mm

-

2

3

Tip ta’ punti tal-ħjata (30 × 17)

Punt77, ħajt 30

4


Tabella 6

Elastiċità (+/- 5 mm)

 

Q 0

Q 1

Q 1.5

Q 3

Q 6

Ċinturin ewlieni (A)

1 740  mm

1 850  mm

1 900  mm

2 000  mm

2 000  mm

Ċinturin tal-ġenbejn (B)

530 mm

560 mm

600 mm

630 mm

660 mm

L-iżgħar dimensjoni (C)

125 mm

150 mm

150 mm

170 mm

200 mm

Dimensjoni intermedja (D)

270 mm

300 mm

350 mm

380 mm

380 mm


Tabella 7

Ċinturin

Wisa’

Ħxuna

Espansjoni

Veloċità

39 mm ± 1 mm

1 mm ± 0,1 mm

5,5 - 6,5 %

Min, 15 000  N


Tabella 8

Disinn tal-punti tal-ħjata

Forza minima meħtieġa

12 × 12 mm

3,5 kN

30 × 12 mm

5,3 kN

30 × 17 mm

5,3 kN

30 × 30 mm

7,0 kN

raġġ taċ-ċinturin kollu = 5 mm

Image 98

Id-dimensjonijiet kollha huma f’millimetri (mm)


ANNESS 22

Fjammabbiltà tal-materjali maħsuba biex jintużaw fuq Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba integrati

1.   Definizzjonijiet

“Spazju ta’ arja fil-kompartiment tal-okkupant” tfisser l-ispazju fil-kompartiment tal-okkupant li normalment ikun fih arja li tista’ tiġġedded.

2.   Għażla tal-materjal (ara l-Illustrazzjoni 1 ta’ hawn taħt)

2.1.

Kull parti minn materjal uniku jew minn materjal kompożitu li tkun f’distanza ta’ mhux aktar minn 13-il mm mill-ispazju ta’ arja fil-kompartiment tal-okkupant, għandha tissodisfa r-rekwiżiti tal-Paragrafu 6.1.6.

2.1.1.

Kull materjal li ma jeħilx ma’ materjal jew ma’ materjali oħra f’kull punt ta’ kuntatt għandu jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 6.1.6., meta jiġi ttestjat separatament

2.1.2.

Kull materjal li jeħel ma’ materjali oħra f’kull punt ta’ kuntatt għandu jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 6.1.6., meta jiġi ttestjat bħala materjal kompożitu mal-materjal jew mal-materjali l-oħra.

Il-materjal A għandu interfaċċa li ma teħilx mal-materjal B u jiġi ttestjat separatament.

Parti mill-materjal B hija f’distanza ta’ mhux aktar minn 13-il mm mill-ispazju ta’ arja fil-kompartiment tal-okkupant, u l-materjali B u C jeħlu f’kull punt ta’ kuntatt; għalhekk, il-materjali B u C jiġu ttestjati bħala materjali kompożiti.

Il-qatgħa hija fil-materjal C kif muri fl-Illustrazzjoni 1 biex jinkiseb kampjun bi ħxuna ta’ 13-il mm.

Image 99
Illustrazzjoni 1

3.   Il-proċedura tat-test

3.1.

It-test isir f’kontenitur tal-metall, biex il-kampjuni tat-test jiġu protetti mill-kurrenti tal-arja. Id-dimensjonijiet interni tal-kontenitur huma ta’ 381 mm fit-tul, 203 mm fil-fond, u 356 mm fl-għoli. Il-kompartiment għandu tieqa ta’ osservazzjoni tal-ħġieġ fuq quddiem, ftuħ li jista’ jingħalaq biex jippermetti l-inserzjoni tal-ħowlder tal-kampjun, u toqba li minnha jgħaddu t-tubi għall-burner tal-gass. Għall-ventilazzjoni, għandu spazju liberu ta’ 13-il mm madwar il-parti ta’ fuq tal-kompartiment, għaxar toqbiet fil-bażi tal-kontenitur, b’kull toqba b’dijametru ta’ 19-il mm u saqajn biex jgħollu l-qiegħ tal-kontenitur b’10 mm, kollha ppożizzjonati kif muri fl-Illustrazzjoni 2.

3.2.

Qabel l-ittestjar, kull kampjun jiġi kkundizzjonat għal 24 siegħa f’temperatura ta’ 21 °C, u f’umdità relattiva ta’ 50 fil-mija, u t-test jitwettaq f’dawk il-kundizzjonijiet ambjentali.

