<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑300/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CC0300</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:86">EU:C:2016:86</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>13</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>13</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET CAMPOS SÁNCHEZ-BORDONA — KAWŻA C‑300/15</P><P>KOHLL U KOHLL-SCHLESSER</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Campos Sánchez-Bordona</HT></P><P>ippreżentati fis-<DATE ISO="20160216">16 ta’ Frar 2016</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ispanjol.</P></NOTE></P></TI><STI><P>Kawża C‑300/15</P><P>Charles Kohllu</P><P>Sylvie Kohll-Schlesser</P><P>vs</P><P>Directeur de l’administration des contributions directes</P><P><HT TYPE="NORMAL">[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal administratif du Luxembourg (il-Lussemburgu)]</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Moviment liberu tal-persuni</KEYWORD><KEYWORD>Ħaddiem</KEYWORD><KEYWORD>Trattament ugwali</KEYWORD><KEYWORD>Taxxa fuq id-dħul</KEYWORD><KEYWORD>Pensjonijiet nazzjonali u pensjonijiet miksuba fi Stat Membru ieħor</KEYWORD><KEYWORD>Kreditu ta’ taxxa rriżervat għal ċerti pensjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Ċertifikat taż-żamma tat-taxxa maħruġ mill-amministrazzjoni nazzjonali</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar it-tassazzjoni diretta qed tiżdied b’mod konsistenti, minkejja li diġà kisbet volum kunsiderevoli, u għalkemm ġeneralment tirrigwarda biss il-libertajiet fundamentali stabbiliti fit-Trattat (iktar ’il quddiem, ukoll, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>TFUE<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>). Din id-domanda preliminari tikkonċerna l-kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni ta’ leġiżlazzjoni Lussemburgiża li, permezz tal-emenda tat-taxxa fuq id-dħul, tipprovdi kreditu ta’ taxxa lill-pensjonanti li jissodisfaw ċerti rekwiżiti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għad-domanda magħmula mit-Tribunal administratif de Luxembourg għandu jiġi analizzat l-impatt tal-moviment liberu tal-ħaddiema fuq is-sistema ta’ tassazzjoni diretta ta’ Stat Membru. Għandhom jiġu ċċarati wkoll il-kriterji applikabbli għad-dħul riċevut mill-pensjonanti li użaw din il-libertà, kemm jekk skont l-Artikolu 45 TFUE, dwar il-ħaddiema, jew jekk bħala konsegwenza tar-regola ġenerali, jiġifieri l-Artikolu 21 TFUE. Fl-aħħar nett, ir-risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja għandha sservi biex tispjega aħjar, jekk ikun possibbli, il-punti ewlenin tal-eżami tar-regoli nazzjonali li jirrestrinġu l-libertà ta’ moviment u, b’mod partikolari, l-eventwali ġustifikazzjoni tagħhom.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>I –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku nazzjonali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Lussemburgiż</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Mid-digriet tar-rinviju jirriżulta li, skont l-Artikolu 139ter(1) tal-Liġi dwar it-taxxa fuq id-dħul (iktar ’il quddiem, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>L.I.R.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), fil-verżjoni tagħha applikabbli għad-dħul tal-2009 u tas-snin sussegwenti, għandu jingħata kreditu ta taxxa għall-pensjonanti lill-persuni taxxabbli kollha li jiksbu dħul mill-pensjonijiet jew dħul fis-sens tal-Artikolu 96(1), in-numri 1 u 2, tal-L.I.R., li huma ntaxxati fil-Lussemburgu u li jkollhom ċertifikat taż-żamma tat-taxxa fil-pussess tagħhom.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont l-Artikolu 139ter(2) tal-L.I.R., il-kreditu ta’ taxxa jista’ jiġi attribwit u rrimborsat lill-pensjonant esklużivament fil-kuntest taż-żamma tat-taxxa fuq il-pagi u s-salarji, imħallas mill-fond tal-pensjonijiet jew kwalunkwe debitur ieħor tal-pensjoni, fuq il-bażi taċ-ċertifikat taż-żamma tat-taxxa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont il-qorti tar-rinviju, id-dokumenti Parlamentari dwar l-abbozz tal-Liġi Nru 5924<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Għandu jiġi mifhum li, ladarba ġiet approvata bħala Liġi tad-<DATE ISO="20081219">19 ta’ Diċembru 2008</DATE>, din emendat ir-regolamentazzjoni tal-krediti ta’ taxxa fis-sens diskuss f’din il-kawża.</P></NOTE> juru li l-kreditu ta’ taxxa għal dawk li jaqilgħu paga u l-pensjonanti ġie inkorporat fir-regoli dwar iż-żamma tat-taxxa fuq il-pagi u s-salarji, sabiex tali kreditu jitħallas biss permezz tal-impriżi, tal-fondi tal-pensjonijiet u ta’ debituri oħra tal-pensjonijiet lill-persuni impjegati u lill-pensjonanti, b’kunsiderazzjoni tal-informazzjoni riflessa fiċ-ċertifikati msemmija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Min-naħa tiegħu, l-Artikolu 19 tal-ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja (iktar ’il quddiem, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>CDI<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) bejn il-Lussemburgu u l-Pajjiżi l-Baxxi jipprevedi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 20(1), il-pensjonijiet u kumpens ieħor simili li jitħallsu lil residenti fi Stat kontraenti minħabba xi impieg fl-imgħoddi għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>II –<HT TYPE="BOLD">Il-fatti tal-kawża u l-proċedura quddiem il-qorti nazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Il-kawża quddiem il-qorti tar-rinviju tikkonċerna żewġ pensjonijiet li joriġinaw mill-Pajjiżi l-Baxxi, rċevuti minn C. Kohll, intaxxati fil-Lussemburgu: l-ewwel waħda ġejja direttament mill-kumpannija <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Shell International B.V<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, impriża li għamel xi snin jaħdem magħha, u t-tieni waħda, mis-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Sociale Verzekeringsbank<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> (SVB)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>L-SVB huwa organu li jamministra l-assigurazzjoni nazzjonali fil-Pajjiżi l-Baxxi. Fost benefiċċji oħra, huwa jamministra l-pensjoni statali bażika, li huma intitolati għaliha l-persuni kollha li jkunu laħqu l-età tal-irtirar u li huma jew kienu residenti f’dak l-Istat Membru.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Peress li ż-żewġ pensjonijiet Olandiżi ma kinux ġew suġġetti għat-taxxa f’ras il-għajn fil-Lussemburgu, C. Kohll ma ngħata ebda kreditu ta’ taxxa għall-pensjonanti fit-tliet snin koperti mill-kawża prinċipali, jiġifieri, l-2009, l-2010 u l-2011.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>C. Kohll, fl-<DATE ISO="20130220">20 ta’ Frar 2013</DATE>, ressaq ilment quddiem id-Directeur de l’administration des Contributions directes (iktar ’il quddiem, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>directeur<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Korp tal-Amministrazzjoni Fiskali Lussemburgiża kompetenti, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, biex jisma’ l-ilmenti kontra l-istimi tat-taxxa relatati mat-taxxi diretti.</P></NOTE> kontra l-istima tat-taxxa fuq id-dħul għall-2009, maħruġa fid-<DATE ISO="20100609">9 ta’ Ġunju 2010</DATE>, u l-istimi tat-taxxa fuq id-dħul tas-snin 2010 u 2011, it-tnejn maħruġa fis-<DATE ISO="20130206">6 ta’ Frar 2013</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tat-<DATE ISO="20130923">23 ta’ Settembru 2013</DATE>, id-directeur iddikjara li l-ilment kontra l-istima għall-2009 huwa inammissibbli għaliex tardiv, u emenda <HT TYPE="ITALIC">in peius</HT> l-istimi għas-snin 2010 u 2011. B’mod partikolari, id-directeur ikkunsidra li l-lanjant, peress li kien jirċievi pensjonijiet li ma kinux suġġetti għat-taxxa f’ras il-għajn fil-Lussemburgu, ma kellux dritt għal kreditu ta’ taxxa għall-pensjonanti taħt l-Artikolu 139ter tal-L.I.R. għas-snin 2010 u 2011.