3.3.

Il-kampjun tat-test jiddaħħal bejn żewġ frejms pariġġ tal-metall f’forma ta’ U, wiesgħa 25 mm u għoljin 10 mm.

Id-dimensjonijiet interni tal-frejms f’forma ta’ U huma ta’ 51 mm fil-wisa’ u 330 mm fit-tul.

Appoġġi magħmulin minn wajers irqaq u reżistenti għas-sħana jitpoġġew tul il-wisa’ tal-frejm f’forma ta’ U taħt il-kampjun, f’intervalli ta’ 25 mm, b’mod li l-kampjun jinżamm f’pożizzjoni orizzontali fil-każ li t-tarf tiegħu jirtab u jitgħawweġ hu u jinħaraq, li jista’ jikkawża ħruq erratiku.

Apparat li jista’ jintuża għall-appoġġ ta’ dan it-tip ta’ materjal huwa frejm f’forma ta’ U addizzjonali, usa’ mill-frejm f’forma ta’ U li fih jinżamm il-kampjun, li minn fuqu jgħaddu wajers ta’ ħxuna ta’ 10 mils magħmulin minn materjal reżistenti għas-sħana u mdaħħlin f’intervalli ta’ 25 mm, fuq il-frejm f’forma ta’ U tal-qiegħ.

3.4.

Jintuża Bunsen burner b’tubu b’dijametru intern ta’ 10 mm.

Il-valv tar-regolatur tal-gass jiġi ssettjat biex, bit-tubu vertikali, jipproduċi fjamma b’għoli ta’ 38 mm. Il-fetħa tal-arja għall-burner tiġi magħluqa.

3.5.

Il-gass fornut lill-berner għandu temperatura tal-fjamma ekwivalenti għal dik tal-gass naturali.

4.   Preparazzjoni tal-kampjuni

4.1.

Kull kampjun ta’ materjal li se jiġi ttestjat għandu jkollu forma rettangolari b’wisa’ ta’ 102 mm u b’tul ta’ 356 mm, kull fejn dan ikun possibbli.

Il-ħxuna tal-kampjun hija dik tal-materjal uniku jew tal-materjal kompożitu użat fil-vettura, ħlief jekk il-ħxuna tal-materjal taqbeż it-13-il mm, il-ħxuna tal-kampjun titnaqqas għall-ħxuna mkejla mis-superfiċe tal-kampjun li jkun l-eqreb għall-ispazju ta’ arja fil-kompartiment tal-okkupant.

Meta minħabba l-kurvatura tas-superfiċe ma jkunx possibbli li jinkiseb kampjun ċatt, il-kampjun għandu jinqata’ b’tali mod li fi kwalunkwe punt l-ħxuna tiegħu ma taqbiżx it-13-il mm.

Meta d-dimensjonijiet tal-kampjun ikunu inqas minn 356 mm jew 102 mm jintuża t-tul jew il-wisa’ massimu disponibbli tiegħu.

4.2.

Il-kampjun jiġi prodott billi l-materjal jiġi maqtugħ f’direzzjoni lonġitudinali kif ukoll trasversali.

Il-kampjun jiġi orjentat b’tali mod li s-superfiċe l-aktar viċin tal-ispazju ta’ arja fil-kompartiment tal-okkupant ikun wiċċu ’l isfel fuq il-frejm tat-test.

4.3.

Il-materjal b’wiċċ bil-pil jew bit-trofof jitqiegħed fuq superfiċe ċatt u jiġi mimxut darbtejn kontra l-fil b’moxt li jkollu bejn 7 u 8 sinniet lixxi u ttondjati kull 25 mm.

5.   Test

5.1.

Poġġi l-kampjun b’tali mod li ż-żewġ naħat u tarf minnhom ikunu miżmuma mill-frejm f’forma ta’ U. Jekk il-kampjun ikun inqas minn 51 mm, u l-ġnub tiegħu ma jkunux jistgħu jinżammu fil-frejm f’forma ta’ U, poġġi l-kampjun fuq il-wajers ta’ sostenn kif deskritt fil-paragrafu 2.3, b’tarf wieħed miżmum mit-tarf magħluq tal-frejm f’forma ta’ U.

5.2.

Poġġi l-kampjun immuntat f’pożizzjoni orizzontali, fiċ-ċentru tal-kontenitur.

5.3.

Bil-fjamma aġġustata skont il-paragrafu 2.4, ippożizzjona l-bunsen burner u l-kampjun b’tali mod li ċ-ċentru tal-quċċata tal-burner ikun 19-il mm taħt iċ-ċentru tat-tarf inferjuri tal-estremità miftuħa tal-kampjun.

5.4.

Esponi l-kampjun għall-fjamma għal 15-il sekonda.

5.5.

Ibda żomm il-ħin (mingħajr ma tqis il-perjodu tal-applikazzjoni tal-fjamma tal-burner) meta l-fjamma mill-kampjun jinħaraq tilħaq punt 38 mm mill-estremità miftuħa tal-kampjun.

5.6.

Kejjel il-ħin li l-fjamma tieħu biex tipprogressa sa punt 38 mm mill-estremità kklampjata tal-kampjun. Jekk il-fjamma ma tilħaqx il-punt finali speċifikat, kejjel il-ħin li tkun ħadet biex tasal sal-punt fejn tieqaf taqbad.

5.7.

Ikkalkula r-rata tal-ħruq permezz ta’ din il-formula:

 

B = 60 × (D/T)

Fejn:

B

=

Ir-rata tal-ħruq f’millimetri kull minuta

D

=

Id-distanza li l-fjamma timxi f’millimetri; u

T

=

Il-ħin f’sekondi biex il-fjamma timxi D millimetri.

Image 100
Illustrazzjoni 2 Id-dimensjonijiet kollha huma f’millimetri (mm)


ANNESS 23

Ċinturin tas-sikurezza standard

1.   

Iċ-ċinturin tas-sikurezza għat-test dinamiku u għar-rekwiżiti tat-tul massimu għandu jkun magħmul skont id-definizzjoni murija fl-Illustrazzjoni 1. Dawn huma sistema ta’ ċinturini b’ritrattatur bi tliet ankraġġi.

2.   

Iċ-ċinturin b’ritrattatur bi tliet ankraġġi għandu l-partijiet riġidi li ġejjin: ritrattatur (R), taljola (P), żewġ punti ta’ ankraġġ (A1 u A2) (ara l-Illustrazzjoni 1), u parti ċentrali (N, fid-dettall fl-Illustrazzjoni 3). Ir-ritrattatur għandu jkun konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament tan-NU Nru 16 (il-paragrafu 6.2.5.2.2.) għall-forza tar-ritrazzjoni. Id-dijametru tar-rukkell tar-ritrattatur huwa ta’ 33 ± 0,5 mm (eżempju ta’ dan jinstab fir-Riżoluzzjoni Reċiproka Nru 1 (M.R.1)).

3.   

Iċ-ċinturin b’ritrattatur għandu jiġi installat mal-ankraġġi fuq il-bank tat-test, kif deskritt fl-Appendiċi 2 tal-Anness 6, kif ġej:

(a)

L-ankraġġ taċ-ċinturin A1 għandu jitwaħħal mal-ankraġġ tat-troli B0 (estern);

(b)

L-ankraġġ taċ-ċinturin A2 għandu jitwaħħal mal-ankraġġ tat-troli A (intern);

(c)

It-taljola taċ-ċinturin P għandha titwaħħal mal-ankraġġ tat-troli C;

(d)

Ir-ritrattatur taċ-ċinturin R għandu jitwaħħal mal-ankraġġ tat-troli b’tali mod li l-linja taċ-ċentru tar-rukkell tkun fuq Re.

Il-valur ta’ X fl-Illustrazzjoni 1 ta’ hawn taħt huwa ta’ 200 ± 5 mm. It-tul effettiv taċ-ċinga bejn A1 u l-linja taċ-ċentru tar-rukkell tar-ritrattatur Re (meta ċ-ċinturin ikun maħlul kompletament inkluż it-tul minimu ta’ 150 mm għall-ittestjar tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba) għandu jkun ta’ 2 820 ± 5 mm meta mkejjel f’linja dritta mingħajr tagħbija u fuq superfiċe orizzontali. Meta s-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba tkun installata, it-tul minimu ta’ċinga fuq ir-rukkell tar-ritrattatur għandu jkun ta’ mill-inqas 150 mm.

4.   

Iċ-ċinga għaċ-ċinturin għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

Materjal: poliester, spinnblack;

(b)

Wisa’: 48 ± 2 mm b’10 000 N;

(c)

Ħxuna: 1,0 ± 0,2 mm;

(d)

Elongazzjoni: 8 ± 2 fil-mija b’10 000 N.