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Mill-proċedura jirriżulta li t-Tribunal administratif iddikjarat inammissibbli, minħabba difett proċedurali, ir-rikors ta’ S. Kohll-Schlesser, mart ir-rikorrenti, fir-rigward tal-pensjoni tagħha tal-SVB, li kienet irċeviet matul is-snin inkwistjoni. Dan l-ilment ma huwiex is-suġġett ta’ kawża.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Fil-kawża quddiem it-Tribunal administratif ir-rikorrenti allega li ċ-ċaħda tal-għoti tal-krediti ta’ taxxa lill-persuni li l-pensjonijiet tagħhom ma humiex suġġetti għat-taxxa f’ras il-għajn Lussemburgiża teskludi lill-persuni li l-pensjonijiet tagħhom ma humiex suġġetti għall-imsemmija taxxa, u għalhekk tillimita l-għoti ta’ krediti ta’ taxxa lill-persuni li jirċievu l-pensjoni tagħhom minn fond ta’ pensjonijiet fil-Lussemburgu. F’dan ir-rigward, huwa kellu dubji jekk l-intenzjoni tal-leġiżlatur fl-2008, meta l-L.I.R. ġiet emendata fis-sens diskuss hawnhekk, kinitx li l-pensjonanti residenti fil-Lussemburgu li d-dħul tagħhom jiġi minn drittijiet għal pensjoni miksuba u miġbura minn fondi tal-pensjonijiet barranin, ma jingħatawx dritt għall-kreditu ta’ taxxa. Huwa qies li din l-interpretazzjoni tikkostitwixxi ksur, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, tal-moviment liberu tal-persuni (ħaddiema) stabbilit fl-Artikolu 45 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Min-naħa tagħha, ir-rappreżentanta tal-Gvern qieset li l-Artikolu 139ter tal-L.I.R. ma jikkawża ebda problema relatata mal-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 45 TFUE. Fl-opinjoni tagħha, C. Kohll ma ġiex iddiskriminat, minħabba li s-sitwazzjoni differenti li jinsab fiha hija konsegwenza tal-karatteristiċi tal-kreditu ta’ taxxa stabbilit mil-leġiżlatur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-rappreżentanta tal-Gvern sostniet li din id-differenza hija oġġettivament iġġustifikata fid-dawl tal-għan imfittex mir-regola. Lanqas ma nnotat ksur tal-moviment liberu tal-persuni sanċit fl-Artikolu 21 TFUE, u għalhekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali kkontestata ma taffettwax il-moviment liberu, peress li ma toħloqx ostakolu għar-residenza fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>It-Tribunal administratif tiddikjara li, billi jissuġġetta l-għoti tal-kreditu ta’ taxxa għar-rekwiżit li l-persuna taxxabbli tkun fil-pussess ta’ ċertifikat taż-żamma tat-taxxa, l-Artikolu 139ter tal-L.I.R. jista’ jinvolvi diskriminazzjoni indiretta, anki jekk ma jipprovdi għal ebda kundizzjoni simili fir-rigward tan-nazzjonalità tal-benefiċjarji potenzjali. Din il-fehma hija appoġġjata mill-fatt li dan il-kreditu ta’ taxxa ma jingħatax lill-persuni li jirċievu pensjonijiet li ma humiex suġġetti għat-taxxa f’ras il-għajn fil-Lussemburgu, bħal ma huma dawk ta’ oriġini barranija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-qorti tar-rinviju tindika li, minħabba d-diffikultà ta’ interpretazzjoni tal-Artikolu 139ter tal-L.I.R. u fin-nuqqas ta’ ġurisprudenza Komunitarja li ddeċidiet problema ġuridika simili, iddeċidiet li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Il-prinċipju tal-moviment liberu tal-ħaddiema, inkluż, b’mod partikolari, fl-Artikolu 45 TFUE, jipprekludi d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 139b[ter](1), tal-liġi emendata tal-<DATE ISO="19671204">4 ta’ Diċembru 1967</DATE>, dwar it-taxxa fuq id-dħul, sa fejn dawn jirriżervaw, lill-persuni li għandhom ċertifikat taż-żamma tat-taxxa fil-pussess tagħhom, il-benefiċċju tal-kreditu tat-taxxa inkluż fih?<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>III –<HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem din il-Qorti u l-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>A –<HT TYPE="ITALIC">Il-proċedura</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Il-digriet tar-rinviju wasal fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fid-<DATE ISO="20150619">19 ta’ Ġunju 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Il-Gvern tal-Lussemburgu u l-Kummissjoni Ewropea biss ippreżentaw l-osservazzjonijiet bil-miktub fit-terminu stabbilit mit-tieni paragrafu tal-Artikolu 23 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Ma nżammet ebda seduta peress li ma ġietx mitluba mill-ebda waħda mill-partijiet imsemmija.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>B –<HT TYPE="ITALIC">Is-sunt tal-argumenti ppreżentati</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Il-Gvern tal-Lussemburgu jesprimi d-dubju dwar jekk din il-kawża tistax tiġi inkluża fil-qasam tal-moviment liberu tal-ħaddiema. Huwa jqis li d-dispożizzjonijiet inkwistjoni ma jipprekludux u lanqas ma jiddiswadu liċ-ċittadini ta’ Stat Membru milli jitlaq mill-Istat ta’ oriġini tagħhom sabiex jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta’ moviment liberu. Madankollu, huwa jagħmel serje ta’ osservazzjonijiet sussidjarji, fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi mod ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Għalhekk, jindika li l-leġiżlazzjoni kkontestata ma taffettwax id-dħul kollu mill-pensjonijiet, iżda biss dawk li huma suġġetti għaż-żamma tat-taxxa, li hija l-konsegwenza tal-karatteristiċi inerenti tal-kreditu ta’ taxxa. F’dan ir-rigward, huwa jispjega li l-fondi tal-pensjonijiet ġeneralment iħallsu lill-pensjonanti l-kreditu ta’ taxxa fl-aħħar ta’ kull xahar. Għal dan il-għan, il-liġi tawtorizza lill-fondi jpaċu l-krediti ta’ taxxa b’żamma tat-taxxa pożittiva, sabiex iż-żamma tat-taxxa realment imwettqa tikkorrispondi għar-riżultat tat-tnaqqis tal-kreditu ta’ taxxa mill-ammont gross taż-żamma tat-taxxa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, dan il-Gvern iżid li, l-Artikolu 139ter tal-L.I.R. jaqa’ strettament fil-kuntest taż-żamma tat-taxxa, fejn il-kreditu ta’ taxxa jiġi allokat jew, jekk ikun meħtieġ, irrestitwit, esklużivament b’konnessjoni mad-dħul minn pensjonijiet li għalihom tapplika l-proċedura taż-żamma tat-taxxa. Għaldaqstant, huwa jqis li s-sitwazzjoni fejn l-għoti tal-vantaġġ fiskali jiġi suġġett għall-fatt li l-benefiċjarju jehmeż ċertifikat taż-żamma tat-taxxi ma toħloqx restrizzjoni fuq il-moviment liberu tal-ħaddiema, u lanqas għall-moviment liberu tal-persuni kopert bl-Artikolu 21 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Sussidjarjament, fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tqis li r-regola nazzjonali kkontestata tirrestrinġi l-moviment liberu tal-ħaddiema jew, b’mod iktar wiesa’, tal-persuni, il-Gvern tal-Lussemburgu ppreżenta argumenti sabiex jiġġustifika tali restrizzjoni. Dawn jistgħu jinqasmu f’żewġ argumenti prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, huwa jsostni li r-restrizzjoni għall-moviment liberu hija konsegwenza tal-karatteristiċi tal-kreditu ta’ taxxa kif ġie mfassal mil-leġiżlatur, peress li l-fondi tal-pensjonijiet, peress li għandhom id-dejta meħtieġa għall-ġestjoni taċ-ċertifikati tat-taxxa, jinsabu f’pożizzjoni aħjar kemm sabiex jagħtu l-kreditu ta’ taxxa, kif ukoll sabiex jallokawh jew jirrestitwuh b’mod dirett u effettiv. Minn din il-perspettiva, din hija, għalhekk, l-unika sistema prattikabbli u ma għandhiex riperkussjonijiet sproporzjonati fuq l-amministrazzjonijiet, il-fondi u d-debituri oħra tal-kreditu ta’ taxxa, u lanqas fuq dawk amministrati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, huwa jqis li s-sistema hija ġġustifikata minn kunsiderazzjonijiet ta’ interess ġenerali li jirriżultaw mir-rabta bejn is-sistema tal-ġbir tat-taxxa (jiġifieri, it-taxxa f’ras il-għajn) u l-applikazzjoni tal-kreditu ta’ taxxa għall-pensjonanti, li tikkostitwixxi element essenzjali sabiex tinżamm il-koerenza tas-sistema fiskali. Fil-fehma tiegħu, l-Artikolu 139ter huwa proporzjonat sabiex jintlaħaq l-għan tal-L.I.R. u ma jeżistux miżuri inqas restrittivi sabiex jinkiseb l-istess riżultat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Għall-Kummissjoni, id-digriet tar-rinviju ma jinkludix punti ta’ fatt suffiċjenti sabiex tiġi identifikata b’mod ċar ir-regola tad-dritt tal-Unjoni li possibbilment ġiet miksura mill-Artikolu 139ter tal-L.I.R. Speċifikament, huwa