Image 101
Illustrazzjoni 1 Konfigurazzjonijiet taċ-ċinturin tas-sikurezza standard

Image 102
Illustrazzjoni 2 Pjanċa tal-ankraġġ standard tipika

Image 103
Illustrazzjoni 3 Parti ċentrali tal-konfigurazzjoni taċ-ċinturin standard

Image 104
Illustrazzjoni 4 Taljola


ANNESS 24

Partijiet ta’ twaħħil addizzjonali meħtieġa biex jorbtu sew Sistema tat-Trażżin għat-Tfal Imtejba li tħares lura li tagħmel parti mill-kategorija “Li Tintrabat biċ-Ċinturin tas-Sikurezza tal-Vettura għal Vetturi Speċifiċi”, f’vetturi bil-mutur

1.   

Dan l-anness japplika biss għall-ankraġġi addizzjonali għall-installazzjoni ta’ Trażżin għat-Tfal Imtejjeb li jagħmlu parti mill-kategorija ta’ trażżin “Li Jintrabat biċ-Ċinturin tas-Sikurezza tal-Vettura għal Vetturi Speċifiċi” jew għall-iżbarri jew oġġetti speċjali oħra li jintużaw biex iqabbdu apparati tat-trażżin għat-tfal mal-karozzerija, kemm jekk jużawx jew le r-Regolament tan-NU Nru 14 jew ir-Regolament tan-NU Nru 144 dwar is-sistemi ta’ ankraġġ ISOFIX, l-ankraġġi tal-irbit ta’ fuq ISOFIX u l-pożizzjonijiet bilqiegħda i-Size.

2.   

L-ankraġġi għandhom jiġu ddeterminati mill-manifattur tas-sistema tat-trażżin għat-tfal u d-dettalji għandhom jiġu ppreżentati lis-Servizz Tekniku li jwettaq it-testijiet għall-approvazzjoni tiegħu.

Is-Servizzi Tekniċi jistgħu jqisu l-informazzjoni miksuba mingħand il-manifattur tal-vettura.

3.   

Il-manifattur tat-trażżin għat-tfal għandu jipprovdi l-parts meħtieġa għall-installazzjoni tal-ankraġġi u pjanta speċjali għal kull vettura li turi l-pożizzjoni eżatta tagħhom.

4.   

Il-manifattur tat-trażżin għat-tfal għandu jindika jekk l-ankraġġi meħtieġa biex it-trażżin jintrabat mal-istruttura tal-karrozza humiex f’konformità mar-rekwiżiti dwar il-pożizzjoni u r-reżistenza tal-paragrafu 3. u l-paragrafi segwenti fir-rakkomandazzjoni mogħtija lill-Gvernijiet li biħsiebhom jadottaw rekwiżiti speċifiċi fir-rigward ta’ ankraġġi għat-trażżin għat-tfal użati fil-karozzi tal-passiġġieri.


ANNESS 25

Apparat biex jitkejjel l-għoli tas-sit ta’ sostenn

Image 105

[id-dimensjonijiet kollha huma f’mm]

Kalibrar tal-iskala tal-kejl

Għall-ikkalibrar tar-riga tal-istrument tal-kejl, l-istruttura tiegħu għandu jkun imiss mas-superfiċe ta’ sostenn (Dettall A). F’din il-konfigurazzjoni, l-iskala għandha turi l-valur ta’ kalibrar ta’ 78,7 cm (Dettall B).

L-ikkalibrar tar-riga huwa bbażat fuq l-għoli f’pożizzjoni bilqiegħda tal-manikin Hybrid III tal-ħames perċentil bilqiegħda fuq il-bank tat-test definit fl-Anness 6 ta’ dan ir-Regolament. Meta dan il-manikin jitpoġġa bilqiegħda fuq il-bank tat-test, il-parti ta’ fuq tar-ras tkun 77,0 cm mill-assi Cr. L-għoli nominali tal-manikin bilqiegħda huwa ta’ 78,7 cm. Għalhekk, 78,7 cm jintuża bħala l-valur tal-ikkalibrar.

Image 106


ANNESS 26

Test tal-blokka tal-parti t’isfel tat-torso

Image 107
Illustrazzjoni 1 Blokka tal-manikin (abbażi ta’ P10 tronkat)

Materjal: Polistiren estiż (EPS) (40 sa 45 g/l) jew materjal mhux deformabbli alternattiv

[id-dimensjonijiet kollha huma f’mm]

Image 108
Illustrazzjoni 2 Test tal-ġbid tal-booster bl-użu tal-blokka tal-manikin