jilmenta li ma huwiex magħruf jekk C. Kohll irritornax lura lejn il-Lussemburgu mill-Pajjiżi l-Baxxi sabiex ifittex impjieg jew sabiex jaħdem qabel ma rtira, f’liema każ jista’ jinvoka favur tiegħu l-Artikolu 45 TFUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Il-Kummissjoni, f’dan il-kuntest, tirreferi għas-sentenzi mogħtija fil-kawżi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Bachmann</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑204/90</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1992:35">EU:C:1992:35</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), b’mod partikolari l-punt 9 tagħha; u Il‑<REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Kummissjoni vs Id-Danimarka</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑150/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:69">EU:C:2007:69</NO.ECLI>), punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, jew jekk ir-ritorn tiegħu lejn il-pajjiż tan-nazzjonalità tiegħu kienx dovut għax-xewqa li jistabbilixxi ruħu fil-Lussemburgu ladarba l-ħajja professjonali tiegħu tkun ġiet fit-tmiem, f’liema każ japplika d-dritt għall-moviment liberu tal-persuni sanċit fl-Artikolu 21 TFUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Il-Kummissjoni tikkowta s-sentenzi fil-kawżi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Turpeinen</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑520/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:703">EU:C:2006:703</NO.ECLI>), punt <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Rüffler</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑544/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:258">EU:C:2009:258</NO.ECLI>), punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u l-ġurisprudenza ċċitata fihom.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dan, u minħabba x-xebh fir-raġunament applikabbli għall-analiżi tal-ksur taż-żewġ artikoli tat-TFUE, il-Kummissjoni tipproponi analiżi konġunta, li minnha tiddeduċi li t-tnejn li huma jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni f’din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssib restrizzjoni kemm tal-Artikolu 45 TFUE, kif ukoll tal-Artikolu 21 TFUE, peress li jirriżulta li s-sitwazzjoni ta’ C. Kohll hija paragunabbli, kif mitlub mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Papillon</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑418/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:659">EU:C:2008:659</NO.ECLI>), punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, ma’ dik tal-pensjonant taxxabbli li jirċievi d-dħul tiegħu minn fond ta’ pensjonijiet stabbilit fil-Lussemburgu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-għan tal-Artikolu 139ter tal-L.I.R., fid-dawl tal-preambolu tal-Liġi tad-<DATE ISO="20081219">19 ta’ Diċembru 2008</DATE>, huwa li jgħin lil dawk il-persuni l-iktar żvantaġġjati, li fosthom hemm inklużi l-pensjonanti kollha, billi jiżdied id-dħul disponibbli tagħhom. Madankollu, skont il-Kummissjoni, dan l-għan jista’ jintlaħaq għall-pensjonanti kollha residenti fil-Lussemburgu, kemm dawk li jirċievu l-pensjoni tagħhom minn fondi jew debituri oħra tal-pensjoni fil-Lussemburgu, kif ukoll dawk li jirċevuha minn Stat Membru ieħor u huma taxxabbli fil-Lussemburgu taħt klawżoli fi ftehimiet dwar ħelsien minn taxxa doppja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Madankollu, billi teskludi lil dawn tal-aħħar mill-benefiċċju tal-kreditu ta’ taxxa, ir-regola kkontestata toħloq trattament mhux ugwali li: a) jista’ jiskoraġġixxi lill-impjegati milli jokkupaw post fi Stat Membru ieħor u jiksbu hemmhekk drittijiet għal pensjoni; u b) joħloq żvantaġġ għall-pensjonanti li jistabbilixxi ruħu fil-Lussemburgu, billi jippenalizzahom għas-sempliċi fatt li jkunu eżerċitaw il-libertà ta’ moviment fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Huwa preċiżament minħabba li l-pensjonanti residenti li għandhom dħul intaxxat fil-Lussemburgu ma jingħatawx il-benefiċċju tal-kreditu ta’ taxxa, li d-dispożizzjoni nazzjonali inkwistjoni ma hijiex xierqa, skont il-Kummissjoni, sabiex jintlaħaq l-għan ta’ interess ġenerali mixtieq. F’dan ir-rigward, hija tindika li l-kreditu ta’ taxxa jiġi applikat irrispettivament mill-ammont tal-pensjoni, ħlief għal dawk li ma jilħqux EUR 300 fis-sena jew EUR 25 kull xahar, u għalhekk ma huwiex maħsub speċifikament għall-kategoriji l-iktar dgħajfa tal-popolazzjoni minn perspettiva ekonomika u soċjali. Għalhekk, il-persuni taxxabbli residenti li jirċievu pensjoni minn Stat Membru ieħor iżda li huma ntaxxati fil-Lussemburgu, anki fil-każ ta’ ammont żgħir, ma jibbenefikawx mill-kreditu ta’ taxxa, peress li ma jkunux suġġetti għat-taxxa f’ras il-għajn f’dan il-pajjiż. Għalhekk l-approċċ li jorbot il-benefiċċju (il-kreditu ta’ taxxa) mal-post ta’ oriġini tal-pensjonijiet taxxabbli fil-Lussemburgu lanqas ma huwa konformi mal-għan imfittex mid-dritt nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Għall-Kummissjoni, ir-regola inkwistjoni lanqas ma hija ġġustifikata għal raġunijiet prattiċi ta’ natura amministrattiva. B’mod partikolari, hija tinnota li l-kreditu jista’ jingħata lill-pensjonanti li issa jinsabu esklużi, billi jiġu awtorizzati jnaqqsuh mill-miżata tagħhom fil-ħin tal-kalkolu tagħha permezz tal-metodu tal-evalwazzjoni tal-bażi taxxabbli, mingħajr ma jkun hemm l-iżvantaġġi sproporzjonati għall-amministrazzjoni, għall-fondi u l-kontribwenti, li jirreferi għalihom il-Gvern tal-Lussemburgu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, lanqas ma tikkunsidra li tista’ tiġi ġġustifikata l-ħtieġa li tinżamm il-koerenza tas-sistema fiskali, peress li ma jidher li hemm ebda rabta diretta bejn il-kreditu ta’ taxxa kkontestat u t-tpaċija ta’ dan il-benefiċċju fiskali permezz ta’ impożizzjoni fiskali partikolari<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tagħmel riferiment għas-sentenza mogħtija fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Heinrich Bauer Verlag</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑360/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:531">EU:C:2008:531</NO.ECLI>), punti <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Finalment, il-Kummissjoni tqis li ma tistax tiġi invokata l-ġustifikazzjoni li tirriżulta mill-ħtieġa li jiġi ppreservat it-tqassim ibbilanċjat tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Ara s-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Bouanich</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑375/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:138">EU:C:2014:138</NO.ECLI>), punti <REF.NP.ECR REF="NP0081">81</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0084">84</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0086">86</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, peress li, f’dan il-każ, il-Lussemburgu għandu l-kompetenza fiskali fuq il-pensjonijiet li ġejjin mill-Istat Membru l-ieħor ikkonċernat, il-Pajjiżi l-Baxxi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>IV –<HT TYPE="BOLD">Analiżi tad-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>A –<HT TYPE="ITALIC">Preliminarjament: dwar id-dispożizzjoni applikabbli tat-Trattat</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>L-osservazzjonijiet ippreżentati f’din id-deċiżjoni preliminari jaffermaw li hemm dubji dwar ir-regola li taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tagħha taqa’ s-sitwazzjoni ġuridika ta’ C. Kohll. L-Artikolu 21(1) TFUE, dwar il-libertà ta’ moviment u residenza taċ-ċittadini tal-Unjoni fit-territorju tal-Istati Membri, u l-Artikolu 45 TFUE, li jħaddan il-libertà ta’ moviment għall-ħaddiema fl-Unjoni jiġu kkunsidrati bħala għażliet possibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Il-Gvern tal-Lussemburgu jiċħad li r-rekwiżiti għall-applikazzjoni ta’ xi wieħed miż-żewġ artikoli msemmija huma ssodisfatti, peress li l-leġiżlazzjoni kkontestata la tiddisswadi liċ-ċittadini milli jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta’ moviment liberu u lanqas ma tipprekludihom milli jagħmlu dan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, skont il-Kummissjoni d-dubju jirriżulta min-nuqqas ta’ informazzjoni dwar jekk C. Kohll irritornax lura lejn il-pajjiż ta’ oriġini tiegħu, il-Lussemburgu, biex isib impjieg qabel ma rtira, jew jekk stabbilixxiex ruħu f’pajjiżu ladarba rtira. Fl-ewwel każ, il-kwistjoni għandha tiġi ġġudikata skont l-Artikolu 45 TFUE u, fit-tieni wieħed, skont l-Artikolu 21 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Għalkemm ser nitkellem dwar ir-regola applikabbli, fil-prattika din id-diskussjoni tista’ tkun (jew, għall-inqas, tidher) mhux neċessarja, minħabba l-użu tal-istess metodi ta’ interpretazzjoni għall-eżaminazzjoni taż-żewġ dispożizzjonijiet tad-dritt primarju inkwistjoni. Madankollu, il-fatt li sitwazzjoni fattwali tiġi kklassifikata fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ regola partikolari dejjem jista’ jkun utli, pereżempju, bħala gwida għall-każijiet futuri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Is-sitwazzjoni tal-pensjonanti, bħala kategorija speċifika ta’ persuni, fid-dritt tal-Unjoni għandu punt ta’ konnessjoni fl-aċċenn impliċitu, jew evitat, li l-Artikolu 45(3)(d) TFUE jagħmel għad-dritt tal-ħaddiem li jibqa’ fit-territorju tal-Istat Membru <HT TYPE="ITALIC">wara li jkun okkupa impjieg hemm</HT>. Dan id-dritt bħalissa huwa rregolat bl-Artikolu 17 tad-Direttiva 2004/38<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46).</P></NOTE>, li fih diversi eċċezzjonijiet favur il-pensjonanti jew il-ħaddiema b’inkapaċità għax-xogħol, permezz tat-tnaqqis tat-terminu ġenerali ta’ ħames snin ta’ residenza legali kontinwata fl-Istat Membru ospitanti taċ-ċittadini tal-Unjoni u l-membri tal-familji tagħhom, bħala kundizzjoni għall-kisba tad-dritt ta’ residenza permanenti f’dan l-Istat. Iżda din ma hijiex ir-regola rilevanti għal din il-kawża u din il-libertà fundamentali tat-Trattat lanqas ma hija limitata għal residenza permanenti fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-fatti tal-kawża huma parti minn serje ta’ deċiżjonijiet li fihom id-dritt ta’ moviment liberu tal-ħaddiema, protett bl-Artikolu 45 TFUE, ġie invokat kontra regoli nazzjonali f’diversi oqsma u, b’mod partikolari, dawk tat-taxxa, jiġifieri, f’kuntesti lil hinn mid-dritt ta’ residenza fl-Istat ospitanti. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ripetutament li ċerti drittijiet relatati mal-istatus ta’ ħaddiem jingħataw lill-ħaddiema migranti anki meta dawn ma jibqgħux suġġetti għal relazzjoni ta’ impjieg<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Meints</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑57/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1997:564">EU:C:1997:564</NO.ECLI>), punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Martínez Sala</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑85/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:217">EU:C:1998:217</NO.ECLI>), punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Madankollu, il-pensjonant mhux dejjem ġie rrikonoxxut din il-kwalità ta’ ħaddiem li kienet tippermettilu jinvoka l-moviment liberu speċifiku sanċit fl-Artikolu 45 TFUE. Għalhekk, fis-sentenzi Pusa<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Kawża <REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑224/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:273">EU:C:2004:273</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, Turpeinen<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Kawża <REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑520/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:703">EU:C:2006:703</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE> u, reċentement, Hirvonen<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Kawża <REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑632/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:765">EU:C:2015:765</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, probabbilment iggwidata taċitament mill-kriterju li t-tmiem tar-relazzjoni tax-xogħol twassal, bħala prinċipju, biex il-persuna kkonċernata titlef l-istatus<?PAGE NO="7"?> ta’ ħaddiem fis-sens tal-Artikolu 45 TFUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ara s-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Leclere u Deaconescu</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑43/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:303">EU:C:2001:303</NO.ECLI>), punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja ċaħdet li dan l-Artikolu jinkludi l-persuni li jkunu wettqu l-karriera kollha tagħhom fl-Istat Membru u li jkunu użaw id-dritt tagħhom li jgħixu fi Stat Membru ieħor biss wara l-irtirar tagħhom u mingħajr ebda intenzjoni li jeżerċitaw hemmhekk attività bħala impjegati<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Ara l-punt 60 tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Léger fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Turpeinen</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑520/04</NO.CASE>; <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:332">EU:C:2006:332</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li jirreferi għalihom il-punt 16 tas-sentenza.</P></NOTE>. Dawn il-kawżi ġew deċiżi permezz tal-applikazzjoni tal-Artikolu 21 TFUE attwali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Finalment, għall-persuni li, wara li spiċċat ir-relazzjoni tax-xogħol tagħhom bħala impjegati, jibdlu biss l-Istat Membru ta’ residenza tagħhom, id-dritt tal-Unjoni jkoprihom abbażi tad-dritt għal moviment liberu skont l-Artikolu 21 TFUE, iżda mhux skont l-Artikolu 45 TFUE. Ir-raġuni hija li, <HT TYPE="ITALIC">strictu sensu</HT>, fiż-żmien taċ-ċaqliq tar-residenza tagħhom lejn Stat Membru ieħor, dawn il-persuni ma jeżerċitawx il-libertà ta’ moviment mogħtija lill-ħaddiema mit-Trattat, peress li ma jkollhomx iktar l-istatus ta’ ħaddiem<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Ara, <HT TYPE="ITALIC">għall-kuntrarju</HT>, il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, li tgħid li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>[…]d-dispożizzjonijiet kollha tat-Trattati li jirrigwardaw il-moviment liberu tal-persuni huma intiżi li jiffaċilitaw, għaċ-ċittadini tal-Unjoni, l-eżerċizzju ta’ attivitajiet professjonali ta’ kull tip fuq it-territorju kollu tal-Unjoni u jipprekludu miżuri li jistgħu jpoġġu fi żvantaġġ lil dawn iċ-ċittadini meta jkunu jixtiequ jeżerċitaw attività ekonomika fuq it-territorju ta’ Stat Membru ieħor<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> [sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Petersen</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑544/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:124">EU:C:2013:124</NO.ECLI>), punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u l-ġurisprudenza ċċitata].</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Fil-qosor, wara li eżerċitaw id-dritt tagħhom ta’ moviment liberu bħala persuni impjegati, il-persuni li jkunu wettqu l-karriera professjonali tagħhom, parzjalment jew totalment, fi Stat Membru differenti minn dak ta’ oriġini tagħhom u li jirritornaw fih sabiex jistabbilixxu ruħhom u jgħixu mingħajr l-intenzjoni li jsibu impjieg hemmhekk, jistgħu jinvokaw l-Artikolu 45 TFUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Ara s-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Sehrer</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑302/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:322">EU:C:2000:322</NO.ECLI>), punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>. Madankollu, il-protezzjoni mogħtija mit-Trattat f’dawn il-każijiet tkopri biss, skont il-Qorti tal-Ġustizzja, id-diskriminazzjonijiet u l-ostakoli li jaffettwaw id-drittijiet miksuba fil-kuntest tar-relazzjoni ta’ impjieg ta’ qabel<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Leclere u Deaconescu</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑43/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:303">EU:C:2001:303</NO.ECLI>), punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-fatti pprovduti fid-digriet tar-rinviju, jirriżulta li l-pensjoni li jirċievi C. Kohll direttament mill-kumpannija <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Shell International B.V<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, u li tirrappreżenta l-biċċa l-kbira tad-dħul tiegħu, hija dovuta għall-impjieg preċedenti tiegħu ma’ din il-kumpannija fil-Pajjiżi l-Baxxi. Abbażi tal-ġurisprudenza msemmija fil-punt preċedenti, inqis, għalhekk, li d-dħul minn din il-pensjoni huwa kopert mill-moviment liberu tal-ħaddiema sanċit fl-Artikolu 45 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju tal-Kummissjoni, nemmen li tista’ tiġi ddeterminata r-regola tat-Trattat xierqa għall-każ kemm jekk C. Kohll ivvjaġġa lejn il-Lussemburgu sabiex isib impjieg ieħor, kif ukoll jekk għamel dan bħala pensjonant. Fil-fehma tiegħi, peress li l-pensjonijiet inkwistjoni ġejjin esklużivament mill-perijodu tal-ħajja ta’ C. Kohll mgħoddi fil-Pajjiżi l-Baxxi, jikkostitwixxu drittijiet ta’ ħaddiem miksuba waqt l-eżerċizzju tad-dritt tiegħu għal moviment liberu u jixirqilhom il-protezzjoni mogħtija skont l-Artikolu 45 TFUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Bħal fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Terhoeve</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑18/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:22">EU:C:1999:22</NO.ECLI>), punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, C. Kohll jilmenta preċiżament quddiem l-awtoritajiet tal-Istat tiegħu li r-regola inkwistjoni hija ta’ preġudizzju kontrih talli eżerċita l-professjoni tiegħu fi Stat Membru ieħor.</P></NOTE>. F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma huwiex rilevanti sabiex jiġi deċiż il-każ jekk ir-rikorrenti rritornax lejn l-Istat Membru tan-nazzjonalità tiegħu sabiex ikompli jaħdem qabel jirtira, jew sabiex igawdi direttament l-irtirar tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Għadu jrid jiġi ddeterminat jekk dan ir-raġunament japplikax ukoll għat-tieni pensjoni tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali, li jirċeviha mill-SVB. Mid-digriet tar-rinviju jirriżulta li din hija pensjoni mhux taxxabbli li l-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi jagħti lil kull persuna li tkun għexet fil-Pajjiżi l-Baxxi, irrispettivament minn jekk kellhiex impjieg jew le f’dak il-pajjiż.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Għalkemm huwa minnu li, minħabba l-karatteristiċi tal-pensjoni tal-SVB, ma hemm ebda rabta diretta mar-relazzjoni tal-impjieg, xorta jibqa’ l-fatt li fil-każ ta’ C. Kohll l-unika raġuni għall-pensjoni tiegħu mill-SVB tirriżulta wkoll mir-relazzjoni tal-impjieg tiegħu, għalkemm b’mod indirett, u għalhekk ir-rikorrenti qatt ma kien ikun intitolat għaliha li kieku ma kienx residenti fil-Pajjiżi l-Baxxi minħabba l-obbligi tax-xogħol tiegħu. Barra minn hekk, l-eżaminazzjoni indipendenti ta’ kull waħda mill-pensjonijiet inkwistjoni taħt artikolu separat tat-Trattat tirriżulta f’diviżjoni artifiċjali bejn iż-żewġ pensjonijiet, ’il bogħod mir-realtà tal-ħajja ta’ C. Kohll.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Fil-qosor, id-dħul li r-rikorrenti fil-kawża prinċipali jikseb miż-żewġ pensjonijiet jikkostitwixxi drittijiet miksuba fil-kuntest tal-istatus tiegħu ta’ ħaddiem li uża l-libertà ta’ moviment bħala ħaddiem u huwa protett skont l-Artikolu 45 TFUE, li fid-dawl tiegħu għandha tiġi analizzata, għalhekk, il-leġiżlazzjoni nazzjonali kkontestata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>B –<HT TYPE="ITALIC">Dwar l-eżistenza ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ restrizzjoni għall-moviment liberu tal-ħaddiema</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Għalkemm fi wħud mill-osservazzjonijiet bil-miktub ippreżentati f’din il-proċedura jidher li l-eventwali ksur tal-libertà ta’ moviment tal-ħaddiema jiġi marbut mal-obbligu li jkunu fil-pussess ta’ ċertifikat taż-żamma tat-taxxa, skont l-Artikolu 139ter tal-L.I.R., nemmen li dan l-obbligu huwa biss ir-rappreżentazzjoni viżiva tat-tipi differenti ta’ żamma tat-taxxa f’kull sena fiskali. Fih innifsu, iċ-ċertifikat, fl-opinjoni tiegħi, għandu biss valur <HT TYPE="ITALIC">ad probationem</HT> u mhux kostituttiv tad-dritt li jintalab il-kreditu ta’ taxxa inkwistjoni. Għaldaqstant, sabiex tiġi spjegata l-eżistenza ta’ ksur tal-Artikolu 45 TFUE, l-analiżi għandha tkun ibbażata fuq ir-regolamentazzjoni tar-regola inkwistjoni, minflok fuq iċ-ċertifikat tat-taxxa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Ladarba ċċarajna dan l-aspett, se nibda nanalizza l-eventwali ksur ta’ libertà fundamentali tat-Trattat b’mod topiku, jiġifieri billi tiġi mfakkra l-ġurisprudenza stabbilita li tipprovdi li l-Istati Membri għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom dwar kwalunkwe kwistjoni filwaqt li jirrispettaw id-dritt tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Ara, pereżempju, is-sentenzi deċiżi fil-kawżi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Test Claimants in Class IV of the ACT Group litigation</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑374/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:773">EU:C:2006:773</NO.ECLI>), punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; Il-Kummissjoni vs Il-Belġju (C‑250/08, EU:2011:793), punt 33; kif ukoll <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Dijkman u Dijkman-Lavaleije</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑233/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:397">EU:C:2010:397</NO.ECLI>), punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>. Minkejja li ġiet ripetuta ħafna drabi din il-premessa tibqa’ valida, barra minn hekk mill-analiżi tal-ġustifikazzjoni ser tidher l-importanza li jiġu indirizzati ċerti fatturi li se jiżdiedu mal-argumenti tradizzjonali invokati sabiex jiġġustifikaw restrizzjonijiet ta’ dan it-tip, bħalma huma l-koerenza tas-sistema fiskali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Din il-ġustifikazzjoni ġiet irrikonoxxuta għall-ewwel darba fis-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Bachman</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑204/90</NO.CASE>; <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1992:35">EU:C:1992:35</NO.ECLI>), punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u intużat b’mod frekwenti f’sentenzi sussegwenti bħal, pereżempju, is-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Krankenheim Ruhesitz am Wannsee-Seniorenheimstatt</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑157/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:588">EU:C:2008:588</NO.ECLI>), punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; jew Il-Kummissjoni vs Il-Belġju (C‑250/08, EU:2011:793), punt 70.</P></NOTE>, il-ħtieġa li jiġi żgurat il-kontroll fiskali u l-ġlieda kontra l-frodi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Ara, pereżempju, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Petersen</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑544/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:124">EU:C:2013:124</NO.ECLI>), punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-moviment liberu tal-persuni, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li d-dispożizzjonijiet tat-Trattat f’dan il-qasam huma maħsuba sabiex jiffaċilitaw, għaċ-ċittadini Komunitarji, l-eżerċizzju ta’ kull tip ta’ attività professjonali fit-territorju tal-Unjoni u jipprekludu miżuri nazzjonali li jistgħu jqegħduhom fi żvantaġġ jekk jixtiequ jwettqu attività ekonomika fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Sentenzi, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Bosman</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑415/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1995:463">EU:C:1995:463</NO.ECLI>), punt <REF.NP.ECR REF="NP0094">94</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Terhoeve</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑18/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:22">EU:C:1999:22</NO.ECLI>), punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Kranemann</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑109/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:187">EU:C:2005:187</NO.ECLI>), punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>B’mod iktar konkret, fil-qasam tal-moviment liberu tal-ħaddiema, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jfixklu jew jiddiswadu ħaddiem ċittadin ta’ Stat Membru milli joħroġ mill-Istat ta’ oriġini tiegħu sabiex jeżerċita d-dritt tiegħu ta’ moviment liberu, jikkostitwixxu ostakoli għal din il-libertà, anki jekk dawn huma applikabbli indipendentement min-nazzjonalità tal-ħaddiema kkonċernati<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Köbler</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑224/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:513">EU:C:2003:513</NO.ECLI>), punt <REF.NP.ECR REF="NP0074">74</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Kranemann</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑109/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:187">EU:C:2005:187</NO.ECLI>), punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, l-Artikolu 139ter tal-L.I.R. iċaħħad lill-pensjonant li l-pensjoni tiegħu ma tkunx ġejja minn fond ta’ pensjonijiet jew minn debitur ieħor Lussemburgiż, minn vantaġġ fiskali, jiġifieri l-kreditu ta’ taxxa. Dan it-trattament differenti jista’ għalhekk jiddiswadi kemm lill-ħaddiema fil-Lussemburgu li jixtiequ jfittxu impjieg fi Stat Membru ieħor kif ukoll lill-ħaddiema Lussemburgiżi, jew li għandhom in-nazzjonalità ta’ Stat Membru ieħor, li jixtiequ jistabbilixxu ruħhom fit-territorju tal-Lussemburgu wara li jirtiraw.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Il-leġiżlazzjoni nazzjonali kkontestata toħloq, barra minn hekk, diskriminazzjoni indiretta<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, ir-regoli dwar it-trattament ugwali ma jipprojbixxux biss id-diskriminazzjonijiet ovvji bbażati fuq in-nazzjonalità, iżda wkoll kull forma moħbija ta’ diskriminazzjoni li, bl-applikazzjoni ta’ kriterji oħra ta’ differenzazzjoni, twassal fil-fatt għall-istess riżultat (sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Sotgiu</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑152/73</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1974:13">EU:C:1974:13</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0011">11</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, sa fejn in-nuqqas ta’ ċertifikat taż-żamma tat-taxxa, u l-konsegwenzi ta’ dan in-nuqqas, jwassal għaċ-ċaħda ta’ għoti ta’ kreditu ta’ taxxa lil ċittadini ta’ Stati Membri oħra bi proporzjon ikbar minn dawk Lussemburgiżi, peress li huma dawn tal-ewwel li l-iktar se jirċievu pensjonijiet minn pajjiżi oħra tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Ara, bħala paragun, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Biehl</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑175/88</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1990:186">EU:C:1990:186</NO.ECLI>), punt <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Ċertament, ma jkun hemm l-ebda differenza fit-trattament jekk is-sitwazzjoni ta’ C. Kohll tkun differenti minn dik tal-pensjonant li jirċievi l-pensjoni tiegħu minn fond ta’ pensjonijiet Lussemburgiż. L-eżami tal-kuntrast bejn is-sitwazzjonijiet inkwistjoni huwa tipiku wkoll f’kawżi ta’ tassazzjoni diretta u l-moviment liberu, fejn għandu jsir, minħabba regoli dommatiċi, qabel l-analiżi tal-ġustifikazzjonijiet<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Ara, pereżempju, is-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Grünewald</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑559/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:109">EU:C:2015:109</NO.ECLI>), punti <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Schröder</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑450/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:198">EU:C:2011:198</NO.ECLI>), punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Is-sentenza dwar in-natura paragunabbli tas-sitwazzjonijiet ġiet deċiża, prinċipalment, f’kawżi li kienu jaffettwaw lil persuni mhux residenti meta mqabbla ma dawk residenti fi Stat Membru partikolari<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Nibdew bis-sentenza magħrufa <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Schumacker</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑279/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1995:31">EU:C:1995:31</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. F’dan is-sens, il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li persuna mhux residenti li ma tirċevix dħul sinjifikattiv fl-Istat Membru ta’ residenza tagħha u li tikseb il-parti l-kbira tad-dħul taxxabbli tagħha minn attività eżerċitata fi Stat Membru ieħor ma hijiex f’sitwazzjoni oġġettivament differenti minn dik tal-persuna residenti li f’dan l-aħħar Stat teżerċita attività paragunabbli ta’ impjegat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Schumacker</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑279/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1995:31">EU:C:1995:31</NO.ECLI>), punti <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Turpeinen</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑520/04</NO.CASE>; <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:703">EU:C:2006:703</NO.ECLI>), punti <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, jekk fiċ-ċirkustanzi deskritti fil-punt preċedenti, il-persuna residenti u dik mhux residenti jinsabu f’sitwazzjonijiet oġġettivament paragunabbli, iktar u iktar għandhom ikunu żewġ persuni taxxabbli residenti fl-istess Stat Membru, bħal ma jiġri f’dan il-każ. Peress li s-CDI bejn il-Lussemburgu u l-Pajjiżi l-Baxxi tissuġġetta d-dħul mill-pensjonijiet bħal dawk ta’ C. Kohll għall-ġurisdizzjoni tal-awtoritajiet tat-taxxa Lussemburgiżi, l-uniku fattur ta’ distinzjoni huwa dak tal-oriġini mill-Pajjiżi l-Baxxi tal-pensjoni tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Madankollu, peress li huwa dan l-element transkonfinali dak li speċifikament jagħti lil C. Kohll il-kopertura tal-Artikolu 45 TFUE, ikun paradossali, u saħansitra kontradittorju, li fl-istess ħin dan jintuża fl-argument ewlieni sabiex jiġi sostnut li l-pensjonant li jirċievi l-pensjoni tiegħu minn fond Lussemburgiż u dak li jirċeviha minn Stat Membru ieħor ma humiex f’sitwazzjonijiet oġġettivament paragunabbli.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-rigward tal-għan tal-L.I.R.<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Naqbel mal-kriterju propost mill-Avukat Ġenerali Jääskinen li jgħid li anki fil-kuntest tal-eżami tal-paragunabbiltà tas-sitwazzjonijiet għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-għan imfittex mid-dispożizzjonijiet nazzjonali inkwistjoni [konklużjonijiet ippreżentati fil-kawża Il-<REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Kummissjoni vs l-Estonja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑39/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:770">EU:C:2011:770</NO.ECLI>), punt <REF.NP.ECR REF="NP0073">73</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>].</P></NOTE> (jiġifieri, li l-persuni żvantaġġjati jiġu mgħejjuna billi jiżdied id-dħul disponibbli tagħhom) huwa possibbli li l-formulazzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni nazzjonali ma hijiex konsistenti wisq. Għalkemm ma hijiex is-sitwazzjoni tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Mid-digriet tar-rinviju jirriżulta li d-dħul tiegħu miż-żewġ pensjonijiet inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma jippermettux li jiġi inkluż fil-kategorija ta’ dawk żvantaġġjati, mingħajr ma jkun hemm bżonn li jiġu pprovduti iktar dettalji dwar l-ammont.</P></NOTE>, il-vantaġġ fiskali ma jgawdux minnu l-pensjonanti b’pensjonijiet baxxi li jirċevuhom minn Stat Membru ieħor, peress li huwa ovvju li dawn jinsabu fl-istess sitwazzjoni, mill-perspettiva fiskali u materjali, bħall-pensjonanti li l-pensjonijiet tagħhom jitħallsu mill-fondi ta’ pensjonijiet Lussemburgiżi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Konsegwentement, nemmen li persuni bħal C. Kohll u l-pensjonanti li jgħixu fil-Lussemburgu li jirċievu l-pensjoni tagħhom minn fondi Lussemburgiżi jinsabu fl-istess ċirkustanzi, mill-aspett fiskali ta’ dan il-pajjiż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għalkemm il-Gvern Lussemburgiż ma semmiex dan espressament, wieħed jista’ jaħseb li l-ammont limitat tal-kreditu ta’ taxxa (massimu annwali ta’ EUR 300) ma jkollu ebda effett dissważiv fuq il-ħaddiema fir-rigward tal-eżerċizzju tad-dritt tagħhom ta’ moviment liberu. F’dan ir-rigward, għandu jiġi mfakkar li, skont il-ġurisprudenza stabbilita, anki restrizzjoni fuq libertà fundamentali li tkun ta’ portata limitata jew ta’ importanza sekondarja hija pprojbita mit-Trattat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>F.E. Familienprivatstiftung Eisenstadt</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑589/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:612">EU:C:2015:612</NO.ECLI>), punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Konsegwentement, u bħala l-ewwel konklużjoni intermedja, nemmen li l-leġiżlazzjoni kkontestata tikkostitwixxi restrizzjoni għall-moviment liberu tal-ħaddiema sanċit fl-Artikolu 45 TFUE.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>C –<HT TYPE="ITALIC">Dwar il-ġustifikazzjoni tar-restrizzjoni tal-moviment liberu tal-ħaddiema</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Kif inhu magħruf, l-analiżi tal-kompatibbiltà ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tmur kontra l-moviment liberu tal-ħaddiema ma hijiex limitata għall-prova li din hija ostaklu għal dik il-libertà. Il-Qorti tal-Ġustizzja tuża fil-kuntest ta’ din l-analiżi <HT TYPE="ITALIC">rule of reason</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Kien l-Avukat Ġenerali Léger li fil-konklużjonijiet tiegħu tal-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Schumacker</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑279/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1994:391">EU:C:1994:391</NO.ECLI>), punti <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, uża dawn it-termini sabiex jiddeskrivi l-pass fl-<HT TYPE="ITALIC">íter</HT> analitiku tar-restrizzjonijiet tal-moviment liberu tal-ħaddiema.</P></NOTE> maħsuba biex timmitiga l-effetti tal-integrazzjoni ta’ dawk ir-regoli nazzjonali fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 45 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Għalhekk, skont il-Qorti tal-Ġustizzja, miżura li tostakola l‑moviment liberu tal‑ħaddiema tista’ tiġi aċċettata biss jekk ikollha għan leġittimu kompatibbli mat‑Trattat u jekk tkun iġġustifikata minħabba raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali. Barra minn hekk, ikun meħtieġ ukoll li miżura b’dawn il-karatteristiċi tkun xierqa sabiex tiżgura li jintlaħaq l-għan imfittex, mingħajr ma jinqabeż dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Petersen</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑544/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:124">EU:C:2013:124</NO.ECLI>), punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>, dak li huwa magħruf bħala t-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>test ta’ proporzjonalità<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Fil-punti 24 u 25 ta’ dawn il-konklużjonijiet ipprovdejt iż-żewġ argumenti mressqa mill-Gvern Lussemburgiż biex jiddefendi l-kompatibbiltà tal-miżura nazzjonali tiegħu mal-Artikolu 45 TFUE: il-konsegwenzi sproporzjonati li jwasslu għall-modifika tiegħu u l-koerenza tas-sistema fiskali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel argument, il-Gvern Lussemburgiż jirreferi għall-karatteristiċi tal-kreditu ta’ taxxa, fejn jistqarr li l-ġestjoni taċ-ċertifikati taż-żamma tat-taxxa mill-fondi ta’ pensjoni u mid-debituri oħra tal-pensjoni jqegħedhom f’pożizzjoni aħjar kemm sabiex jingħata l-kreditu ta’ taxxa, kif ukoll sabiex jiġi allokat jew irrestitwit b’mod dirett u effettiv. Għaldaqstant, huwa jżid li, kwalunkwe bidla f’din l-istruttura tkun tinvolvi konsegwenzi amministrattivi sproporzjonati<?PAGE NO="11"?> għall-amministrazzjonijiet, għall-fondi u għall-kontribwenti. Is-sistema taċ-ċertifikati ma tippermettix li jiġu inklużi dawk il-pensjonanti li l-pensjonijiet tagħhom ikunu ġejjin minn Stati Membri oħra, peress li l-fondi u l-aġenziji Lussemburgiżi l-oħra ma għandhomx mezzi sabiex iżommu taxxa f’ras il-għajn fuq dawn il-pensjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>L-argument ma huwiex konvinċenti għal tliet raġunijiet. L-ewwel, minħabba li C. Kohll ma jitlobx li l-pensjonijiet mill-Pajjiżi l-Baxxi tiegħu jkunu neċessarjament suġġetti għal żamma tat-taxxa fil-Lussemburgu. Il-kritika ma tinsabx fl-esklużjoni mit-taxxa f’ras il-għajn fuq il-pensjonijiet minn Stati Membri oħra, iżda fiċ-ċaħda assoluta tal-vantaġġ fiskali, fil-forma ta’ kreditu ta’ taxxa, sabiex iżid id-dħul disponibbli tiegħu. Il-benefiċċju fiskali seta’ tabilħaqq jingħata fi stadju ieħor tar-relazzjonijiet bejn il-persuna taxxabbli u l-amministrazzjoni tat-taxxa, bħal pereżempju fl-istadju tal-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni tat-taxxa fuq id-dħul, permezz ta’ tnaqqis tat-taxxa. Din il-possibbiltà tal-aħħar tkun tippermetti li l-pensjonanti fl-istess sitwazzjoni bħal C. Kohll igawdu minn ż-żieda parallela fid-dħul, b’mod konformi mal-għan tar-regola inkwistjoni, kif ġie deskritt mill-Gvern Lussemburgiż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>It-tieni raġuni li, fil-fehma tiegħi, idgħajjef id-difiża mressqa hija li l-Gvern Lussemburgiż ma offra ebda spjegazzjoni konklużiva għall-allegati riperkussjonijiet amministrattivi u n-natura sproporzjonata tagħhom. L-aċċenn vag għall-problemi operattivi tas-sistema fiskali ma huwiex biżżejjed sabiex jitqies li ngħatat prova tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>It-tielet raġuni, u probabbilment l-aktar waħda b’saħħitha, tirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, li tipprovdi li d-diffikultajiet prattiċi waħedhom ma jistgħu jiġġustifikaw ebda restrizzjoni għal libertà fundamentali ggarantita mit-Trattat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Dijkman u Dijkman-Lavaleije</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑233/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:397">EU:C:2010:397</NO.ECLI>), punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>. Peress li l-Gvern Lussemburgiż ma għamilx konnessjoni bejn dawn l-allegati diffikultajiet u xi diffikultà oħra ta’ natura differenti, li setgħet tikkontribwixxi għas-suċċess tal-ewwel argument tiegħu (dejjem fil-kuntest tal-analiżi tal-ispjegazzjoni mogħtija), ir-restrizzjoni għall-moviment liberu tal-ħaddiema sanċit fl-Artikolu 139ter tal-L.I.R. tibqa’ mhux iġġustifikata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>Il-Gvern Lussemburgiż isostni, bħala t-tieni argument, il-ħtieġa li tinżamm il-koerenza fis-sistema fiskali tiegħu, fejn jiffoka fuq ir-rabta bejn is-sistema ta’ ġbir tat-taxxa, jiġifieri, it-taxxa f’ras il-għajn, u l-applikazzjoni tal-kreditu ta’ taxxa għall-pensjonanti. Huwa jiddikjara li d-dispożizzjoni kkontestata hija adegwata sabiex jintlaħaq l-għan imfittex mil-liġi tat-taxxa u li ma jeżistux miżuri inqas restrittivi sabiex jinkiseb l-istess riżultat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Il-ħarsien tal-koerenza tas-sistema fiskali, bħala allegazzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>li teżenta<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, huwa mibni fuq l-idea li t-telf ta’ dħul għat-Teżor nazzjonali, li jirriżulta mill-għoti ta’ vantaġġ fiskali, huwa kkumpensat mit-taxxa fuq id-dħul tal-istess persuna taxxabbli, f’kuntest marbut mill-qrib ma’ dak tal-vantaġġ<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Ruiz-Jarabo Colomer ippreżentati fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Terhoeve</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑18/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:177">EU:C:1998:177</NO.ECLI>), punt <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, li jispjegaw il-ġustifikazzjoni fis-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Bachmann</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑204/90</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1992:35">EU:C:1992:35</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>Fil-każ preżenti, madankollu, naqbel mal-Kummissjoni li l-allegata koerenza tas-sistema fiskali inkwistjoni ma ntwerietx. B’mod partikolari, ma hemm ebda rabta diretta bejn il-vantaġġ fiskali u t-taxxa li tpaċih. Ir-rabta li jirreferi għaliha l-Gvern Lussemburgiż taffettwa l-vantaġġ fiskali fir-rigward tat-teknika taż-żamma tat-taxxa, iżda mhux fir-rigward ta’ taxxa oħra li tkun ġiet imfassla sabiex tikkumpensa t-telf ta’ dħul fiskali kkawżat mill-għoti tal-kreditu ta’ taxxa. Konsegwentement, anki dan it-tieni argument invokat mill-Gvern Lussemburgiż bħala difiża tal-kompatibbiltà tal-Artikolu 139ter tal-L.I.R. mal-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>Il-firxa ta’ ġustifikazzjonijiet li jistgħu jiġu invokati fil-kuntest tal-evalwazzjoni globali tal-moviment liberu tal-ħaddiema ma hijiex limitata għal dawk it-tnejn eżaminati fil-punti preċedenti. Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja aċċettat bħala validi, oħrajn li ser nindirizza fil-qosor, minkejja li l-Gvern tal-Lussemburgu ma pproponihomx.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>Għalhekk, jekk nillimitaw ruħna għall-qasam tat-taxxa, il-ġustifikazzjoni bbażata fuq il-ħtieġa li jiġi ppreservat it-tqassim ibbilanċjat tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Il-Kummissjoni tippreżenta din il-ġustifikazzjoni fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha.</P></NOTE> tista’ tiġi aċċettata, partikolarment, meta l-għan tas-sistema kkonċernata jikkonsisti fl-evitar ta’ aġiri li jipperikolaw id-dritt li Stat Membru jeżerċita l-ġurisdizzjoni fiskali tiegħu fuq l-attivitajiet imwettqa fit-territorju tiegħu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Bouanich</NAME.CASE> (<NO.CASE>C 375/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:138">EU:C:2014:138</NO.ECLI>), punt <REF.NP.ECR REF="NP0081">81</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>Madankollu, kif ġustament tenfasizza l-Kummissjoni, f’dan il-każ ma hemmx lok għal din il-ġustifikazzjoni, għaliex il-Lussemburgu għandu s-setgħa tat-tassazzjoni, skont l-Artikolu 19 tas-CDI, kemm fuq il-pensjonijiet riċevuti mill-pensjonanti minn fondi ta’ pensjonijiet f’dak l-Istat Membru, kif ukoll fuq il-pensjonijiet li ġejjin mill-Pajjiżi l-Baxxi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Fil-kuntest li fih, skont il-Gvern Lussemburgiż, taqa’ l-leġiżlazzjoni nazzjonali kkontestata, jiġifieri l-politika soċjali, ġiet irrikonoxxuta wkoll il-possibbiltà li jiġu invokati ċerti finijiet ta’ natura soċjopolitika, li jistgħu jikkostitwixxu raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali; pereżempju, l-inċentivi għall-kostruzzjoni ta’ djar bil-kera, sabiex jiġu ssodisfatti l-bżonnijiet ta’ djar bħal dawn fil-Ġermanja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Grundstücksgemeinschaft Busley u Cibrián Fernández</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑35/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:625">EU:C:2009:625</NO.ECLI>), punti <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, jew sabiex tiġi ffaċilitata l-kisba tal-ewwel dar minn persuni, fil-kuntest iktar ġenerali tal-politika soċjali tal-Istat Grieg<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>Sentenza Il-<REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Kummissjoni vs Il-Greċja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑155/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:22">EU:C:2011:22</NO.ECLI>), punti <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, u inklużi għanijiet tal-politika ta’ żvilupp<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Petersen</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑544/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:124">EU:C:2013:124</NO.ECLI>), punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza msemmija fil-punt preċedenti, miżura li tistabbilixxi vantaġġ fiskali u li tikkostitwixxi restrizzjoni għall-moviment liberu tal-ħaddiema tista’ tiġi ġġustifikata jekk għandha għan ta’ politika soċjali, dejjem sakemm tkun xierqa sabiex jintlaħaq dan l-għan u ma taqbiżx dak li huwa neċessarju sabiex dan l-għan jintlaħaq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>Fil-każ preżenti, ir-riforma leġiżlattiva tal-2008, li introduċiet l-Artikolu 139ter fl-L.I.R., kellha l-għan — dejjem fuq il-bażi tal-ispjegazzjonijiet tal-Gvern Lussemburgiż — ta’ żieda fid-dħul disponibbli tal-pensjonanti, sabiex tgħin lil dawk l-aktar żvantaġġjati. Minkejja l-fatt li dan l-għan huwa ta’ min ifaħħru, għandu jiġi rrikonoxxut li l-miżura ma tidhirx kompletament xierqa sabiex jintlaħaq għan soċjali meta, minn naħa, teskludi l-pensjonanti kollha li, bħal C. Kohll, jirċievu l-pensjoni tagħhom minn Stati Membri oħra u huma ntaxxati fil-Lussemburgu u meta, min-naħa l-oħra, ma tintroduċix limitu massimu fuq il-livell tad-dħul tal-benefiċjarji, peress li hija wkoll favur pensjonanti b’livelli ta’ dħul għolja. Ir-regola kkontestata għalhekk ma hijiex xierqa sabiex jintlaħaq b’mod sħiħ l-għan teoretiku li hija inspirata minnu, u għalhekk lanqas ma għandu jintuża l-argument relatat mat-tfassil tal-politika soċjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, sussidjarjament, u jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra li l-leġiżlazzjoni kkontestata hija ġġustifikata minn xi waħda mir-raġunijiet diskussi fil-punti preċedenti, nemmen li lanqas ma hija proporzjonata mal-għan imfittex. Jeżistu forom inqas restrittivi, f’termini legali, sabiex dan jintlaħaq mingħajr ma jiġu esklużi pensjonanti li, bħal C. Kohll, jirċievu l-pensjoni tagħhom minn Stat Membru ieħor. Fost dawn, kif indikajt diġà, teżisti, pereżempju, il-possibbiltà li jiġi introdott tnaqqis mit-taxxa għall-ammont massimu tal-kreditu ta’ taxxa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>Fil-qosor, ma nikkunsidrax li r-regola inkwistjoni fid-domanda preliminari hija ġġustifikata. Nikkonferma, għalhekk, il-konklużjoni intermedja ppreżentata preċedentement, jiġifieri li l-Artikolu 139(1)(b) tal-L.I.R. ma huwiex kompatibbli mal-prinċipju tal-moviment liberu tal-ħaddiema, sanċit fl-Artikolu 45 TFUE, sa fejn il-miżura tirriżerva l-kreditu ta’ taxxa favur il-pensjonanti biss għal dawk il-persuni suġġetti għas-sistema tat-taxxa f’ras il-għajn.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="13"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>V –<HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-argumenti ppreżentati preċedentement, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi kif ġej għad-domanda preliminari magħmula mit-Tribunal administratif du Luxembourg:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Il-moviment liberu tal-ħaddiema, sanċit fl-Artikolu 45 TFUE, jipprekludi regola nazzjonali, bħall-Artikolu 139ter(1) tal-Liġi emendata tal-<DATE ISO="19671204">4 ta’ Diċembru 1967</DATE> dwar it-taxxa fuq id-dħul, sa fejn din tirriżerva l-kreditu ta’ taxxa favur il-pensjonanti biss għal dawk il-persuni suġġetti għas-sistema tat-taxxa f’ras il-għajn.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>